Sib informazzjoni għal kull reġjun
Għal reat vjolenti intenzjonali kontra persuna.
Għal korriment (fiżiku jew mentali) li jieħu aktar minn tmint ijiem biex ifiq
Iva. Minbarra l-vittma, l-axxendenti jew id-dixxendenti tal-vittma, ġenituri adottivi jew foster, tfal adottivi jew foster, konjuġi jew sieħeb ċivili jistgħu jirċievu kumpens jekk kienu jgħixu mal-vittma fl-istess unità domestika meta sar ir-reat, kif ukoll id-dipendenti tal-vittma.
Iva, il-mewt tal-vittma mhijiex kondizzjoni għal kumpens għad-dipendenti jew persuni intitolati oħra.
Iva, jekk qed tgħix legalment fl-UE, jew jekk inti vittma ta’ traffikar ta’ bnedmin.
Tista’ ssir pretensjoni għal kumpens biss għal reati li saru fit-territorju tal-Ungerija. Jekk ir-reat sar f’pajjiż ieħor, int tista’ tippreżenta l-applikazzjoni tiegħek għal kumpens fl-Ungerija. F’każijiet bħal dawn, l-awtoritajiet Ungeriżi se jittrażmettu l-applikazzjoni lill-Istat Membru fejn sar ir-reat.
Iva, din hija kondizzjoni għal kumpens li l-proċedimenti kriminali nfetħu b’rabta mal-att li sar.
Le, il-pretensjoni tista’ ssir immedjatament wara li jkunu nfetħu l-proċedimenti kriminali.
Le.
Iva, pretensjoni bħal din tista’ tiġi ppreżentata. F’każijiet bħal dawn, il-limitu tad-dannu, ir-relazzjoni bejn il-kawża u l-effett bejn id-dannu u l-att u l-ħtieġa għal kumpens iridu jiġu appoġġjati minn evidenza.
Il-pretensjoni għal kumpens għandha ssir fi żmien tliet xhur wara li jkun sar ir-reat. Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-preżentazzjoni tal-pretensjoni huwa ħames snin wara li jkun sar ir-reat.
Pereżempju, il-kumpens se jkopri:
Tista’ ssir pretensjoni għall-kumpens f’pagament wieħed jew fil-forma ta’ benefiċċju fix-xahar.
Mhuwiex dovut kumpens mill-Istat jekk f’deċiżjoni finali tal-qorti jkun ġie stabbilit li l-kondotta tal-vittma kkontribwixxiet lejn ir-reat jew kienet il-kawża tar-reat, jew d-dannu ġie kkawżat minn kondotta abbużiva. Aktar raġunijiet għall-esklużjoni huma rifjut li wieħed jixhed, rifjut tal-obbligu li jikkoopera jew in-nuqqas ta’ mozzjoni privata.
Vittmi bi ħtiġijiet soċjali biss huma eliġibbli għal kumpens. Vittma jkollha ħtiġijiet soċjali jekk l-introjtu nett fix-xahar tagħha (introjtu għal kull persuna, fil-każ ta’ persuni li jgħixu fl-istess unità domestika) ma jaqbiżx HUF 226 328 fl-2018 jew tirċievi benefiċċji oħra definiti fil-leġiżlazzjoni. Is-sitwazzjoni tal-introjtu tal-vittmi ta’ reati terroristiċi ma tiġix ikkunsidrata.
Le.
L-ammont ta’ kumpens mhuwiex se jaqbeż ħmistax-il darba l-ammont bażiku (HUF 113 164), li fl-2018 huwa daqs HUF 1 697 460. L-ammont ta’ pagament uniku huwa: 100 % tad-dannu li ma jaqbiżx ħames darbiet l-ammont bażiku, ħames darbiet l-ammont bażiku flimkien ma’ 75 % tal-parti li taqbeż ħames darbiet l-ammont bażiku għad-dannu bejn ħames u għaxar darbiet l-ammont bażiku, u 8.75 darbiet l-ammont bażiku flimkien ma’ 50 % tal-parti li taqbeż għaxar darbiet l-ammont bażiku għal dannu li jaqbeż għaxar darbiet l-ammont bażiku. L-ammont ta’ kumpens fil-forma ta’ benefiċċju huwa: 75 % tat-telf tal-introjtu sostnut mill-evidenza jekk il-vittma hija taħt it-18 jew tiddependi fuq assistenza minn oħrajn u 50 fil-mija tat-telf tal-introjtu sostnut minn evidenza jekk il-vittma ma tiddependix fuq assistenza minn oħrajn.
M’hemm l-ebda ammont minimu. L-ammont ta’ kumpens mhuwiex se jaqbeż ħmistax-il darba l-ammont bażiku (HUF 113 164), li fl-2018 huwa daqs HUF 1 697 460. L-ammont fix-xahar massimu ta’ kumpens li tista’ ssir pretensjoni għalih fil-forma ta’ benefiċċju huwa l-ammont bażiku, li huwa HUF 113 164 fl-2018.
Jekk nirċievi xi kumpens ieħor għat-telfa tiegħi minn sorsi oħra (bħal skema ta’ assigurazzjoni privata jew waħda mħallsa mill-impjegatur tiegħi) dan jitnaqqas mill-kumpens imħallas mill-awtorità/korp?
L-ammont ta’ ħsara għandu jiġi kkwotat fil-pretensjoni. Kwalunkwe ammont irkuprat minn sors ieħor għandu jitnaqqas mill-ammont tal-kumpens.
L-istat se jirrimborża l-ammont ta’ ħsara sostnut mill-evidenza, anki jekk dan jista’ jiġi rkuprat minn sors ieħor. Jekk il-ħsara tiġi rkuprata aktar tard minn sors ieħor, il-ħlas bil-quddiem għandu jitħallas lura.
Le. Il-kumpens jista’ jingħata darba biss.
Le, is-sottomissjoni tal-applikazzjoni hija mingħajr ħlas.
Is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi tal-uffiċċju/i tal-gvern ta’ Budapest (il-kontei)
L-applikazzjoni tista' titressaq lil kwalunkwe uffiċċju tad-distrett (awtoritajiet ta’ assistenza) jew direttament lill-awtorità ta’ deċiżjoni (l-uffiċċju/i tal-gvern ta’ Budapest (jew tal-kontea))
Le.
L-iskadenza għall-ipproċessar tal-pretensjonijiet hija massimu ta’ 60 jum.
Deċiżjoni li tingħata fil-prim’istanza hija soġġetta għal appell u l-appell jinstema’ mill-Ministeru tal-Ġustizzja bħala l-korp tat-tieni istanza. Il-proċedimenti amministrattivi jistgħu jitressqu quddiem il-qrati kontra d-deċiżjoni li tingħata mill-Ministeru tal-Ġustizzja fit-tieni istanza.
http://igazsagugyiinformaciok.kormany.hu/aldozatsegito-szolgalat
24/7 Linja telefonika għall-għajnuna ta’ Appoġġ għall-Vittmi (Áldozatsegítő Vonal): 06-80-225-225 bl-Ungeriż u bl-lngliż.
Iva, fuq il-bażi tal-Att LXXX tal-2003 dwar l-għajnuna legali.
Servizzi biex jgħinuk tiddikjara l-interessi tiegħek huma disponibbli minn kwalunkwe uffiċċju ta’ servizz ta’ appoġġ għall-vittmi, fejn il-konsulenti tal-appoġġ għall-vittmi se jipprovdu assistenza prattika (pereżempju: assistenza biex timla l-applikazzjonijiet, jipprovdu informazzjoni) lill-partijiet interessati. Il-vittmi jistgħu wkoll jirrikorru għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (pereżempju: Ċirku Abjad (Fehérgyűrű), Għajnuna Battista Ungeriża (Baptista Szeretetszolgálat), eċċ.)
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.