Sib informazzjoni għal kull reġjun
Liġi dwar il-kumpens għall-vittmi ta’ reati vjolenti
Liġi dwar il-kumpens għall-vittmi ta’ reati vjolenti bl-Ingliż
Fil-prinċipju, tista’ tikseb kumpens għal kwalunkwe attakk illegali intenzjonat (eż. attakk fiżiku, attakk sesswali, attakk terroristiku, qtil) taħt l-OEG. Il-kumpens jista’ jitħallas lill-vittmi jew lill-qraba superstiti tagħhom.
Kumpens jitħallas mhux biss għal dannu għas-saħħa iżda wkoll għall-konsegwenzi ekonomiċi ta’ tali dannu għas-saħħa. Effetti psikoloġiċi negattivi huma rikonoxxuti wkoll bħala dannu għas-saħħa. Madankollu, id-dannu għas-saħħa għandu jkun fit-tul (jiġifieri għandu jdum aktar minn sitt xhur). Ma jitħallasx kumpens għal ħsara lill-propjetà u telf finanzjarju. Lanqas ma jitħallas kumpens għal uġigħ u tbatija taħt l-OEG.
Il-kumpens jitħallas ukoll lill-qraba superstiti ta’ vittma. Il-qraba superstiti huma l-konjuġi, is-sieħeb/sieħba reġistrat(a) u t-tfal tal-vittma u, f’każijiet eċċezzjonali, il-ġenituri tagħha. “Tfal” tinkludi tfal adottati, tfal taħt fostering u tfal minn żwieġ ieħor.
Il-qraba ta’ vittma li tkun salvat jistgħu, taħt ċerti ċirkostanzi, jiksbu ħlasijiet għall-kura medika u għall-manteniment.
Iċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi mhux tal-UE li jisfaw vittmi ta’ reat vjolenti fil-Ġermanja jirċievu (retroattivament mill-1 ta’ Lulju 2018) l-istess kumpens bħall-vittmi li jkunu ċittadini Ġermaniżi.
Skont l-Artikolu 3a tal-OEG, il-vittmi ta’ reat vjolenti mwettqa barra mill-pajjiż li huma residenti fil-Ġermanja jistgħu wkoll jingħataw kumpens mill-Istat Ġermaniż. Dan isir fil-forma ta’ ħlas ta’ darba. Kwalunkwe kumpens mill-pajjiż fejn ikun seħħ ir-reat jiġi bbilanċjat ma’ dan il-kumpens.
L-applikanti taħt l-OEG għandhom id-dmir li jikkooperaw fil-proċedura ta’ kumpens. Dan ifisser li jagħtu rendikont taċ-ċirkostanzi kollha li jistgħu jgħinu biex jiċċaraw il-fatti tal-każ. Dan ġeneralment ifisser li t-trażgressur jeħtieġ li jiġi rrappurtat lill-pulizija. F’ċerti każijiet, ir-rekwiżit li jiġi rrappurtat reat jista’ jitneħħa (eż. meta ma jistax ikun raġonevolment mistenni mill-vittma).
Le, l-awtoritajiet kompetenti ġeneralment jiddeċiedu b’mod indipendenti dwar talbiet magħmula taħt l-OEG. Madankollu, f’xi każijiet jista’ jkun meħtieġ li wieħed jistenna r-riżultat ta’ investigazzjonijiet tal-pulizija jew ta' proċedimenti kriminali.
Xejn
Iva, il-kumpens huwa disponibbli irrispettivament minn jekk it-trażgressur ikunx ġie identifikat jew ikkundannat. Biex tappoġġa t-talba tiegħek, jenħtieġ li tippreżenta d-dokumenti kollha li jistgħu jgħinu biex jiġu ċċarati l-fatti tal-każ u biex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ ħsara kkawżata.
Le, ma hemm l-ebda limitu ta’ żmien skont l-OEG. Madankollu, il-ħlasijiet ta’ kumpens jistgħu jsiru biss retroattivament għal perjodu ta’ sena qabel ma ssir it-talba.
Danni materjali u psikoloġiċi għas-saħħa li jirriżultaw minn reat vjolenti huma koperti mill-kumpens. Kumpens għall-vittmi jinkludi benefiċċji tal-pensjoni ta’ kull xahar. Hemm ukoll benefiċċji biex jikkumpensaw għall-konsegwenzi ekonomiċi.
L-ammont u t-tul ta' żmien tal-benefiċċji huma rregolati mill-Att dwar l-Assistenza Federali (Bundesversorgungsgesetz).
B’mod partikolari dawn għandhom ikopru:
Ma jitħallasx kumpens għall-uġigħ u t-tbatija (Schmerzensgeld). Fil-prinċipju, ma jitħallasx kumpens għal ħsara lill-proprjetà u għal telf finanzjarju. Isiru eċċezzjonijiet għal għajnuniet li jintlibsu, bħal nuċċalijiet, lentijiet tal-kuntatt u dentaturi.
Il-pagamenti tal-pensjonijiet lill-vittmi u lill-qraba superstiti biex jikkumpensaw għall-konsegwenzi ekonomiċi u dawk relatati mas-saħħa tad-dannu għas-saħħa jitħallsu kull xahar sakemm ir-rekwiżiti kollha meħtieġa jiġu ssodisfati. Benefiċċji oħra jitħallsu jekk u meta jkun hemm bżonnhom (eż. għal spejjeż tal-funeral, prosteżi).
Jekk il-parti leża tkun ikkawżat id-dannu hi stess jew jekk ikun inġust li jitħallas kumpens għal raġunijiet oħra, partikolarment minħabba l-imġiba tal-istess vittma, il-kumpens jiġi miċħud. Madankollu, is-sempliċi eżistenza ta’ fedina penali mhix biżżejjed biex tiġġustifika deċiżjoni bħal din. Ir-rikorrenti għandhom l-obbligu li jgħinu kemm jista’ jkun biex jiċċaraw il-fatti tal-każ. Jekk ma jissodisfawx dan l-obbligu, il-kumpens jista’ jiġi miċħud, jew kompletament jew parzjalment.
Skont l-OEG, il-kumpens jitħallas irrispettivament mid-dħul jew mill-ġid tal-parti leża. Is-sitwazzjoni finanzjarja tal-parti leża jista’ jkollha biss impatt fuq l-ammont ta’ kumpens mogħti sabiex tikkumpensa għal ħsara ekonomika, jew fil-każ ta’ benefiċċji tal-kura.
Xejn
L-ammont tal-benefiċċji tal-pensjoni biex jikkumpensaw għall-konsegwenzi ta’ dannu relatat mas-saħħa jiġu kkalkulati skont il-firxa ta’ dawn il-konsegwenzi.
L-ammont tal-benefiċċji biex jikkumpensaw għall-konsegwenzi tad-dannu ekonomiku huma bbażati fuq l-iżvantaġġi ekonomiċi mġarrba.
Xejn
Xejn. Mhux meħtieġ li tikkwota ammont fuq il-formola int stess. L-ammont huwa bbażat fuq id-dannu relatat mas-saħħa u d-dannu ekonomiku mġarrab u huwa stabbilit mill-awtorità li tiddeċiedi.
Il-pagamenti tal-pensjoni bħala kumpens għall-konsegwenzi ta’ dannu relatat mas-saħħa jsiru irrispettivament minn jekk tirċevix pagamenti minn entitajiet privati jew pubbliċi oħra. Madankollu, dawn il-pagamenti jistgħu jiġu kkunsidrati meta jsir il-kalkolu tal-pagamenti ta' kumpens għall-konsegwenzi ta’ dannu ekonomiku.
Pagamenti bil-quddiem mhumiex possibbli taħt l-OEG. Il-pagamenti biex ikopru kura medika jistgħu, madankollu, isiru qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-talba għal kumpens.
F'każ li s-saħħa tmur għall-agħar, tista’ dejjem issir “talba ta’ aggravazzjoni” (Verschlimmerungsantrag) sabiex jintalab il-kalkolu mill-ġdid tal-ammont ta’ kumpens. Il-bidliet fid-dħul jistgħu dejjem jitqiesu fil-kalkolu tal-kumpens għall-konsegwenzi tad-dannu ekonomiku.
Għandek tippreżenta d-dokumenti kollha li jistgħu jgħinu biex jiġu ċċarati l-fatti tal-każ u biex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ ħsara kkawżata.
Xejn
L-awtoritajiet li jiddeċiedu huma l-awtoritajiet tal-assistenza soċjali f'kull stat federali. Il-kompetenza hija tal-istat federali li l-vittma tkun residenti fih.
Jekk il-vittma ta’ reat vjolenti fil-Ġermanja ma tkun residenti l-Ġermanja, il-vittma tista’ tippreżenta talba lill-awtorità soċjali fl-istat federali fejn ikun seħħ ir-reat.
Biex ir-rikorrenti barranin ma jitilfux ħin ifittxu l-entità responsabbli, jistgħu jikkuntattjaw il-Punt ta’ Kuntatt Ċentrali fil-Ministeru Federali tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali (Zentrale Kontaktstelle, Bundesministerium für Arbeit und Soziales), li jibgħat it-talba ta' kumpens lill-awtorità korretta.
It-talba għandha tintbagħat lill-awtorità soċjali kompetenti.
Biex ir-rikorrenti barranin ma jitilfux ħin ifittxu l-entità responsabbli, jistgħu jikkuntattjaw il-Punt ta’ Kuntatt Ċentrali fil-Ministeru Federali tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali (Zentrale Kontaktstelle, Bundesministerium für Arbeit und Soziales).
Xejn
Ma hemmx risposta definittiva għal din il-mistoqsija. It-tul tal-proċedura jiddependi, b’mod partikolari, fuq kemm ikun faċli jew diffiċli li jiġu ċċarati il-fatti tal-każ u jekk ikunx meħtieġ li jinkisbu rapporti mediċi.
Tista' tappella kontra d-deċiżjoni. Jekk l-awtorità kompetenti ma tiħux deċiżjoni differenti wara l-proċedura tal-appell, tista' tressaq ilment quddiem il-Qorti għall-Kwistjonijiet Soċjali (Sozialgericht).
Il-formoli tal-applikazzjoni u informazzjoni oħra jistgħu jinstabu fuq:
http://www.bmas.de/opferentschaedigung
http://www.bmas.de/victimscompensation
Informazzjoni dwar dan tista’ tinstab fuq:
http://www.bmas.de/opferentschaedigung
http://www.bmas.de/victimscompensation
Tista’ ssib informazzjoni dwar organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi fil-Ġermanja fuq https://www.odabs.org/
Xejn. L-ispejjeż legali mhumiex meqjusa bħala kumpens u għalhekk ma jistgħux jiġu mħallsa lura taħt l-OEG.
Iva, hemm numru ta’ organizzazzjonijiet reġjonali u nazzjonali ta’ appoġġ lill-vittmi. L-akbar organizzazzjoni nazzjonali hija “der WEISSE RING”.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.