Sib informazzjoni għal kull reġjun
Il-kumpens jista’ jitħallas lill-vittmi ta’ reati vjolenti u lid-dipendenti ta’ dawn il-vittmi. Reat vjolenti huwa att punibbli skont il-proċedura kriminali, li jitwettaq direttament kontra l-ħajja jew is-saħħa ta’ persuna u li b’riżultat tiegħu l-persuna leża tmut jew issofri dannu serju għal saħħitha jew disturb tas-saħħa li jdum għal mill-anqas erba’ xhur.
Għandek id-dritt għal kumpens jekk reat vjolenti jwassal għal dannu serju għal saħħtek jew għal disturb tas-saħħa li jdum għal mill-anqas erba’ xhur.
Kumpens ta’ EUR 448 jitħallas lill-persuna li tbati l-ispejjeż tal-funeral ta’ vittma ta’ reat vjolenti. Għandu jiġi nnutat li l-persuna li tħallas l-ispejjeż tal-funeral ma hemmx għalfejn tkun membru tal-familja jew dipendenti tal-vittma.
Id-dipendenti ta’ vittma li tkun mietet b’riżultat ta’ reat vjolenti huma intitolati għall-kumpens mill-Istat pagabbli lill-vittmi ta’ reati.
Id-dipendenti jinkludu l-persuni li ġejjin:
Għandek id-dritt għal kumpens jekk, b’riżultat ta’ reat vjolenti, il-vittma ssofri dannu serju għal saħħitha jew disturb fis-saħħa li jdum għal mill-anqas erba’ xhur.
Il-persuni li ġejjin huma intitolati għall-kumpens:
Fl-Estonja, id-dritt għall-kumpens mhuwiex marbut man-nazzjonalità.
Il-kumpens jitħallas mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż li fih ikun twettaq ir-reat. Il-kumpens jitħallas skont id-dritt tal-pajjiż konċernat.
Biex titlob kumpens, tista’ tirrikorri għand:
Reat vjolenti jrid jiġi rrappurtat lill-pulizija fi żmien 15-il jum tal-kalendarju mill-jum li r-reat ikun twettaq fih.
M’hemmx għalfejn tistenna l-eżitu tal-proċedimenti biex titlob il-kumpens; huwa suffiċjenti li tkun irrappurtajt ir-reat lill-pulizija u li jkunu bdew il-proċedimenti kriminali. Il-kumpens jista’ jintalab fi żmien tliet snin minn meta jkun twettaq ir-reat.
Ma hemm l-ebda rekwiżit biex l-ewwel titlob kumpens mingħand it-trażgressur. Meta jingħata kumpens, id-dritt tat-talba jiġi ttrasferit lill-Bord tal-Assigurazzjoni Soċjali u aħna nressqu t-talba kontra l-persuna li tkun ikkawżat id-dannu (it-trażgressur) permezz ta’ rikors.
Għandek id-dritt għall-kumpens anki jekk il-persuna li tkun ikkawżat id-dannu ma tkunx ġiet identifikata jew il-proċedimenti ġudizzjarji jkunu għadhom ma ġewx konklużi.
Biex tikseb il-kumpens mill-Istat pagabbli lill-vittmi ta’ reati, hija meħtieġa ċertifikazzjoni tat-tnedija tal-proċedimenti kriminali maħruġa minn korp investigattiv.
Trid tippreżenta l-irċevuti tal-ispejjeż jekk qiegħed tapplika għar-rimborż tal-ispejjeż tal-kura medika jew għal għotja tal-mewt.
L-applikazzjonijiet għall-kumpens jistgħu jiġu ppreżentati fi żmien tliet snin mid-data ta’ reat jew minn meta ssir taf li twettaq ir-reat.
Il-kumpens ikopri:
- Ħsara materjali (mhux psikoloġika):
- Ħsara materjali (mhux psikoloġika):
- Ħsara psikoloġika:
Il-membri tal-familja ta’ vittma jistgħu jiksbu konsulenza psikoloġika. Biex jinkiseb kumpens għall-għajnuna psikoloġika, jeħtieġ li jiġi kkuntattjat fornitur ta’ servizz ta’ appoġġ lill-vittmi, li mbagħad iħejji l-applikazzjoni li trid tiġi ffirmata. Huwa meħtieġ ukoll ċertifikat tal-pulizija, li jikkonferma li jkunu nfetħu l-proċedimenti u li inti vittma jew ir-rappreżentant legali ta’ vittma. Il-fornitur ta’ servizz ta’ appoġġ lill-vittmi jgħinek tikseb ċertifikat tal-pulizija.
Inti tiġi infurmat dwar l-għoti tal-kumpens għall-għajnuna psikoloġika fi żmien 10 ijiem tax-xogħol. Wara tkun tista’ tmur għand psikologu. L-ammont ta’ kumpens għal kull persuna huwa l-paga minima ta’ kull xahar (EUR 584 fl-2020).
Id-dipendenti jitħallsu l-kumpens f’pagamenti mensili. L-ispejjeż mediċi u tal-funeral jiġu rrimborżati bħala somma f’daqqa abbażi tal-irċevuti tal-ispejjeż.
Ma jitħallasx kumpens jekk:
Barra minn hekk, il-kumpens jista’ jiġi rrifjutat jekk l-applikant ikun irrifjuta li jikkoopera mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex jiġu aċċertati l-fatti relatati mar-reat kriminali, jiġi identifikat jew maqbud it-trażgressur jew jiġi ppruvat id-dannu.
Is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek ma taffettwax l-għoti jew il-pagament tal-kumpens.
Kwalunkwe ammont li persuna leża tirċievi jew tkun intitolata li tirċievi abbażi tad-dannu li jirriżulta minn reat vjolenti, minn sors li ma jkunx il-persuna responsabbli għad-dannu kkawżat mir-reat, jitnaqqas mid-dannu li jservi bħala l-bażi sabiex jiġi determinat l-ammont tal-kumpens, inkluż il-benefiċċju tal-kapaċità għax-xogħol imħallas lill-vittma. Meta jiġi stabbilit l-ammont tal-kumpens, jiġi kkunsidrat kwalunkwe ammont li l-persuna responsabbli għad-dannu kkawżat mir-reat tħallas lill-applikant qabel l-għoti tal-kumpens.
Kalkolu tal-kumpens għal kapaċità parzjali jew l-ebda kapaċità għax-xogħol
L-ammont tal-kumpens jiġi kkalkulat abbażi tal-introjtu medju għal kull jum tal-kalendarju. Jiġi kkunsidrat l-introjtu, intaxxat bit-taxxa soċjali, maqlugħ matul is-sitt xhur ta’ qabel ir-reat.
Kalkolu tad-dannu li jirriżulta minn kapaċità parzjali jew l-ebda kapaċità għax-xogħol
L-introjtu medju għal kull jum tal-kalendarju jiġi mmultiplikat bi tletin, u l-pensjoni għall-inkapaċità għax-xogħol jew il-benefiċċju tal-kapaċità għax-xogħol mogħti lill-persuna jiġu mnaqqsa mir-riżultat tal-multiplikazzjoni. Il-kumpens ikopri 80 % tal-introjtu mitluf. Id-data dwar l-introjtu medju tinkiseb mill-Bord tat-Taxxa u tad-Dwana.
Kalkolu tal-kumpens għall-mewt tal-fornitur
1. L-introjtu medju tal-vittma għal kull jum tal-kalendarju jiġi mmultiplikat bi tletin, u l-pensjoni tas-superstiti mogħtija lill-persuna tiġi mnaqqsa mir-riżultat tal-multiplikazzjoni.
2. Perċentwal tal-ammont miksub huwa kkalkulat skont l-għadd ta’ persuni dipendenti:
Jiġi kkumpensat 80 % tal-ammont ikkalkulat.
Ma hemm l-ebda ammont minimu; il-kumpens jitħallas sakemm il-persuna intitolata tikkwalifika għall-kumpens jew sal-limitu ta’ EUR 9 590.
Ma għandu għalfejn jiġi indikat l-ebda ammont fuq il-formola tat-talba.
Iva
Jista’ jintalab kumpens bil-quddiem minn persuni f’sitwazzjoni ekonomika diffiċli, jekk dawn ikunu intitolati għal kumpens iżda l-għoti tiegħu jiġi pospost.
Pagament bil-quddiem ta’ sa EUR 640 isir fuq il-bażi tal-applikazzjoni rilevanti.
Jekk il-ħlas bil-quddiem jaqbeż l-ammont ta’ kumpens mogħti sussegwentement, l-ammont żejjed li jkun tħallas jiġi rkuprat.
Għandek id-dritt tissottometti fatturi addizzjonali għall-ispejjeż tal-kura medika.
Ċertifikat minn korp investigattiv
Il-fatturi għall-ispejjeż tal-funeral
Il-fatturi għall-ispejjeż tal-kura medika, l-irċevuti għall-prodotti mediċinali, eċċ.
Iċ-ċertifikat tal-mewt tal-vittma
Le
Il-Bord Nazzjonali tal-Assigurazzjoni Soċjali tal-Estonja
Opzjonijiet għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet:
M’għandekx għalfejn tkun preżenti.
Id-deċiżjoni tittieħed fi żmien 30 jum minn meta jasal l-aħħar dokument.
Tista’ tiġi ppreżentata kontestazzjoni kontra d-deċiżjoni fi żmien 30 jum minn meta tasal. B’mod alternattiv, tista’ tiġi ppreżentata denunzja f’qorti amministrattiva skont il-proċedura prevista fil-Kodiċi ta’ Proċedura tal-Qorti Amministrattiva.
Il-formoli tal-applikazzjoni u l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni għall-kumpens jinsabu fis-sit tal-Bord tal-Assigurazzjoni Soċjali.
Dawk li jipprovdu appoġġ lill-vittmi jistgħu jiġu kkuntattjati wkoll bit-telefon. Id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom jinsabu fis-sit tal-Bord tal-Assigurazzjoni Soċjali.
Iva
Dawk li jipprovdu appoġġ lill-vittmi jassistu wkoll fit-talba għall-kumpens.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.