Sib informazzjoni għal kull reġjun
Iċ-Ċekja tipprovdi assistenza finanzjarja lill-vittmi ta’ reati li jkunu sofrew ħsara personali u lis-superstiti tal-vittmi li jkunu mietu bħala riżultat tar-reat. Barra minn hekk, il-persuni intitolati għall-assistenza finanzjarja jinkludu vittmi ta’ reati sesswali li jmorru kontra d-dinjità tal-bniedem u tfal abbużati.
L-assistenza finanzjarja sservi biex tingħeleb is-sitwazzjoni soċjali li tkun iddeterjorat bħala riżultat tar-reat kriminali; ma tieħux post l-obbligu tal-awtur tar-reat li jagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata lill-vittma.
Is-superstiti jirċievu l-assistenza finanzjarja bħala somma f’daqqa; barra minn hekk anki vittmi li jkunu sofrew ħsara personali jistgħu jfittxu assistenza bħala somma f’daqqa (l-ammont tagħha jvarja skont il-gravità tal-konsegwenzi kkawżati) jew jistgħu jitolbu rimborż għall-ispejjeż tat-trattament jew kumpens għal qligħ mitluf. Vittmi ta’ reati sesswali li jmorru kontra d-dinjità tal-bniedem jew tfal vittmi ta’ abbuż jistgħu jitolbu rimborż tal-ispejjeż tat-terapija biex ittaffi l-ħsara morali subita.
Iva, is-superstiti ta’ vittmi li jkunu mietu bħala riżultat ta’ reat għandhom id-dritt għal assistenza finanzjarja jekk is-superstitu jkun il-ġenitur, il-konjuġi, is-sieħeb/sieħba rreġistrat(a), il-wild jew ħu/oħt il-mejjet u kien qiegħed jgħix fl-istess dar mal-mejjet fil-mument tal-mewt, jew jekk is-superstitu huwa persuna li lilha l-mejjet kien jagħti jew kien obbligat li jagħti manteniment.
F’dan il-każ, m’għandekx dritt għal assistenza finanzjarja.
Tista’, jekk għandek residenza permanenti jew legalment residenti fi Stat Membru ieħor tal-UE u sfajt vittma ta’ reat imwettaq fiċ-Ċekja, jew jekk ilek legalment residenti fiċ-Ċekja għal aktar minn 90 jum u sfajt vittma ta’ reat imwettaq hawn, jekk tkun applikajt għal protezzjoni internazzjonali fiċ-Ċekja jew jekk tkun ingħatajt asil jew protezzjoni sussidjarja, jew, fejn rilevanti, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi trattat internazzjonali.
Jekk inti ċittadin(a) taċ-Ċekja, inti intitolat(a) għal assistenza finanzjarja miċ-Ċekja, irrispettivament mill-pajjiż li fih sar ir-reat li tiegħu sfajt vittma.
Iva, dan huwa meħtieġ.
M’hemmx bżonn li tistenna r-riżultat tal-investigazzjoni; l-assistenza finanzjarja tista’ tingħata jekk l-investigazzjoni eżistenti tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi turi li m’hemm l-ebda dubju li r-reat sar u li l-kundizzjonijiet legali għall-intitolament għal assistenza finanzjarja ġew issodisfati.
Jekk ma titlobx kumpens għad-danni mingħand min wettaq ir-reat, l-assistenza finanzjarja tista’ titnaqqas jew saħansitra ma tingħatax.
F’dan il-każ hemm bżonn li ssir distinzjoni bejn sitwazzjoni li fiha l-awtur tar-reat ma jkunx magħruf u sitwazzjoni li fiha l-persuna mħarrka għar-reat ma tkunx instabet ħatja, minkejja li jkun ovvju li r-reat ikun sar (jiġifieri, ir-reat sar, iżda seta’ sar minn xi ħadd ieħor). F’dan il-każ, għandek id-dritt għall-assistenza finanzjarja. Madankollu, jekk il-ħati jkun ġie lliberat minħabba li l-att imħarrek mhuwiex reat, ma jistax ikollok id-dritt għall-assistenza finanzjarja. Talba tiġi primarjament ivvalutata abbażi ta’ evidenza miġbura mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi; il-kompitu tiegħek huwa li turi l-ammont ta’ ħsara subita u, jekk applikabbli, ta’ kwalunkwe ħsara li tista’ titqies (spejjeż ta’ trattamenti u qligħ mitluf).
It-talba għandha tiġi ppreżentata fi żmien sentejn minn meta sirt taf bil-ħsara, iżda mhux aktar tard minn ħames snin mid-data tar-reat. Wara li jiskadi wieħed minn dawn il-limiti ta’ żmien, id-dritt għall-assistenza ma jibqax jeżisti.
- ħsara materjali (mhux psikoloġika):
- ħsara psikoloġika (morali):
- ħsara materjali (mhux psikoloġika):
- ħsara psikoloġika:
L-assistenza finanzjarja titħallas f’darba.
L-istorja kriminali tiegħek ma tiddeterminalekx id-dritt tiegħek għall-assistenza finanzjarja; madankollu, jekk ma tikkooperax mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex jissolva r-reat, ma tistax tingħata assistenza finanzjarja. Barra minn hekk ma tingħatax assistenza jekk tkun ipparteċipajt bħala kompliċi għar-reat.
Jekk ma tipprovdix il-kooperazzjoni meħtieġa fil-proċedura ta’ assistenza finanzjarja, il-proċedura tista’ tiġi tterminata jew it-talba tiegħek tista’ tiġi miċħuda.
F’każ biss fejn ikun ovvju li s-sitwazzjoni soċjali tiegħek ma tkunx iddeterjorat bħala riżultat tar-reat, inti tista’ ma tingħatax assistenza finanzjarja.
Jekk b’xi mod tkun ikkontribwejt għall-ħsara, l-assistenza finanzjarja tista’ titnaqqas jew ma saħansitra ma tingħatax.
Vittmi li jkunu sofrew ħsara minuri għas-saħħa jistgħu jitolbu assistenza bħala somma f’daqqa ta’ CZK 10 000.
Vittmi li jkunu sofrew ħsara serja għas-saħħa jistgħu jitolbu assistenza bħala somma f’daqqa ta’ CZK 50 000.
Minflok assistenza bħala somma f’daqqa, vittmi li jkunu sofrew ħsara għas-saħħa jistgħu jitolbu sa CZK 200 000 f’assistenza finanzjarja, ekwivalenti għall-ispejjeż tat-trattament u/jew għal qligħ mitluf li dwarhom ikunu ppreżentaw evidenza li tixhed dan.
Is-superstiti huma intitolati għal assistenza finanzjarja li titħallas bħala somma f’daqqa ta’ CZK 200 000, ħlief għall-aħwa, li huma intitolati għal assistenza ta’ CZK 175 000.
Bħala vittma ta’ reat li tkun ġarrabt ħsara għas-saħħa jew bħala superstitu, inti tista’ tingħata sa CZK 200 000; barra minn hekk, f’każ ta’ mewt, l-assistenza finanzjarja totali mogħtija lis-superstiti kollha ma tistax taqbeż is-CZK 600 000, u jekk ikun hemm aktar superstiti, l-għajnuna mogħtija għandha tiġi mnaqqsa proporzjonalment sabiex ma jinqabiżx l-ammont massimu tal-assistenza finanzjarja.
Iva.
F’każ biss ta’ assigurazzjoni li tkopri l-obbligu tal-awtur tar-reat li jagħti kumpens għall-ħsara kkawżata, li, skont il-liġi Ċeka, huwa prattikament possibbli fil-każ ta’ inċidenti tat-traffiku u fuq il-post tax-xogħol.
Fil-każ ta’ assistenza finanzjarja ma jingħatawx ħlasijiet bil-quddiem.
Iva, sal-ammont massimu permissibbli ta’ assistenza finanzjarja.
Le.
Il-Ministeru tal-Ġustizzja.
Il-Ministeru tal-Ġustizzja.
Le.
It-talba għandha tiġi deċiża fi żmien 3 xhur.
Billi tippreżenta rikors amministrattiv fil-qorti.
Fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja, mingħand NGOs li jiffokaw fuq il-vittmi tal-kriminalità, u mis-Servizz ta’ Probation u ta’ Medjazzjoni.
Le.
Iva, iżda trid tħallas int għal dawn l-ispejjeż.
L-akbar waħda hija Bílý kruh bezpečí (Ċirku Abjad ta’ Sigurtà); anki s-Servizz ta’ Probation u ta’ Medjazzjoni taċ-Ċekja jgħin lill-vittmi.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.