Reġistri kummerċjali – fittex għal kumpanija fl-UE

Informazzjoni ġenerali dwar Sib Kumpanija

Dwar dan is-servizz

Kif jaħdem

Dokumenti

Ħoloq għall-paġni web tar-reġistri nazzjonali

Protezzjoni tad-dejta

Forom ta' kumpaniji

Dwar dan is-servizz

Tista' tikseb informazzjoni dwar kumpaniji rreġistrati fir-reġistri tan-negozju fl-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja bl-użu tas-servizz "Sib kumpanija".

Dan huwa parti mis-Sistema ta' Interkonnessjoni tar-Reġistri tan-Negozju (BRIS), stabbilita b'konformità mad-Direttiva 2012/17/UE u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/884.

Sib aktar dwar ir-reġistri tan-negozju nazzjonali u l-informazzjoni li jżommu dwar il-kumpaniji.

Għal kull domanda dwar is-servizz jekk jogħġbok ikkuntattja just-bris-helpdesk@ec.europa.eu.

Kif jaħdem

Biex tfittex kumpanija:

  • Fittex skont in-numru tal-kumpanija u/jew in-numru tar-reġistrazzjoni.
  • Se tara lista ta’ riżultati li jqabblu t-tiftixa tiegħek mal-informazzjoni tal-kumpanija bażika.
  • Imbagħad tkun tista' tara iktar dettalji dwar il-kumpanija.
  • Is-sistema turik lista ta' informazzjoni disponibbli li l-kumpanija tkun ippreżentat lir-reġistru tan-negozju nazzjonali.                
    Pereżempju:    
    • l-istatut ta' assoċjazzjoni
    • il-kontijiet annwali
    • il-kapital sottoskritt
    • ir-rappreżentanza legali tal-kumpanija.
  • Agħżel id-dokument(i) li trid u itfagħhom fil-baskett tiegħek.
  • Kif tagħżel id-dokumenti li teħtieġ mur fiċ-check out.

NB: Għalissa tista' titlob biss informazzjoni li r-reġistri nazzjonali jipprovdu bla ħlas. Għal dokumenti bi ħlas, il-prezzijiet murija fuq il-portal tagħna huma pprovduti mir-reġistri nazzjonali u huma biss indikattivi u soġġetti li jinbidlu. Biex titlob kwalunkwe wieħed minn dawk id-dokumenti, jekk jogħġbok mur fis-sit web tar-reġistru nazzjonali, fejn ikun speċifikat il-prezz finali.

Dokumenti

Konsenja tad-dokumenti

Id-dokumenti li jistgħu jiġu kkonsenjati b'mod immedjat se tkun tista' tniżżilhom mill-brawżer tiegħek.

Kull dokument ieħor tirċevih bil-posta elettronika peress li l-konsenja tagħhom issir mir-reġistri nazzjonali. Dan jista' jieħu sa 14-il jum.

Aċċess għad-dokumenti

Ladarba dokument tkun tista' tniżżlu fil-brawżer tiegħek, tkun tista' tissejvjah lokalment għall-użu personali tiegħek.

Dokumenti mibgħuta bil-posta elettronika jkunu jistgħu jitniżżlu għal 6 ijiem mill-mument li jaslu.

Ħoloq għall-paġni web tar-reġistri nazzjonali

Pajjiż

Reġistru tan-negozju

L-Awstrija

Österreichisches Firmenbuch/Official Business Register

https://www.justiz.gv.at/web2013/home/e-government/firmenbuch/die_firmenbuchdatenbank~2c9484852308c2a601240b693e1c0860.de.html

Il-Belġju

Kruispuntbank van Ondernemingen/Banque-Carrefour des Entreprises/ Zentrale Unternehmensdatenbank

https://economie.fgov.be/en/themes/enterprises/crossroads-bank-enterprises

https://kbopub.economie.fgov.be/kbopub/zoeknummerform.html?lang=en

Il-Bulgarija

Търговски регистър/Commercial Register

http://www.brra.bg/Default.ra

Il-Kroazja

Sudski registar/Court Register

https://sudreg.pravosudje.hr/

Ir-Repubblika Ċeka

Verejny restrik (obchodni rejstrik)/Public Register (Commercial Register)

https://or.justice.cz/ias/ui/rejstrik

Ċipru

Έφορος Εταιρειών/Registrar of Companies

http://www.mcit.gov.cy/

http://www.mcit.gov.cy/mcit/drcor/drcor.nsf/index_en/index_en?OpenDocument

Id-Danimarka

Erhvervsstyrelsen/Danish Business Authority

https://datacvr.virk.dk

L-Estonja

Äriregister/Commercial Register

https://ariregister.rik.ee/index?lang=eng

Il-Finlandja

Patentti-ja Rekisterihallitus/Finnish Patent and Registration Office

https://www.prh.fi/en/index.html

Franza

Registre du Commerce et des Sociétés/Business Register

https://www.infogreffe.com/

Il-Ġermanja

Handelsregister/Business Register

https://www.handelsregister.de/rp_web/welcome.do?language=en

Unternehmensregister/Commercial Register

https://www.unternehmensregister.de/ureg/?submitaction=language&language=en

Il-Greċja

Γενικό Εμπορικό Μητρώο (Γ.Ε.ΜΗ.)/Greek (Hellenic)

http://www.businessportal.gr/home/index_en

L-Ungerija

Országos Cégnyilvántartó és Céginformációs Rendszer/

Company information system

https://occsz.e-cegjegyzek.hu/info/page/ceginfo

L-Iżlanda

Fyrirtækjaskrá RSK/ Register of Enterprises

https://www.rsk.is/english/individuals/

L-Irlanda

The Companies Registration Office – an Oifig um Chlarú Cuideachtaí

https://www.cro.ie

L-Italja

Registro delle imprese/Business Register

http://www.registroimprese.it/home

Il-Latvja

Latvijas Republikas Uzņēmumu Reģistrs/Register of Enterprises of The Republic of Latvia

https://www.ur.gov.lv/en/

Il-Liechtenstein

Amt für Justiz – Handelsregister/Commercial Register

https://www.oera.li/cr-portal/suche/suche.xhtml

Il-Litwanja

Juridinių asmenų registras/Register of Legal Entities

http://www.registrucentras.lt/en/

Il-Lussemburgu

Registre de commerce et des sociétés/Trade and Companies Register

https://www.lbr.lu

Malta

Registru tal-Kumpaniji ta'Malta/Registrar of Companies Malta

https://mbr.mt/

In-Netherlands

Handelsregister/Business Register

https://www.kvk.nl/english/ordering-products-from-the-commercial-register/

In-Norveġja

Foretaksregisteret/Register of Business Enterprises

https://www.brreg.no/home/

Il-Polonja

Krajowy Rejestr Sądowy/ National Court Register

https://bip.ms.gov.pl/pl/rejestry-i-ewidencje/krajowy-rejestr-sadowy/

Il-Portugall

Registo Comercial/Commercial Register

http://www.irn.mj.pt/

Ir-Rumanija

Oficiul National al Registrului de Comert/National Trade Register Office

https://www.onrc.ro/index.php/en/

Is-Slovakkja

Obchodný register

http://www.orsr.sk/Default.asp?lan=en

Is-Slovenja

Poslovni register Slovenije/Slovenian Business Register

https://www.ajpes.si/prs/Default.asp?language=english

Spanja

Colegio de registradores

http://www.registradores.org/

L-Iżvezja

Bolagsverket/Swedish Companies

http://www.bolagsverket.se/en

Protezzjoni tad-dejta

Biex tkun taf kif nipproteġu d-dejta personali tiegħek, jekk jogħġbok aqra l-avviż legali tagħna, b'mod partikolari l-avviż ta' privatezza u r-regoli tal-protezzjoni tad-dejta.

Tista' ssib ta' utilità wkoll li taqra r-regoli tal-protezzjoni tad-dejta fil-pajjiżi li qed jieħdu sehem fil-BRIS PDF (427 Kb) en.

Forom ta' kumpaniji

Dan is-servizz ikopri kumpaniji privati b'responsabbiltà limitata u l-fergħat tagħhom irreġistrati f'wieħed mill-pajjiżi tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja.

Huwa jkopri wkoll kumpaniji rreġistrati bħala Kumpanija Ewropea (Societas Europea jew SE).

Il-forom ġuridiċi jidhru fil-lingwa oriġinali flimkien ma' deskrizzjoni fil-qosor fil-lingwi uffiċjali kollha.

L-aħħar aġġornament: 08/08/2018

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna