

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Din il-kwistjoni hija rregolata fin-Netherlands fl-Artikolu 4:182 tal-Kodiċi Ċivili (Burgerlijk Wetboek).
L-Artikolu 182 tal-Kodiċi Ċivili jaqra:
Il-prinċipju ta’ “seisin” japplika fin-Netherlands, li permezz tiegħu l-eredi jieħdu f’idejhom il-pożizzjoni ipso jure tal-persuna deċeduta. Is-sjieda tal-assi u tad-djun tas-suċċessjoni tiġi ttrasferita taħt it-titolu universali lill-eredi li jkunu aċċettaw is-suċċessjoni.
Fil-każ ta’ diviżjoni legali tal-patrimonju (wettelijke verdeling), jekk il-persuna deċeduta tmut ab intestato, il-konjuġi superstiti/sieħeb irreġistrat jieħu f’idejh l-assi u d-djun kollha u d-dixxendenti jirċievu biss pretensjoni. Id-dixxendenti mhumiex responsabbli għad-djun mis-suċċessjoni. Huwa biss il-konjuġi superstiti jew is-sieħeb irreġistrat li huwa responsabbli għad-djun jekk tiġi applikata d-diviżjoni legali tal-patrimonju.
Il-prinċipju ta’ “seisin” jimplika li l-ebda dritt ta’ proprjetà in rem jew dritt ta’ proprjetà ma joħroġ mis-suċċessjoni bħala tali. Il-patrimonju ma jikkostitwixxi ebda assi separat fin-Netherlands. Ma japplika ebda trażżin fir-rigward tad-disponiment tal-assi tal-patrimonju u l-patrimonju ma jistax jiġi assenjat. L-assenjazzjoni tal-beni mill-patrimonju fost l-eredi huwa possibbli.
Billi l-patrimonju nnifsu mhuwiex assi separat, ma tinħoloq ebda reġistrazzjoni f’reġistru.
Iċ-Ċertifikat tas-Suċċessjoni jew iċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni jista’ jiġi rreġistrat fir-reġistru tal-artijiet, ara l-Artikoli 27 u 27a tal-Att dwar ir-Reġistru tal-Artijiet (Kadasterwet). Dan jagħti ċ-ċans lill-eredi jgħarrfu li s-sid miet u li s-sjieda ġiet ittrasferita lilhom taħt titolu universali. Madankollu, ir-reġistrazzjoni mhijiex rekwiżit kostituttiv. Mingħajr reġistrazzjoni, is-sjieda tiġi ttrasferita wkoll ipso jure. Jekk l-eredi mbagħad jaqsmu l-assi mill-patrimonju, tkun meħtieġa kunsinna. Dan imbagħad jikkostitwixxi trasferiment taħt titolu partikolari. Id-diviżjoni hija rregolata skont l-Artikolu 3:186 tal-Kodiċi Ċivili.
L-Artikolu 186 tal-Kodiċi Ċivili jaqra:
Għal kunsinna formali ta’ proprjetà immobbli jew drittijiet limitati fuq din il-proprjetà, l-Artikolu 3:89 tal-Kodiċi Ċivili jipprevedi att notarili li għandu jitfassal u jiġi rreġistrat fir-reġistri pubbliċi.
L-Artikolu 89 tal-Kodiċi Ċivili jaqra:
Ara t-tweġiba ta’ hawn fuq.
Le, ma tapplika ebda regola speċifika fil-Kodiċi Ċivili jew fl-Att dwar ir-Reġistru tal-Artijiet.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.