Adattament ta’ drittijiet in rem

Belġju
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 Liema huma d-drittijiet in rem li jistgħu jqumu minn suċċessjoni skont il-liġi ta’ dan l-Istat Membru?

Id-drittijiet in rem li jistgħu jqumu minn suċċessjoni skont il-liġi Belġjana huma d-dritt tas-sjieda u s-sottodiviżjonijiet tiegħu, jiġifieri:

- l-użufrutt (l-Artikolu 745a tal-Kodiċi Ċivili (Code civil));

- l-użu u l-abitazzjoni (l-Artikolu 625 tal-Kodiċi Ċivili);

- is-servitujiet (l-Artikolu 637 tal-Kodiċi Ċivili);

- il-bini u l-emfitewsi (id-drittijiet ta’ lokazzjoni fit-tul).

2 Dawn id-drittijiet in rem jiġu reġistrati f’reġistru tad-drittijiet fuq propjetà mobbli jew immobbli u jekk iva, din ir-reġistrazzjoni hija obbligatorja? F’liema reġistru(i) jiġu reġistrati u x’inhuma r-rekwiżiti u l-proċedura ta’ reġistrazzjoni?

Meta persuna ssir id-detentur ta’ dritt ta’ sjieda jew waħda mis-sottodiviżjonijiet tagħha minħabba li dan id-dritt jiġi trasferit mal-mewt, dik il-persuna ssir id-detentur erga omnes. Fi kliem ieħor, meta dritt bħal dan jiġi trasferit mal-mewt (permezz ta’ suċċessjoni jew testment), dan it-trasferiment ma għandux għaliex jiġi reġistrat f’reġistru tal-proprjetà. L-Artikolu 1 tal-Liġi dwar l-Ipoteki (loi hypothécaire), li jispeċifika l-każijiet fejn it-trasferiment ta’ dritt in rem irid jiġi reġistrat sabiex ikun vinkolanti fuq partijiet terzi, ma jirreferix għal dan il-każ.

3 Liema effetti huma marbuta mar-reġistrazzjoni tad-drittijiet in rem?

M/A.

4 Hemm regoli u proċeduri speċifiċi fis-seħħ għall-adattament ta’ dritt in rem li għalih hija intitolata persuna skont il-liġi applikabbli għas-suċċessjonijiet f'każ li l-liġi tal-Istat Membru fejn jiġi invokat id-dritt ma jirrikonoxxix dan id-dritt in rem?

F’dan l-istadju l-ebda regoli jew proċeduri speċifiċi ma ġew stabbiliti għall-adattament ta’ dritt in rem.

L-aħħar aġġornament: 31/05/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.