Ċertifikat Ewropew ta’ suċċessjoni


Informazzjoni nazzjonali u formola online rigward ir-Regolament Nru 650/2012 li jagħmilha aktar faċli biex iċ-ċittadini jittrattaw l-aspetti ġuridiċi tas-suċċessjoni internazzjonali


Ir-Regolament 650/2012 tal-4 ta' Lulju 2012 li japplika mis-17 ta' Awwissu 2015, jagħmilha eħfef għaċ-ċittadini li jittrattaw l-aspetti ġuridiċi ta' suċċessjoni internazzjonali billi jiżgura li suċċessjoni transfruntiera tiġi ttrattata b'mod koerenti, skont liġi waħda u minn awtorità waħda.

Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri kollha ħlief id-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit.

Ir-Regolament jintroduċi wkoll Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (ĊES). Iċ-ĊES jinħareġ mill-awtorità li tittratta s-suċċessjoni, u jista' jintuża mill-werrieta, il-legatarji, l-eżekuturi testamentarji u l-amministraturi tal-patrimonju biex ikun ta' prova għall-istatus tagħhom u biex jeżerċitaw id-drittijiet jew is-setgħat tagħhom fi Stati Membri oħra. Ladarba jinħareġ, iċ-ĊES ikun rikonoxxut fl-Istati Membri kollha mingħajr il-ħtieġa ta' ebda proċedura speċjali.

Għal aktar informazzjoni, żur il-paġna dwar is-suċċessjonijiet, jew ikkonsulta l-gwida għaċ-ċittadini tagħna dwar is-suċċessjonijiet transfruntiera.

Tista' timla din il-formola onlajn billi tikklikkja waħda mill-ħoloq ta' hawn taħt. Jekk diġà bdejt formola u ssejvjajt abbozz, tista' ttellagħha billi tuża l-buttuna "Load draft".

Tista’ timla dawn il-formoli onlajn billi tikklikkja fuq waħda minn dawn il-links hawn taħt.

  • Formola V - Ċertifikat Ewropew ta’ suċċessjoni
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)

Jekk diġà għandek xi formola ssejvjata, jekk jogħġbok ara li tuża l-buttuna 'Illowdja l-abbozz'.

Jekk diġà għandek xi formola ssejvjata, jekk jogħġbok ara li tuża l-buttuna 'Illowdja l-abbozz'.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament : 13/12/2018

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna