Judicial auctions

A judicial auction is a proceeding through which a public auction of the debtor's assets is arranged with the purpose of raising the sum of money needed to satisfy a creditor’s claim. The auction may be arranged by a judge, or his or her delegate, or a competent authority, or other public or private entities (authorized according to the legislation of individual countries.

Judicial auctions - definition

Glossary of terms related to judicial auctions

List of EU countries in which the on-line judicial auction is already in place

Definition

A judicial auction is normally preceded by a seizure, this is the act through which the creditor or the competent authority identifies and secures the assets suitable to satisfy the claim. Immovable and movable property can be seized, as well as credits which the debtor holds vis-à-vis a third party. In the case of credits, however, the enforcement proceedings do not terminate with the sale but with the allocation of the debtor’s credit to his or her creditor.

There are different types of judicial auctions in the EU countries, whose national law provide for the relevant legal framework. In some EU countries a judicial auction can be held on line, thus avoiding participants appearing personally before the judge or in the Court or in other public or private entities.

A judicial auction – which is usually directed by a judge, who can assign the sales operation to a third party (an independent professional or a company specifically authorised to perform this task) but can also be entirely managed by other subjects (e.g. bailiff, or other enforcement authority) – is normally preceded by appropriate advertisements.

The national pages will start having data added shortly. If the flag on the right of this page for the relevant country is greyed out then the information has not yet been added.

Glossary of terms related to judicial auctions

  1. Award – the asset for sale is awarded to the person who has offered the highest price at the end of the judicial auction.
  2. Basic price – value of the debtor’s seized properties (real estate or personal property) that have been foreclosed by the creditor or the competent authority.
  3. Bid in competition with other people/companies – competitive bidding for an asset at a judicial auction.
  4. Counter bid – a new bid for an item made by a person/company in a judicial auction, at a higher price – to attempt to secure the purchase.
  5. Deposit – to attend a judicial auction, a person must pay a deposit before the auction starts. The person will get the deposit back at the end of the auction, if they do not buy the asset for sale.
  6. Expert who estimates the value of seized assets – expert (in the relevant market) usually used to estimate the value of assets. The expert must give the asset’s fair market value, taking into account the general situation on that market and the condition it is in.
  7. Person or company in charge of the sales operation – person or company responsible for giving information to people interested in buying the asset, advertising the sale of it, carrying out the bidding procedure during the auction, etc.
  8. Possibility of previewing the asset for sale – chance for potential buyers to see the item in question, and the condition it is in (sometimes via photos, other times in person).
  9. Sale advertisement – to sell a seized asset at a judicial auction, the judge or their delegate or the competent authority must advertise the sale (how and when the asset will be sold). Judicial auctions are usually advertised on the internet, but also often in newspapers.
  10. Seized asset – debtor’s property (real estate or personal property) that is foreclosed by a creditor or the competent authority if the debtor does not voluntarily pay their debt. To foreclose an asset, the creditor or the competent authority must send the debtor a seizure order. This is an act in which the creditor or the competent authority identifies the asset that can be used to pay the debt.
  11. Transfer – the act transferring ownership of the sale asset from the debtor to the buyer.

List of the EU countries in which the on-line judicial auction is already in place

  1. Austria (in cooperation with Germany)
  2. Croatia
  3. Estonia
  4. Finland
  5. Germany (in cooperation with Austria)
  6. Hungary
  7. Italy
  8. Latvia (only for enforcement procedures relating to immovable assets)
  9. Portugal
  10. Spain
  11. The Netherlands (only for enforcement procedures relating to immovable assets).
Last update: 18/01/2019

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Bejgħ fl-irkant bil-qorti - Estonja

1. Ir-reklamar u l-ipprezzar rigward il-bejgħ ta’ assi maqbuda

L-assi maqbuda jinbiegħu minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamarixxall tal-qorti. L-assi maqbuda ma għandhomx għalfejn jinbiegħu f’subbasta jekk id-debitur u l-pretendent jilħqu ftehim dwar l-issodisfar tal-pretensjoni, jiġifieri jekk ikun hemm qbil li l-pretensjoni li tkun qed tiġi eżegwita permezz ta’ proċedimenti ta’ eżekuzzjoni tista’ tkun issodisfata mod ieħor. Ftehimiet bħal dawn iridu jsiru mal-pretendenti kollha. Il-ftehimiet iridu jiġu nnotifikati lill-marixxall tal-qorti; inkella l-marixxall tal-qorti jkompli bl-atti proċedurali tas-soltu.

Jekk ir-rikorsi għal eżekuzzjoni ta’ dejn ikunu ġew ippreżentati minn kredituri differenti quddiem marixxalli tal-qorti differenti u l-proprjetà immobbli tad-debitur tkun diġà nqabdet minn wieħed mill-marixxalli tal-qorti, marixxall tal-qorti ieħor li jkun beda proċedimenti ta’ eżekuzzjoni ma jistax jaqbad il-proprjetà immobbli reġistrata tad-debitur sakemm il-proprjetà tinħeles mill-ewwel marixxall tal-qorti.

Il-valur u l-prezz inizjali tal-assi subbastati huma ddeterminati minn espert.

Subbasti online jsiru fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaispazju għas-subbasti speċjali online. Avviż ta’ subbasta jiġi ppubblikat minn tal-anqas għaxart ijiem qabel is-subbasta fil-pubblikazzjoni uffiċjali Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAmetlikud Teadaanded u fuq l-internet. Marixxall tal-qorti jista’ wkoll jippubblika avviż f’gazzetta li tkun għall-bejgħ fiż-żona tas-subbasta. Fuq talba tal-pretendent jew tad-debitur, il-marixxall tal-qorti jippubblika l-avviż f’pubblikazzjonijiet oħra a spejjeż tal-pretendent jew tad-debitur.

Il-persuni interessati għandhom id-dritt jeżaminaw l-assi suġġetti għas-subbasta minn meta jkun ippubblikat l-avviż sal-bidu tas-subbasta. Il-persuni interessati għandhom ukoll id-dritt li jeżaminaw ir-rikorsi ppreżentati rigward l-assi li għandhom jiġu subbastati u ċ-ċertifikati rigward l-assi, inklużi rapporti ta’ valwazzjoni. Meta l-assi jinbiegħu fi proċedimenti ta’ eżekuzzjoni, la l-marixxall tal-qorti u lanqas id-debitur ma jkun responsabbli għal xi difetti fl-assi mibjugħa. Dan ma jipprekludix responsabbiltà possibbli tal-marixxall tal-qorti jew tad-debitur għal dannu kkaġunat b’mod illeċitu. Il-marixxall tal-qorti jiddetermina l-waqt li fih l-assi jistgħu jiġu eżaminati. Jekk l-assi jkunu jinsabu fil-pussess tad-debitur, id-debitur ikollu d-dritt li jitlob li dik l-eżaminazzjoni ssir fil-perjodu ta’ żmien stabbilit għall-atti ta’ eżekuzzjoni. Il-marixxall tal-qorti jrid iqis l-interessi tas-sid.

Jekk diversi persuni jkunu interessati fl-assi li jkunu se jiġu subbastati, ilkoll kemm huma jistgħu jipparteċipaw fis-sejħa tal-offerti bil-kundizzjoni li jkunu ġew irreġistrati għas-subbasta kif dovut. Is-sejħa għall-offerti tibda bil-prezz inizjali u l-parteċipanti jistgħu jagħmlu l-offerti skont l-ammont li bih tiżdied l-offerta u matul iż-żmien stabbilit għas-subbasta. Jekk issir offerta ġdida matul l-intervall ta’ estensjoni qabel tintemm is-subbasta, it-tmiem tas-subbasta jiġi estiż bl-intervall ta’ estensjoni u s-subbasta ddum sakemm jibqgħu jsiru l-offerti. L-intervall ta’ estensjoni jkun twil bejn minuta u 60 minuta. F’subbasta online, l-ogħla offerta li ssir fl-ispazju għas-subbasti sa tmiem is-subbasta tkun iddikjarata bħala l-aqwa offerta. L-aqwa offerta titħabbar fl-ispazju għas-subbasti fil-jum tax-xogħol ta’ wara d-data tas-subbasta.

Marixxall tal-qorti jista’ jistabbilixxi depożitu għall-parteċipanti fis-subbasta sa massimu ta’ għaxra fil-mija tal-prezz inizjali. Jekk ikun ġie stabbilit depożitu, min ikun jixtieq jipparteċipa fis-subbasta jintalab iħallas id-depożitu. Id-depożitu jista’ jitħallas b’mod elettroniku, jiġifieri permezz tas-servizzi bankarji fuq l-internet, lill-kont bankarju speċifikat mill-marixxall tal-qorti, jew fl-ispazju għas-subbasti permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament. F’subbasti pubbliċi fil-qorti, id-depożiti li ma jissuperawx EUR 640 jistgħu jitħallsu b’kontanti.

2. Partijiet terzi li jistgħu jwettqu l-operazzjoni tal-bejgħ

Assi mobbli u immobbli maqbuda fi proċedimenti ta’ eżekuzzjoni jew ta’ falliment jinbiegħu mill-marixxalli tal-qorti. Subbasti simplifikati jitwettqu minn persuni awtorizzati mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Marixxalli tal-Qorti u tar-Riċeventi f’Falliment.

3. Tipi ta’ subbasti li r-regoli jaf ma jkunux japplikaw għalkollox għalihom

Ma hemm l-ebda tip ta’ subbasta fil-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni u ta’ falliment tal-Estonja li r-regoli ta’ hawn fuq japplikaw biss parzjalment għalihom. Madankollu, ċerti differenzi fit-termini u l-kundizzjonijiet għat-twettiq tas-subbasti jaf ifeġġu minn atti ġuridiċi speċifiċi.

4. Informazzjoni dwar ir-reġistri nazzjonali tal-assi

L-Estonja għandha r-reġistri segwenti:

  • Ir-Reġistru elettroniku tal-Artijiet huwa servizz elettroniku li jagħti lok għal verifika f’qasir żmien u konvenjenti tad-data ġenerali, taż-żona u tas-sidien tal-proprjetajiet immobbli rreġistrati u r-restrizzjonijiet applikabbli għalihom u l-ipoteki fuqhom. L-użu tas-servizz jirrikjedi l-identifikazzjoni min-naħa tal-utent. Jista’ jkun hemm aċċess għad-data dettaljata fil-partijiet differenti tar-Reġistru tal-Artijiet billi titħallas it-tariffa indikata fil-lista tal-prezzijiet.
  • Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Bini huwa reġistru elettroniku pubbliku li l-iskop tiegħu huwa li jiġbor, jaħżen u jippubblika informazzjoni dwar bini li qed jinbena jew li qed jintuża.
  • Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tat-Traffiku jipprovdi informazzjoni dwar il-vetturi u t-trejlers. Ir-Reġistru tat-Traffiku huwa bażi tad-data elettronika pubblika, iżda l-aċċess għal xi data li tinsab fih (pereżempju, informazzjoni dwar is-sidien tal-vetturi) huwa ristrett.
  • Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tat-Titoli huwa l-ispazju tas-servizz elettroniku tar-Reġistru Ċentrali tat-Titoli tal-Estonja, li huwa intiż kemm għall-kumpaniji kif ukoll għall-individwi privati u li fih jista’ jsir tiftix u tista’ tinkiseb informazzjoni minnufih dwar it-titoli u l-kontijiet tat-titoli inseriti fir-reġistru f’ċertu limiti bi qbil. L-użu tas-servizz jirrikjedi l-identifikazzjoni min-naħa tal-utent.
  • Ir-Reġistru elettroniku tan-Negozji fih data rigward il-persuni ġuridiċi kollha rreġistrati fl-Estonja. Apparti l-kumpaniji, l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u l-fondazzjonijiet, huwa possibbli wkoll li wieħed ikollu aċċess għal data rigward awtoritajiet tal-gvern lokali u tal-istat, persuni ġuridiċi skont id-dritt pubbliku u f’istituzzjonijiet kostituzzjonali. Kull min jilloggja permezz tal-karta tal-identità jista’ jara d-data li tirrigwardah bla ħlas.
  • Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Proprjetà Matrimonjali fih data dwar it-tip ta’ relazzjonijiet magħżula fir-rigward tal-proprjetà u l-ftehimiet tal-proprjetà matrimonjali ffirmati mill-konjuġi. L-informazzjoni inserita fir-Reġistru tal-Proprjetà Matrimonjali hija pubblika u aċċessibbli għal kulħadd bla ħlas permezz ta’ servizz elettroniku.
  • Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Bastimenti huwa reġistru elettroniku li fih informazzjoni dwar il-bastimenti rreġistrati u l-bastimenti li qed jinbnew, kif ukoll id-drittijiet reali relatati. Id-data inserita fir-Reġistru tal-Bastimenti hija pubblika u għandha saħħa ġuridika. Id-data hija disponibbli għal kulħadd bla ħlas.
  • Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Inġenji tal-Ajru huwa intiż għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data meħtieġa biex l-inġenji tal-ajru jkunu rreġistrati u identifikati.
  • Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Kreditu huwa r-reġistru uffiċjali ta’ Creditinfo u l-uniku reġistru fl-Estonja li fih informazzjoni konsistenti u ta’ kwalità għolja dwar l-inadempjenzi fil-pagamenti. Ġie stabbilit fl-2001 mill-banek tal-Estonja. Jista’ jsir tiftix fir-reġistru jekk titħallas tariffa.
  • Jista’ jsir tiftix bla ħlas fir-reġistri elettroniċi pubbliċi tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaprivattivi u t-trademarks.

5. Informazzjoni dwar il-bażijiet tad-data għall-kredituri biex jidentifikaw l-assi jew il-pretensjonijiet tad-debituri

Ħafna mill-informazzjoni fir-reġistru nazzjonali elenkati hawn fuq hija kompletament jew inkella parzjalment pubblika. Biex issir tiftixa jaf ikun meħtieġ li l-persuna tkun identifikata permezz ta’ karta tal-identità, identità mobbli jew permezz ta’ bank. Għal ċertu tiftix jaf tkun tapplika tariffa.

Il-marixxalli tal-qorti u r-riċeventi f’falliment iridu japplikaw għall-awtorizzazzjoni biex jiksbu aċċess elettroniku għad-data li jkunu jeħtieġu f’diversi reġistri.

6. Informazzjoni dwar il-bejgħ ġudizzjarju online

F’subbasti li jsiru fi proċedimenti ta’ eżekuzzjoni, l-assi immobbli u mobbli maqbuda jinbiegħu f’konformità mal-liġi. Wieħed jista’ jara u jkollu aċċess għas-subbasti online fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaispazju għas-subbasti speċjali. L-ispazju għas-subbasti pubbliċi huwa ġestit mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Marixxalli tal-Qorti u tar-Riċeventi f’Falliment.

Avviż ta’ subbasta pubblika jiġi ppubblikat minn tal-anqas għaxart ijiem qabel is-subbasta fil-pubblikazzjoni uffiċjali Ametlikud Teadaanded u fuq l-internet. Marixxall tal-qorti jista’ wkoll jippubblika avviż f’gazzetta li tkun għall-bejgħ fiż-żona tas-subbasta. Fuq talba tal-pretendent jew tad-debitur, il-marixxall tal-qorti jippubblika l-avviż f’pubblikazzjonijiet oħra a spejjeż tal-pretendent jew tad-debitur.

Persuna li tkun tixtieq tipparteċipa f’subbasta partikolari trid tirreġistra għas-subbasta f’konformità mar-regoli u sad-data tal-għeluq speċifikata fl-avviż tas-subbasta, u tħallas id-depożitu jekk din tkun kundizzjoni għall-parteċipazzjoni fis-subbasta u jekk il-persuna ma tkunx eżenti bil-liġi milli tħallas id-depożitu. L-offerti jistgħu jsiru mill-parteċipanti rreġistrati għas-subbasta li jkollhom il-kapaċità ġuridika neċessarja u li d-dritt tagħhom ta’ parteċipazzjoni fis-subbasta ma jkunx ristrett ġuridikament jew b’mod ieħor. Applikazzjoni għall-parteċipazzjoni f’subbasta pubblika trid tkun iffirmata diġitalment jew inkella fiżikament. L-applikazzjoni għall-parteċipazzjoni tista’ tiġi ppreżentata billi tintbagħat permezz tal-posta elettronika lill-marixxall tal-qorti fl-indirizz speċifikat fl-avviż tas-subbasta jew billi tittella’ fl-ispazju għas-subbasti. L-applikazzjoni għall-parteċipazzjoni ma għandhiex għalfejn tkun kriptata, iżda l-proċedura speċifika għar-reġistrazzjoni tiġi ddeterminata mill-marixxall tal-qorti. F’każ ta’ subbasta pubblika fil-qorti, l-envelop irid ikun issiġillat. Biex jagħmel offerta fl-ispazju online għas-subbasti, parteċipant irid jilloggja billi juża l-karta tal-identità, identità mobbli jew isem tal-utent u password.

Il-pagamenti rikjesti (depożitu, kostijiet, prezz tal-akkwist, eċċ.) jistgħu jsiru b’mod elettroniku, permezz tas-servizzi bankarji fuq l-internet, lill-kont bankarju speċifikat mill-marixxall tal-qorti, jew fl-ispazju għas-subbasti permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament.

Offerent irid ikun irreġistrat għas-subbasta sal-bidu tas-subbasta. L-offerenti kollha jiġu infurmati dwar il-bidu tas-subbasta. Notifika rigward il-bidu tas-subbasta tintbagħat lill-offerenti permezz tal-posta elettronika. Il-pubbliku jista’ josserva l-progress tas-subbasta fl-ispazju għas-subbasti pubbliċi. L-offerti jistgħu jsiru f’limitu ta’ żmien speċifiku (il-mudell eBay). Appoġġ għall-utent (bl-Estonu, bir-Russu u bl-Ingliż) huwa disponibbli għall-parteċipanti f’subbasta. L-anonimità tal-offerenti li jkunu qed jipparteċipaw f’subbasta tkun garantita sa tmiem is-subbasta.

Subbasti pubbliċi organizzati bejn l-Istati Membri jinkoraġġixxu r-relazzjonijiet bejn il-persuni u l-kumpaniji tal-Istati Membri tal-UE, jagħmlu s-subbasti aktar trasparenti u jattiraw għadd akbar ta’ parteċipanti. Subbasti bħal dawn jistgħu wkoll inaqqsu ż-żmien meħtieġ għall-bejgħ tal-assi.

L-aħħar aġġornament: 14/05/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Bejgħ fl-irkant bil-qorti - Greċja

1. Ir-reklamar u d-determinazzjoni tal-prezzijiet għall-bejgħ ta’ assi maqbuda

Il-qbid iseħħ meta l-marixxall tal-qorti jneħħi proprjetà mobbli (l-Artikolu 954 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili) jew jaqbad proprjetà immobbli li tkun il-proprjetà tad-debitur jew dritt in rem tad-debitur fil-konfront ta’ proprjetà immobbli (l-Artikolu 992 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili) u jitħejja rapport fil-preżenza ta’ persuna adulta bħala xhud. Għal dak il-għan, il-marixxall tal-qorti jew espert imqabbad mill-marixxall tal-qorti jistma l-valur tal-proprjetà maqbuda, għad-diskrezzjoni tiegħu jew tagħha. Fil-każ ta’ proprjetà immobbli, espert indipendenti jrid jiddetermina l-valur fis-suq tagħha.

Ir-rapport tal-qbid irid jinkludi: (a) deskrizzjoni preċiża tal-proprjetà mobbli maqbuda sabiex ma jkunx hemm dubji dwar l-identità tagħha; (b) referenza għall-valutazzjoni tal-proprjetà immobbli mill-marixxall tal-qorti jew mill-espert; (c) prezz inizjali tal-offerta, li jrid ikun ugwali għal minn tal-anqas żewġ terzi tal-valur tal-proprjetà, skont kif ivvalutat; (d) referenza għat-titolu ta’ eżekuzzjoni li fuqu tkun ibbażata l-eżekuzzjoni, għall-ordni nnotifikata lid-debitur u għall-ammont li għalih il-proprjetà ġiet maqbuda; (e) referenza għad-data tas-subbasta, li trid tkun seba’ (7) xhur mid-data li fiha jitlesta l-qbid iżda mhux aktar tard minn tmien (8) xhur minn dik id-data, għall-post tas-subbasta kif ukoll għal isem l-irkantatur.

Estratt mir-rapport tal-qbid, inkluż l-ismijiet kompluti tal-parti li qed titlob għal eżekuzzjoni u l-parti li qed tintalab eżekuzzjoni kontriha, deskrizzjoni qasira tal-assi maqbuda, il-prezz inizjali tal-offerta, l-isem u l-indirizz preċiż tal-irkantatur, kif ukoll il-post, id-data u l-ħin tas-subbasta, iridu jiġu ppubblikata għaxart (10) ijiem wara l-qbid fuq is-sit web tal-pubblikazzjoni tas-subbasta tal-Bullettin għall-Pubblikazzjonijiet Ġudizzjarji tas-Settur tal-Assigurazzjoni tal-Avukati tal-Fond Nazzjonali għall-Persuni li Jaħdmu għal Rashom.

Is-subbasta ma tistax isseħħ sakemm il-formalitajiet deskritti hawn fuq ma jkunux ġew osservati, inkella din ma tkunx valida.

2. Partijiet terzi li jistgħu jwettqu l-bejgħ

Il-proprjetà mobbli maqbuda tinbiegħ pubblikament b’subbasta fil-preżenza ta’ nutar tad-distrett, appuntat għas-subbasta, tal-post li fih ikun sar il-qbid (l-Artikolu 959 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili) filwaqt li l-proprjetà immobbli maqbuda tinbiegħ pubblikament b’subbasta fil-preżenza ta’ nutar tad-distrett, appuntat għas-subbasta, li fih tkun tinsab il-proprjetà immobbli (l-Artikolu 998 ta' Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Is-subbasta jkollha l-għamla ta’ offerta bil-miktub issiġillati segwiti minn offerti bil-fomm suċċessivi, f’konformità mal-Artikolu 959(4) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili. Fil-bidu tas-subbasta, l-offerenti kollha jridu, permezz ta’ dikjarazzjoni lill-irkantatur, jappuntaw aġent fid-distrett tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-post li fih tkun qed issir is-subbasta li jkun awtorizzat li jirċievi notifika tal-atti kollha relatati mal-eżekuzzjoni.

Is-subbasta ssir fil-jum tal-Erbgħa, li jkun jum ta’ xogħol, fil-qorti ċivili distrettwali tad-distrett li fih ikun sar il-qbid. Jekk il-proprjetà mobbli maqbuda tkun tinsab fid-distretti ta’ diversi qrati ċivili distrettwali, is-subbasta ssir fil-qorti ċivili distrettwali nnominata mill-marixxall tal-qorti fir-rapport tal-qbid. Jekk is-subbasta tkun tirrigwarda proprjetà mobbli, tista’ ssir, għad-diskrezzjoni tal-marixxall tal-qorti, fil-qorti ċivili distrettwali tal-post tal-eżekuzzjoni jew inkella tal-post tal-qbid jew tal-post fejn tkun qed tinżamm il-proprjetà. Jekk is-subbasta tkun tirrigwarda proprjetà immobbli, issir fil-post tal-qorti ċivili distrettwali tad-distrett fejn tkun tinsab il-proprjetà. Jekk il-proprjetà immobbli tkun tinsab fid-distretti ta’ diversi qrati ċivili distrettwali, is-subbasta ssir fi kwalunkwe qorti ċivili distrettwali, fuq għażla tal-parti li tkun qed titlob eżekuzzjoni.

3. Tipi ta’ subbasti li r-regoli jaf ma jkunux japplikaw għalkollox għalihom

Qbid ta' assi speċjali (l-Artikoli minn 1022 sa 1033 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili):

Huwa possibbli wkoll il-qbid fil-konfront ta’ drittijiet tal-proprjetà tal-parti li tkun qed tintalab eżekuzzjoni kontriha li ma jistgħux jiġu maqbuda skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 953(1) u (2), 982 u 992 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, b’mod partikolari drittijiet tal-proprjetà intellettwali, drittijiet tal-privattivi, royalties fuq films u pretensjonijiet fil-konfront ta’ partijiet terzi li jiddependu fuq eżekuzzjoni korrispettiva, dment li d-dispożizzjonijiet tal-liġi sostantiva jippermettu t-trasferiment ta’ dawk id-drittijiet (l-Artikolu 1022 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

Jekk ikun intalab il-bejgħ b’subbasta tad-dritt maqbud, il-qorti ċivili distrettwali tappunta l-irkantatur (l-Artikolu 1026 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili) u japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ rigward il-bejgħ b'subbasta tal-proprjetà mobbli.

4. Informazzjoni dwar ir-reġistri nazzjonali tal-assi

Ma hemm l-ebda reġistru nazzjonali tal-assi

5. Informazzjoni dwar il-bażijiet tad-data li jista’ juża l-kreditur biex jillokalizza l-assi materjali jew ir-riċevibbli tad-debitur

Ma hemm l-ebda bażi tad-data li tista’ tintuża għal-lokalizzazzjoni tal-assi materjali jew tar-riċevibbli tad-debitur

6. Informazzjoni dwar is-subbasti ġudizzjarji online

Is-subbasti ġudizzjarji ma jsirux online.

L-aħħar aġġornament: 25/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Bejgħ fl-irkant bil-qorti - Spanja

1. Ir-reklamar tal-bejgħ ta’ assi kkonfiskati u l-valwazzjoni

Is-subbasti huma rreklamati permezz ta’ avviżi ppubblikati fit-taqsima “Administración de Justicia” (Amministrazzjoni tal-Ġustizzja) tal-portal Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaB.O.E. (Boletín Oficial del Estado, Gazzetta tal-Gvern Uffiċjali) u fuq il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaportal tas-subbasti nnifsu.

Il-valwazzjonijiet jitwettqu fi proċedimenti ġuridiċi stabbiliti għal dik il-fini (l-Artikolu 637 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili — Ley de Enjuiciamiento Civil, LEC), permezz tan-nomina ta’ esperti. Xi drabi ma jkunx hemm bżonn ta’ valwazzjoni għaliex il-valur għall-finijiet tas-subbasta jkun diġà ġie stabbilit, pereżempju fi preklużjonijiet tad-dritt ipotekarju. Il-valwazzjoni lanqas ma tkun meħtieġa għal subbasti volontarji li fihom l-assi jistgħu jitqiegħdu għall-bejgħ mingħajr prezz minimu jew mingħajr valur stmat, jew bil-valur propost mill-partijiet.

2. Partijiet terzi li jistgħu jwettqu operazzjonijiet ta’ bejgħ

Skont il-liġi Spanjola, il-bejgħ jista’ wkoll isir minn persuni jew entitajiet speċjalizzati, kemm jekk pubbliċi kif ukoll jekk privati, u meta jkun hemm il-qbil tal-awtorità ġudizzjarja, il-bejgħ jew is-subbasta jridu jikkonformaw mar-regoli tal-entità, dment li ma jkunux inkompatibbli mal-għan tal-eżekuzzjoni jew il-protezzjoni tal-interessi kemm tal-parti li qed twettaq l-eżekuzzjoni kif ukoll tal-persuna li l-eżekuzzjoni tkun qed issir fil-konfront tagħha, skont l-Artikolu 641 LEC.

L-ewwel paragrafu tad-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq jistipula li l-Assoċjazzjonijiet tal-Avukati (Colegios de Procuradores) jistgħu jassumu dawn il-karigi, u għal dak l-iskop, huma stabbilew il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaportal tas-subbasti elettroniċi tagħhom.

Nistgħu wkoll insibu każijiet ta’ bejgħ dirett minn amministraturi ta’ proċedimenti ta’ insolvenza fil-fażi ta’ likwidazzjoni tal-proċedimenti ta’ insolvenza.

3. Tipi ta’ subbasti li r-regoli jaf ma jkunux japplikaw għalkollox għalihom

Fil-preżent, il-portal tas-subbasti jirreklama s-subbasti kollha, kemm dawk ġudizzjarji kif ukoll dawk ġestiti min-nutara, li jsiru fi Spanja, iżda s-subbasti amministrattivi (pereż. it-Teżor jew is-Sigurtà Soċjali) mhumiex inklużi, anki jekk hemm pjanijiet biex fil-futur dawn jiġu inkorporati fil-portal.

Apparti minn hekk, fil-portal mhuwiex inkluż ukoll il-bejgħ diġà rrappurtat minn entitajiet speċjalizzati, il-bejgħ taħt proċedimenti ta’ insolvenza, f’liema każ il-qorti tkun approvat forma oħra ta’ disponiment, u taħt proċedimenti ta’ insolvenza li fihom il-partijiet ikunu qablu b’mod reċiproku fuq forma oħra ta’ disponiment billi jiffirmaw ftehim ta’ bejgħ (l-Artikolu 640 LEC).

4. Informazzjoni dwar ir-reġistri nazzjonali tal-assi

  • Art u proprjetà: Ir-reġistri tal-proprjetà għandhom l-inkarigu li jipprovdu informazzjoni dwar l-art u l-proprjetà għas-subbasta, bħal informazzjoni dwar is-sid, l-istat fiżiku tal-proprjetà, il-post u l-jeddijiet li jingħataw bl-art u l-proprjetà jew inkella l-impedimenti fuqhom, pereżempju, dritt ta’ użufrutt f’rabta ma’ art jew proprjetà.
  • Proprjetà mobbli: Hemm ukoll reġistru ta’ proprjetà mobbli, li jinkludi inġenji tal-ajru, bastimenti, karozzi bil-mutur u vetturi oħra bil-magni, makkinarju industrijali, postijiet ta’ negozju u oġġetti kapitali, eċċ.
  • Reġistri oħra ta’ assi: L-informazzjoni dwar ċerti assi tkun disponibbli għall-pubbliku b’mod speċifiku skont in-natura tal-istess assi, kif jista’ jiġri fil-każ ta’ assi intanġibbli fl-Uffiċċju Spanjol għall-Privattivi u t-Trademarks.

5. Informazzjoni dwar il-bażijiet tad-data li fihom il-kredituri jistgħu jidentifikaw l-assi jew id-drittijiet tad-debituri

Ir-reġistru tal-proprjetà u r-reġistru tal-proprjetà immobbli għandhom dan l-iskop, billi t-tnejn li huma jagħtuna informazzjoni dwar is-sjieda tal-assi u dwar il-kredituri kollha tal-assi.

Huwa possibbli wkoll li dak li jkun jikkonsulta d-data fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tar-Reġistru tal-Artijiet. Jekk tiġi ppubblikata r-referenza tar-reġistru tal-artijiet tal-assi għas-subbasta, il-portal tas-subbasti jiġġenera ħolqa li tippermetti li dan l-assi jintwera permezz tas-satellita, bis-saħħa ta’ pjattaformi bħal Google Earth.

6. Informazzjoni dwar il-bejgħ ġudizzjarju online

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida Il-portal tas-subbasti

L-aħħar aġġornament: 14/05/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Bejgħ fl-irkant bil-qorti - Franza

1. Ir-reklamar u l-issettjar tal-prezzijiet tal-assi maqbuda

F’każijiet ta’ qbid ta’ proprjetà, it-tfassil tal-kundizzjonijiet ta’ bejgħ huma responsabbiltà tal-kreditur li jkun qed jitlob l-eżekuzzjoni: Dan jistabbilixxi l-ammont tal-prezz ta’ riżerva, li madankollu jista’ jiġi kkontestat mid-debitur, u l-imħallef ikollu joħroġ deċiżjoni wara s-seduta preliminari tal-qbid.

Ġeneralment, il-professjonista li jwettaq il-bejgħ jistabbilixxi l-prezz ta’ riżerva f’bejgħ ta’ proprjetà mobbli f’subbasti pubbliċi, jiġifieri l-prezz inizjali tal-bejgħ, u bl-offerent bl-ogħla u bl-aħħar offerta jiġi aġġudikat il-proprjetà. Il-professjonista li jwettaq il-bejgħ jista’ jirrikorri għas-servizzi ta’ espert biex jistima l-proprjetà jekk ikun hemm bżonn.

F’każijiet ta’ bejgħ sfurzat ta’ proprjetà immobbli, il-kreditur li jkun qed ifittex l-eżekuzzjoni jista’ jagħmel arranġamenti għal reklamar fakultattiv (ara hawn taħt, il-punt li jmiss); f’każijiet ta’ bejgħ sfurzat ta’ proprjetà mobbli, il-professjonista li jwettaq il-bejgħ jista’ wkoll jirreklama l-proprjetà fuq is-sit web tiegħu, jew inkella f’każ ta’ rkantaturi ġudizzjarji, fuq is-siti web xierqa tal-professjoni: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.interencheres.com/ jew Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.drouot.com/

F’każ ta’ bejgħ sfurzat ta’ proprjetà mobbli, huwa possibbli r-reklamar fil-mezzi tal-istampa; f’każ ta’ bejgħ sfurzat tal-proprjetà immobbli, l-avviż imfassal mill-kreditur irid ikun ippubblikat f’gazzetta li tippubblika l-avviżi legali, u jrid jitqiegħed avviż simplifikat f’żewġ ħarġiet perjodiċi ta’ gazzetti lokali jew reġjonali. Huwa possibbli wkoll reklamar fakultattiv permezz ta’ kull mezz kumplimentari ieħor.

Għall-bejgħ sfurzat tal-proprjetà immobbli, l-avviż imfassal mill-kreditur li jkun qed ifittex l-eżekuzzjoni jrid jintwera xi mkien faċilment aċċessibbli għall-pubbliku fil-bini tal-qorti.

Għall-bejgħ sfurzat tal-proprjetà mobbli tanġibbli, ir-reklamar għandu jsir permezz ta’ avviżi li jintwerew fil-bini tal-kunsill lokali li fih ikun joqgħod id-debitur, u fil-post tal-bejgħ;

F’każ ta’ bejgħ sfurzat ta’ proprjetà mobbli, huwa possibbli r-reklamar fi prospectus jew f’katalogu.

F’każ ta’ qbid ta’ proprjetà mobbli, ir-reklamar tal-bejgħ jista’ jinkludi deskrizzjoni tal-proprjetà u l-valur stmat tagħha.

F’każijiet ta’ qbid ta’ proprjetà immobbli, l-avviż li jkun ippubblikat u li jintwera fil-bini tal-qorti għandu jindika l-proprjetà maqbuda, jipprovdi deskrizzjoni fil-qosor (in-natura, kull okkupazzjoni eventwali tal-proprjetà, l-elementi kollha magħrufa rigward is-superfiċje tagħha), u jindika l-ammont tal-prezz ta’ riżerva.

Il-proprjetajiet għall-bejgħ f’subbasta pubblika jiġu preżentati dak il-ħin tal-bejgħ, mill-irkantatur ġudizzjarju jew minn professjonista awtorizzat li jorganizza l-bejgħ. Wieħed jista’ jmur jara l-beni qabel il-ħin tal-bejgħ.

Il-proprjetajiet immobbli maqbuda jistgħu jinżaru f'dati u f’ħin stabbiliti mill-imħallef (l-Artikolu R.322-26 tal-Kodiċi tal-Proċeduri Ċivili ta’ Eżekuzzjoni (CPCE)), u ż-żjarat isiru fil-preżenza ta’ marixxall tal-qorti.

Fir-rigward tas-subbasti u fil-każ ta’ proprjetà mobbli, l-offerent bl-ogħla u bl-aħħar offerta jaġġudika l-proprjetà, filwaqt li ta’ min wieħed jippreċiża li s-subbasti ma għandhomx limitu ta’ ħin, iżda dawn jintemmu biss wara li jkunu saru tliet sejħiet. F’każ ta’ qbid ta’ proprjetà immobbli, is-sistema hija waħda ta’ offerti li jiżdiedu, fejn kull offerta trid tkun ogħla minn ta’ qabilha; l-offerti jintemmu wara li jgħaddu 90 sekonda mill-aħħar offerta (dan il-ħin jingħadd b’mezz viżiv u akustiku li jindika lill-pubbliku kull sekonda li tgħaddi).

Fil-każ ta’ bejgħ sfurzat tal-proprjetà mobbli, ma hemmx bżonn ta’ depożitu ta’ garanzija jew ta’ kapparra. Kuntrarjament, f’każ ta’ bejgħ sfurzat ta’ proprjetà immobbli, il-persuna interessata li tieħu sehem fis-subbasta trid tagħmel depożitu l-bank li ma jingħatax lura lill-avukat tagħha jew tagħmel ċekk bankarju lid-destinatarju jew lill-Fond tad-Depożiti Uffiċjali (Caisse des Dépôts et Consignations), li jkunu jirrappreżentaw 10 % tal-ammont tal-prezz ta’ riżerva (dan l-ammont ma jistax ikun anqas minn EUR 3000). Din is-somma tintradd lura lill-offerent fi tmiem is-seduta ta’ aġġudikazzjoni. jekk ma jkunx ġie ddikjarat l-aġġudikatur.

2. Partijiet terzi awtorizzati li jwettqu l-bejgħ

L-irkantaturi ġudizzjarji, in-nutara, is-sensara taħt ġurament u l-marixxalli tal-qorti huma l-uniċi professjonisti awtorizzati li jorganizzaw bejgħ bil-qorti tal-proprjetà mobbli (b’mod partikolari l-proprjetà mobbli maqbuda) f’subbasti pubbliċi.

3. Tipi ta’ subbasti ġudizzjarji li r-regoli japplikaw biss parzjalment għalihom

F’każijiet li jirrigwardaw proprjetà mobbli, jista’ jkun hemm bejgħ volontarju f’subbasti pubbliċi, li huwa soġġett għal regoli ħafna anqas stretti mill-bejgħ f’subbasta ġudizzjarja. Japplikaw l-Artikoli L. 321-1 et seq. u R. 321-1 et seq. tal-Kodiċi tal-Kummerċ. Il-bejgħ volontarju ma jaqax fil-qafas tal-proċeduri ta’ eżekuzzjoni sfurzata, li huma ġudizzjarji.

4. Informazzjoni dwar ir-reġistri nazzjonali tal-proprjetà

F’każijiet li jirrigwardaw il-proprjetà immobbli, ir-reġistru tal-artijiet, li huwa dokument amministrattiv u fiskali, jista’ jipprovdi informazzjoni dwar il-proprjetà immobbli tad-debitur f’muniċipalità, u dwar minn xiex hija magħmula (proprjetà mibnija jew li qed tinbena, l-ammont ta’ rqajja’ tal-art, in-natura ta’ kull sit). Barra minn hekk, is-servizzi tar-reklamar tal-artijiet (is-servizzi amministrattivi rilevanti tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi Pubbliċi (Direction Générale des Finances Publiques)) iżommu fajl tal-proprjetajiet għal kull muniċipalità, li jelenka estratti mid-dokumenti ppubblikati taħt isem kull sid u għal kull proprjetà, u li jagħti wkoll l-istatus ġuridiku ta’ kull proprjetà.

Fir-rigward tal-proprjetà mobbli, is-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Vetturi (SIV – Système d’Identification des Véhicules) tipprovdi informazzjoni dwar l-istat ċivili tad-detentur taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi bil-mutur u b’żewġ roti, in-numru ta’ reġistrazzjoni u l-karatteristiċi tal-vettura. Jeżisti fajl nazzjonali li fih iridu jiġu rreġistrati l-bastimenti (bħalissa qed jitfasslu d-digrieti), id-dgħajjes (reġistru diġitalizzat f’idejn il-Ministeru għat-Trasport) u l-inġenji tal-ajru (reġistru f’idejn il-Ministeru inkarigat mill-Avjazzjoni Ċivili). Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huma elenkati f’fajl nazzjonali li l-kredituri jista’ jkollhom aċċess dirett għalih u li jinżamm mill-Istitut Nazzjonali tal-Proprjetà Intellettwali (INPI – Institut National de la Propriété Intellectuelle). It-titli tal-opri ċinematografiċi maħsuba li jintwerew għall-pubbliku fi Franza huma elenkati f’reġistru pubbliku taċ-ċinema u tal-awdjoviżiv, amministrat minn uffiċjal tal-amministrazzjoni tat-taxxi, u t-titli ta’ xogħlijiet letterarji bil-fakultà ta’ akkwist tad-drittijiet ta' adattament jinsabu f’reġistru tal-fakultajiet.

F’każijiet ta’ proprjetà immobbli: ir-reġistru tal-artijiet jinżamm minn kull muniċipalità, u jinkludi serje sħiħa ta’ dokumenti (il-pjanta tal-artijiet, lista ta’ suddiviżjonijiet, lista tas-sidien tal-artijiet); hija biss il-pjanta tal-artijiet li tinżamm b’mod diġitali. Il-fajl tal-proprjetà immobbli jinżamm mis-servizzi tar-reklamar tal-artijiet, li huma bbażati fil-post, taħt ir-responsabbiltà ta’ kull Qorti Reġjonali (Tribunal de grande instance). Ma hemm l-ebda fajl fuq livell nazzjonali.

Għall-vetturi bil-mutur, kull prefettura għandha reġistru, iżda l-SIV għandu fajl elettroniku nazzjonali.

Għad-dgħajjes, ir-reġistru huwa kompjuterizzat u jinżamm mill-Ministeru għat-Trasport; Għall-bastimenti jeżistu sitt reġistri differenti, li wkoll jinżammu mill-Ministeru għat-Trasport.

Għall-inġenji tal-ajru, ir-reġistru jinżamm mill-Ministeru inkarigat mill-Avjazzjoni Ċivili, u huwa aċċessibbli permezz tal-internet għal skopijiet ta’ informazzjoni.

L-informazzjoni dwar id-diversi drittijiet tal-proprjetà intellettwali tinżamm ċentralment minn korp uniku, l-INPI, li jagħti aċċess għal diversi rekords ta’ dokumenti permezz tas-sit web tiegħu.

Is-servizzi tar-reġistru tal-artijiet huma parzjalment aċċessibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaonline. Hemm biss is-servizz ta’ konsultazzjoni tal-pjanta tal-artijiet, u mhux tal-lista tas-sidien tal-artijiet (li tista’ tipprovdi informazzjoni dwar is-sidien), b’mod simili għall-SIV, ir-reġistru internazzjonali Franċiż tal-bastimenti rreġistrati fi Franza, u r-reġistri tal-INPI.

Ġeneralment, il-maġġorparti tar-reġistri, ladarba huma pubbliċi, huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tar-Relazzjonijiet bejn il-Pubbliku u l-Amministrazzjoni, li jipprevedu li l-aċċess għad-dokumenti amministrattivi għandu jkun bla ħlas, meta kkonsultati fuq il-post, jew bi ħlas ekwivalenti l-aktar l-aktar għall-ispiża tar-riproduzzjoni tagħha f’każ li tingħata kopja tagħhom, jew inkella bla ħlas jekk id-dokument ikun disponibbli f’format elettroniku u jintbagħat permezz tal-email.

5. Informazzjoni rigward il-bażijiet tad-data li jippermettu lill-kredituri li jidentifikaw l-assi u l-obbligi ta’ dejn tad-debitur

L-Artikolu L.152-1 CPCE jippermetti lill-marixxalli tal-qorti li jiksbu informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tal-indirizz tad-debitur, l-identità u l-indirizz ta’ min iħaddmu, jew ta’ kull debitur terz jew detentur ta’ somom likwidi jew pagabbli u l-għamla tal-assi immobbli tiegħu, mingħand l-amministrazzjonijiet tal-Istat, tar-Reġjuni, tad-Dipartimenti, tal-Muniċipji u mingħand l-istituzzjonijiet pubbliċi jew korpi kkontrollati mill-awtorità amministrattiva.

Il-marixxalli tal-qorti jistgħu jitolbu informazzjoni direttament mill-bażi tad-data nazzjonali tal-kontijiet bankarji (FICOBA – Fichier National des Comptes Bancaires), immexxija mill-awtoritajiet tat-taxxa u li għaliha jikkontribwixxu l-banek, sabiex jiksbu l-informazzjoni rigward il-preżenza ta’ kontijiet bankarji miftuħa għan-nom tad-debitur, u l-postijiet li fihom jinsabu dawn il-kontijiet.

Il-marixxalli tal-qorti jistgħu jitolbu informazzjoni mill-fondi tal-assigurazzjoni medika u għal qgħad.

Skont l-Artikolu L.152-2 CPCE, il-banek huma obbligati li jgħarrfu lill-marixxall tal-qorti inkarigat b’mandat mill-kreditur jekk kont wieħed jew aktar ikunu miftuħa għan-nom tad-debitur u l-postijiet fejn dawn il-kontijiet ikunu miżmuma, iżda ma jistgħu jagħtu ebda tip ta’ informazzjoni oħra.

Is-SIV, li l-marixxall tal-qorti inkarigat b’mandat mill-kreditu jista’ jkollu aċċess għaliha, tipprovdi informazzjoni dwar l-istat ċivili tad-detentur taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi bil-mutur u b’żewġ roti, in-numru ta’ reġistrazzjoni u l-karatteristiċi tal-vettura.

Il-kreditur ma għandux aċċess dirett għal dawn il-bażijiet tad-data, iżda jista’ jagħmel dan permezz tal-marixxall tal-qorti inkarigat b’mandat li jwettaq l-eżekuzzjoni sfurzata.

6. Informazzjoni rigward is-subbasti ġudizzjarji online

Fi Franza hemm żewġ tipi ta’ subbasti online fil-bejgħ bi rkant tal-proprjetà mobbli:

  • is-subbasti “live”, jew “live auctions”, li huma parzjalment virtwali: il-bejgħ isir fiżikament f’post apposta, u jixxandar dirett fuq l-internet, fuq is-sit web tal-professjonista li jkun qed iwettaq il-bejgħ, jew fuq wieħed mis-siti web xierqa għad-dispożizzjoni tal-irkantaturi ġudizzjarji professjonali (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.interencheres.com/ jew Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.drouotlive.com/). Dawn is-subbasti ġudizzjarji huma permessi għaliex ma hemm xejn li jipprevenihom, u fil-fatt qegħdin kulma jmur jiżdiedu.
  • Is-subbasti “online”, li huma totalment virtwali: il-bejgħ isir biss fuq l-internet, mingħajr preżenza fiżika f’post apposta. Dan il-bejgħ mhuwiex permess f’każijiet ġudizzjarji (kuntrarjament għall-bejgħ volontarju) skont il-liġi attwali minħabba ostakli ġudizzjarji ta’ natura teknika.

Is-subbasti (parzjalment) virtwali huma possibbli għall-proprjetà mobbli biss.

Il-professjonisti li jwettqu l-bejgħ jistgħu jirreklamawhom b’mod transfruntiera, u l-offerti jistgħu jintefgħu mingħand kwalunkwe offerent irrispettivament mil-lokalità jew min-nazzjonalità tiegħu, jew jekk il-bejgħ iseħħx “live” jew le (jeżistu wkoll mekkaniżmi għal subbasta mill-bogħod: bħal offerti li jintbagħtu bil-miktub jew bit-telefon).

Sabiex dak li jkun (l-aġġudikatur potenzjali) jieħu sehem f’subbasta virtwali, ma għandux għalfejn jipprovdi l-firma tiegħu, iżda l-professjonista inkarigat mill-bejgħ jista’ jitlob għal imprint tal-karta ta’ kreditu. Ir-reġistrazzjoni ssir mal-professjonista inkarigat mill-bejgħ, u fil-prinċipju tista’ ssir bi kwalunkwe mezz, bl-aktar mezz komuni jkun wisq probabbli r-reġistrazzjoni permezz tas-sit web li fuqu tixxandar is-subbasta. Hemm il-possibbiltà tal-offerti bil-miktub b’kull mezz.

Il-professjonista inkarigat mill-bejgħ jiddetermina l-modalitajiet ta’ pagament aċċettati.

L-offerenti mill-bogħod ma għandhomx għalfejn ikunu preżenti fiżikament (iżda jistgħu jagħmlu dan, jekk ikunu jridu). Jistgħu jsegwu s-subbasta diretta u jitfgħu l-offerti tagħhom f’ħin reali. Jistgħu wkoll jirreġistraw offerta waħda jew aktar qabel il-bejgħ, u f’dan il-każ, l-offerti jiżdiedu b’mod progressiv billi mill-bidu nett titqies l-offerta proposta. Ġeneralment, matul is-subbasta, ikun hemm ukoll il-possibbiltà ta’ kollegament telefoniku.

Il-possibbiltajiet tat-traduzzjoni jiddependu fuq il-kapaċitajiet tal-professjonista inkarigat mill-bejgħ u tal-assistenti tiegħu billi dwar din il-materja ma hemm l-ebda obbligu bil-liġi.

Minħabba l-konfigurazzjonijiet tas-sit web tas-subbasti, huma biss il-persuni li jkunu rreġistraw għas-subbasta online li jista’ jkollhom aċċess għall-bejgħ mis-sit web inkwistjoni. Min-naħa l-oħra, il-pubbliku għandu aċċess għall-bejgħ fil-post fiżiku fejn iseħħ il-bejgħ.

L-aħħar aġġornament: 16/03/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna Kroat ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Bejgħ fl-irkant bil-qorti - il-Kroazja

1. It-tħabbir u d-determinazzjoni tal-prezzijiet għall-bejgħ ta’ assi maqbuda

Is-subbasti ġudizzjarji jintużaw għall-bejgħ tal-proprjetà mobbli u immobbli f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni (Ovršni zakon) (Narodne Novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja) Nri 112/12, 25/13, 93/14 u 55/16, minn hawn ’il quddiem: l-Att dwar l-Eżekuzzjoni). Fl-1 ta’ Jannar 2015, fil-Kroazja daħlet fis-seħħ sistema ta’ bejgħ tal-proprjetà mobbli u immobbli permezz ta’ subbasti ġudizzjarji online, għall-proċedimenti li nbdew wara dik id-data.

Proprjetà immobbli

L-eżekuzzjoni vis-à-vis il-proprjetà immobbli titwettaq billi eżekuzzjoni tkun irreġistrata fir-reġistru tal-artijiet, tinbiegħ il-proprjetà inkwistjoni u billi l-kreditur(i) tal-eżekuzzjoni jirċievu r-rikavat ta’ tali bejgħ bħala saldu.

Il-valur tal-proprjetà immobbli jiġi ddeterminat permezz ta’ konklużjoni għad-diskrezzjoni tal-qorti, ibbażata fuq konstatazzjoni motivata u opinjoni ta’ stimatur jew xhud espert awtorizzat; meta jiġi stabbilit il-valur tal-proprjetà immobbli, jitqiesu wkoll ċerti drittijiet u impedimenti fuq il-proprjetà li ma jintemmux lanqas wara l-bejgħ, u li b’hekk ibaxxulha l-valur.

Malli titlesta l-proċedura tal-valwazzjoni tal-proprjetà, il-qorti toħroġ konklużjoni dwar il-bejgħ tagħha li tistabbilixxi l-valur tal-proprjetà u l-mod u l-kundizzjonijiet tal-bejgħ tagħha.

Il-paragrafi (2) u (3) tal-Artikolu 92 tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni jistipulaw li l-partijiet jistgħu jiddeterminaw il-valur tal-proprjetà permezz ta’ ftehim ġudizzjarju jew extraġudizzjarju, li jkun ta’ bażi għal rahan jew għal xi dritt rilevanti ieħor ta’ proprjetà stabbilit biex tiġi ggarantita t-talba li jrid ikun hemm saldu għaliha.

Il-proprjetà immobbli tinbiegħ permezz ta’ subbasti ġudizzjarji online li jitmexxew mill-Aġenzija Finanzjarja (Financijska agencija; minn hawn ’il quddiem FINA) wara li ssir talba minn awtorità kompetenti. It-talba għall-bejgħ u atti oħra fil-proċedura tal-bejgħ tal-proprjetà immobbli jiġu ppreżentati liċ-ċentri reġjonali tal-FINA li jkollhom ġuriżdizzjoni territorjali skont il-post u l-ġuriżdizzjoni tal-qorti ta’ eżekuzzjoni.

Subbasta ġudizzjarja online tibda permezz ta’ sejħa għall-parteċipazzjoni f’subbasta ġudizzjarja online.

Fl-ewwel subbasta ġudizzjarja online, il-proprjetà immobbli ma tistax tinbiegħ għal anqas minn 80 % tal-valur stabbilit tagħha. Fit-tieni subbasta ġudizzjarja online, il-proprjetà immobbli ma tistax tinbiegħ għal anqas minn 60 % tal-valur stabbilit tagħha (il-paragrafi (1) u (2) tal-Artikolu 102 tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni).

L-offerti jintlaqgħu tul perjodu ta’ 10 ijiem ta’ xogħol. Jekk ma ssir l-ebda offerta fl-ewwel subbasta ġudizzjarja online, it-tieni subbasta tibda billi tiġi ppubblikata sejħa għall-parteċipazzjoni fl-ewwel jum wara li titlesta l-ewwel subbasta ġudizzjarja online.

Jekk lanqas fit-tieni subbasta ġudizzjarja online, ma ssir l-ebda offerta valida, l-FINA tinnotifikaha lill-qorti. F’dak il-każ, il-qorti tissospendi l-eżekuzzjoni.

Is-subbasta ġudizzjarja online tagħlaq fil-ħin speċifikat fis-sejħa għall-parteċipazzjoni (l-Artikolu 103(1) tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni).

Wara li l-bejgħ tal-proprjetà immobbli jintemm b’suċċess permezz ta’ subbasta ġudizzjarja online, hekk kif tiġi riċevuta n-notifika mill-FINA, il-qorti toħroġ deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni tal-proprjetà immobbli. F’dik id-deċiżjoni, tiddetermina li, ladarba d-deċiżjoni ssir waħda finali u wara li l-akkwirent ikun ħallas il-prezz tal-akkwist, id-dritt ta’ sjieda tal-proprjetà aġġudikata għandu jiddaħħal fir-reġistru tal-artijiet għan-nom  tiegħu jew tagħha, u li għandu jitneħħa kwalunkwe dritt u impediment fuq il-proprjetà inkwistjoni li jintemm hekk kif din tinbiegħ.

Wara d-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni tal-proprjetà immobbli lill-akkwirent issir waħda finali, il-qorti tistabbilixxi data tas-seduta biex ikun diviż il-prezz tal-akkwist.

Proprjetà mobbli

L-eżekuzzjoni vis-à-vis il-proprjetà mobbli titwettaq permezz ta’ preklużjoni, valutazzjoni, qbid, spedizzjoni tal-proprjetà u l-affidament tagħha f’idejn il-qorti, kreditur tal-eżekuzzjoni jew parti terza, il-bejgħ tagħha u l-kreditur tal-eżekuzzjoni jirċievi s-saldu għat-talba tiegħu mir-rikavati ta’ tali bejgħ.

Il-proprjetà mobbli tinbiegħ permezz ta’ subbasta ġudizzjarja bil-fomm jew permezz ta’ negozjar dirett. Il-mod tal-bejgħ jiġi ddeterminat permezz ta’ konklużjoni tal-qorti, filwaqt li jitqies li l-proprjetà mobbli tinbiegħ lill-offerent bl-ogħla offerta.

Il-bejgħ ta’ proprjetà mobbli jitħabbar fil-ħin propizju fuq l-avviżiera tal-qorti, iżda jista’ jitħabbar ukoll bl-istess mod applikat għall-bejgħ ta’ proprjetà immobbli.

Il-post, id-data u l-ħin tal-bejgħ jiġu nnotifikati lill-kreditur tal-eżekuzzjoni u lid-debitur tal-eżekuzzjoni.

Fuq proposta tal-kreditur tal-eżekuzzjoni, il-bejgħ ta’ proprjetà mobbli jista’ jsir ukoll permezz ta’ subbasta ġudizzjarja online, li għaliha jkunu japplikaw mutatis mutandis id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni li jirrigwardaw is-subbasta ġudizzjarja online tal-proprjetà immobbli (l-Artikolu 149(7) tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni).

Fis-subbasta, il-proprjetà mobbli ma tistax tinbiegħ għal anqas min-nofs il-valur stmat tagħha. Ma tistax tinbiegħ bi prezz anqas minn dak anki fil-perjodu ta’ żmien iddeterminat mill-qorti għall-bejgħ permezz ta’ negozjar dirett.

Jekk il-proprjetà mobbli ma tkunx tista’ tinbiegħ permezz tas-subbasta jew permezz ta’ negozjar dirett, l-eżekuzzjoni tkun sospiża.

Ladarba s-subbasta tal-proprjetà mobbli titlesta b’suċċess, l-akkwirent jintalab iħallas il-prezz tal-akkwist u jieħu l-pussess tal-proprjetà mobbli f’idejh malli jiġu konklużi s-subbasta jew il-bejgħ permezz ta’ negozjar dirett. Jekk l-akkwirent jonqos milli jħallas il-prezz tal-akkwist, is-subbasta titqies li ma tkunx irnexxiet.

L-inkarigu tal-bejgħ tal-proprjetà mobbli maqbuda fil-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni jista’ jingħadda lil aġent b’kummissjoni ċċertifikat. L-attivitajiet ta’ aġent b’kummissjoni ċċertifikat jiġu organizzati u implimentati mill-Kamra tal-Ekonomija tal-Kroazja.

Is-subbasti tal-proprjetà mobbli akkarigu tal-aġent b’kummissjoni jitmexxew minn nutar.

Wara li l-proprjetà mobbli tinbiegħ, l-aġent b’kummissjoni jgħaddiha lill-akkwirent bil-kundizzjoni li jitħallas il-prezz tal-akkwist.

2. Partijiet terzi li jistgħu jwettqu l-bejgħ

Proprjetà immobbli

Fil-Kroazja, il-bejgħ tal-proprjetà immobbli jsir mill-FINA. Flimkien ma’ talba għall-bejgħ li għandha ssir billi tintuża l-formola preskritta, il-qorti għandha l-obbligu li tgħaddi d-deċiżjoni ta’ eżekuzzjoni, l-estratt mir-reġistru tal-artijiet u l-konklużjoni rigward il-bejgħ lill-FINA.

Fil-każijiet ta’ bejgħ ta’ proprjetà immobbli permezz ta’ negozjar dirett, il-bejgħ tal-proprjetà immobbli jitmexxa minn persuna awtorizzata għall-bejgħ tal-proprjetà immobbli, minn amministratur tal-eżekuzzjoni, minn nutar jew b’xi mod ieħor.

Proprjetà mobbli

Is-subbasti ġudizzjarji bil-fomm tal-proprjetà mobbli jitmexxew minn amministratur tal-eżekuzzjoni. F’konklużjoni tagħha, il-qorti tista’ tagħti l-inkarigu tat-tmexxija tas-subbasta lil nutar (l-Artikolu 149(2) tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni). L-inkarigu tal-bejgħ tal-proprjetà mobbli maqbuda fil-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni jista’ jingħadda lil aġent b’kummissjoni ċċertifikat. (l-Artikolu 152(1) tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni)

Fuq il-proposta tal-kreditur tal-eżekuzzjoni, il-bejgħ ta’ proprjetà mobbli jitwettaq permezz ta’ subbasta ġudizzjarja online mmexxija mill-Awtorità Finanzjarja.

3. Tipi ta’ subbasti li r-regoli jaf ma jkunux japplikaw għalkollox għalihom

Proprjetà immobbli

Il-proprjetà immobbli tinbiegħ permezz ta’ subbasti ġudizzjarji online. Subbasta ġudizzjarja online tibda permezz ta’ sejħa għall-parteċipazzjoni f’subbasta ġudizzjarja online (l-Artikolu 97(1) tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni).

Il-partijiet, il-kredituri tar-rahan u d-detenturi ta’ servitujiet personali u oneri tas-sjieda li jintemmu ladarba tinbiegħ il-proprjetà immobbli jistgħu jaslu għal qbil sakemm isir il-bejgħ tal-proprjetà immobbli sa mhux aktar tard minn meta ssir is-subbasta ġudizzjarja online, rigward il-bejgħ tal-proprjetà inkwistjoni li għandu jitwettaq permezz ta’ negozjar dirett minn persuna awtorizzata għan-negozjar tal-proprjetà immobbli, minn amministratur tal-eżekuzzjoni, minn nutar jew b’mod ieħor f’perjodu ta’ żmien speċifiku (l-Artikolu 97(6) tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni).

Fil-każ ta’ bejgħ b’negozjar dirett, il-qorti toħroġ deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni tal-proprjetà immobbli mibjugħa permezz ta’ negozjar dirett wara li tkun ikkunsidrat li l-kundizzjonijiet għall-validità legali tal-bejgħ ikunu ġew issodisfati (l-Artikolu 104(1) tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni).

Id-deċiżjoni tal-aġġudikazzjoni tintwera fuq l-avviżiera tal-qorti u tintbagħat lill-persuni kollha li jirċievu l-konklużjoni dwar il-bejgħ tal-proprjetà immobbli lill-akkwirent (l-Artikolu 104(2) tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni).

Proprjetà mobbli

Il-proprjetà mobbli tinbiegħ permezz ta’ subbasta ġudizzjarja bil-fomm jew permezz ta’ negozjar dirett. Il-mod tal-bejgħ jiġi ddeterminat permezz ta’ konklużjoni tal-qorti, filwaqt li jitqies li l-proprjetà mobbli tinbiegħ lill-offerent bl-aqwa offerta (l-Artikolu 149(1) tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni).

Il-bejgħ permezz ta’ negozjar dirett jiġi konkluż minn u bejn l-akkwirent minn naħa bħala parti u mill-amministratur tal-eżekuzzjoni jew persuna b’inkarigu ta’ attivitajiet b’kummissjoni min-naħa l-oħra bħala l-parti l-oħra. L-amministratur tal-eżekuzzjoni jbigħ il-proprjetà mobbli f’isem id-debitur tal-eżekuzzjoni u akkont tiegħu, u l-persuna b’inkarigu ta’ attivitajiet b’kummissjoni f’isimha stess u akkont tad-debitur tal-eżekuzzjoni (l-Artikolu 149(3) tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni).

Fuq il-proposta tal-kreditur tal-eżekuzzjoni, il-bejgħ ta’ proprjetà mobbli jista’ jsir ukoll permezz ta’ subbasta ġudizzjarja online, li għaliha jkunu japplikaw mutatis mutandis id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att li jirrigwardaw is-subbasta ġudizzjarja online tal-proprjetà mobbli (l-Artikolu 149(7) tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni).

Il-bejgħ ta’ proprjetà immobbli u proprjetà mobbli li jkun is-suġġett ta’ garanzija ġudizzjarja u notarili permezz tat-trasferiment tas-sjieda u tat-trasferiment tat-titli jista’ jitwettaq f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti relatati mal-bejgħ tal-proprjetà immobbli u tal-proprjetà mobbli għall-fini tal-eżekuzzjoni.

4. Informazzjoni dwar ir-reġistri nazzjonali tal-proprjetà

Ir-reġistri tal-proprjetà segwenti jinżammu fil-Kroazja:

  • il-kotba tar-reġistru tal-artijiet relatati mal-istatus legali tal-proprjetà immobbli fit-territorju tal-Kroazja,
  • ir-reġistru tal-vetturi bil-mutur,
  • ir-reġistru tal-vapuri;
  • ir-reġistru tal-inġenji tal-ajru;
  • ir-reġistru tal-ishma u t-titoli b’entrata fil-kotba,
  • ir-reġistru tal-garanziji permezz ta’ atti ġudizzjarji u notarili (ir-reġistru tal-irhna),
  • ir-reġistru uniku tal-kontijiet,
  • kotba oħra tar-reġistri u reġistri.

Ir-reġistri jinżammu f’għamla elettronika minn diversi awtoritajiet tal-istat u l-aċċess għalihom jista’ jsir b’mod elettroniku (pereżempju, b'aċċess għal reġistru ta’ persuni ġuridiċi li jinżamm mill-qrati kummerċjali).

Sabiex tinkiseb data mill-awtoritajiet tal-istat, normalment ikun hemm bżonn li titħallas tariffa xierqa, u l-ammont tat-tariffa jkun jiddependi fuq kull awtorità individwali tal-istat u jiġi ddeterminat f’konformità mal-Att dwar il-Ħlasijiet Amministrattivi (NN Nru 115/16) u d-Digriet dwar it-Tariffa tal-Ħlasijiet Amministrattivi (NN Nru 8/17). Il-ħlasijiet amministrattivi sa massimu ta’ HRK 100.00 jitħallsu f’bolol tat-taxxa, u dawk li jaqbżu l-HRK 100.00 jistgħu jitħallsu permezz tas-servizzi bankarji fuq l-internet.

Il-lista ta’ proprjetà immobbli u proprjetà mobbli mibjugħa fi proċedimenti ta’ eżekuzzjoni hija rregolata mir-Regoli dwar il-kontenut u l-mod ta’ kif jinżamm reġistru tal-proprjetà immobbli u tal-proprjetà mobbli mibjugħa fi proċedimenti ta’ eżekuzzjoni (NN Nri 115/12 u 156/14).

5. Informazzjoni dwar il-bażijiet tad-data li jippermettu lill-kredituri jidentifikaw l-assi jew id-dejn tad-debituri

L-Artikolu 18 tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni jistipula obbligu tal-awtoritajiet tal-istat li jipprovdu informazzjoni dwar id-debitur meta xi ħadd jagħmel talba ta’ beħsiebu jibda proċedimenti ta’ eżekuzzjoni jew proċedimenti ta’ garanzija, fi żmien tmint ijiem minn meta titressaq it-talba.

  • Il-Ministeru għall-Intern għandu l-obbligu li jipprovdi informazzjoni dwar jekk persuna tinsabx imniżżla bħala sid ta’ vettura fir-reġistru tal-vetturi rreġistrati u mmarkati u dwar l-ispeċi, id-ditta, it-tip, il-mudell, is-sena ta’ produzzjoni u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura, kif ukoll dwar kwalunkwe impedimenti fuq dik il-vettura.
  • Il-Kumpanija Ċentrali ta’ Depożitu u Kklerjar jew persuni awtorizzati oħra li jżommu l-kontijiet ta’ titoli rreġistrati jew titoli b’entrata fil-kotba, ishma, bonds, kambjali tat-teżor, aċċettazzjonijiet tal-bank ċentrali, karti kummerċjali, riċevuti ta’ depożitu u titoli oħra maħruġa f’serje għandhom l-obbligu li jipprovdu data dwar jekk persuna li tkun tinsab fil-ktieb tar-reġistru miżmum minnhom għandhiex titoli rreġistrati fil-kontijiet.
  • L-Uffiċċju tal-Kapitanerija tal-Port għandu l-obbligu li jipprovdi data dwar jekk persuna fil-ktieb tar-reġistru jew fir-reġistru miżmum minnu hijiex imniżżla bħal sid ta’ vapur, jott, struttura li żżomm f’wiċċ l-ilma, struttura fissa lil hinn mill-kosta, dgħajsa jew strutturi li qed jinbnew.
  • L-awtorità responsabbli mir-reġistri tal-ippjanar tal-artijiet għandha l-obbligu li tipprovdi kopja stampata ta’ kull titolu ta’ proprjetà miżmum fuq persuna fiżika jew ġuridika.
  • Min iħaddem jew l-entitità li tħallas l-introjtu permanenti fi flus għandhom l-obbligu li jipprovdu data dwar il-metodu ta’ pagament tas-salarju jew introjtu permanenti fi flus ieħor lil persuna li l-pretendent beħsiebu jiftaħ proċedimenti kontriha.
  • Awtorità jew persuna oħra li żżomm ktieb tar-reġistru jew reġistru rilevanti ta’ kwalunkwe dritt li jikkostitwixxi proprjetà hija obbligata li tipprovdi data dwar jekk persuna mniżżla minnha fil-ktieb tar-reġistru jew fir-reġistru hijiex imniżżla bħala detentur ta’ dritt partikolari.

Fuq talba tal-qorti, il-persuna li l-kreditur tal-eżekuzzjoni jallega li hija d-debitur tad-debitur tal-eżekuzzjoni jew li għandha fil-pussess tagħha xi proprjetà tal-kreditur tal-eżekuzzjoni, hija obbligata, li fi żmien tmint ijiem, toħroġ stqarrija dwar jekk id-debitur tal-eżekuzzjoni għandux xi pretensjoni fil-konfront tagħha, u dwar jekk il-persuna kkonċernata għandhiex xi proprjetà tad-debitur tal-eżekuzzjoni fil-pussess tagħha.

L-awtoritajiet u l-persuni msemmija hawn fuq ma għandhomx l-obbligu li jaġixxu għat-talba tal-persuna li tkun qed titlob id-data sakemm ma jkunux tħallsu minn qabel tal-ispejjeż involuti biex jittieħdu azzjonijiet bħal dawn.

Il-persuna li tippreżenta talba għal data hija obbligata li f’din it-talba tidentifika l-pretensjoni li fir-rigward tagħha beħsiebha tibda proċedimenti ta’ eżekuzzjoni jew ta’ garanzija, u li tehmeż dokument li jservi ta’ bażi għal dik il-pretensjoni.

Ma hemmx bżonn ta’ avukat biex jippreżenta t-talba għal data msemmija hawn fuq, u l-ispejjeż jiddependu fuq l-awtorità tal-istat li t-talba tiġi ppreżentata lilha.

6. Informazzjoni dwar is-subbasti ġudizzjarji online

Il-proċedura tal-bejgħ ta’ proprjetà immobbli u proprjetà mobbli permezz ta’ subbasta ġudizzjarja online hija rregolata mid-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni, kif ukoll permezz ta’ regolamenti ta’ implimentazzjoni, speċifikament:

  • ir-Regola dwar il-mod u l-proċedura tal-bejgħ ta’ proprjetà immobbli u proprjetà mobbli fi proċedimenti ta’ eżekuzzjoni (NN Nru 156/14; minn hawn ’il quddiem: ir-Regoli tal-bejgħ).
  • ir-Regoli dwar it-tipi u l-ammonti ta’ ħlasijiet għat-twettiq tal-bejgħ ta’ proprjetà immobbli u proprjetà mobbli fi proċedimenti ta’ eżekuzzjoni (NN Nru 156/14),
  • ir-Regoli dwar il-kontenut u l-mod ta’ kif jinżamm reġistru tal-proprjetà immobbli u tal-proprjetà mobbli mibjugħa fi proċedimenti ta’ eżekuzzjoni (NN Nri 115/12 u 156/14).

Subbasta ġudizzjarja online tibda permezz ta’ sejħa għall-parteċipazzjoni f’subbasta ġudizzjarja online.

Is-sejħa għall-parteċipazzjoni f’subbasta ġudizzjarja online jrid ikun fiha l-mod u l-kundizzjoni tal-bejgħ, id-data u l-ħin tal-bidu u tat-tmiem tas-subbasta ġudizzjarja online, il-ħin li fih il-persuni interessati fil-proprjetà immobbli jistgħu jmorru jaraw il-proprjetà inkwistjoni, kif ukoll data oħra neċessarja.

L-FINA se tippubblika sejħa għall-parteċipazzjoni f’subbasta ġudizzjarja online fil-mezzi pubbliċi tal-midja jekk il-parti tippreżenta talba bil-miktub lill-FINA u tħallas bil-quddiem l-ispejjeż għal tali proċedura.

Iridu jgħaddu minn tal-anqas 60 jum minn meta jsir l-avviż tas-sejħa għall-parteċipazzjoni f’subbasta online fuq is-sit web tal-FINA sakemm jingħata bidu għall-proċess tal-offerti.

Jistgħu jipparteċipaw bħala akkwirenti fis-subbasta ġudizzjarja online, dawk il-persuni biss li jkunu ħallsu depożitu ta’ garanzija (l-Artikolu 99(1) tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni).

Il-prerekwiżit għal aċċess għas-sistema tas-subbasti ġudizzjarji online hija ċertifikat diġitali validu li jikkonferma l-identità tal-offerent u ċertifikat li jagħti lok għall-użu ta’ firma elettronika avvanzata għall-offerta tal-persuna rispettiva (l-Artikolu 14(2) tar-Regoli tal-bejgħ).

Hekk kif jilloggja għall-ewwel darba f’subbasta ġudizzjarja online partikolari, l-offerent ikollu l-obbligu li jimla formola tar-reġistrazzjoni għall-parteċipazzjoni fis-subbasta ġudizzjarja online.

L-offerent jiffirma din il-formola permezz ta’ firma elettronika avvanzata.

Malli titlesta l-formola elettronika msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regoli tal-bejgħ, is-sistema tas-subbasti ġudizzjarji online tassenja identifikatur uniku għal subbasta ġudizzjarja online partikolari.

Il-formoli huma parti integrali mir-Regoli tal-bejgħ.

L-offerti f’subbasta ġudizzjarja online jdumu jintlaqgħu għal 10 ijiem ta’ xogħol, u l-offerti jintlaqgħu b’mod elettroniku fil-jiem ta’ xogħol u fil-jiem mhux tax-xogħol tul l-24 siegħa tal-ġurnata.

Il-qorti tiddetermina l-prezz inizjali ta’ oġġett għall-bejgħ li minnu jibda l-proċess tal-offerti; malli tintemm is-subbasta ġudizzjarja online, l-FINA tippreżenta rapport lill-qorti bl-informazzjoni stipulata fl-Artikolu 25 tar-Regoli tal-bejgħ.

Il-proċedura tas-subbasti ġudizzjarji online sseħħ quddiem l-FINA, u l-pagamenti jsiru permezz ta’ trasferiment bankarju. L-offerent ma għandux għalfejn ikun preżenti fiżikament għas-subbasta, iżda jista’ jipparteċipa mill-bogħod f’dik il-proċedura.

Il-qorti toħroġ deċiżjoni bil-miktub (deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni) li għandha tintwera fuq l-avviżiera tal-qorti u fuq is-sit web tal-FINA.

F’każ ta’ bejgħ ta’ proprjetà mobbli, fuq proposta tal-kreditur tal-eżekuzzjoni, il-bejgħ ta’ proprjetà mobbli jista’ jsir ukoll permezz ta’ subbasta ġudizzjarja online, li għaliha jkunu japplikaw mutatis mutandis id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni li jirrigwardaw is-subbasta ġudizzjarja online tal-proprjetà immobbli (l-Artikolu 149(7) tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni).

L-aħħar aġġornament: 18/10/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Bejgħ fl-irkant bil-qorti - Ċipru

1. Ir-reklamar u d-determinazzjoni tal-prezzijiet għall-bejgħ ta’ assi maqbuda

Il-prezz ta’ assi maqbuda jiġi ddeterminat abbażi tal-prezzijiet kurrenti fis-suq ta’ Ċipru. Fil-każ ta’ proprjetà immobbli maqbuda, wara li jirriċerka l-valur tagħha, l-irkantatur jiddetermina prezz tal-bejgħ ta’ riżerva. Jekk il-prezz ta’ riżerva ma jintlaħaqx, il-proprjetà ma tinbiegħx.

Fir-rigward tal-assi mobbli, wara li l-marixxalli tal-qorti jkunu qabdu tali assi permezz ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ qbid tal-proprjetà immobbli favur il-kreditur, huma jiddeterminaw il-prezz minimu abbażi tal-prezzijiet tas-suq kurrenti u mbagħad jgħaddu għall-bejgħ tal-assi mobbli. Jekk il-prezz minimu ma jintlaħaqx, il-marixxalli tal-qorti jistgħu jirrepetu s-subbasta.

L-avviżi tas-subbasti jiġu ppubblikati fil-gazzetti ta’ kuljum. Jekk is-subbasta tkun tirrigwarda l-proprjetà immobbli, l-avviżi jitqiegħdu fil-muniċipalità jew fil-parroċċa li fihom tkun tinsab il-proprjetà kif ukoll fuq is-sit web tal-Ministeru għall-Intern.

2. Partijiet terzi li jistgħu jwettqu l-bejgħ

Il-bejgħ ta’ assi permezz ta’ subbasta jista’ jitwettaq minn irkantaturi privati kwalifikati. L-irkantatur ikun il-persuna xierqa appuntata mid-Dipartiment tal-Artijiet u tal-Kejl tal-Artijiet tal-Ministeru għall-Intern tar-Repubblika ta’ Ċipru u bi kwalifiki biex twettaq bejgħ sfurzat ta’ proprjetà permezz ta’ subbasta pubblika.

Fir-rigward tal-assi mobbli, kwalunkwe bejgħ ta’ proprjetà mobbli biex tkun eżegwita sentenza jseħħ permezz ta’ subbasta pubblika mwettqa mill-marixxalli tal-qorti li huma impjegati tas-Servizz tal-Qorti tal-Istat u li jkunu ngħataw is-setgħat li jbigħu beni mobbli maqbuda f’rabta mal-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ qbid ta’ proprjetà mobbli favur il-kredituri.

3. Tipi ta’ subbasti li r-regoli jaf ma jkunux japplikaw għalkollox għalihom

Hemm każijiet li fihom subbasta ta’ assi mobbli titwettaq mill-kredituri nfushom, kemm jekk kumpaniji, pereż. banek, u kemm jekk persuni fiżiċi, jekk wara eżekuzzjoni ta’ ordni tal-qorti, ikunu huma fil-pussess tal-proprjetà mobbli tad-debitur. Dawn il-każijiet mhumiex soġġetti għall-istess regoli bħal dawk li japplikaw għas-subbasti pubbliċi, kif stipulat fil-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

4. Informazzjoni dwar ir-reġistri nazzjonali tal-assi

Ir-reġistri tal-assi segwenti jinżammu f’Ċipru:

  1. Id-Dipartiment tal-Artijiet u tal-Kejl tal-Artijiet ta’ Ċipru jżomm reġistru li fih ikun hemm irreġistrati l-kuntratti kollha ta’ trasferiment tal-proprjetà għall-proprjetà immobbli taċ-ċittadini.
  2. Id-Dipartiment tat-Trasport Stradali jżomm reġistru tal-vetturi kollha rreġistrati fir-Repubblika ta’ Ċipru.
  3. Id-Dipartiment tal-Marina Merkantili ta’ Ċipru jżomm ir-reġistru tal-vapuri ta’ Ċipru, li fih huma rreġistrati l-vapuri u/jew il-bastimenti kollha.
  4. It-Taqsima tal-Kumpaniji tad-Dipartiment tar-Reġistratur tal-Kumpaniji u r-Riċevitur Uffiċjali żżomm reġistru tal-kumpaniji, kooperattivi u ismijiet kummerċjali rreġistrati f’Ċipru.
  5. Id-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili jżomm ir-Reġistri tal-Inġenji tal-Ajru ta’ Ċipru u huwa inkarigat mir-reġistrazzjonijiet u mit-trasferimenti tal-inġenji tal-ajru u mit-tneħħija tagħhom mir-reġistru.
  6. Fit-Taqsima tal-Kumpaniji, it-Taqsima tal-Proprjetà Intellettwali u Industrijali żżomm reġistru ta’ trademarks.

5. Informazzjoni dwar il-bażijiet tad-data li jista’ juża l-kreditur biex jillokalizza l-assi materjali jew l-ammonti riċevibbli tad-debitur

L-aċċess għar-reġistru tal-persuni falluti jew kumpaniji likwidati huwa wieħed faċli fis-sit web tar-Reġistratur tal-Kumpaniji u r-Riċevitur Uffiċjali ta’ Ċipru, u dan jippermetti lil kreditur jikseb informazzjoni dwar il-kapaċità finanzjarja ta’ debitur. Madankollu, ma hemm l-ebda bażi tad-data elettronika li kreditur jista’ jkollu aċċess għaliha biex jikseb l-informazzjoni b’mod dirett dwar l-assi ta’ debitur. Il-kreditur eżekutanti jista’, hu jew hi stess, jew inkella permezz ta’ avukat, ifittex fir-reġistru tal-artijiet billi juża kopja awtentika ċċertifikata tas-sentenza tiegħu/tagħha jew iċ-ċitazzjoni biex jikseb informazzjoni dwar il-proprjetà immobbli rreġistrata f’isem id-debitur.

6. Informazzjoni dwar is-subbasti ġudizzjarji online

F’Ċipru ma ssir l-ebda subbasta ġudizzjarja online.

L-aħħar aġġornament: 23/07/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Bejgħ fl-irkant bil-qorti - Malta

1. Reklamar u pprezzar tal-bejgħ ta' beni maqbuda

Dwar il-proċedura ta' infurzar ta' beni maqbuda, din il-proċedura mhux neċessarjament twassal għall-bejgħ tal-beni maqbuda.  Minflok, jista' jintlaħaq ftehim bejn il-kreditur u d-debitur.  Jekk ikun hemm diversi kredituri, huwa meħtieġ li jsir ftehim mall-kredituri kollha sabiex jiġi evitat il-bejgħ.  Jekk ma jkunx hemm ftehim, il-qorti tordna li jsir il-bejgħ.

Il-valur bażiku tal-beni maqbuda jiġi determinat minn espert li jagħmel stima tal-valur (f'każ ta' beni immobbli).  F'każ ta' beni mobbli, il-valur jiġi determinat minn min jagħmel l-ogħla offerta waqt il-bejgħ peress li l-offerti jibdew minn 0.  F'każ li tintalab valutazzjoni ta' beni mobbli, l-offerti ma jibdewx minn 0 iżda minn 60% tal-prezz stmat.

Dwar reklamar ta' beni maqbuda, dan isir permezz tal-websajt tal-gvern li tipprovdi dwar servizzi tal-qorti, websajt tal-irkantatur li jmexxi l-bejgħ, gazzetti ta' kuljum (normalment l-avviż tal-bejgħ jiġi ppublikat darba fix-xahar f'żewġ gazzetti ta' kuljum) u avviżi fil-bini tal-qorti fejn isir il-bejgħ.

Il-karatteristiċi tal-oġġett maqbud li jkun offrut għall-bejgħ kif ukoll id-dokumenti relevanti għalih ikunu disponibbli fil-websajt tal-gvern li tipprovdi dwar servizzi tal-qorti u fil-websajt tal-irkantatur li jmexxi l-bejgħ.  Kull min ikun interessat jista' jitlob li jkollu aċċess għal din l-informazzjoni.

F'każ li jkun hemm xi ħadd interessat li jara l-beni maqbud li jkun offrut għall-bejgħ, jista' jagħmel rikors lill-qorti li permezz tiegħu jitlob li jara l-beni jekk dan ikun immobbli.  Qabel kull bejgħ ta' immobbli, espert tal-qorti jipprepara rapport dwar l-istat tal-beni immobbli u dan ir-rapport huwa pubbliku.  F'każ ta' beni mobbli, min ikun interessat ikun jista' jarahom sagħtejn qabel ma jibda l-bejgħ.

Dakinhar tal-bejgħ, l-offerti jsiru viva voce lill-irkantatur nominat mill-qorti li jmexxi l-bejgħ tal-beni.

Il-persuna li takkwista l-beni wara l-irkant ma tagħmilx depożitu ta' parti mill-prezz iżda trid tħallas il-prezz sħiħ.  Dwar beni immobbli, l-ammont sħiħ irid jiġi depożitat fil-qorti fi żmien sebat ijiem mid-data tal-bejgħ filwaqt li f'każ ta' mobbli, il-prezz sħiħ għandi jiġi depożitat fi żmien 24 siegħa mill-bejgħ.   Il-pagament ma jistax isir b'mod elettroniku iżda jsir fir-reġistru tal-qorti.

2. Partijiet terzi li jistgħu jmexxu l-operazzjoni tal-bejgħ

Il-bejgħ isir taħt l-awtorita' tal-qorti minn irkantatur nominat mill-qorti u m'hemmx terzi persuni li jistgħu jmexxu l-operazzjoni tal-bejgħ.

3. Tipi ta' rkant li r-regoli jaf ma japplikawx kompletament għalihom

M'hemmx tipi ta' rkant li dawn ir-regoli ma japplikawx kompletament għalihom.

4. Informazzjoni dwar ir-Reġistru nazzjonali tal-beni

Jeżistu dawn ir-Reġistri Nazzjonali tal-beni:

Beni immobbli - Ir-Reġistru Pubbliku u r-Reġistru tal-Artijiet

Beni mobbli - rigward vetturi, bċejjeċ tal-baħar u tal-ajru - Transport Malta

Stocks u ishma tal-kumpaniji - l-Awtorita' għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta u l-Borża ta' Malta

Strumenti finanzjarji oħrajn - Il-Borża ta' Malta

Trademark u privattivi - Dipartiment tal-Kummerċ

Dawn ir-Reġistri jinżammu elettronikament mill-uffiċċji pubbliċi konċernati.  Uħud minn dawn ir-reġistri huma aċċessibbli elettronikament mill-pubbliku.  Dwar ir-Reġistru Pubbliku u l-Awtorita' għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta, l-aċċess mill-pubbliku bi ħlas huwa possibbli.  Ir-Reġistri ta' Transport Malta m'humiex aċċessibbli mill-pubbliku.  Dwar l-Awtorita' għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta il-ħlas għal dan l-aċċess jista' jisir online.  Dwar ir-Reġistru Pubbliku, il-ħlas għandu jsir fl-uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku.

5. Informazzjoni dwar bażijiet ta' dejta għall-kredituri biex jidentifikaw il-beni u l-pretensjonijiet tad-debitur

Il-kreditur għandu aċċess għal bażijiet ta' dejta relatati ma' beni immobbli u kumpaniji.  Dwar kumpaniji l-Awtorita' għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta tipprovdi aċċess online dirett.  Dwar beni immobbli, il-kreditur għandu aċċess għall-informazzjoni permezz tar-Reġistru Pubbliku u r-Reġistru tal-Artijiet.  M'hemmx bżonn ta' awtorizzazzjoni oħra, kemm għall-aċċess dirett għall-bażijiet ta' dejta tal-Awtorita' għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta kif ukoll għall-aċċess permezz tar-Reġistru Pubbliku u r-Reġistru tal-Artijiet.

6. Informazzjoni dwar bejgħ bil-qorti onlajn

Ma teżistix il-faċilita' li wieħed jagħmel offerti online għall-bejgħ bl-irkant.

L-aħħar aġġornament: 25/04/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Bejgħ fl-irkant bil-qorti - Polonja

1. Avviżi u valutazzjonijiet relatati mal-bejgħ tal-assi maqbuda

Il-valutazzjonijiet tal-proprjetà jsiru minn stimatur (appuntat mill-marixxall tal-qorti) li jkun awtorizzat jivvaluta l-proprjetà skont regolamenti separati. Madankollu, jekk il-proprjetà tkun ġiet ivvalutata għall-iskop li tinbiegħ fis-suq mhux aktar minn sitt xhur qabel il-qbid tagħha u dik il-valutazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti relatati mal-valutazzjoni tal-proprjetà li ssir għal skopijiet ta’ eżekuzzjoni, ma ssir ebda valutazzjoni oħra. Min-naħa l-oħra, jekk ikunu seħħew bidliet sinifikanti fil-kundizzjoni tal-proprjetà minn dakinhar li tkun saret id-deskrizzjoni u l-valutazzjoni sad-data tas-subbasta, tista’ ssir deskrizzjoni u valutazzjoni addizzjonali fuq talba tal-kreditur jew tad-debitur.

Il-proprjetà maqbuda tinbiegħ permezz ta’ subbasta pubblika. Is-subbasta ma tistax tkun skedata aktar kmieni minn ġimagħtejn wara li d-deskrizzjoni u l-valutazzjoni jkunu saru finali jew qabel ma s-sentenza li skontha jkun ingħata bidu għall-eżekuzzjoni tkun saret finali.

Il-marixxall tal-qorti jħabbar id-data u l-oġġett tas-subbasta permezz ta’ avviż pubbliku, li jingħadda lill-partijiet fil-proċedimenti, lill-awtorità muniċipali, lill-uffiċċju tat-taxxa tal-istess ġuriżdizzjoni li fiha tkun tinsab il-proprjetà u lill-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali.

L-avviż ta’ subbasta jiġi ppubblikat ukoll, minn tal-anqas ġimagħtejn qabel id-data tas-subbasta, fil-bini tal-qorti u fl-edifiċju tal-awtorità muniċipali, f’gazzetta ta’ kuljum li tinqara b’mod mifrux fil-belt/villaġġ inkwistjoni u fuq is-sit web tal-Kunsill Nazzjonali tal-Marixxalli tal-Qorti (“Krajowa Rada Komornicza”). Barra minn hekk, fuq talba u a spejjeż tal-parti, il-marixxall tal-qorti jista’ jordna biex l-avviż ikun ippubblikat b’xi mod ieħor indikat mill-parti.

2. Partijiet terzi li jistgħu jwettqu l-bejgħ

Is-subbasti jseħħu pubblikament minn marixxall tal-qorti, fil-preżenza, u taħt is-superviżjoni, ta’ mħallef jew ta’ skrivan tal-qorti (“referendarz sądowy”). L-eżekuzzjoni vis-à-vis l-proprjetà ssir minn marixxall tal-qorti li l-proprjetà tkun tinsab fil-ġuriżdizzjoni tagħha.

3. Tipi ta’ subbasti li r-regoli jaf ma jkunux japplikaw għalkollox għalihom

  • eżekuzzjoni vis-à-vis frazzjoni ta’ proprjetà;
  • eżekuzzjoni vis-à-vis il-jedd ta’ użufrutt perpetwu;
  • eżekuzzjoni vis-à-vis art mhux żviluppata u proprjetà żviluppata b’bini residenzjali jew kummerċjali jekk, fil-waqt tal-preżentazzjoni ta’ rikors għall-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni, ma jkun ingħata ebda avviż ta’ tlestija tax-xogħol ta’ kostruzzjoni jew ma tkun ġiet ippreżentata ebda applikazzjoni għal permess ta’ okkupazzjoni fis-sens tal-Att dwar il-Kostruzzjoni (prawo budowlane);
  • eżekuzzjoni vis-à-vis opri tal-baħar imdaħħla fir-reġistru navali;
  • eżekuzzjoni permezz ta’ bejgħ ta’ intrapriża jew farm;
  • eżekuzzjoni mwettqa sabiex tintemm is-sjieda konġunta permezz ta’ bejgħ pubbliku.

4. Reġistri nazzjonali tal-assi

Ir-reġistri tal-artijiet u tal-ipoteki (księga wieczysta) jinżammu mill-qrati distrettwali (sąd rejonowy) sabiex ikun iddeterminat l-istatus legali tal-proprjetà. Dawn huma stabbiliti u miżmuma f’sistema tal-ICT. Ir-reġistri tal-artijiet u tal-ipoteki huma pubbliċi u fihom erba’ taqsimiet:

1) l-ewwel taqsima tinkludi deżinjazzjoni tal-proprjetà u entrati li jirrigwardaw il-jeddijiet assoċjati mas-sjieda;

2) it-tieni taqsima tinkludi entrati li jikkonċernaw is-sjieda u l-użufrutt perpetwu;

3) it-tielet taqsima tinkludi entrati li jikkonċernaw jeddijiet limitati fuq il-proprjetà, għajr għall-ipoteki, restrizzjonijiet fuq id-disponiment tal-proprjetà jew l-użufrutt perpetwu, u entrati li jikkonċernaw jeddijiet u pretensjonijiet oħra, għajr għal pretensjonijiet relatati mal-ipoteki;

4) ir-raba’ taqsima tinkludi entrati relatati mal-ipoteki.

Apparti r-reġistri tal-artijiet u tal-ipoteki, it-tieni reġistru tal-proprjetà huwa r-reġistru tal-artijiet u tal-bini (“ewidencja gruntów i budynków”) irregolat mill-Att Ġeodetiku u Kartografiku tas-17 ta’ Mejju 1989 (“Prawo geodezyjne i kartograficzne”) (test ikkonsolidat: Ġurnal tal-Liġijiet 2010/193, att 1287, kif emendat). Iż-żamma tar-reġistru tal-artijiet u tal-bini hija r-responsabbiltà tal-gvernatur distrettwali (“starosta”).

5. Il-bażijiet tad-data li jistgħu jintużaw mill-kredituri biex jidentifikaw l-assi tad-debituri jew ir-riċevibbli dovuti lilhom

Il-bażijiet tad-data deskritti fil-punt 5, jiġifieri r-reġistri tal-artijiet u l-ipoteki u r-reġistru tal-artijiet u tal-bini, huma għad-disponibbiltà tal-kredituri u jservu biex ikunu identifikati l-assi tad-debituri. Barra minn hekk, ir-reġistri tal-artijiet u tal-ipoteki jippermettu l-identifikazzjoni tar-riċevibbli tal-kredituri ggarantiti b’ipoteki.

6. Subbasti ġudizzjarji online

Ma jsirux subbasti ġudizzjarji online. Huma biss l-avviżi tas-subbasti li jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kunsill Nazzjonali tal-Marixxalli tal-Qorti (bħala obbligu statutorju) u s-soltu fuq is-sit web tal-marixxall tal-qorti li jkun qed imexxi s-subbasti inkwistjoni.

L-aħħar aġġornament: 23/10/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Bejgħ fl-irkant bil-qorti - Portugall

1. Avviż ta’ bejgħ u prezzijiet tal-proprjetà maqbuda

Fil-preżent, il-bejgħ tal-beni jsir, preferibbilment, permezz tal-pjattaforma Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.e-leiloes.pt/, skont l-Artikolu 837 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili tal-Portugall (Código de Processo Civil - CPC) u l-Artikoli 20 et seq tal-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 282/2013 tad-29 ta’ Awwissu.

Ir-regoli operatorji tal-pjattaforma Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.e-leiloes.pt/ ġew approvati permezz tal-Ordni tal-Ministru tal-Ġustizzja Nru 12624/2015, ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Portugiża (Diário da República), serje 2, Nru 219, datata d-9 ta’ Novembru 2015.

L-avviżi ta’ bejgħ huma rregolati mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tal-Ordni Ministerjali 12624/2015:

L-Artikolu 6

Reklamar tas-subbasta

  1. Is-subbasti jiġu ppubblikati fuq il-pjattaforma www.e-leiloes.pt, u b’deċiżjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Konsulenti Legali tal-Portugall (Câmara dos Solicitadores), tista’ titqassam informazzjoni kompluta jew parzjali fuq siti oħra tal-Internet, b’mod stampat jew permezz tal-posta elettronika, mingħajr preġudizzju għall-aġent ta’ eżekuzzjoni inkarigat mill-proċedura li jirreklama l-bejgħ permezz ta’ mezzi oħra li jidhirlu li jkunu xierqa.
  2. Il-pubblikazzjoni fuq il-portal www.e-leiloes.pt, bħala minimu, trid tindika:
    1. In-numru tal-proċedimenti ġudizzjarji, il-qorti u l-unità ta’ organizzazzjoni;
    2. Id-data ta’ bidu tas-subbasta;
    3. Id-data ta’ skadenza tas-subbasta (data u ħin);
    4. Il-valur bażi tal-beni (jew sett ta’ beni) li għandhom jinbiegħu;
    5. Il-valur tal-offerta finali;
    6. Fil-każ ta’ proprjetà mobbli, ritratt tal-beni jew sett ta’ beni inklużi fil-lott subbastat;
    7. Identifikazzjoni fil-qosor tal-beni;
    8. In-natura tal-beni;
    9. Fil-każ ta’ proprjetà immobbli, il-post u l-għamla tagħha, l-entrata fir-reġistru tal-artijiet u d-deskrizzjoni tal-proprjetà, id-distrett, il-muniċipalità, il-parroċċa u l-koordinati ġeografiċi tal-post approssimattiv, ritratt tal-proprjetà minn barra u meta jkun possibbli minn ġewwa, fil-każ ta’ proprjetà urbana jew blokk bini;
    10. L-identifikazzjoni tat-trustee jew il-post tad-depożitu;
    11. Fejn u fi xħin wieħed jista’ jmur jara l-beni, u d-dettalji ta’ kuntatt tat-trustee;
    12. L-identifikazzjoni tal-aġent tal-eżekuzzjoni inkarigat mill-proċedura, inklużi ismu, l-identifikazzjoni professjonali, in-numru tat-telefown u tal-mowbajl, il-faks, l-email u s-sigħat ta’ ħidma tiegħu;
    13. Kwalunkwe ċirkostanza li, skont il-liġi, trid tkun innotifikata lil kull parti interessata, inkluża kull oġġezzjoni pendenti għall-eżekuzzjoni jew il-qbid, kull appell pendenti, il-preżenza ta’ impedimenti mhux preskritti mal-bejgħ, u kull detentur ta’ drittijiet ta’ prelazzjoni li jissemmew fil-proċedura;
    14. Isem id-debitur(i) tal-eżekuzzjoni ta’ min huma l-beni li għandhom jinbiegħu.

Il-prezzijiet/valuri tal-beni maqbuda;

Il-Valur Bażi: Dan huwa l-valur tal-beni jew sett ta’ beni li jiffurmaw lott, kif iddeterminat fl-ambitu tal-proċedura li l-bejgħ huwa relatat magħha, jiġifieri tal-eżekuzzjoni rregolata f’konformità mas-CPC jew, ta’ proċedura ta’ insolvenza, irregolata f’konformità mal-Kodiċi ta’ Insolvenza u ta’ Rkupru tan-Negozji (Código da Insolvência e da Recuperação de Empresas).

Il-Valur Minimu: Il-“valur minimu” huwa l-valur li bih il-prodotti jistgħu jinbiegħu jekk ikunu ’l fuq minnu, u li jikkorrispondi, skont l-Artikolu 816(2) tas-CPC, għal 85 % tal-valur bażi. F'xi każijiet, il-valur minimu jista’ jkun ugwali għall-valur bażi.

2. Partijiet terzi li jistgħu jwettqu l-bejgħ

Ir-regoli operatorji tal-pjattaforma Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.e-leiloes.pt/ ġew approvati permezz tal-Ordni tal-Ministru tal-Ġustizzja Nru 12624/2015, ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Portugiża, serje 2, Nru 219, datata d-9 ta’ Novembru 2015, u stipulat li l-pjattaforma kienet se tiġi żviluppata u amministrata minn dik li kienet l-Assoċjazzjoni tal-Konsulenti Legali tal-Portugall, u issa saret l-Assoċjazzjoni tal-Konsulenti Legali u tal-Aġenti tal-Eżekuzzjoni (Ordem dos Solicitadores e Agentes de Execução).

Fi proċeduri ta’ eżekuzzjoni ċivili mwettqa minn aġenti tal-eżekuzzjoni, huma biss dawn tal-aħħar li jistgħu jmexxu l-proċedimenti ta’ bejgħ.

3. Tipi ta’ bejgħ b’eżekuzzjoni li r-regoli jaf ma jkunux japplikaw għalkollox għalihom

Pereżempju, il-beni li jridu jinbiegħu fi swieq regolati jew li jridu jinbiegħu direttament.

L-Artikolu 837 tas-CPC – Bejgħ permezz ta’ subbasta elettronika

  1. Għajr għall-każijiet li jissemmew fl-Artikoli 830 u 831, il-bejgħ tal-proprjetà immobbli maqbuda għandu jseħħ preferibbilment permezz ta’ subbasta elettronika, skont termini li għandhom jiġu definiti permezz ta’ ordni ta’ implimentazzjoni tal-Ministru tal-Gvern inkarigat mill-Ġustizzja.

L-Artikolu 830 tas-CPC – Beni mibjugħa fi swieq regolati

Strumenti finanzjarji u komoditajiet kkwotati f’suq regolat jinbiegħu fi swieq regolati.

L-Artikolu 831 tas-CPC – Bejgħ dirett

Jekk ikun meħtieġ legalment li l-beni jitwasslu għand entità partikolari, jew ikun hemm wegħda ta’ bejgħ fuqhom, b’effett reali, lil xi persuna li tkun tixtieq teżerċita d-dritt speċifiku ta’ eżekuzzjoni, il-bejgħ isir direttament lilha.

Ta’ min wieħed jinnota li, minkejja li s-subbasta elettronika hija l-mod preferut ta’ bejgħ b’eżekuzzjoni fil-Portugall, is-CPC jipprevedi wkoll metodi alternattivi ta’ bejgħ:

  1. bejgħ permezz ta’ offerta ssiġillata;
  2. bejgħ fi swieq regolati;
  3. bejgħ dirett lill-persuni jew entitajiet li huma intitolati li jakkwistaw il-beni;
  4. bejgħ permezz ta’ negozjar privat;
  5. bejgħ f’kumpanija tal-irkant;
  6. bejgħ f’faċilità pubblika jew simili ta’ depożitu;
  7. bejgħ permezz ta’ subbasta elettronika

4. Informazzjoni mir-reġistri nazzjonali tal-proprjetà

Fost l-entitajiet regolatorji u tar-reġistri nsibu:

  • L-Istitut tar-Reġistri u tas-Servizzi Notarili (Instituto dos Registos e do Notariado, I.P. IRN): dan huwa istitut pubbliku bl-inkarigu li jinforza l-politiki relatati mas-servizzi tar-reġistri u jwettaq monitoraġġ tagħhom, bl-għan li jipprovdi servizzi liċ-ċittadini u lill-kumpaniji fl-ambiti tal-identifikazzjoni ċivili u r-reġistri ċivili, ir-reġistri tan-nazzjonalità, il-proprjetà immobbli, ir-reġistri kummerċjali, u r-reġistri tal-proprjetà mobbli u tal-entitajiet ġuridiċi, kif ukoll ir-regolamentazzjoni, il-monitoraġġ u s-sorveljanza tal-attività notarili – pereż.: il-proprjetà immobbli, il-vetturi, id-dgħajjes, l-ajruplani, eċċ.
  • Il-Kummissjoni tas-Suq tat-Titoli (Comissão do Mercado de Valores Mobiliários – CMVM): għandha l-inkarigu li tissorvelja, twettaq superviżjoni u tirregola s-swieq finanzjarji, kif ukoll l-aġenti li joperaw fihom, waqt li tipproteġi l-protezzjoni tal-investituri – pereż.: ishma u strumenti finanzjarji
  • L-Istitut Nazzjonali tal-Proprjetà Industrijali (Instituto Nacional de Propriedade Industrial – INPI): l-attività tiegħu tiffoka fuq l-assenjar u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali, internament u esternament, f’kollaborazzjoni ma’ għaqdiet internazzjonali li l-Portugall huwa membru tagħhom, pereż. trademarks u privattivi.

5. Informazzjoni dwar il-bażijiet tad-data li fihom il-kreditur jista’ jidentifika l-assi jew il-krediti tad-debitur

L-ewwel nett, huwa importanti li tittieħed nota tal-fatt li l-aċċess għall-bażijiet tad-data jsir permezz tal-aġent tal-eżekuzzjoni, b’mod kunfidenzjali, aktar milli mill-kreditur direttament.

Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 331-A/2009 tat-30 ta’ Marzu, kif emendata mill-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 350/2013 tat-3 ta’ Diċembru, u permezz tal-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 288/2015 tas-17 ta’ Settembru, tirregola l-aċċess għall-bażijiet tad-data pubbliċi.

Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 282/2013 tad-29 ta’ Awwissu wkoll tirregola l-aċċess għall-bażijiet tad-data tal-Bank tal-Portugall.

Il-bażijiet tad-data li l-aġent tal-eżekuzzjoni għandu aċċess dirett għalihom huma, fost l-oħrajn:

  1. L-awtorità tat-taxxa u doganali (Autoridade Tributária e Aduaneira);
  2. is-Sigurtà Soċjali;
  3. Il-Fond ta’ Pensjoni tas-Servizz Ċivili (Caixa Geral de Aposentações);
  4. Ir-Reġistru tal-Artijiet;
  5. Ir-Reġistru Kummerċjali;
  6. Ir-Reġistru Nazzjonali tal-Persuni Ġuridiċi;
  7. Ir-Reġistru tal-Vetturi bil-Mutur;
  8. Il-Bank tal-Portugall;
  9. L-Istitut ta’ Ġestjoni tad-Dejn Pubbliku (Instituto de Gestão de Crédito Público);
  10. Il-portal tal-ġustizzja taċ-ċittadini CITIUS.

6. Informazzjoni dwar il-bejgħ ġudizzjarju online

Ir-regoli operatorji tal-pjattaforma Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.e-leiloes.pt/ ġew approvati permezz tal-Ordni tal-Ministru tal-Ġustizzja Nru 12624/2015, ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Portugiża, serje 2, Nru 219, datata d-9 ta’ Novembru 2015.

L-informazzjoni rilevanti tinsab hawnhekk:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegoli operatorji tal-pjattaforma tas-subbasti elettroniċi

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTweġibiet għall-Mistoqsijiet Frekwenti

L-aħħar aġġornament: 12/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Bejgħ fl-irkant bil-qorti - Rumanija

1. Reklamar u pprezzar tal-bejgħ ta' beni maqbuda

Il-proċedura ta’ eżekuzzjoni hija rregolata mill-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tar-Rumanija, li fih regoli ġenerali rigward l-eżekuzzjoni tal-obbligi stabbiliti permezz ta’ mandati eżekuttivi. Apparti r-regoli tal-proċedura ċivili li jirregolaw l-eżekuzzjoni, hemm żewġ kategoriji separati oħra ta’ regoli li japplikaw għas-sitwazzjonijiet speċifiċi tad-debituri tal-obbligi: eżekuzzjoni tad-dejn fiskali u eżekuzzjoni ta’ dejn li jirriżulta minn reati.

Il-kategorija ġenerali tad-dejn li jirriżulta minn mandati eżekuttivi, apparti dak ta’ natura fiskali jew dak li jirriżulta minn reati, fir-Rumanija hija eżegwita mill-marixxalli tal-qorti, awtoritajiet ta’ eżekuzzjoni awtorizzati b’ordni tal-Ministeru tal-Ġustizzja biex jeżegwixxu mandati eżekuttivi.

Ladarba l-eżekuzzjoni tkun ġiet approvata, għall-kategorija ta’ dejn li jista’ jiġi eżegwit, f’konformità ma’ dak li ġie ddikjarat aktar ’il fuq, l-assi tad-debitur jinbiegħu permezz ta’ subbasta pubblika f’konformità mar-regoli tal-proċedura ċivili skont il-kategorija tagħhom, jiġifieri bejgħ ta’ assi mobbli/immobbli permezz ta’ subbasta pubblika.

Assi mobbli maqbuda jistgħu jiġu vvalutati minn marixxall tal-qorti (abbażi tal-kriterju tal-valur fiċ-ċirkolazzjoni meta mqabbel mal-prezzijiet medji fis-suq fil-lokalità kkonċernata) jew, meta l-valutazzjoni ma tkunx possibbli jew inkella jekk jintalab hekk mill-partijiet, billi jkun appuntat espert bi ħlas ta’ tariffa.

Il-valur tal-assi soġġett għal eżekuzzjoni għandu jiġi ddeterminat mill-marixxall tal-qorti f’konformità ma’ regoli simili (valur fiċ-ċirkolazzjoni, prezz medju fis-suq, eċċ.) jew fuq talba tal-partijiet jew inkella meta l-valutazzjoni ma tkunx possibbli, billi jkun appuntat espert bi ħlas ta’ tariffa.

Fir-rigward tar-reklamar tal-bejgħ ta’ assi mobbli, l-avviż jew ir-reklam rigward il-bejgħ għandu jitfassal mill-marixxall tal-qorti, li għandu jqis li dan jintwera fil-post tas-subbasta, fl-uffiċċju tiegħu, fl-uffiċċju tal-istess kunsill lokali taż-żona li fiha l-assi jkun qed jinbiegħ, fl-uffiċċju tal-awtorità ta’ eżekuzzjoni, u f’postijiet pubbliċi oħra. Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tar-Rumanija jistipula wkoll obbligu biex ir-reklami jidhru f’gazzetti lokali jew nazzjonali jew fuq il-paġni tal-Internet intiżi għall-bejgħ tal-assi kkonċernati.

Apparti l-metodi ta’ reklamar imsemmi preċedentement, fir-rigward tar-reklamar ta’ bejgħ ta’ assi immobbli, hemm xi sfumaturi proċedurali għaliex minn naħa, il-valur tal-assi jrieġi l-metodu ta’ reklamar (gazzetta nazzjonali jekk il-valur tal-assi jaqbeż RON 250,000), u min-naħa l-oħra, hemm obbligu li jsir reklam fir-Reġistru Elettroniku għar-Reklamar tal-Bejgħ tal-Assi soġġetti għal Eżekuzzjoni.

Il-karatteristiċi tal-assi soġġetti għal eżekuzzjoni għandhom ikunu speċifikati fl-avviż/reklam rigward il-bejgħ.

Il-proċedura sabiex dak li jkun ikun jista’ jara l-assi mhijiex irregolata.

Il-garanziji għas-subbasti, li huma rreġistrati b’ordni tal-marixxall tal-qorti u li jridu jitħallsu mhux aktar tard mill-ħin tal-bidu tas-subbasta, huma rregolati. Il-garanziji għas-subbasti jistgħu jitħallsu elettronikament, u l-marixxall tal-qorti jrid jehmeż ġustifikazzjoni tal-pagament mal-offerta għal akkwist.

L-assi jiġu assenjati lill-persuna li toffri l-ogħla offerta u, jekk ikun hemm biss offerent wieħed, lil dan tal-aħħar, dment li jkun offra l-prezz inizjali għas-subbasta.

2. Partijiet terzi li jistgħu jmexxu l-operazzjoni tal-bejgħ

L-assi jistgħu jinbiegħu permezz ta’ subbasta pubblika minn marixxall tal-qorti permezz ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni li hija rregolata mill-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tar-Rumanija. Għal ċerti kategoriji ta’ dejn, jiġifieri d-dejn fiskali u d-dejn li jirriżulta mir-reati, il-proċedura ta’ bejgħ titmexxa jew permezz tal-mekkaniżmu tal-Awtorità Fiskali stess (għad-dejn fiskali) b’regoli ta’ proċedura speċjali rigward is-subbasta jew il-parteċipanti, jew inkella permezz tal-awtorità statali inkarigata mill-irkupru tar-rikavat tal-kriminalità (l-Aġenzija Nazzjonali għall-Amministrazzjoni tal-Assi Friżati – ANABI). F’dan l-aħħar każ, ANABI tista’ tagħti l-inkarigu tal-irkupru lil marixxall tal-qorti, permezz ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni.

3. Tipi ta' rkant li r-regoli jaf ma japplikawx kompletament għalihom

Ir-regoli komuni li japplikaw għall-bejgħ tal-beni permezz ta’ subbasta pubblika jinkludu eċċezzjonijiet fir-rigward ta’ mandati eżekuttivi relatati ma’ dħul dovut lill-baġit ġenerali kkonsolidat, lill-baġit tal-UE jew lill-baġit tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. Hemm ukoll eċċezzjonijiet għall-irkupru tar-rikavat tal-kriminalità.

4. Informazzjoni dwar ir-Reġistru nazzjonali tal-beni

Fir-Rumanija ma ġiet implimentata l-ebda sistema kompjuterizzata li tinkludi informazzjoni dwar l-assi (reġistri nazzjonali tal-assi).

5. Informazzjoni dwar bażijiet ta' dejta għall-kredituri biex jidentifikaw il-beni u l-pretensjonijiet tad-debitur

Il-kredituri jista’ jkollhom aċċess għad-dettalji ta’ kull assi jew dejn ta’ debitur, unikament permezz ta’ proċedura ta' eżekuzzjoni approvata u permezz ta’ marixxall tal-qorti biss.

L-aċċess tal-kredituri għal bażijiet tad-data li fihom ikunu jistgħu jidentifikaw l-assi ta’ debitur, huwa limitat. Pereżempju, minħabba li l-miżuri ta’ eżekuzzjoni fir-rigward ta’ assi immobbli jitniżżlu fir-Reġistru tal-Artijiet, kwalunkwe persuna tista’ tikseb informazzjoni dwar is-sitwazzjoni ta’ assi, abbażi ta’ sempliċi rikjesta u bi ħlas ta’ tariffa. Madankollu, dan il-mod li bih tinkiseb l-informazzjoni, ma tantx jgħin fir-rigward ta’ kull assi li jkun miżmum minn debitur, billi t-tiftix isir biss abbażi tal-assi u mhux tal-persuna. Id-dettalji personali huma protetti minn regolamenti speċjali, u b’hekk tiftixa ta’ dan it-tip hija possibbli li ssir biss, kif iddikjarat hawn fuq, permezz ta’ awtorità, xi drabi soġġetta għall-konferma minn qorti.

6. Informazzjoni dwar bejgħ bil-qorti onlajn

Ir-Reġistru Elettroniku għar-Reklamar tal-Bejgħ tal-Assi soġġetti għal Eżekuzzjoni huwa sistema kompjuterizzata li permezz tagħha l-marixxalli tal-qorti kollha jirreklamaw, fil-livell nazzjonali, il-bejgħ ta’ assi mobbli b’valur li jaqbeż RON 2,000 u assi immobbli li huma soġġetti għal proċedura ta’ eżekuzzjoni. Ir-Reġistru Elettroniku għar-Reklamar tal-Bejgħ tal-Assi soġġetti għal Eżekuzzjoni nħoloq abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 35(2) tal-Liġi Nru 188/2000 dwar il-marixxalli tal-qorti u ilu jopera mill-2012. It-tqegħid ta’ reklami fir-Reġistru Elettroniku għar-Reklamar tal-Bejgħ tal-Assi soġġetti għal Eżekuzzjoni huwa obbligu ġuridiku għall-marixxalli tal-qorti, u n-nuqqas tiegħu jikkostitwixxi reat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 47 tal-Liġi Nru 188/2000 dwar il-marixxalli tal-qorti.

Il-pjattaforma l-ġdida dwar ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru Elettroniku għar-Reklamar tal-Bejgħ tal-Assi soġġetti għal Eżekuzzjoni ġiet approvata permezz tad-Deċiżjoni Nru 67/05.12.2014 tal-Kunsill tal-Unjoni Nazzjonali tal-Marixxalli tal-Qorti.

L-aħħar aġġornament: 10/10/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna is-Sloven ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Bejgħ fl-irkant bil-qorti - Slovenja

1. L-ippubblikar u l-iffissar tal-prezzijiet għall-bejgħ tal-assi maqbuda

Il-proprjetà mobbli u immobbli tinbiegħ f’subbasti pubbliċi. Fis-Slovenja mhuwiex possibbli li jsiru subbasti ġudizzjarji online għaliex il-liġijiet tal-eżekuzzjoni fis-Slovenja (għalissa) ma jippermettux subbasti online.

Proprjetà mobbli

L-eżekuzzjoni fil-konfront ta’ proprjetà mobbli ssir permezz tal-qbid u l-evalwazzjoni tal-proprjetà, il-bejgħ tagħha, u l-pagament tar-rikavat mill-bejgħ lill-kreditur (l-Artikolu 81(1) tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni tal-Pretensjonijiet u s-Sigurtà (Zakon o izvršbi in zavarovanju), minn hawn ’il quddiem: ZIZ).

Il-proprjetà li tista’ tkun suġġetta għal qbid tinkludi proprjetà fil-pussess tad-debitur kif ukoll proprjetà tad-debitur fil-pussess tal-kreditur. Il-proprjetà tad-debitur fil-pussess ta’ partijiet terzi tista’ tiġi ssekwestrata bil-kunsens tal-parti terza (l-Artikolu 83 taz-ZIZ).

Meta jseħħ il-qbid jew is-sekwestru, il-kreditur jikseb rahan fuq il-proprjetà maqbuda jew issekwestrata (l-Artikolu 87 taz-ZIZ).

Evalwazzjoni tal-esperti tal-assi maqbuda. Il-proprjetà maqbuda tiġi evalwata hekk kif iseħħ il-qbid, ħlief jekk din l-evalwazzjoni ma tkunx tista’ ssir mill-ewwel minħabba l-valur speċjali tal-proprjetà. L-evalwazzjoni ssir mill-aġent ta’ eżekuzzjoni li jkun eżegwixxa l-qbid. Jekk issir talba u jekk l-ispejjeż jitħallsu minn waħda mil-partijiet, l-evalwazzjoni tista’ ssir minn espert tal-qorti magħżul minn dik il-parti (l-Artikolu 89 taz-ZIZ). Il-bejgħ tal-proprjetà maqbuda jista’ jsir biss wara li d-deċiżjoni ta’ eżekuzzjoni ssir finali, sakemm id-debitur ma jkunx ikkonsenta qabel għall-bejgħ tal-proprjetà jew il-proprjetà tkun ta’ xorta li tista’ titħassar jew jekk ikun hemm riskju li l-valur tal-proprjetà maqbuda jonqos b’mod sinifikanti (l-Artikolu 92 taz-ZIZ).

Il-proprjetà maqbuda tinbiegħ f’subbasta pubblika jew b’kuntratt dirett bejn l-akkwirent u aġent ta’ eżekuzzjoni jew individwu involut fi tranżazzjonijiet b’kummissjoni. Il-mod u d-data tal-bejgħ tal-proprjetà jiġu ddeterminati u tittieħed nota tagħhom mill-aġent ta’ eżekuzzjoni fir-reġistru tal-qbid immedjatament wara l-qbid, filwaqt li jitqies il-prinċipju li jinkiseb l-aqwa prezz possibbli (l-Artikolu 93 taz-ZIZ). Jekk aġent ta’ eżekuzzjoni jieħu deċiżjoni rigward subbasta pubblika, id-data u l-post tas-subbasta pubblika jitniżżlu fir-reġistru. Aġent ta’ eżekuzzjoni jinforma lill-partijiet dwar il-mod u d-data tal-bejgħ tal-proprjetà permezz ta’ notifika speċjali nnotifikata lill-kreditur u lid-debitur (l-Artikolu 82 tar-Regoli dwar it-twettiq tas-servizzi tal-marixxalli tal-qorti (Pravilnik o opravljanju službe izvršitelj)).

L-ippubblikar tal-bejgħ. Jekk aġent ta’ eżekuzzjoni jiddeċiedi li l-proprjetà għandha tinbiegħ f’subbasta pubblika, is-subbasta pubblika titħabbar fuq l-avviżiera u fuq is-sit web tal-awtorità kompetenti li tkun ħarġet id-deċiżjoni dwar il-qbid, L-aġent ta’ eżekuzzjoni jrid jitlob li l-avviż ta’ subbasta pubblika jiġi ppubblikat ukoll f’reġistru uffiċjali jekk ikun jeżisti reġistru bħal dan. Jekk ikun propost minn kreditur jew debitur, aġent ta’ eżekuzzjoni jista’ wkoll iħabbar subbasta pubblika fil-midja malli jitħallsu l-ispejjeż mill-parti li tkun qed titlob għal subbasta pubblika. Avviż ta’ subbasta pubblika jrid jispeċifika l-post, id-data u l-ħin tas-subbasta, jindika u jiddeskrivi l-proprjetà li għandha tinbiegħ u jindika fejn wieħed jista’ jmur jara l-proprjetà qabel is-subbasta (l-Artikolu 89 tar-Regoli dwar it-twettiq tas-servizzi tal-marixxalli tal-qorti).

Fakultà li wieħed imur jara l-assi li qed jinbiegħu. Aġent ta’ eżekuzzjoni jrid juża l-avviż ta’ subbasta pubblika biex jispeċifika l-post, id-data u l-ħin tas-subbasta, jiddeskrivi l-proprjetà li għandha tinbiegħ u jindika fejn wieħed jista’ jmur jara l-proprjetà qabel is-subbasta (l-Artikolu 89 tar-Regoli dwar it-twettiq tas-servizzi tal-marixxalli tal-qorti).

Depożitu. Qabel ma tibda subbasta pubblika, aġent ta’ eżekuzzjoni jrid jiddetermina jekk in-natura u l-valur tal-proprjetà jkunux tali li jirrikjedu li l-parteċipanti fis-subbasta jħallsu depożitu, li ma jridx ikun ogħla minn 10 % tal-prezz inizjali tal-proprjetà.

Persuna jew kumpanija li qed tamministra l-bejgħ. Subbasta pubblika titwettaq minn aġent ta’ eżekuzzjoni li jista’, a spejjeż tiegħu, jawtorizza rkantatur biex jagħmel l-offerti, jekk l-ammont u l-kwalità tal-proprjetà jkunu jirrikjedu dan. Is-subbasta hija miftuħa għall-pubbliku (l-Artikolu 92 tar-Regoli dwar it-twettiq tas-servizzi tal-marixxalli tal-qorti).

Il-prezz inizjali. Fl-ewwel subbasta, il-proprjetà maqbuda ma tistax tinbiegħ bi prezz inqas minn dak tal-valur stmat tagħha. Jekk il-valur stmat ma jintlaħaqx fl-ewwel subbasta, aġent ta’ eżekuzzjoni jagħmel it-tieni subbasta jekk dan ikun propost minn waħda mill-partijiet, u fit-tieni subbasta, il-proprjetà tista’ tinbiegħ bi prezz aktar baxx minn dak tal-valur stmat tagħha iżda mhux anqas minn terz ta’ dak il-valur (l-Artikolu 94 taz-ZIZ).

L-allokazzjoni. Minn tal-anqas 15-il minuta wara li jingħata bidu għal subbasta, aġent ta’ eżekuzzjoni jistieden lill-parteċipanti fis-subbasta biex jagħmlu l-offerti (il-proċess ta’ offerti). Is-subbasta tibqa’ għaddejja sakemm il-parteċipanti kollha interessati jkunu għamlu l-offerta tagħhom. L-aġent ta’ eżekuzzjoni jagħti l-proprjetà lill-offerent bl-ogħla offerta jekk ma jkun hemm l-ebda offerta ogħla wara li jsejjaħ darbtejn għal offerta ogħla min-naħa tal-parteċipanti. Jekk l-akkwirent ma jħallasx il-prezz tal-akkwist sa tmiem is-subbasta, l-aġent ta’ eżekuzzjoni jista’ jbigħ il-proprjetà lill-offerent bl-ogħla offerta li jkun imiss, jekk il-kreditur jaqbel billi jiffirma r-Reġistru tas-Subbasta. Jekk il-kreditur ma jkunx preżenti għas-subbasta, l-aġent ta’ eżekuzzjoni jista’ jbigħ il-proprjetà dak il-ħin stess lill-offerent bl-ogħla offerta li jkun imiss, jekk l-offerta tiegħu tkun minn tal-anqas 50 % tal-aqwa offerta iżda ogħla mill-prezz inizjali; inkella, l-aġent ta’ eżekuzzjoni jerġa’ jqiegħed il-proprjetà għall-offerti matul l-istess subbasta. Dak l-offerent ta’ qabel bl-ogħla offerta ma jistax jerġa’ jipparteċipa fil-proċess ta’ offerti.

Kunsinna. Akkwirent irid iħallas il-prezz tal-akkwist u jieħu f’idejh il-pussess tal-proprjetà immedjatament wara li s-subbasta titlesta. Aġent ta’ eżekuzzjoni jrid jipprovdi lill-akkwirent b’dokument b’informazzjoni dwar il-bejgħ u informazzjoni miżmuma f’reġistru, jekk ikun qed jinżamm reġistru tal-proprjetà mibjugħa. Abbażi ta’ dan id-dokument, l-aġent ta’ eżekuzzjoni jesiġi li l-awtoritajiet kompetenti kollha li jżommu reġistru jħassru kwalunkwe impediment u/jew projbizzjoni fuq il-bejgħ tal-proprjetà, u jirreġistraw is-sid il-ġdid f’każijiet li fihom ikunu ġew irreġistrati drittijiet ta’ sjieda fir-reġistru. Aġent ta’ eżekuzzjoni jista’ jittrasferixxi l-proprjetà lill-akkwirent anki qabel ma jkun tħallas il-prezz tal-akkwist jekk il-kreditur jagħtih permess li jagħmel dan, bi kwalunkwe riskju għalih, għall-ammont tal-prezz tal-akkwist li l-kreditur huwa intitolat għalih. Jekk l-akkwirent ma jħallasx il-prezz tal-akkwist u l-kreditur ma jagħtix il-kunsens tiegħu għall-kunsinna tal-proprjetà, l-aġent ta’ eżekuzzjoni jista’ jbigħ il-proprjetà lill-offerent bit-tieni l-ogħla offerta. L-akkwirent jakkwista l-proprjetà ħielsa minn kwalunkwe impediment u jieħu f’idejh is-sjieda tal-proprjetà anki meta d-debitur ma jkunx is-sid tal-proprjetà. L-akkwirent ma għandux id-dritt għal garanzija kontra d-difetti tal-proprjetà (l-Artikolu 96 taz-ZIZ).

Proprjetà immobbli

L-eżekuzzjoni vis-à-vis il-proprjetà immobbli sseħħ billi tiġi rreġistrata d-deċiżjoni tal-eżekuzzjoni fir-Reġistru tal-Artijiet, jiġi ddeterminat il-valur tal-proprjetà immobbli, il-proprjetà immobbli tinbiegħ u l-kreditur jitħallas mir-rikavat tal-bejgħ (l-Artikolu 167 taz-ZIZ).

Evalwazzjoni tal-esperti tal-assi maqbuda. Il-valur tal-proprjetà immobbli jista’ jiġi ddeterminat minn qorti anki qabel ma d-deċiżjoni dwar l-eżekuzzjoni ssir waħda finali. Il-valur tal-proprjetà immobbli jiġi ddeterminat minn qorti abbażi ta’ evalwazzjoni ta’ espert tal-qorti, f’konformità mal-valur tas-suq applikabbli dak il-ħin tal-evalwazzjoni. Fl-iddeterminar tal-valur, kwalunkwe tnaqqis possibbli tal-valur minħabba xi dritt partikolari, pereż. servitù (l-Artikolu 178 taz-ZIZ), li jista’ jirriżulta wara li jitqies il-bejgħ. Il-valur tal-proprjetà immobbli jiġi ddeterminat minn deċiżjoni tal-qorti li tista’ tiġi appellata (l-Artikolu 179 taz-ZIZ).

L-ippubblikar tal-bejgħ. Wara li d-deċiżjoni li tiddetermina l-valur ta’ proprjetà immobbli ssir waħda finali, il-qorti toħroġ ordni għall-bejgħ tal-proprjetà immobbli. F’dan l-ordni, din tiddetermina l-mod u l-kundizzjonijiet tal-bejgħ, kif ukoll il-ħin u l-post tal-bejgħ jekk il-proprjetà immobbli għandha tinbiegħ f’subbasta. Il-bejgħ ta’ proprjetà immobbli jseħħ wara li d-deċiżjoni ta’ eżekuzzjoni u d-deċiżjoni dwar l-iddeterminar tal-valur tal-proprjetà immobbli jkunu saru deċiżjonijiet finali. L-ordni ta’ bejgħ titħabbar minn qorti fuq l-avviżiera tal-qorti u fuq is-sit web tagħha, kif ukoll permezz ta’ mezzi lokali tipiċi oħra. Ordni ta’ bejgħ ta’ art agrikola titħabbar minn qorti fuq l-avviżiera tat-taqsima amministrattiva ta’ fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli u tista’ wkoll titħabbar fuq is-sit web ta’ dik it-taqsima amministrattiva. Il-kreditur jista’ jippubblika l-ordni ta’ bejgħ ta’ proprjetà immobbli fil-midja. L-ispejjeż tal-ippubblikar jiġġarrbu mill-kreditur. Minn meta titħabbar l-ordni ta’ bejgħ fuq l-avviżiera sa dakinhar tal-bejgħ, iridu jgħaddu minn tal-anqas 30 jum. Il-qorti tinnotifika l-ordni ta’ bejgħ lill-partijiet, lill-kreditur tar-rahan, lil parteċipanti oħra fil-proċedimenti li jkollhom konvenju rreġistrat jew jedd tal-fidwa, u lill-awtorità amministrattiva kompetenti (l-Artikolu 181 taz-ZIZ).

Bħala regola ġenerali, il-proprjetà immobbli tinbiegħ f’subbasta pubblika mmexxija minn qorti fil-bini tal-qorti, sakemm l-imħallef ma jiddeċidix mod ieħor. Il-kredituri, il-kredituri tar-rahan u l-kredituri tad-dejn agrikolu jistgħu, tul il-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni sakemm tinħareġ l-ordni ta’ bejgħ, jaqblu li l-proprjetà immobbli tinbiegħ permezz tal-ġbir ta’ offerti vinkolanti jew b’offerta diretta (l-Artikolu 183 taz-ZIZ).

Ordni ta’ bejgħ ta’ proprjetà immobbli tinkludi:

  1. deskrizzjoni dettaljata tal-proprjetà immobbli, inklużi l-aċċessorji tagħhom;
  2. is-servitujiet u l-impedimenti in rem gravanti fuq il-proprjetà, li l-akkwirent irid jaċċetta;
  3. il-valur tal-proprjetà immobbli kif identifikat mill-qorti fid-deċiżjoni tagħha;
  4. il-prezz li bih jista’ tinbiegħ il-proprjetà immobbli;
  5. l-iskadenza sa meta l-akkwirent irid iħallas il-prezz tal-akkwist;
  6. il-mod ta’ bejgħ; u
  7. l-ammont ta’ depożitu li għandu jitħallas mill-offerent (l-Artikolu 184 taz-ZIZ).

Fakultà li wieħed imur jara l-assi li qed jinbiegħu. Qorti tista’ tippermetti li persuna interessata li takkwista proprjetà immobbli tmur tara l-proprjetà jekk din tressaq talba u a spejjeż tagħha. Il-metodu u l-mod biex persuna tmur tara l-proprjetà u kwalunkwe preżenza ta’ aġent ta’ eżekuzzjoni jiġu ddeterminati mill-qorti fl-ordni għall-bejgħ tal-proprjetà immobbli (l-Artikolu 176 taz-ZIZ).

Depożitu. Is-subbasti pubbliċi jistgħu jattendu għalihom dawk li jkunu ħallsu depożitu li jammonta għal wieħed fuq għaxra tal-valur iddeterminat tal-proprjetà immobbli minn tal-anqas tlett ijiem tax-xogħol qabel is-subbasta. Il-kreditur, li fuq il-proposta tiegħu, il-qorti tkun ippermettiet is-subbasta, huwa eżenti milli jħallas id-depożitu, u l-istess japplika għall-kreditur tar-rahan jew għall-kreditur tad-dejn agrikolu, jekk il-pretensjonijiet tagħhom ikunu jissuperaw il-valur tad-depożitu u jekk, fir-rigward tal-ordni ta’ prijorità tal-pagamenti tagħhom u tal-valur iddeterminat tal-proprjetà immobbli, id-depożitu jkun jista’ jiġi kopert mill-prezz tal-akkwist. Id-depożitu tal-offerenti li l-offerti tagħhom ma jkunux ġew aċċettati jerġgħu jitħallsu lill-kontijiet bankarji tagħhom fi żmien 15-il jum wara li tkun tlestiet is-subbasta jew wara li jkunu tlestew il-proċedimenti għall-ftuħ tal-offerti, sakemm il-liġi ma tipprevedix mod ieħor (l-Artikolu 185 taz-ZIZ).

Il-prezz inizjali Fl-ewwel bejgħ, il-proprjetà immobbli ma tistax tinbiegħ għal anqas minn 70 % tal-valur iddeterminat tagħha. Jekk il-proprjetà immobbli ma tinbiegħx mal-ewwel bejgħ, il-qorti tħabbar it-tieni bejgħ fuq proposta tal-kreditur li fih il-proprjetà immobbli ma tistax tinbiegħ għal anqas minn nofs il-valur iddeterminat tagħha. Mill-ewwel għat-tieni bejgħ iridu jgħaddu minn tal-anqas 30 jum. Permezz ta’ dikjarazzjoni dokumentata fil-qorti li fiha qed isiru l-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni jew fi kwalunkwe qorti oħra, il-partijiet, il-kreditur tar-rahan jew il-kredituri tad-dejn agrikolu jistgħu jaqblu li l-proprjetà immobbli tinbiegħ fis-subbasta għal anqas minn 70 % tal-valur iddeterminat tagħha fl-ewwel bejgħ jew għal anqas minn nofs il-valur iddeterminat tagħha fit-tieni bejgħ (l-Artikolu 188 taz-ZIZ).

L-allokazzjoni. Meta qorti tiddetermina li l-kundizzjonijiet tal-bejgħ ikunu ġew issodisfati, din tħabbar il-bidu tas-subbasta. Is-subbasta ddum sakemm l-offerenti jibqgħu jgħollu l-offerti tagħhom. Offerent irid jonora l-offerta tiegħu sakemm issir offerta ogħla (kontroofferta). Meta jintalab minn kreditur wieħed jew aktar, il-qorti tista’ tippermetti pawża qasira għar-riflessjoni tal-parteċipanti. Is-subbasta titlesta meta l-offerenti ma joffrux prezz ogħla wara li l-imħallef ikun sejjaħ għal darbtejn biex jagħmlu dan. Meta tintemm is-subbasta, il-qorti tidentifika liema offerent offra l-ogħla prezz u tiddikjara li l-proprjetà immobbli tkun aġġudikata lil dak l-offerent (aġġudikazzjoni tal-proprjetà immobbli). Il-qorti toħroġ deċiżjoni dwar l-aġġudikazzjoni tal-proprjetà immobbli li tinnotifikaha lill-partijiet kollha tal-ordni ta’ bejgħ u lill-parteċipanti kollha tas-subbasta. Ma jkun hemm l-ebda appell minn deċiżjoni dwar l-aġġudikazzjoni. L-irregolaritajiet fis-subbasta jistgħu jiġu indirizzati f’appell mid-deċiżjoni dwar l-aġġudikazzjoni tal-proprjetà immobbli lill-akkwirent (l-Artikolu 189 taz-ZIZ).

Il-pagament tal-prezz tal-akkwist. Wara l-aġġudikazzjoni (assenjament), l-akkwirent irid iħallas il-prezz tal-akkwist qabel l-iskadenza stabbilita fl-ordni ta’ bejgħ (l-Artikolu 191 taz-ZIZ). Din l-iskadenza ma tistax tkun aktar minn sitt xhur wara d-data tal-bejgħ, irrispettivament minn jekk il-prezz tal-akkwist jitħallasx jew le f’pagament wieħed jew f’pagamenti bin-nifs (l-Artikolu 184 taz-ZIZ).

Kunsinna. Wara li tinħareġ id-deċiżjoni dwar l-aġġudikazzjoni, jitħallas il-prezz tal-akkwist u l-qorti toħroġ deċiżjoni li permezz tagħha l-proprjetà immobbli tiġi trasferita lill-akkwirent (kunsinna). Wara li d-deċiżjoni ssir waħda finali, id-dritt ta’ sjieda tal-akkwirent jiġi rreġistrat fir-Reġistru tal-Artijiet, u l-jeddijiet u l-impedimenti jitħassru, skont id-deċiżjoni dwar l-aġġudikazzjoni. Fid-deċiżjoni, il-qorti tiddeċiedi wkoll id-data sa meta d-debitur irid jitlaq mid-dar tal-familja jew mill-appartament jew jiżvojta l-istabbiliment tan-negozju. Id-deċiżjoni dwar il-kunsinna tal-proprjetà hija wkoll titolu ta’ eżekuzzjoni għat-tluq mill-proprjetà immobbli u l-kunsinna tagħha, u din issir eżekutorja wara li ssir finali (l-Artikolu 192 taz-ZIZ).

2. Partijiet terzi li jwettqu l-bejgħ

Proprjetà mobbli

Proprjetà mobbli tinbiegħ f’subbasta pubblika minn aġent ta’ eżekuzzjoni li jista’, a spejjeż tiegħu, jawtorizza rkantatur biex, jekk ikun meħtieġ, dan jagħmel l-offerti, abbażi tal-ammont u tal-kwalità tal-proprjetà mobbli. Il-bejgħ fis-subbasta huwa pubbliku (l-Artikolu 93 taz-ZIZ u l-Artikolu 92 tar-Regoli dwar it-twettiq tas-servizzi tal-marixxalli tal-qorti).

Il-proprjetà mobbli tista’ tinbiegħ ukoll permezz ta’ kuntratt dirett bejn l-akkwirent u aġent ta’ eżekuzzjoni jew individwu involut fi tranżazzjonijiet b’kummissjoni. Il-mod u d-data tal-bejgħ tal-proprjetà jiġu ddeterminati u tittieħed nota tagħhom minn aġent ta’ eżekuzzjoni fir-reġistru tal-qbid immedjatament wara l-qbid, filwaqt li jitqies il-prinċipju li għandu jinkiseb l-iktar prezz favorevoli f’termini ta’ valur (l-Artikolu 93 taz-ZIZ).

Proprjetà immobbli

Is-subbasti pubbliċi ta’ proprjetajiet immobbli jitmexxew mill-imħallfin.

3. Tipi ta’ subbasti li r-regoli jaf ma jkunux japplikaw għalkollox għalihom

Il-liġi tas-Slovenja ma tirrikonoxxi ebda tip ieħor ta’ subbasta. Hemm modi differenti ta’ kif jinbiegħu l-proprjetajiet mobbli u immobbli. Il-proprjetà mobbli tista’ tinbiegħ permezz ta’ kuntratt dirett bejn l-akkwirent u aġent ta’ eżekuzzjoni jew individwu involut fi tranżazzjonijiet b’kummissjoni minflok f’subbasta pubblika (l-Artikolu 93(1) taz-ZIZ). Il-proprjetà immobbli tinbiegħ f’subbasta pubblika jekk il-kredituri, il-kredituri tar-rahan u l-kredituri tad-dejn agrikolu ma jaqblux sa meta tinħareġ ordni ta’ bejgħ li:

  • l-proprjetà immobbli għandha tinbiegħ permezz tal-ġbir ta’ offerti relatati; jew
  • il-proprjetà immobbli ma tinbiegħx b’kuntratt dirett f’ċertu ammont ta’ żmien (l-Artikolu 183 taz-ZIZ).

4. Informazzjoni dwar ir-reġistri nazzjonali tal-proprjetà

Fis-Slovenja, jeżistu dawn ir-reġistri tal-proprjetà li ġejjin:

  • Ir-Reġistru tal-Artijiet għad-drittijiet tas-sjieda u drittijiet in rem oħra gravanti l-proprjetà immobbli;
  • Ir-Reġistru tal-vetturi bil-mutur;
  • Ir-Reġistru Navali Sloven;
  • Ir-Reġistru tal-Inġenji tal-Ajru;
  • Ir-Reġistru tat-titoli b’entrata fil-kotba;
  • Ir-Reġistru tal-Irhna fuq il-proprjetà mobbli;
  • Ir-Reġistru tal-kontijiet bankarji;
  • Ir-Reġistru ta’ benefiċjarji ta’ salarji u introjtu personali ieħor (pereżempju, pensjonijiet).

Dawn ir-reġistri jinżammu elettronikament. Kull wieħed minnhom għandu istituzzjoni speċifika responsabbli minnu.

Kull min juri interess legali jingħata aċċess għal dawn ir-reġistri (l-Artikolu 4(6) taz-ZIZ). Kreditur jista’ juri interess legali billi jippreżenta titlu ta’ eżekuzzjoni (pereżempju, sentenza eżekutorja), li permezz tagħha d-debitur ikun ġie ordnat iħallas il-pretensjoni tal-kreditur). F’każ bħal dan, il-kreditur jista’ jitlob informazzjoni dwar il-proprjetà tad-debitur mingħand l-operatur tar-reġistru. Il-qrati għandhom aċċess elettroniku għal ħafna minn dawn ir-reġistri.

Sabiex tinkiseb informazzjoni minn dawn ir-reġistri, mhuwiex meħtieġ li jitħallsu t-tariffi tal-qorti, madankollu xi operaturi ta’ dawn il-bażijiet tad-data (reġistri) jistgħu jitolbu li l-kredituri jħallsu xi tariffa żgħira (pereżempju, l-Istitut tal-Assigurazzjoni Medika tas-Slovenja (Zavod za zdravstveno zavarovanje), li jamministra r-reġistru tal-benefiċjarji ta’ salarji u introjtu personali ieħor (bħall-pensjonijiet), jirrikjedi pagament ta’ EUR 4.00 biex wieħed jikseb informazzjoni dwar l-impjieg ta’ debitur). Il-pagament jista’ wkoll isir b’mod elettroniku.

5. Informazzjoni dwar bażijiet tad-data li jgħinu lill-kredituri biex isibu l-assi u d-dejn tad-debituri

Operatur ta’ bażi tad-data jrid, skont l-Artikolu 4(6) taz-ZIZ, jgħaddi l-informazzjoni dwar l-assi tad-debituri lill-kredituri, jekk dawn iressqu talba, meta l-kreditur ikun wera interess legali (pereżempju, titolu ta’ eżekuzzjoni). Dawn l-operaturi huma:

  • L-Istitut tal-Assigurazzjoni Medika tas-Slovenja jgħaddi informazzjoni dwar il-benefiċjarji ta’ salarji u introjtu personali ieħor (pereżempju l-pensjonijiet);
  • L-Aġenzija tar-Repubblika tas-Slovenja għar-Reġistri Legali Pubbliċi u s-Servizzi Relatati (Agencija Republike Slovenije za javnopravne evidence in storitve) (AJPES) tipprovdi informazzjoni mir-reġistru tal-kontijiet bankarji;
  • Il-Korporazzjoni Ċentrali tal-Ikklerjar tat-Titoli (Centralna klirinško depotna družba d.d.) (KDD) tgħaddi informazzjoni mir-reġistru tat-titoli b’entrata fil-kotba;
  • il-qorti li tamministra r-Reġistru tal-Qorti tgħaddi informazzjoni dwar ishma f’impriżi u dwar sehem ieħor f’entitajiet ġuridiċi. L-aċċess għar-reġistru tal-qorti huwa disponibbli wkoll elettronikament permezz tas-sit web tagħha;
  • il-qorti li tamministra r-Reġistru tal-Artijiet tipprovdi informazzjoni dwar il-proprjetà immobbli li d-debitur għandu jedd tal-proprjetà fuqha jew dwarha;
  • Il-Ministeru għall-Intern jipprovdi informazzjoni mir-reġistri tal-vetturi rreġistrati bil-mutur u bit-trejlers;
  • L-Amministrazzjoni Marittima Slovena tipprovdi informazzjoni mir-Reġistru tad-Dgħajjes (dgħajjes iżgħar minn 24 metru);
  • L-Aġenzija tal-Avjazzjoni Ċivili tipprovdi informazzjoni mir-reġistru tal-inġenji tal-ajru.

F’ħafna mill-każijiet, kreditur jista’ jkollu aċċess għal reġistru billi jitlob informazzjoni dwar l-assi tad-debitur mingħand l-operatur tar-reġistru. Kreditur jista’ jkollu aċċess għal ċerti reġistri (pereżempju r-Reġistru tal-Qorti) elettronikament (permezz ta’ sit web).

Sabiex jikseb informazzjoni dwar l-assi ta’ debitur, ma hemmx għalfejn li wieħed ikun rappreżentat minn avukat jew li jħallas xi taxxi lill-Istat. Ċerti operaturi ta’ bażijiet tad-data jitolbu tariffa żgħira (pereżempju, l-Istitut tal-Assigurazzjoni Medika tas-Slovenja) ta’ EUR 4.00 għall-informazzjoni dwar l-impjieg ta’ debitur. It-tariffa tista’ titħallas b’mod elettroniku.

6. Informazzjoni dwar is-subbasti fil-qorti online

Il-liġi tal-eżekuzzjoni tas-Slovenja għadha ma tirrikonoxxix is-subbasti fil-qorti online.

L-aħħar aġġornament: 25/10/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Bejgħ fl-irkant bil-qorti - Svezja

1. L-ippubblikar u l-iffissar tal-prezzijiet għall-bejgħ tal-assi maqbuda

Il-proprjetà maqbuda tinbiegħ permezz tal-Awtorità Żvediża ta’ Eżekuzzjoni (Kronofogdemyndigheten). Il-proprjetà tinbiegħ f’subbasta pubblika u permezz ta’ ftehim privat. Il-bejgħ ta’ proprjetà mobbli jista’ jiġi fdat f’idejn irkantaturi esterni. Il-bejgħ tal-proprjetà immobbli jista’ jingħadda lill-aġenti tal-proprjetà.

L-Awtorità ta’ Eżekuzzjoni tista’ tawtorizza lid-debitur ibigħ il-proprjetà hu stess. F’dak il-każ, tittieħed deċiżjoni ta’ posponiment tal-bejgħ b’eżekuzzjoni. Id-debitur jista’ wkoll jilħaq ftehim mal-kreditur biex isolvi s-sitwazzjoni b’xi mezzi oħra. Imbagħad il-kreditur ikun jista’ jwaqqaf il-qbid (utmätning).

Il-proprjetà maqbuda trid dejjem tiġi vvalutata minn marixxall tal-qorti. L-Awtorità ta’ Eżekuzzjoni xi drabi taħtar espert biex jivvaluta l-proprjetà u jfassal deskrizzjoni komprensiva. Għall-ivvalutar ta’ proprjetà immobbli u ta’ abitazzjonijiet f’koproprjetà jintuża regolarment stimatur espert. Iżda stimatur espert jissejjaħ ta’ sikwit ukoll meta tkun involuta proprjetà ta’ valur akbar.

L-Awtorità ta’ Eżekuzzjoni tippubbliċizza (tavża dwar) il-bejgħ b’eżekuzzjoni fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tagħha. Ta’ sikwit il-bejgħ jingħata promozzjoni wkoll fuq siti web oħra bil-ħsieb li jattira akkwirenti prospettivi. L-avviżi tal-bejgħ jidhru wkoll fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPost- och Inrikes Tidningar, li hija paġna tal-aħbarijiet ibbażata fuq il-web li fiha avviżi minn diversi awtoritajiet u muniċipalitajiet. L-iskop li jitqiegħdu avviżi fuqha huwa li jintlaħqu kredituri mhux magħrufa u oħrajn li huma milquta mill-bejgħ.

L-informazzjoni dwar il-bejgħ tingħata fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Eżekuzzjoni. Din tinkludi l-valur stmat, filwaqt li miegħu jkun hemm mehmuża deskrizzjoni tal-proprjetà, stampi u dokumenti oħra. Ikunu ddikjarati t-termini tal-bejgħ, kif ukoll il-punti li l-akkwirenti għandu jkun konxju minnhom fir-rigward tal-bejgħ. Jekk l-Awtorità ta’ Eżekuzzjoni tqabbad lil ħaddieħor biex jieħu f’idejh il-bejgħ, l-informazzjoni rilevanti tkun disponibbli fuq is-sit web ta’ dik il-persuna. L-informazzjoni spiss tkun tinsab ukoll fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Eżekuzzjoni.

L-Awtorità ta’ Eżekuzzjoni dejjem tagħmel l-arranġamenti sabiex wieħed ikun jista’ jmur jara l-proprjetà għall-bejgħ. Dan isir sabiex l-akkwirent ikun jista’ jaqdi dmiru li jikseb l-informazzjoni li jkollu bżonn.

Bejgħ b’eżekuzzjoni jitmexxa b’tali mod li titqies l-ogħla offerta. Jekk ikun hemm għadd ta’ offerenti, il-kwistjoni tiġi deċiża permezz ta’ proċess ta’ offerti u kontroofferti. Jekk min-naħa l-oħra, l-awtorità tirrikorri għal bejgħ bi ftehim privat billi jitressqu l-offerti, il-kwistjoni ta’ min ikun ressaq l-ogħla offerta tkun iddeterminata meta jinfetħu l-offerti.

Jekk il-bejgħ isir permezz ta’ subbasta elettronika, l-aġġudikant irid jagħmel il-pagament fi żmien 48 siegħa. Imbagħad il-pagament normalment isir permezz ta’ kard tal-ħlas jew kard tal-bank. Meta l-bejgħ isir permezz ta’ subbasta tradizzjonali fuq il-post, il-pagament irid isir direttament dak il-ħin tas-subbasta, permezz ta’ kard tal-ħlas jew kard tal-bank, money order jew b’ċekk jew bi flus kontanti.

Meta proprjetà tinbiegħ għal aktar minn SEK 10 000, l-Awtorità ta’ Eżekuzzjoni tagħti lok għal perjodu ta’ grazzja ta’ massimu ta’ xahar sabiex isir il-pagament. Irid dejjem jitħallas depożitu ta’ 10 % dak il-ħin stess.

2. Partijiet terzi intitolati li jwettqu bejgħ

Il-bejgħ ta’ proprjetà maqbuda, b’mod ġenerali jitwettaq permezz ta’ subbasta pubblika li ssir mill-Awtorità ta’ Eżekuzzjoni. L-Awtorità tista’ tgħaddi l-bejgħ lil terzi. Fil-każ ta’ proprjetà mobbli, l-Awtorità tista’ tikkummissjona lil ħaddieħor biex jorganizza subbasta. Fir-rigward tal-proprjetà immobbli, l-Awtorità tista’ tingaġġa aġent tal-proprjetà immobbli biex iwettaq il-bejgħ.

3. Tipi ta’ subbasti li għalihom ir-regoli jistgħu ma jkunux kompletament applikabbli

Il-bejgħ jinqasam f'erba’ kategoriji differenti: proprjetà mobbli, bastimenti, inġenji tal-ajru u proprjetà immobbli. Sa ċertu punt hemm regoli differenti għal kategoriji differenti. Id-dettalji ta’ liema regoli japplikaw jiġu indikati flimkien mal-avviż tal-bejgħ. Għall-bejgħ, fuq talba ta’ kooperattiva ta’ koproprjetarji, li fih id-dritt ta’ użu jiġi ċedut, jiġifieri l-bejgħ sfurzat, japplikaw ċerti dispożizzjonijiet speċjali.

4. Informazzjoni rigward reġistri nazzjonali tal-assi

Fl-investigazzjoni dwar l-assi tagħha, l-Awtorità ta’ Eżekuzzjoni għandha d-dritt li twettaq tiftix f’reġistri varji jew li tistaqsi xi mistoqsijiet li jirrigwardawhom, pereż.:

  • Ir-Reġistru tal-Artijiet (Fastighetsregistret); jinkludi l-proprjetà immobbli kollha fl-Iżvezja
  • Ir-Reġistru tat-Traffiku Stradali (Vägtrafikregistret); jinkludi l-vetturi ċivili rreġistrati kollha fl-Iżvezja
  • Ir-Reġistru tat-Taxxa (Skatteregistret); jinkludi informazzjoni dwar żborżi
  • L-Aġenzija tal-Assigurazzjoni Soċjali (Försäkringskassan); tinkludi informazzjoni dwar żborżi
  • L-Aġenzija tal-Pensjonijiet (Pensionsmyndigheten); tinkludi informazzjoni dwar żborżi.
  • Ir-Reġistru tan-Negozji (Näringslivsregistret); fih data dwar il-kumpaniji Żvediżi kollha b’responsabbiltà limitata, soċjetajiet, soċjetajiet kooperattivi, inklużi kooperattivi f’koproprjetà, u kumpaniji privati.
  • Ir-Reġistru tat-Titoli (Värdepappersregistret); ġestit minn Euroclear u jinkludi data dwar il-parteċipazzjonijiet tal-istokks kollha kkwotati
  • Ir-Reġistru Navali (Fartygsregistret); fih informazzjoni dwar il-bastimenti Żvediżi kollha
  • Ir-Reġistru tal-Inġenji tal-Ajru (Luftfartygsregistret); fih informazzjoni dwar l-inġenji tal-ajru Żvediżi kollha
  • Ir-Reġistru tal-Armi (Vapenregistret); fih informazzjoni dwar l-armi tan-nar.

Ir-Reġistri jinżammu elettronikament u l-Awtorità ta’ Eżekuzzjoni hija f’pożizzjoni li tissottometti mistoqsijiet għal kjarifika lil ħafna minnhom f’għamla elettronika. Jekk id-data f’reġistru tkun kunfidenzjali, l-Awtorità ta’ Eżekuzzjoni xorta waħda tista’ titlob għaliha sabiex tkun tista’ tinvestiga jekk debitur għandux jew le xi assi li jistgħu jinqabdu. Meta l-awtorità tistaqsi mistoqsijiet bħal dawn, normalment ma jkun hemm l-ebda tariffa x’titħallas.

F’xi reġistri jitniżżel ukoll meta l-Awtorità ta’ Eżekuzzjoni taqbad il-proprjetà, pereż. ir-Reġistru tal-Artijiet, ir-Reġistru Navali u r-Reġistru tal-Inġenji tal-Ajru.

5. Informazzjoni dwar il-bażijiet tad-data li jagħti lok lill-kredituri biex jidentifikaw l-assi jew id-djun tad-debituri

L-Awtorità ta’ Eżekuzzjoni bħalissa ma tistax toffri lil min ikun jixtieq jagħmel tiftix, xi servizz elettroniku li bih ikunu jistgħu jiġu identifikati l-assi jew id-djun tad-debituri.

6. Informazzjoni dwar is-subbasti pubbliċi online

L-Awtorità ta’ Eżekuzzjoni ilha mill-2014 twettaq subbasti elettroniċi, magħrufa bħala subbasti online. Dan jista’ jsir biss għal bejgħ ta’ proprjetà mobbli. Id-dispożizzjoni li tippermetti li jsiru subbasti elettroniċi hija stipulata fil-Kapitolu 9 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOrdinanza dwar l-Eżekuzzjoni tad-Dejn li tistabbilixxi kif jitressqu l-offerti.

F’rapport ippreżentat lill-Gvern f’Novembru 2016, ġie propost li l-bejgħ ta’ proprjetà immobbli permezz ta’ subbasta elettronika għandu wkoll ikun possibbli. Il-proċedura f’każ ta’ bejgħ ta’ proprjetà immobbli hija aktar ikkumplikata u tirrikjedi emendi aktar leġiżlattivi milli fil-każ ta’ proprjetà mobbli biex tkun tista’ tippermetti subbasta elettronika.

Fil-preżent ma hemm xejn li jċaħħad lil dak li jkun milli jieħu sehem f’subbasta online minn barra l-pajjiż.

L-avviż tas-subbasti online kollha huwa ppubblikat fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Awtorità ta’ Eżekuzzjoni.

Jekk isir bejgħ permezz ta’ rkantatur estern, l-avviż dwar is-subbasta online jingħata fuq is-sit web tiegħu. Fl-inkarigu tiegħu, l-irkantatur estern irid jingħata struzzjonijiet sabiex jimxi mar-regoli dwar il-bejgħ fil-Kapitolu 9 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi dwar l-Eżekuzzjoni tad-Dejn u l-Kapitolu 9 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOrdinanza dwar l-Eżekuzzjoni tad-Dejn. Il-kuntratti mal-irkantaturi esterni normalment jkunu frott proċedura għall-għoti ta’ kuntratt. Jinkludu rekwiżiti relatati mal-pożizzjoni finanzjarja u mal-kwalifiki professjonali tal-fornitur tas-servizzi.

Kull min ikun jixtieq li jieħu sehem f’subbasta online jrid jirreġistra fis-sit web biex ikun jista’ jressaq offerta. Madankollu l-offerti kollha li jitressqu huma pubbliċi u wieħed jista’ jsegwihom mingħajr ma jkollu għalfejn jirreġistra qabel. L-informazzjoni li għandha tingħata għar-reġistrazzjoni tinkludi n-numru tal-identità personali, l-indirizz tal-email, l-indirizz tal-posta, in-numru tat-telefon u psewdonimu li jintuża meta l-offerti jiġu ppubblikati. Mhuwiex rikjest li l-offerenti juru prova tal-identità tagħhom. L-offerenti li ma għandhomx numru tal-identità personali Żvediż jew li għal xi raġuni oħra ma jixtiqux jew ma jistgħux jirreġistraw online, jistgħu jirreġistraw manwalment.

Il-prezz tal-akkwist f’subbasta online jitħallas permezz ta’ kard tal-ħlas jew kard tal-bank.

Mhuwiex possibbli li wieħed jieħu sehem f’subbasta online billi jitfaċċa dak il-ħin fil-bini tal-awtorità.

Il-proċess tal-offerti jsir permezz ta’ offerta u kontroofferta sa ħin stabbilit. Jekk issir offerta meta jkun fadal anqas minn żewġ minuti, il-ħin jiżdied b’żewġ minuti oħra.

L-Awtorità ta’ Eżekuzzjoni twieġeb għall-mistoqsijiet permezz tat-telefon jew tal-email, iżda jaf ma jkunx faċli li wieħed jirċievi tweġiba meta s-subbasta jkun fadlilha ftit ħin biss. L-Awtorità twieġeb bl-Iżvediż iżda trid tkun kapaċi wkoll tagħti informazzjoni bażika bil-lingwi minoritarji nazzjonali u tagħti informazzjoni u gwida lil ċerti gruppi ta’ minoranzi f’setturi speċjali ta’ amministrazzjoni. Spiss tkun tista’ tingħata għajnuna meta jsiru mistoqsijiet b’lingwi oħra.

L-Awtorità ta’ Eżekuzzjoni tittraduċi dokumenti relatati mal-bejgħ f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni biss, pereż. meta jkun evidenti li hemm klijentela vasta barra mill-pajjiż.

Skont il-prinċipju tal-aċċess pubbliku, għadd kbir ta’ informazzjoni li tinżamm mill-awtoritajiet Żvediżi hija pubblika. Madankollu ma tingħatax informazzjoni dwar min ikun qed jagħmel l-offerti f’subbasta li tkun tinsab għaddejja. Jista’ wkoll ikun hemm rekwiżit ta’ kunfidenzjalità fir-rigward ta’ xi informazzjoni sensittiva, iżda l-kwistjoni titqies b’mod individwali f’kull wieħed mill-każijiet, jekk xi ħadd jitlob l-informazzjoni.

L-aħħar aġġornament: 17/07/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Bejgħ fl-irkant bil-qorti - L-Ingilterra u Wales

It-taqsima segwenti tispjega fid-dettall id-dispożizzjonijiet fl-Ingilterra u f’Wales fir-rigward tal-qbid tal-proprjetà bħala mezz biex ikunu rkuprati l-flus dovuti.

Fl-Ingilterra u f’Wales ma għadux jeżisti r-rekwiżit għal Imħallef Distrettwali biex jawtorizza u jappunta d-ditta tal-ġarr u l-irkantaturi. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Artikolu 41 tal-Iskeda 12 tal-Att dwar it-Tribunali, il-Qrati u l-Eżekuzzjoni tipprevedi l-bejgħ tal-beni permezz ta’ rkant pubbliku sakemm il-qorti ma tordnax mod ieħor.

Id-ditti tal-ġarr u tal-irkantaturi jistgħu japplikaw f’kull qorti individwali u jipprovdu dettalji tat-tariffi tagħhom u tal-assigurazzjoni attwali tagħhom sabiex tkun tista’ tittieħed deċiżjoni lokalment dwar min ikun se jiġi appuntat. Id-deċiżjoni dwar liema ditta se tintuża għandha tittieħed minn panel ta’ maniġers abbażi tad-dettalji u tat-tariffi provduti.

Wara l-appuntar, fl-uffiċċju tal-qorti tintwera lista bid-dettalji tal-ismijiet u l-indirizzi tad-ditti appuntati. Il-lista tiġi analizzata mill-ġdid kull sena u bla dubju qabel l-iskadenza ta’ kull ċertifikat tal-assigurazzjoni. Meta jkun possibbli, għandha ssir rotazzjoni fuq bażi regolari tal-fornituri magħżula. Fejn huwa biss possibbli li tintuża ditta waħda regolarment, japplikaw ir-regoli bażi.

Minn tal-anqas 7 ijiem qabel ma jsir il-bejgħ, il-marixxall tal-qorti jrid jibgħat avviż ta’ bejgħ lid-debitur u lil kull koproprjetarju.

Meta jsir bejgħ u jaslu r-rikavati mingħand l-irkantaturi, il-marixxall tal-qorti/maniġer tal-kunsinna jkun inkarigat li jikkonferma li l-beni kollha li ttieħed il-kontroll tagħhom u li nqabdu qegħdin hemm. Il-mandat għandu jkun approvat kif suppost.

Ara r-Regolamenti minn 34 sa 43 tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolamenti dwar it-Teħid ta’ Kontroll tal-Beni għal aktar dettalji rigward il-ġarr, il-ħżin u l-bejgħ tal-beni taħt kontroll.

L-aħħar aġġornament: 10/10/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Bejgħ fl-irkant bil-qorti - L-Irlanda ta’ fuq

L-Uffiċċju tal-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi (EJO – Enforcement of Judgments Office) huwa fergħa fis-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati tal-Irlanda ta’ Fuq (Northern Ireland Courts and Tribunal Service, aġenzija tad-Dipartiment tal-Ġustizzja) u huwa inkarigat mill-eżekuzzjoni tal-ordnijiet tal-qrati ċivili fl-Irlanda ta’ Fuq rigward flus, beni u proprjetà. L-Ordni tal-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi (tal-Irlanda ta’ Fuq) tal-1981 tippermetti l-qbid u l-bejgħ ta’ beni sabiex jagħmel tajjeb għal ammont ta’ flus li jistgħu jiġu rkuprati b’konsegwenza ta’ sentenza.

L-EJO għandu għadd ta’ setgħat ta’ eżekuzzjoni tal-pagament tad-dejn fil-qafas ta’ sentenza ta’ eżekuzzjoni ta’ pagament li tinħareġ permezz ta’ ordni tal-qorti. Dawn is-setgħat jinkludu mandat ta’ qbid li jinħareġ skont l-Artikolu 31 tal-Ordni tal-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi (tal-Irlanda ta’ Fuq) tal-1981.

Skont l-Ordni tal-1981, l-EJO għandu l-jedd li jaqbad il-proprjetà u jbigħha fi rkant u juża r-rikavati netti tal-bejgħ (wara li jitħallsu l-kostijiet u l-ispejjeż tal-qbid) biex iħallas id-dejn mhux imħallas (ara l-Artikoli 31, 34 u 40 tal-Ordni tal-1981). Fl-eżekuzzjoni ta’ Mandat ta’ Qbid, l-EJO għandu l-jedd, skont l-Artikolu 38 tal-Ordni tal-1981, li jidħol fi kwalunkwe art okkupata jew użata mid-debitur, il-konjuġi tiegħu jew tagħha jew kwalunkwe persuna akkarigu tiegħu jew tagħha jew, f’xi ċirkostanzi, art okkupata jew użata minn kwalunkwe persuna oħra.

L-EJO jista’ joħroġ Mandat ta’ dan it-tip (fuq talba lill-Master skont ir-Regola 30(1) tar-Regoli dwar l-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi (tal-Irlanda ta’ Fuq) tal-1981) meta jkun jidher li hemm numru biżżejjed ta’ beni biex jifdu d-dejn. Fil-prattika, dan ifittex mezzi rilevanti oħra ta’ eżekuzzjoni bħall-Mandat ta’ Sekwestru tal-Qligħ (li permezz tagħha titnaqqas somma flus mis-salarju tad-debitur) qabel ma jiddeċiedi li jressaq rikors quddiem il-Master għal Mandat ta’ Qbid.

Hemm limitazzjonijiet fuq it-tipi ta’ beni li jistgħu jinqabdu (pereżempju, il-ħwejjeġ u l-għamara essenzjali tad-dar tad-debitur ma jistgħux jinqabdu (ara l-Artikolu 33 tal-Ordni tal-1981).

Ir-Regola 30 - 33 tar-Regoli dwar l-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi (tal-Irlanda ta’ Fuq) tal-1981 tistabbilixxi l-proċedura segwita mill-EJO fir-rigward ta’ kif jitressaq mandat ta’ qbid.

L-aħħar aġġornament: 18/10/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Bejgħ fl-irkant bil-qorti - Skozja

It-taqsima segwenti tispjega fid-dettall id-dispożizzjonijiet fl-Iskozja fir-rigward tal-qbid tal-proprjetà bħala mezz biex ikunu rkuprati l-flus dovuti.

Fl-Iskozja, il-proprjetà tista’ tinqabad bħala mezz biex ikunu rkuprati l-flus dovuti meta dak id-dejn ikun ġie rikonoxxut mill-qrati, u f’xi ċirkostanzi oħra, inkluż meta jkun awtorizzat f’ċerti “dokumenti ta’ dejn” formali.  Il-proċessi użati għall-qbid tal-proprjetà huma magħrufa bħala arrestment (sekwestru, użat biex tkun iffriżata proprjetà tad-debitur iżda li tkun tinsab fil-pussess ta’ terzi); attachment (mandat ta’ sekwestru, użata għall-qbid ta’ beni proprjetà tad-debitur u li għandu l-pussess tagħhom); u exceptional attachment (mandat ta’ qbid eċċezzjonali, użata għall-qbid ta’ proprjetà mhux essenzjali miżmuma f’abitazzjoni).  F’xi każijiet, il-proċeduri rilevanti jippermettu li l-proprjetà tad-debitur tkun irkantata taħt is-sorveljanza ġudizzjarja.

Il-Parti 2 tad-Debt Arrangement and Attachment (Scotland) Act 2002 (Liġi tal-Iskozja dwar l-Arranġament tad-Dejn u l-Mandat ta’ Sekwestru) tistabbilixxi l-proċess li għandu jkun segwit meta jinħareġ mandat ta’ sekwestru tal-beni.  Fi żmien 14-il ġurnata minn meta jiġi eżegwit il-mandat ta’ sekwestru, ix-xeriff irid jagħmel rapport lill-Qorti tax-Xeriffi.  Ladarba jasal ir-rapport, ix-xeriff jista’ jagħmel arranġamenti biex l-oġġetti ssekwestrati jitneħħew u jinbiegħu fi rkant pubbliku, li għaliha jrid jattendi x-xeriff sabiex jekk ikun hemm xi oġġetti li jinbiegħu, iniżżilhom fir-rekords flimkien mal-prezz li jinbiegħu bih.  Il-flus li jinkisbu mill-bejgħ fl-irkant jistgħu jintużaw sabiex jagħmlu tajjeb għat-tariffi u għall-ispejjeż tax-xeriff, imbagħad jitħallas il-kreditur.  Kull dħul żejjed jintradd lura lid-debitur.  Jekk l-oġġetti ma jinbigħux, is-sjieda tal-beni tgħaddi għand il-kreditur.  Filwaqt li l-irkant ta’ kull beni ssekwestrat normalment issir f’kamra għall-irkantijiet, jekk ma jkunx prattiku li dan isir, teżisti dispożizzjoni fl-Att tal-2002 sabiex l-bejgħ fl-irkant isir xi mkien ieħor, għajr fl-abitazzjoni tad-debitur.

Fil-każijiet li fihom il-beni jkunu ġew issekwestrati, u d-debitur ma jkunx iffirma mandat li jagħti permess biex il-beni jkunu rrilaxxati lill-kreditur, il-kreditur, biex jikseb il-proprjetà, irid iressaq action of furthcoming (azzjoni li jieħu l-kreditur kontra parti terza) quddiem il-qorti.  Action of furthcoming hija rikors lill-qorti biex tawtorizza r-rilaxx tal-beni lill-kreditur li jkun jista’ jbigħhom biex jirkupra dak kollu li huwa dovut lilu jew parti minnu.

L-aħħar aġġornament: 30/04/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.