Sib informazzjoni għal kull reġjun
Fil-preżent, il-bejgħ tal-beni jsir, preferibbilment, permezz tal-pjattaforma https://www.e-leiloes.pt/, skont l-Artikolu 837 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili tal-Portugall (Código de Processo Civil - CPC) u l-Artikoli 20 et seq tal-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 282/2013 tad-29 ta’ Awwissu.
Ir-regoli operatorji tal-pjattaforma https://www.e-leiloes.pt/ ġew approvati permezz tal-Ordni tal-Ministru tal-Ġustizzja Nru 12624/2015, ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Portugiża (Diário da República), serje 2, Nru 219, datata d-9 ta’ Novembru 2015.
L-avviżi ta’ bejgħ huma rregolati mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tal-Ordni Ministerjali 12624/2015:
L-Artikolu 6
Reklamar tas-subbasta
Il-prezzijiet/valuri tal-beni maqbuda;
Il-Valur Bażi: Dan huwa l-valur tal-beni jew sett ta’ beni li jiffurmaw lott, kif iddeterminat fl-ambitu tal-proċedura li l-bejgħ huwa relatat magħha, jiġifieri tal-eżekuzzjoni rregolata f’konformità mas-CPC jew, ta’ proċedura ta’ insolvenza, irregolata f’konformità mal-Kodiċi ta’ Insolvenza u ta’ Rkupru tan-Negozji (Código da Insolvência e da Recuperação de Empresas).
Il-Valur Minimu: Il-“valur minimu” huwa l-valur li bih il-prodotti jistgħu jinbiegħu jekk ikunu ’l fuq minnu, u li jikkorrispondi, skont l-Artikolu 816(2) tas-CPC, għal 85 % tal-valur bażi. F'xi każijiet, il-valur minimu jista’ jkun ugwali għall-valur bażi.
Ir-regoli operatorji tal-pjattaforma https://www.e-leiloes.pt/ ġew approvati permezz tal-Ordni tal-Ministru tal-Ġustizzja Nru 12624/2015, ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Portugiża, serje 2, Nru 219, datata d-9 ta’ Novembru 2015, u stipulat li l-pjattaforma kienet se tiġi żviluppata u amministrata minn dik li kienet l-Assoċjazzjoni tal-Konsulenti Legali tal-Portugall, u issa saret l-Assoċjazzjoni tal-Konsulenti Legali u tal-Aġenti tal-Eżekuzzjoni (Ordem dos Solicitadores e Agentes de Execução).
Fi proċeduri ta’ eżekuzzjoni ċivili mwettqa minn aġenti tal-eżekuzzjoni, huma biss dawn tal-aħħar li jistgħu jmexxu l-proċedimenti ta’ bejgħ.
Pereżempju, il-beni li jridu jinbiegħu fi swieq regolati jew li jridu jinbiegħu direttament.
L-Artikolu 837 tas-CPC – Bejgħ permezz ta’ subbasta elettronika
L-Artikolu 830 tas-CPC – Beni mibjugħa fi swieq regolati
Strumenti finanzjarji u komoditajiet kkwotati f’suq regolat jinbiegħu fi swieq regolati.
L-Artikolu 831 tas-CPC – Bejgħ dirett
Jekk ikun meħtieġ legalment li l-beni jitwasslu għand entità partikolari, jew ikun hemm wegħda ta’ bejgħ fuqhom, b’effett reali, lil xi persuna li tkun tixtieq teżerċita d-dritt speċifiku ta’ eżekuzzjoni, il-bejgħ isir direttament lilha.
Ta’ min wieħed jinnota li, minkejja li s-subbasta elettronika hija l-mod preferut ta’ bejgħ b’eżekuzzjoni fil-Portugall, is-CPC jipprevedi wkoll metodi alternattivi ta’ bejgħ:
Fost l-entitajiet regolatorji u tar-reġistri nsibu:
L-ewwel nett, huwa importanti li tittieħed nota tal-fatt li l-aċċess għall-bażijiet tad-data jsir permezz tal-aġent tal-eżekuzzjoni, b’mod kunfidenzjali, aktar milli mill-kreditur direttament.
Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 331-A/2009 tat-30 ta’ Marzu, kif emendata mill-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 350/2013 tat-3 ta’ Diċembru, u permezz tal-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 288/2015 tas-17 ta’ Settembru, tirregola l-aċċess għall-bażijiet tad-data pubbliċi.
Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 282/2013 tad-29 ta’ Awwissu wkoll tirregola l-aċċess għall-bażijiet tad-data tal-Bank tal-Portugall.
Il-bażijiet tad-data li l-aġent tal-eżekuzzjoni għandu aċċess dirett għalihom huma, fost l-oħrajn:
Ir-regoli operatorji tal-pjattaforma https://www.e-leiloes.pt/ ġew approvati permezz tal-Ordni tal-Ministru tal-Ġustizzja Nru 12624/2015, ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Portugiża, serje 2, Nru 219, datata d-9 ta’ Novembru 2015.
L-informazzjoni rilevanti tinsab hawnhekk:
Regoli operatorji tal-pjattaforma tas-subbasti elettroniċi
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.