Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Il-Portal tal-e-Ġustizzja, abbażi tal-ftehim reċiproku mar-Renju Unit, se jżomm l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-Renju Unit sa tmiem l-2024.

Bejgħ fl-irkant bil-qorti

L-Ingilterra u Wales

It-taqsima segwenti tispjega fid-dettall id-dispożizzjonijiet fl-Ingilterra u f’Wales fir-rigward tal-qbid tal-proprjetà bħala mezz biex ikunu rkuprati l-flus dovuti.

Il-kontenut ipprovdut minn
L-Ingilterra u Wales

Fl-Ingilterra u f’Wales ma għadux jeżisti r-rekwiżit għal Imħallef Distrettwali biex jawtorizza u jappunta d-ditta tal-ġarr u l-irkantaturi. L-Artikolu 41 tal-Iskeda 12 tal-Att dwar it-Tribunali, il-Qrati u l-Eżekuzzjoni tipprevedi l-bejgħ tal-beni permezz ta’ rkant pubbliku sakemm il-qorti ma tordnax mod ieħor.

Id-ditti tal-ġarr u tal-irkantaturi jistgħu japplikaw f’kull qorti individwali u jipprovdu dettalji tat-tariffi tagħhom u tal-assigurazzjoni attwali tagħhom sabiex tkun tista’ tittieħed deċiżjoni lokalment dwar min ikun se jiġi appuntat. Id-deċiżjoni dwar liema ditta se tintuża għandha tittieħed minn panel ta’ maniġers abbażi tad-dettalji u tat-tariffi provduti.

Wara l-appuntar, fl-uffiċċju tal-qorti tintwera lista bid-dettalji tal-ismijiet u l-indirizzi tad-ditti appuntati. Il-lista tiġi analizzata mill-ġdid kull sena u bla dubju qabel l-iskadenza ta’ kull ċertifikat tal-assigurazzjoni. Meta jkun possibbli, għandha ssir rotazzjoni fuq bażi regolari tal-fornituri magħżula. Fejn huwa biss possibbli li tintuża ditta waħda regolarment, japplikaw ir-regoli bażi.

Minn tal-anqas 7 ijiem qabel ma jsir il-bejgħ, il-marixxall tal-qorti jrid jibgħat avviż ta’ bejgħ lid-debitur u lil kull koproprjetarju.

Meta jsir bejgħ u jaslu r-rikavati mingħand l-irkantaturi, il-marixxall tal-qorti/maniġer tal-kunsinna jkun inkarigat li jikkonferma li l-beni kollha li ttieħed il-kontroll tagħhom u li nqabdu qegħdin hemm. Il-mandat għandu jkun approvat kif suppost.

Ara r-Regolamenti minn 34 sa 43 tar-Regolamenti dwar it-Teħid ta’ Kontroll tal-Beni għal aktar dettalji rigward il-ġarr, il-ħżin u l-bejgħ tal-beni taħt kontroll.

L-aħħar aġġornament: 10/10/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.