

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Skont l-Artikolu 128 tal-Kodiċi dwar il-Familja u t-Tutela, "obbligu ta' manteniment" huwa obbligu impost fuq il-qraba fil-linja diretta u fuq l-aħwa biex jipprovdu l-mezzi ta’ għajxien (inkluż ħwejjeġ, ikel, akkomodazzjoni, fjuwil u mediċini) u, fejn meħtieġ, il-mezzi għat-trobbija (inkluż kura għall-iżvilupp fiżiku u mentali u l-aċċess għall-edukazzjoni u l-kultura).
Il-“manteniment” huwa provvediment fi flus jew in natura. Fil-każ tat-tfal, huwa jkopri wkoll l-input personali fit-trobbija tagħhom u x-xogħol f'unità domestika skont obbligu ta' manteniment.
It-“talba għal manteniment” hija d-dritt ta' persuna biex titlob it-twettiq ta' obbligu ta' manteniment lejha mingħand persuna oħra.
Bħala regola ġenerali, obbligu ta' manteniment iseħħ minħabba diversi tipi ta' relazzjonijiet familjari. Skont it-tip ta' relazzjoni familjari, il-liġi Pollakka tiddistingwi bejn it-tipi ta' obbligi ta' manteniment li ġejjin:
1. obbligu ta' manteniment bejn qraba (il-manteniment tat-tfal huwa forma speċifika ta' dan l-obbligu): Fil-każ ta' qraba, għandhom dritt għall-manteniment biss dawk b'diffikultajiet finanzjarji. Il-ġenituri jridu jħallsu l-manteniment lil ulied li għadhom ma jistgħux ifendu għal rashom, sakemm l-introjtu mill-propjetà tagħhom tkun suffiċjenti biex tkopri l-ispejjeż tal-manteniment u trobbija tagħhom. It-tfal 'il fuq minn 18-il sena ma għandhomx dritt għall-manteniment sakemm ma jkunux jixtiequ jkomplu l-edukazzjoni tagħhom u r-riżultati li jkunu kisbu s'issa jiġġustifikaw din l-għażla. Il-manteniment għandu jibqa' jingħata wkoll minħabba l-istat ta' saħħa jew sitwazzjoni personali tagħhom. Barra minn hekk, il-ġenituri mhumiex obbligati jħallsu manteniment lil tfal 'il fuq minn 18-il sena u li, minkejja li jkunu ppreparati għax-xogħol, jibdew jistudjaw u mbagħad jittraskuraw l-istudji tagħhom, ma jagħmlux progress sodisfaċenti, ma jiksbux il-marki biex jgħaddu u ma jgħaddux mill-eżamijiet fiż-żmien preskritt u, għal dawn ir-raġunijiet, jonqsu milli jlestu l-istudji tagħhom fil-perjodu speċifikat għall-programm ta' studji tagħhom.
Jekk ikun impossibbli li jinkiseb il-manteniment jew jekk il-kisba tiegħu tinvolvi diffikultajiet eċċessivi, qraba oħra jistgħu jiġu ordnati jħallsu l-manteniment (pereżempju n-nanniet tat-tfal li huma l-ġenituri tad-debitur li qiegħed jaħbi fejn jinsab);
2. obbligu ġej mill-adozzjoni: Jekk l-adozzjoni tikkrea biss relazzjoni bejn il-persuna li adottat u l-persuna adottata, l-obbligu tal-manteniment tal-persuna li adottat lejn il-persuna adottata jieħu preċedenza fuq l-obbligu ta' manteniment tal-qraba fil-linja axxendenti u l-aħwa tal-persuna adottata lejn dik il-persuna, filwaqt li l-obbligu ta' manteniment tal-persuna adottata lejn il-qraba tagħha fil-linja axxendenti u ħutha jiġi l-aħħar. F'każijiet oħra, japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-punt 1 għall-persuna adottata;
3. obbligu bejn il-persuni li jiġu minn xulxin minħabba l-affinità (ġenituri tar-rispett, tfal tar-rispett): Għandhom dritt għall-manteniment biss dawk il-persuni b'diffikultajiet finanzjarji, sakemm, fis-sitwazzjoni konċernata, l-impożizzjoni tal-obbligu tal-manteniment ikun konformi mal-prinċipji tal-interazzjoni soċjali. Skont il-liġi u l-ġurisprudenza Pollakka, "diffikultajiet finanzjarji" tfisser l-inabilità li wieħed jissodisfa l-bżonnijiet raġjonevoli tiegħu bir-riżorsi proprji u bl-isforzi tiegħu;
4. obbligu bejn il-konjuġi matul iż-żwieġ: - membri tal-familja jistgħu jinvokaw id-dritt għal “standard ta’ għajxien indaqs” għall-membri tal-familja kollha. Skont l-Artikolu 27 tal-Kodiċi tal-Familja u t-Tutela, iż-żewġ konjuġi huma mitluba, skont l-abilitajiet u l-kapaċità ta’ qligħ u finanzjarja tagħhom, jgħinu jissodisfaw il-bżonnijiet tal-familja li għandhom bir-relazzjoni tagħhom. Dan l-obbligu jitqies sodisfatt bis-sħiħ jew parzjalment permezz ta’ sforzi personali fit-trobbija tat-tfal u l-kura tal-unità domestika;
5. obbligu bejn il-konjuġi wara li jkun intemm iż-żwieġ: Jekk wieħed mill-konjuġi jinsab ħati għat-tkissir irrimedjabbli taż-żwieġ u d-divorzju jġib miegħu deterjorazzjoni sostanzjali fis-sitwazzjoni finanzjarja tal-konjuġi l-ieħor, dan tal-aħħar jista' jitlob sabiex jiġu sodisfati l-bżonnijiet raġonevoli tiegħu, anke jekk ma jkunx f'diffikultà finanzjarja. F'każijiet oħra, konjuġi f'diffikultà finanzjarja jista' jitlob il-manteniment mill-ekskonjuġi tiegħu fi proporzjoni għall-bżonnijiet raġonevoli tiegħu u l-kapaċitajiet ta' qligħ u ta' finanzjament tal-ekskonjuġi. Id-dritt għall-manteniment tal-konjuġi jiskadi meta jerġa' jiżżewweġ. Madankollu, meta konjuġi divorzjat li ma nstabx responsabbli għat-tkissir irrimedjabbli taż-żwieġ ikun obbligat iħallas il-manteniment, l-obbligu ta' manteniment jiskadi ħames snin wara s-sentenza ta' divorzju, sakemm il-qorti ma testendix dan il-perjodu, fuq talba tal-persuna li għandha dritt għall-manteniment, minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali;
6. obbligu tal-missier ta' wild imwieled barra ż-żwieġ lejn l-omm: Missier li mhux ir-raġel tal-omm irid jikkontribwixxi skont iċ-ċirkostanzi tiegħu lejn l-ispejjeż assoċjati mat-tqala u t-twellid u l-ispejjeż ta' tliet xhur manteniment lill-omm matul it-twellid. Fejn ikun hemm raġunijiet importanti, l-omm tista' titlob illi l-missier jikkontribwixxi għall-manteniment tagħha għal perjodu itwal minn tliet xhur.
Il-ġenituri jridu jħallsu l-manteniment għat-tfal li għadhom ma jistgħux ifendu għal rashom. Peress illi t-tfal iridu jkomplu jistudjaw sakemm jagħlqu 18-il sena, normalment ikollhom dritt għall-manteniment sakemm jilħqu l-età tal-maturità jew anke sakemm ikunu lestew studji għal lawrja ta' masters jew studji vokazzjonali ogħla.
Il-benefiċċji mill-fond tal-Istat għall-manteniment jitħallsu lil persuni intitolati li jirċevuhom sakemm jagħlqu 18-il sena. Dawn il-persuni huma intitolati għall-benefiċċji sakemm jagħlqu 25 sena jekk ikomplu l-istudji tagħhom fi skejjel jew f'istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla, u għal perjodu indefinit ta' żmien jekk jiġu ċċertifikati bħala serjament diżabbli.
Iva, il-każijiet li ġejjin huma possibbli:
Ir-rikors huwa eżenti mit-tariffi tal-qorti. Madankollu, ir-rikors għandu jissodisfa r-rekwiżiti għal talba valida, jiġifieri jrid jinkludi l-isem tal-qorti li ġie ppreżentat quddiemha; l-ismijiet u l-kunjomijiet tal-partijiet, tar-rappreżentanti legali tagħhom u tal-avukati; it-tip ta' talba; deskrizzjoni ċara tat-talba; il-valur tat-talba; deskrizzjoni tal-fatti li jiġġustifikaw it-talba u fejn meħtieġ, il-ġuriżdizzjoni tal-qorti wkoll; il-firma tal-parti jew tar-rappreżentant jew avukat tagħha (il-prokura trid tiġi mehmuża); lista ta' annessi; il-postijiet ta' residenza jew l-uffiċċji reġistrati tal-partijiet, tar-rappreżentanti legali tagħhom u tal-avukati; u deskrizzjoni tat-talba. It-talbiet sussegwenti jrid ikollhom in-numru tal-kawża.
Il-persuni li ġejjin jistgħu jressqu talba għall-manteniment f'isem il-persuna li għandha dritt tirċevih:
Ir-rappreżentanti statutorji jaġixxu f'isem il-minuri intitolati għall-manteniment. Madankollu, meta jilħqu l-età maġġuri, huma jridu jirrappreżentaw lilhom infushom.
Jekk persuna f'koabitazzjoni jew xi konoxxenza tal-persuna intitolata għall-manteniment ma tkunx waħda mill-persuni mniżżla hawn fuq, hija ma tistax taġixxi f'isem il-persuna intitolata għall-manteniment.
Skont il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-qrati distrettwali għandhom ġuriżdizzjoni ratione materiae f'kawżi dwar il-manteniment. Il-ġuriżdizzjoni lokali tiġi determinata skont il-post ta' residenza tal-persuna intitolata għall-manteniment jew il-post ta' residenza tal-konvenut. Il-qrati b'ġuriżdizzjoni fuq muniċipalijiet speċifiċi huma speċifikati fir-Regolament tal-Ministru għall-Ġustizzja tat-28 ta’ Diċembru 2018 dwar id-determinazzjoni tas-sede u l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-appell, il-qrati reġjonali u l-qrati distrettwali u l-ambitu tal-kompetenza tagħhom (Ġurnal tal-Liġijiet 2018, Partita 2548).
Il-qrati reġjonali għandhom ġuriżdizzjoni f'kawżi dwar ir-rikonoxximent ta' deċiżjonijiet tal-qrati tal-Istati Membri tal-UE fil-Polonja (l-Artikolu 11511(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili) jekk kienet ingħatat deċiżjoni qabel l-Istat li fiha ngħatat iffirma l-Protokoll tal-Aja tat-23 ta' Novembru 2007 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi ta’ Manteniment (ĠU L 331, 16.12.2009, p. 17).
Skont l-Artikolu 115314 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili emendat, fir-Repubblika tal-Polonja hemm it-titoli eżekuttivi li ġejjin:
Ir-rappreżentazzjoni minn avukat mhix meħtieġa f'kawżi ta' manteniment. Il-partijiet jistgħu jaġixxu f'isimhom jew permezz ta' rappreżentanti professjonisti.
Ara l-punti 7 u 20 għal informazzjoni dettaljata dwar il-possibiltà tal-ħatra ta' avukat ex officio biex jidher f'isem il-parti intitolata għall-manteniment.
Skont il-liġi Pollakka, il-parti li qiegħda titlob il-manteniment u l-konvenut f'kawża dwar tnaqqis fl-ammont ta' manteniment huma eżenti mill-ispejjeż tal-qorti (l-Artikolu 96(1)(2) tal-Att tat-28 ta' Lulju 2005 dwar l-ispejjeż tal-qorti f'kawżi ċivili (Ġurnal tal-Liġijiet 2005, Nru 167, Partita 1398, kif emendat)). Dawn il-persuni huma eżenti għalkollox, li jfisser illi ma jġarrbux spejjeż tal-qorti, spejjeż fl-appell jew spejjeż ta' eżekuzzjoni.
Barra minn hekk, il-parti li tgawdi mill-eżenzjoni mill-ispejjeż tal-qorti tista' tapplika għall-għajnuna legali fil-forma ta' avukat maħtur ex officio. Jekk it-talba għal avukat tiġi milqugħa, it-tariffi tal-avukat jiġu koperti mill-avversarju ta' dik il-parti. Jekk hija titlef il-kawża, it-tariffi tal-avukat jitħallsu mit-Teżor tal-Istat.
Id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Istati Membri f'dan ir-rigward huma regolati mill-Att tas-17 ta' Diċembru 2004 dwar id-dritt għall-għajnuna fi proċedimenti ċivili li qegħdin isiru fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u dwar id-dritt ta’ għajnuna bil-ħsieb għal riżoluzzjoni amikevoli ta’ tilwima qabel ma tinfetaħ kawża ċivili (Ġurnal tal-Liġijiet 2005, Nru 2005, Partita 10, kif emendat).
L-ammont tal-manteniment jiddependi mill-kapaċitajiet ta' qligħ u finanzjarji tal-persuna li trid tħallsu u mill-bżonnijiet raġonevoli tal-persuna intitolata għalih. Il-bżonnijiet raġonevoli tal-persuna intitolata għall-manteniment jinkludu kulma huwa bżonnjuż għall-għajxien tagħha, jiġifieri bżonnijiet kemm materjali u kemm mhux materjali (kulturali u spiritwali). Il-bżonnijiet tal-minuri jinkludu wkoll l-ispejjeż tat-trobbija. Fl-evalwazzjoni tal-kapaċitajiet finanzjarji u ta' qligħ tal-persuni li jridu jħallsu l-manteniment, mhuwiex l-introjtu li verament jaqilgħu li jiġi kkunsidrat iżda l-introjtu li jistgħu jaqilgħu jekk jagħmlu użu sħiħ mill-kapaċitajiet tagħhom. Dan ifisser illi anke persuna mingħajr xogħol li ma taqlax introjtu regolari tista' tiġi ordnata tħallas il-manteniment u l-pagamenti jiġu eżegwiti.
Fejn ikun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi, tista' tintalab bidla fid-deċiżjoni tal-qorti jew fil-ftehim dwar il-manteniment. Kull parti fl-arranġament ta' manteniment tista' titlob dan it-tibdil. Skont iċ-ċirkostanzi fattwali, parti tista' titlob it-tħassir tal-obbligu ta' manteniment, jew it-tnaqqis jew żieda fl-ammont ta' manteniment. L-ammont ta' manteniment jista' jinbidel jekk il-bżonnijiet raġonevoli tal-persuna intitolata għall-manteniment jew il-kapaċità ta' qligħ tal-persuna li trid tħallas il-manteniment żdiedu jew naqsu.
Fil-Polonja m'hemmx ammont ta' manteniment fiss u l-manteniment ma jiġix ikkalkulat bħala perċentwali tal-introjtu tal-persuna li trid tħallsu. Fl-2014, il-paga minima kienet ta’ PLN 1,680 (madwar EUR 400) gross. Fl-2013, il-paga minima kienet ta’ PLN 3,650 (madwar EUR 900) gross fix-xahar. Fl-2015, il-paga minima kienet ta’ PLN 1,750 gross, fl-2016 - PLN 1,850 gross, u fl-2019 PLN 2,250 gross. Fil-prattika, fil-maġġoranza tal-każijiet l-ammont ta' manteniment ordnat mill-qrati jvarja minn PLN 300 sa PLN 1,000 fix-xahar għal kull wild. L-ammont ta' manteniment mhux suġġett għal indiċjar awtomatiku skont l-età tal-wild jew il-livell ta' inflazzjoni.
Il-persuna msemmija bħala d-debitur f'ordni ta' eżekuzzjoni trid tħallas il-manteniment. Bħala regola ġenerali, il-manteniment mogħti fil-Polonja jitħallas fi żloti Pollakki lir-rappreżentant legali tal-minuri (fi flus jew bi trasferiment bankarju) kull xahar, normalment sal-10 jum ta' kull xahar. F'każ ta' dewmien fil-pagament, is-sentenzi jipprovdu għal interess statutorju (b'rata ta' 13% kull sena mill-2008) fuq l-ammont pendenti (ara l-informazzjoni pprovduta mill-Polonja fuq l-interess statutorju).
Għalhekk, bħala regola ġenerali, obbligu ta' manteniment jitwettaq esklussivament mill-persuna mitluba li tħallsu. Jekk dik il-persuna ma tħallsux volontarjament, il-persuna intitolata għall-manteniment tista' titlob lill-awtorità kompetenti ta' eżekuzzjoni biex jinbdew proċedimenti ta' eżekuzzjoni (normalment bailiff). L-eżekuzzjoni tista' ssir ukoll ex officio fuq talba tal-qorti tal-prim'istanza li tat id-deċiżjoni bl-ammont ta' manteniment. Il-persuna intitolata għall-manteniment tista' tinnotifika mandat ta' sekwestru fuq il-post tax-xogħol tad-debtur jew lill-istituzzjoni li tħallas il-pensjoni tad-debitur u titlob illi l-manteniment dovut jitnaqqas mill-ammonti pagabbli lid-debitur. Din it-talba hija vinkolanti fuq l-aġenzija tal-pagamenti.
L-eżekuzzjoni fuq il-propjetà immobbli tad-debitur teħtieġ talba separata.
Jekk il-persuna li trid tħallas il-manteniment tonqos milli tagħmel dan volontarjament, tista' tiġi sfurzata tħallas (ara l-punt 9).
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 209 tal-Kodiċi Kriminali (Ġurnal tal-Liġijiet 1997, Nru 88, partita 553), in-nuqqas persistenti ta' ħlas ta' manteniment huwa reat li jista' jiġi kkastigat permezz ta' multa, miżuri minbarra‑ priġunerija jew priġunerija sa massimu ta' sentejn. Ir-reat jitressaq il-qorti fuq talba tal-vittma, istituzzjoni soċjali jew korp responsabbli għall-prosekuzzjoni ta’ debitur tal-manteniment. Jekk il-vittma tingħata benefiċċji jew allowances xierqa tal-familja li jitħallsu f’każ ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ħlas tal-manteniment, il-prosekuzzjoni ssir ex officcio.
L-Artikolu 5(3b)(2)(5) tal-Att tas-7 ta' Settembru 2007 dwar l-għajnuna għal persuni intitolati għall-manteniment (Ġurnal tal-Liġijiet 2007, Nru 192, Partita 1378) jipprovdi illi l-awtorità kompetenti tista' tappella għas-sospensjoni tal-liċenzja tas-sewqan tad-debitur.
Jekk l-eżekuzzjoni ma ssirx b'suċċess, il-bailiff jista' jitlob illi d-debitur jitniżżel fir-reġistru għad-debituri falluti.
Skont l-Artikolu 1083(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-pagamenti pendenti ta' manteniment jistgħu jiġu koperti kollha permezz tas-sekwestru ta' kont bankarju.
Skont l-Artikolu 833(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, ir-rimunerazzjoni għax-xogħol hija suġġetta għal sekwestru sa fejn jispeċifika l-Kodiċi dwar ix-Xogħol. Bħala regola ġenerali, jista' jiġi ssekwestrat 60% tas-salarju. Tlieta minn kull ħamsa tal-ammonti mogħtija mit-Teżor tal-Istat għal għanijiet speċjali, speċjalment għotjiet u għajnuna, jistgħu jiġu ssekwestrati wkoll (l-Artikolu 831(1)(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 829 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, dawn li ġejjin mhumiex suġġetti għas-sekwestru:
Il-Ministru tal-Ġustizzja b’konsultazzjoni mal-Ministru tal-Agrikoltura u l-Ministru tal-Finanzi jispeċifika, permezz ta’ ordinanza, liema oġġetti tal-bidwi ma jistgħux ikunu soġġetti għal eżekuzzjoni (Artikolu 830).
Barra minn hekk, l-Artikolu 831 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jipprovdi li, b'mod partikolari, il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali fi ħdan it-tifsira tal-Att tat-12 ta' Marzu 2004 dwar l-għajnuna soċjali (Ġurnal tal-Liġijiet 2013, Partita 182, kif emendat) u r-riċevibbli dovuti lid-debitur mill-baġit tal-Istat jew mill-Fond Nazzjonali għas-Saħħa (Narodowy Fundusz Zdrowia) għall-provvista ta' benefiċċji tas-saħħa fi ħdan it-tifsira tal-Att tas-27 ta' Awwissu 2004 dwar il-benefiċċji tas-saħħa mill-fondi pubbliċi (Ġurnal tal-Liġijiet tal-2008, Nru 164, Partita 1027, kif emendat) qabel ma jingħataw dawn il-benefiċċji, sa massimu ta' 75% ta' kull pagament, mhumiex suġġetti għas-sekwestru, sakemm dawn mhux riċevibbli tal-impjegati jew fornituri tas-servizzi tad-debitur imsemmija fl-Artikolu 5(41)(a) u (b) tal-Att dwar il-Benefiċċji tal-Kura Tas-Saħħa Iffinanzjati mill-Fondi Pubbliċi tas-27 ta’ Awwissu 2004.
L-Artikolu 137(1) tal-Kodiċi dwar il-Familja u t-Tutela jipprovdi illi t-talbiet għall-manteniment huma suġġetti għal preskrizzjoni ta' tliet snin.
L-Artikolu 121(1) tal-Kodiċi Ċivili jipprovdi illi l-preskrizzjoni ma tibdiex tgħodd u, jekk tkun bdiet tgħodd, tiġi sospiża, għat-talbiet tat-tfal kontra l-ġenituri tagħhom matul id-durata tas-setgħa tal-ġenituri.
Jekk id-debitur jistaqsi dwar il-validità tal-obbligu ta' manteniment għal wild adult, il-bailiff jista' jitlob lil dan tal-aħħar jipprovdi ċertifikat li jikkonferma illi huwa għadu għaddej bl-istudji tiegħu, ma għandux introjtu jew qiegħed jirċievi kura medika u, għalhekk, għad għandu bżonn l-għajnuna finanzjarja tad-debitur.
Kif imsemmi fil-punt 4, talba għal manteniment tista' titressaq f'isem il-persuna intitolata għall-manteniment minn, inter alia, il-maniġers taċ-ċentri ta' assistenza soċjali, ċerti organizzazzjonijiet soċjali, rappreżentanti mill-awtoritajiet tal-gvern lokali responsabbli għall-assistenza soċjali u, f'ċerti każijiet ukoll, prosekuturi pubbliċi. Dawn l-entitajiet jistgħu jgħinu lill-konvenut ukoll billi jipparteċipaw fi proċedimenti ta' manteniment li jkunu diġà nbdew. Ir-rwol tagħhom huwa li jgħinu lill-persuna intitolata għall-manteniment fi proċedimenti l-qorti.
Il-qrati reġjonali jgħinu lil persuni intitolati għall-manteniment jressqu talbiet għall-irkupru tal-manteniment minn barra.
L-Att tas-7 ta' Settembru 2007 dwar l-għajnuna lil persuni intitolati għall-manteniment (Ġurnal tal-Liġijiet 2009, Nru 1, Partita 7, kif emendat) jistabbilixxi r-regoli għall-għajnuna mill-Istat għal persuni intitolati għall-manteniment f'każijiet fejn l-eżekuzzjoni ma rnexxietx.
L-għotjiet mill-fond għall-manteniment jistgħu jinkisbu biss jekk l-introjtu tal-familja għal kull persuna ma jaqbiżx PLN 725 (madwar EUR 170) fix-xahar - mill-1 ta Lulju 2019 din l-għotja se tammonta għal PLN 800 (l-Artikolu 9(2)). Issir talba fl-uffiċċju muniċipali jew tal-belt li għandu ġuriżdizzjoni fuq il-post tar-residenza tal-persuna intitolata għall-manteniment.
Jekk madankollu, il-persuna intitolata għal ħlas bil-quddiem tal-manteniment tgħix f'istituzzjoni li tipprovdi kura 24 siegħa kuljum (pereżempju ċentru għall-assistenza soċjali, faċilità ta' kura edukattiva, ċentru ta' detenzjoni taż-żagħżagħ jew ċentru ta' kustodja provviżorja) jew ma' familja tal-fostering, iżżewġet jew kellha tifel u għandha dritt għal benefiċċju tal-familja, il-ħlas bil-quddiem ma jingħatax.
Dan l-Att japplika biss jekk il-persuna intitolata għall-manteniment tgħix il-Polonja matul il-perjodu li fih jingħata l-ħlas bil-quddiem.
Għal aktar informazzjoni ara http://www.mpips.gov.pl/wsparcie-dla-rodzin-z-dziecmi/fundusz-alimentacyjny/swiadczenia-z-funduszu-alimentacyjnego/
Jekk id-debitur jgħix barra l-pajjiż u l-persuna li għandha dritt għall-manteniment tgħix il-Polonja, il-qorti reġjonali li għandha ġuriżdizzjoni fuq il-post ta’ residenza tal-persuna li għandha dritt għall-manteniment tgħinha tippreżenta rikors għall-manutenzjoni. L-għajnuna tikkonsisti fl-għoti tal-informazzjoni u l-għajnuna kollha meħtieġa sabiex hija tkun tista’ timla d-dokumenti meħtieġa u l-verifika li r-rikors huwa formalment korrett.
Iva.
Il-Parti A ta' talba sottomessa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment timtela mill-qorti reġjonali.
Qorti Reġjonali |
Indirizz għall-korrispondenza |
Tel ++48 |
Fax ++48 |
Posta elettronika |
Qorti Reġjonali in Białystok |
ul. Marii Skłodowskiej-Curie 1 15-950 Białystok |
85 7459220 |
85 7424640 |
|
Qorti Reġjonali in Bielsko-Biała |
ul. Cieszyńska 10 43-300 Bielsko-Biała |
33 4990424 33 4990488 |
33 4990488 |
|
Qorti Reġjonali in Bydgoszcz |
ul. Wały Jagiellońskie 2 85-128 Bydgoszcz |
52 3253155 |
52 3253255 |
|
Qorti Reġjonali in Częstochowa |
ul. Dąbrowskiego 23/35 42-200 Częstochowa |
34 3684425 |
34 3684427 34 3684708 |
|
Qorti Reġjonali in Elbląg |
pl. Konstytucji 1 82-300 Elbląg |
55 6112409 55 6112408 |
55 6112215 |
|
Qorti Reġjonali in Gdańsk |
ul. Nowe Ogrody 30/34 80-803 Gdańsk |
58 3213141 58 3213119 |
58 3213140 58 3213119 |
|
Qorti Reġjonali in Gliwice |
ul. Kościuszki 15 44-100 Gliwice |
32 3380052 |
32 3380102 |
|
Qorti Reġjonali in Gorzów Wielkopolski |
ul. Mieszka I 33 66-400 Gorzów Wielkopolski |
95 7256718 |
95 7202807 95 7256790 |
|
Qorti Reġjonali in Jelenia Góra |
ul. Wojska Polskiego 56 58-500 Jelenia Góra |
75 6415113 |
75 6415113 |
|
Qorti Reġjonali in Kalisz |
al. Wolności 13 62-800 Kalisz |
62 7657700 |
62 7574936 |
|
Qorti Reġjonali in Katowice |
ul. Francuska 38 40-028 Katowice |
32 6070183 32 6070498 |
32 6070184 32 6070211 |
|
Qorti Reġjonali in Kielce |
ul. Seminaryjska 12 a 25-372 Kielce |
41 3402320 41 3402320 |
41 3402320 41 3402320 |
|
Qorti Reġjonali in Konin |
ul. Energetyka 5 62-510 Konin |
63 2451443 63 2423022 +172 |
63 2426569 |
|
Qorti Reġjonali in Koszalin |
ul. Waryńskiego 7 75-541 Koszalin |
94 3428750 |
94 3428897 |
|
Qorti Reġjonali in Kraków |
ul. Przy Rondzie 7 31-547 Kraków |
12 6195697 12 6195241 12 6195648 12 6195648 |
12 6195373 |
|
Qorti Reġjonali in Krosno |
ul. Sienkiewicza 12 38-400 Krosno |
13 4373671 |
13 4373673 |
|
Qorti Reġjonali in Legnica |
ul. Złotoryjska 40 59-220 Legnica |
76 7225936 |
76 7225936 76 7225912 |
|
Qorti Reġjonali in Lublin |
ul. Krakowskie Przedmieście 43 20-076 Lublin |
81 4601004 |
81 4601004 |
|
Qorti Reġjonali in Łomża |
ul. Dworna 16 18-400 Łomża |
86 2163807 |
86 2166753 |
|
Qorti Reġjonali in Łódź |
pl. Dąbrowskiego 5 90-921 Łódź |
42 6778799 |
42 6778978 |
|
Qorti Reġjonali in Nowy Sącz |
ul. Pijarska 3 33-300 Nowy Sącz |
18 4482145 |
||
Il-Qorti Reġjonali f’Olsztyn |
Ul. Dąbrowszczaków 44A 10-001 Olsztyn |
89 5216049 |
89 5216160 |
|
Qorti Reġjonali in Opole |
pl. Daszyńskiego 1 45-064 Opole |
77 5418134 |
||
Qorti Reġjonali in Ostrołęka |
ul. Gomulickiego 5 07-410 Ostrołęka |
29 7650130 |
29 7650181 |
|
Qorti Reġjonali in Piotrków Trybunalski |
ul. Słowackiego 5 97-300 Piotrków Trybunalski |
44 6494121 44 6494159 |
44 6478919 |
|
Qorti Reġjonali in Płock |
pl. Narutowicza 4 09-404 Płock |
24 2697220 24 2697220 24 2697364 |
24 2625253 |
|
Qorti Reġjonali in Poznań |
al. Marcinkowskiego 32 61-745 Poznań |
61 8566205 |
61 8528751 |
|
Il-Qorti Reġjonali f’Przemyśl |
ul. Konarskiego 6 37-700 Przemyśl |
16 6761336 |
16 6761353 |
|
Qorti Reġjonali f’Radom |
ul. Marszałka J. Piłsudskiego 10 26-600 Radom |
48 3680288 |
48 3680287 |
|
Qorti Reġjonali f’Rzeszów |
pl. Śreniawitów 3 35-959 Rzeszów |
17 8756394 |
17 8756349 |
|
Qorti Reġjonali f’Siedlce |
ul. Sądowa 2 08-110 Siedlce |
25 6407846 |
25 6407812 |
|
Qorti Reġjonali f’Sieradz |
al. Zwycięstwa 1 98-200 Sieradz |
43 8266650 43 8266607 43 8271287 |
43 8271014 |
|
Qorti Reġjonali f’Słupsk |
ul. Zamenhofa 7 76-200 Słupsk |
59 8469422 59 8469424 |
59 8469424 |
rzecznik.prasowy@slupsk.so.gov.pl |
Qorti Reġjonali f’Suwałki |
ul. Waryńskiego 45 16-400 Suwałki |
87 5631213 |
87 5631303 |
|
Qorti Reġjonali f’Szczecin |
ul. Kaszubska 42 70-952 Szczecin |
91 4830147 91 4830170 91 4830170 |
91 4830170 91 4830170 91 4830170 |
|
Qorti Reġjonali f’Świdnica |
pl. Grunwaldzki 14 58-100 Świdnica |
74 8518 287 |
71 8518270 |
|
Qorti Reġjonali f’Tarnobrzeg |
ul. Sienkiewicza 27 39-400 Tarnobrzeg |
15 8234880+425 |
||
Qorti Reġjonali f’Tarnów |
ul. J. Dąbrowskiego 27 33-100 Tarnów |
14 6887409 |
||
Qorti Reġjonali w Toruń |
ul. Piekary 51 87-100 Toruń |
56 6105609 |
||
Qorti Reġjonali f’Warsaw |
al. Solidarności 127 00-951 Warszawa |
22 440 11 54 |
22 6544411 |
|
Qorti Reġjonali Għal Varsavaja-Praga ġewwa Varsavja |
al. Solidarności 127 00-951 Warszawa |
22 4404040 |
22 4401066 |
|
Qorti Reġjonali f’Włocławek |
ul. Wojska Polskiego 22 87-800 Włocławek |
54 4120353 |
54 4118575 |
|
Qorti Reġjonali f’Wrocław |
ul. Sądowa 1 50-950 Wrocław |
71 3704391 |
71 3704391 |
|
Qorti Reġjonali f’Zamość |
ul. Akademicka 1 22-400 Zamość |
84 6382970 84 6393 359 |
84 6382970 84 6393359 |
|
Qorti Reġjonali f’Zielona Góra |
pl. Słowiański 1 65-958 Zielona Góra |
68 3220221 |
68 3220193 |
L-Artikolu 55 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment ma jeħtieġx illi t-talbiet isiru permezz tal-awtorità ċentrali tal-Istat fejn jgħixu l-applikanti. It-talbiet jistgħu jintbagħtu direttament lill-qorti Pollakka kompetenti (b'hekk jiġu sodisfatti r-rekwiżiti formali stabbiliti fil-Kapitoli IV u VI tar-Regolament u fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Id-dettalji tal-aġenziji trażmittenti huma disponibbli fuq:
http://bip.ms.gov.pl/pl/ministerstwo/wspolpraca-miedzynarodowa/alimenty/
L-aġenziji trażmittenti tal-pajjiżi barranin speċifikati fid-dikjarazzjonijiet mehmuża mar-Regolament jipprovdu lill-persuna intitolata għall-manteniment bl-informazzjoni neċessarja kollha, jgħinuha tlesti d-dokumenti meħtieġa, jivverifikaw il-korrettezza formali tat-talba ta' dik il-persuna u jittrażmettuha barra l-pajjiż.
Jekk il-qorti tordna l-manteniment u l-kawża taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 4/2009, rikorrent li jgħix barra jista' juża l-proċedura prevista minn dan ir-Regolament u jmur għand l-aġenzija trażmittenti kompetenti fil-pajjiż fejn jgħix jew jissottometti rikors għad-dikjarazzjoni ta' eżekuzzjoni ta' deċiżjoni barranija quddiem il-qorti kompetenti (ara l-punt 5). L-applikazzjonijiet għall-eżekuzzjoni jingħataw lill-uffiċċji ta' kull bailiff tal-qorti.
Jekk il-Polonja u l-pajjiż li fih jirrisjedi r-rikorrent ikunu partijiet f'konvenzjoni jew ftehim bilaterali dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'kawżi ta' manteniment, din l-għajnuna tingħata sa fejn jispeċifika l-ftehim. Bħala regola ġenerali, il-ftehimiet bilaterali jipprevedu l-applikazzjoni diretta quddiem qorti Pollakka jew l-applikazzjoni lil din il-qorti permezz tal-qorti tal-pajjiż fejn ingħatat id-deċiżjoni. Fl-aħħar każ, l-applikazzjonijet jiġu trażmessi permezz tal-awtoritajiet ċentrali, li huma normalment il-Ministeru tal-Ġustizzja jew l-awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Konvenzjoni ta' New York:
http://treaties.un.org/doc/Publication/MTDSG/Volume%20II/Chapter%20XX/XX-1.en.pdf
Id-dettalji tal-qrati huma disponibbli fuq:
http://bip.ms.gov.pl/pl/rejestry-i-ewidencje/lista-sadow-powszechnych/
filwaqt li d-dettalji tal-bailiffs huma disponibbli fuq: https://www.komornik.pl/
Iva, mit-18 ta' Ġunju 2011.
Mhux applikabbli.
Ir-regoli applikabbli fil-Polonja huma d-dispożizzjonijiet tal-Att tas-17 ta' Diċembru 2004 dwar id-dritt għall-assistenza fi proċedimenti ċivili mmexxija fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Ġurnal tal-Liġijiet 2005, Nru 10, Partita 67, kif emendat) u d-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE tas-27 ta' Jannar 2003 biex ittejjeb l-aċċess għal ġustizzja f’tilwimiet bejn il-konfini billi tistabbilixxi regoli komuni minimi konnessi ma’ għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn (ĠU L 26/41, 31.1.2003, p. 90), li huma ta' suppliment għad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili u l-Att dwar l-ispejjeż tal-qorti f'kawżi ċivili. Il-parti li tixtieq tikseb formola speċifika għall-għajnuna (pereżempju l-ħatra ta’ avukat, it-traduzzjoni tad-dokumenti, ir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar) jenħtieġ li tinforma b’mod ċar lill-qorti dwar l-użu ta’ din il-formola tal-UE.
L-Att li jemenda l-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili u atti oħra (l-Att tat-28 ta’ April 2011 li jemenda l-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, l-Att dwar id-dritt ta’ għajnuna fi proċedimenti ċivili mmexxija fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u dwar id-dritt ta’ għajnuna sabiex ikun hemm riżoluzzjoni amikevoli ta’ tilwima qabel jinfteħu proċedimenti ċivili u l-Att dwar l-għajnuna għal persuni li għandhom dritt għall-manteniment - Ġurnal tal-Liġijiet tal-2011, Nru 129, partita 735) fejn l-awtorità ċentrali Pollakka tista’ tordna lill-awtorità li għandha ġuriżdizzjoni fuq id-debitur biex tmexxi inkjesta dwar il-manteniment, ġie adottat fit-28 ta’ April 2011.
Jekk id-debitur jew il-parteċipant ma jistgħux jinstabu, il-Ministeru tal-Ġustizzja jikkonsulta r-reġistri ċentrali u lokali u r-rekords (kif ukoll il-bażi tad-data PESEL.SAD) sabiex jiddetermina liema qorti jew bailiff għandu ġuriżdizzjoni jew biex jagħti tweġiba lil talba dwar miżuri speċifiċi. Bħalissa, mhuma ppjanati l-ebda tibdiliet fil-bażijiet statutorji, fil-finanzjament u l-persunal tal-awtorità ċentrali sabiex jiġi żgurat it-twettiq tal-attivitajiet deskritti fl-Artikolu 51.
Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.