

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Għalkemm il-leġiżlazzjoni Latvjana ma tipprovdix definizzjoni kompleta ta' "manteniment", jeżisti madankollu ftehim komuni ta' ċerti kunċetti marbuta mal-manteniment ta' persuna. Pereżempju, il-manteniment dovut lit-tfal jikkorrispondi mal-ispejjeż li kull ġenitur huwa obbligat li jipprovdi għall-minuri, irrispettivament mill-qagħda finanzjarja tiegħu. L-ammont minimu ta' manteniment għat-tfal ġie stabbilit mill-gvern. Id-definizzjoni ta' manteniment għat-tfal hija stabbilita fil-liġi li tistabbilixxi l-Fond ta' Garanzija tal-Manteniment (Uzturlīdzekļu garantiju fonds).
Madankollu, abbażi tal-każistika ġie żviluppat ftehim komuni ta' xi kunċetti marbuta mal-obbligu tal-manteniment, irrispettivament mill-isem tiegħu (manteniment, benefiċċju ta' kumpens). Għalhekk, jeżisti wkoll ftehim komuni tal-kunċett ta' manteniment bejn il-konjuġi, meta l-manteniment li jirrappreżenta l-għajnuna finanzjarja għal perjodu twil ġie pprovdut minn konjuġi lill-ieħor wara d-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha.
Il-persuni li huma obbligati li jipprovdu manteniment huma s-segwenti:
Il-ġenituri fir-rigward tat-tfal tagħhom
L-obbligu ta' manteniment fir-rigward ta' minuri jaqa' fuq il-ġenituri tiegħu sakemm ma jkunx jista' jmantni lilu nnifsu. Dan l-obbligu ma jispiċċax għalhekk b'mod awtomatiku meta l-minuri jsir adult. Madankollu, meta dan tal-aħħar ikun diġà sar maġġorenni, il-qorti tista' tiddeċiedi jekk il-ġenituri għandhomx jissodisfaw l-obbligu tal-manteniment, b'mod partikolari jekk il-maġġorenni ma jkomplix l-edukazzjoni jew taħriġ professjonali tiegħu jew jekk huwa kapaċi jmantni lilu nnifsu permezz ta' xogħlu, iżda jastjeni ruħu milli jagħmel dan. Hemm lok li jiġi nnotat li l-ġenituri għandhom iħallsu l-manteniment fir-rigward tal-minuri skont il-mezzi finanzjarji rispettivi tagħhom. Madankollu, l-ammont minimu stabbilit mill-gvern huwa obbligatorju għal kull wieħed minnhom, hi x'inhi s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom. L-obbligu ta' manteniment għall-bżonnijiet tal-minuri huwa vinkolanti, kemm jekk dan tal-aħħar jgħix ma' wieħed mill-ġenituri tiegħu u kemm jekk le.
Il-manteniment għall-bżonnijiet tal-minuri jkopri l-alimentazzjoni, l-ilbies u l-akkomodazzjoni tiegħu kif ukoll il-kura tas-saħħa; il-kura personali, l-edukazzjoni u t-trobbija tiegħu (bil-garanzija tal-iżvilupp fiżiku u intellettwali tiegħu billi jittieħed kunsiderazzjoni debita tal-personalità tiegħu, il-kapaċitajiet u l-interessi tiegħu u l-preparazzjoni tal-minuri għall-attivitajiet tal-ħajja fis-soċjetà).
Il-minuri fir-rigward tal-ġenituri tagħhom
L-obbligu ta' manteniment tat-tfal lejn il-ġenituri tagħhom jinġarr b'mod ugwali mit-tfal kollha. Jekk is-sitwazzjoni finanzjarja tat-tfal mhijiex ugwali, il-qorti tista' tiddetermina l-obbligi rispettivi tagħhom skont is-sitwazzjoni finanzjarja ta' kull wieħed minnhom.
Il-konjuġi fir-rigward tal-parti l-oħra
Jekk jiġi annullat iż-żwieġ u jekk wieħed mill-eks konjuġi kien jaf bin-nullità taż-żwieġ fil-mument tal-konklużjoni tiegħu, il-konjuġi l-ieħor huwa intitolat li jitlob mingħandu benefiċċju ta' kumpens proporzjonat mas-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu. Matul il-proċedura ta' divorzju jew ladarba d-divorzju ngħata, l-eks konjuġi jista' jitlob mingħand il-parti l-oħra benefiċċju ta' kumpens, proporzjonat mas-sitwazzjoni finanzjarja ta' dan tal-aħħar.
L-eks konjuġi mhuwiex aktar obbligat li jagħti benefiċċju ta' kumpens meta:
In-nanniet fir-rigward tat-tfal tat-tfal
Jekk mhemmx ġenituri jew jekk dawn tal-aħħar ma jistgħux jipprovdu għall-bżonnijiet tal-minuri, dan l-obbligu jistrieħ b'mod ugwali fuq in-nanniet. Jekk is-sitwazzjoni finanzjarja tan-nanniet mhijiex ugwali, il-qorti tista' tiddetermina l-obbligi rispettivi tagħhom skont is-sitwazzjoni finanzjarja ta' kull wieħed minn nanniet.
It-tfal tat-tfal fir-rigward tan-nanniet tagħhom
Jekk meħtieġ, l-obbligu ta' manteniment lejn in-nanniet jistrieħ b'mod ugwali fuq it-tfal tat-tfal kollha. Jekk is-sitwazzjoni finanzjarja tat-tfal tat-tfal mhijiex ugwali, il-qorti tista' tiddetermina l-obbligi rispettivi tagħhom skont is-sitwazzjoni finanzjarja ta' kull wieħed minnhom.
L-obbligi ta' manteniment konvenzjonali
Il-partijiet jistgħu jiftehmu li jipprovdu manteniment abbażi ta' kuntratt ta' manteniment. Bis-saħħa tat-tali kuntratt, parti waħda tipprovdi lill-parti l-oħra vantaġġ materjali, fi flus jew mod ieħor, u in ritorn il-parti l-oħra tmantni lill-ewwel parti sa tul ħajjet il-benefiċjarju, għajr jekk ikun ġie stipulat duratura oħra. Ħlief jekk miftiehem mod ieħor, il-manteniment jinkludi l-alimentazzjoni, l-akkomodazzjoni, il-ħwejjeġ u l-kura; jekk il-benefiċjarju tal-manteniment huwa minuri, jeħtieġ jiġu inklużi wkoll l-edukazzjoni u t-tagħlim fi skola primarja.
Obbligu ta' manteniment li jirriżulta minn preġudizzju personali
Jekk persuna li għandha obbligu li tipprovdi manteniment lil persuna oħra tmut minħabba dannu personali, dan l-obbligu jiġi trażmess lill-persuna responsabbli mill-mewt. L-ammont tal-kumpens jiġi determinat minn qorti skont l-età tal-persuna deċeduta, tal-kapaċità tagħha li tiggarantixxi s-sussistenza tagħha fil-mument tal-mewt u, fl-aħħar, tal-bżonnijiet tal-persuna kreditriċi tal-manteniment. Jekk din tal-aħħar għandha mezzi suffiċjenti għad-dispożizzjoni tagħha, l-obbligu tal-manteniment jieqaf.
L-obbligu ta' manteniment fir-rigward ta' minuri jaqa' fuq il-ġenituri tiegħu sakemm ma jkunx jista' jmantni lilu nnifsu. Dan l-obbligu ta' manteniment ma jispiċċax għalhekk b'mod awtomatiku meta l-minuri jsir adult. Madankollu, meta dan tal-aħħar ikun diġà sar maġġorenni, il-qorti tista' tiddeċiedi jekk il-ġenituri għandhomx jissodisfaw l-obbligu tal-manteniment, b'mod partikolari jekk il-maġġorenni ma jkomplix l-edukazzjoni jew taħriġ professjonali tiegħu jew jekk il-minuri huwa kapaċi jmantni lilu nnifsu permezz ta' xogħlu, iżda jastjeni ruħu milli jagħmel dan.
Il-liġi Latvjana ma tiddefinixxix il-kunċett ta' benefiċċju ta' kumpens affavur tal-eks konjuġi. Hija ma tindik lanqas x'jikkostitwixxi l-obbligu tal-manteniment fir-rigward tal-ġenituri u n-nanniet.
Min-naħa l-oħra, għal dak li jirrigwarda l-minuri, il-leġiżlazzjoni tippreċiża li dan l-obbligu jikkonsisti fl-alimentazzjoni, fl-abiljament, fl-akkomodazzjoni u fil-kura tas-saħħa; il-kura personali, l-edukazzjoni u t-trobbija tiegħu (bil-garanzija tal-iżvilupp fiżiku u intellettwali tiegħu billi jittieħed kunsiderazzjoni debita tal-personalità tiegħu, il-kapaċitajiet u l-interessi tiegħu u l-preparazzjoni tal-minuri għall-attivitajiet tal-ħajja fis-soċjetà). L-ammont tal-manteniment irid jiġi stabbilit fir-rigward tad-dritt tal-minuri għall-kundizzjonijiet ta' ħajja xierqa u jkun proporzjonali mal-bżonnijiet reali tal-minuri.
Għall-kisba tal-manteniment (obbligu ta' manteniment, benefiċċju ta' kumpens), ir-rikorrent irid iressaq kawża quddiem il-qorti skont il-proċedura prevista mill-Kodiċi Latvjan tal-Proċedura Ċivili. Huwa jrid jippreżenta rikors u dokumenti oħra meħtieġa.
Il-ġenituri ta' minuri jkunu setgħu waslu għal ftehim, fil-forma awtentika (notariāls akts), bil-previżjoni tal-ħlas ta' ammont ta' manteniment kull xahar. Dan il-ftehim huwa att ta' dritt ċivili li għandu effetti legali, b'mod partikolari l-obbligu għaż-żewġ partijiet li josservaw u jeżegwixxu d-dispożizzjonijiet ta' kuntratt konkluż b'mod validu. Jekk wieħed mill-ġenituri ma josservax il-ftehim dwar il-ħlas ta' manteniment f'somma ta' flus jew b'mod perjodiku, il-ftehim jista' jiġi trażmess lil marixxall għall-eżekuzzjoni forzata.
Il-Latvja stabbilixxiet Fond ta' Garanzija għall-Manteniment (Uzturlīdzekļu garantiju fonds) intiż sabiex jipprovdi l-manteniment lit-tfal minuri mill-baġit tal-Istat. Il-ġestjonarju tal-fond hija l-Amministrazzjoni tal-Fond ta' Garanzija għall-Manteniment (Uzturlīdzekļu garantiju fonda administrācija). Din l-amministrazzjoni hija subordinata direttament għall-Ministeru tal-Ġustizzja.
Il-kundizzjoni preliminari għall-kisba tal-manteniment mingħand l-Amministrazzjoni tal-Fond ta' Garanzija għall-Manteniment hija qabelkollox il-ftuħ ta' kawża ġudizzjarja għall-irkupru; jekk is-sentenza ma tistax tiġi eżegwita, il-kreditur tal-manteniment jista' japplika għand l-Amministrazzjoni tal-Fond.
L-Amministrazzjoni tal-Fond ta' Garanzija għall-Manteniment tħallas manteniment biss fil-każ meta l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ġudizzjarja li tordna l-irkupru ta' manteniment, konformi mal-proċedura ċivili applikabbli, tiġi rikonoxxuta bħala impossibbli jew jekk id-debitur jikkonforma ruħu mad-deċiżjoni ġudizzjarja ta' rkupru, iżda ma jħallasx l-ammont minimu stabbilit mill-gvern.
L-Amministrazzjoni tal-Fond ta' Garanzija għall-Manteniment għandha l-obbligu, mingħajr l-bżonn ta' deċiżjoni ġudizzjarja, li tipproċedi għall-irkupru, mingħand id-debitur, tal-ammont tal-manteniment imħallas mill-Fond.
Il-proċedura għall-kisba ta' manteniment mingħand l-Amministrazzjoni tal-Fond ta' Garanzija għall-Manteniment:
l-applikant (kreditur tal-manteniment għal minuri) jista' japplika għand l-amministrazzjoni tal-Fond, billi jressaqlu l-applikazzjoni tiegħu u d-dokumenti segwenti:
Iva. Rappreżentant awtorizzat jista' jippreżenta talba f'isem ġenitur jew persuna mill-qrib. Għal tifel minuri, it-talba tista' tiġi ppreżentata mir-rappreżentanti legali tagħha, jiġifieri l-ġenituri jew it-tutur tiegħu.
Il-kawżi dwar l-irkupru tal-manteniment huma ta' kompetenza tal-qorti distrettwali / tal-belt (rajona (pilsētas) tiesa), skont ir-regoli ta' kompetenza.
Fil-Latvja, il-kompetenza tal-qrati fir-rigward ta' dawn il-kawżi hija ddefinita minn:
Bis-saħħa tal-kodiċi ta' proċedura ċivili, il-qrati Latvjani segwenti huma kompetenti fir-rigward ta' talbiet għal manteniment:
Ir-rikorrent mhuwiex obbligat jagħmel użu mis-servizzi ta' avukat jew ta' intermedjarju ieħor sabiex jibda l-proċeduri quddiem il-qorti. Mhuwa lanqas obbligat li jibda xi proċeduri ta' konċiljazzjoni qabel l-eżami tal-kawża quddiem il-qorti.
Min-naħa l-oħra, fil-preparazzjoni tal-proċess tal-kawża, l-imħallef għandu jipprova jsib konċiljazzjoni bejn il-partijiet. Dawn tal-aħħar huma għalhekk inkurraġġjati sabiex isibu ftehim reċiproku qabel l-eżami tal-kawża quddiem il-qorti.
Għandu jiġi enfasizzat ukoll li l-partijiet jistgħu jaqblu dwar kwistjonijiet ta' manteniment mingħajr ma jressqu każ il-qorti.
Bis-saħħa tal-Artikolu 43 tal-Kodiċi Latvjan ta' Proċedura Ċivili, il-persuni segwenti huma eżenti mill-ħlas tal-ispejjeż legali (taxxa nazzjonali (valsts nodeva), l-ispejjeż tar-reġistru (kancelejas nodeva) u spejjeż oħra (ar lietas izskatīšanu saistītie izdevumi) lill-Istat Latvjan:
Kull talba ppreżentata lill-qorti - talba inizjali jew kontratalba, talba distinta dwar is-suġġett tal-kawża ppreżentata minn parti terza matul l-istanza, talba formulata fil-kuntest ta' proċedura ta' aġġudikazzjoni speċjali, kif ukoll kull talba oħra mressqa lill-qorti li hija prevista fl-imsemmi artikolu - tagħti lok għall-pagament ta' taxxa li l-ammont tiegħu huwa stabbilit kif ġej:
Fil-kuntest ta' azzjoni għall-irkupru ta' manteniment, l-ammont tat-talba jikkorispondi għas-somma totali pagabbli kull sena.
Fil-Latvja, l-għajnuna legali prevista mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 għall-applikanti barranin li huma intitolati għal din l-għajnuna hija fornita mill-awtorità ċentrali msemmija fl-istess regolament, jiġifieri l-Amministrazzjoni tal-Fond ta' Garanzija għall-Manteniment. Din tal-aħħar tiggarantixxi wkoll ir-rappreżentazzjoni, quddiem il-qrati u l-awtoritajiet eżekuttivi, tal-kredituri barranin għall-manteniment li huma intitolati għall-għajnuna legali prevista permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009.
Bħala regola ġenerali, fil-każijiet mhux previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009, l-Istat Latvjan iforni l-għajnuna legali jekk is-sitwazzjoni personali, is-sitwazzjoni finanzjarja u d-dħul globali tal-persuna jagħmluha oġġettivament diffiċli għaliha li tiżgura l-protezzjoni adegwata tad-drittijiet tagħha. L-għajnuna legali tingħata f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar l-Għajnuna Legali.
Ġeneralment, fil-każijiet mhux previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009, l-għajnuna legali tkopri l-ispejjeż ta' tfassil tad-dokumenti proċedurali, il-pariri legali matul il-proċedura u r-rappreżentazzjoni quddiem il-qorti. F'każijiet transfruntiera, il-persuna hija wkoll intitolata għall-għajnuna sabiex tkopri l-ispejjeż tas-servizzi ta' interpretazzjoni u l-ispejjeż ta' traduzzjoni ta' wħud mid-dokumenti ġudizzjarji jew ekstraġudizzjarji u ta' dokumenti mressqa mill-persuna kkonċernata jekk dawn id-dokumenti għandhom jiġu miżjuda mal-fajl tal-każ. F'xi każijiet, l-ispejjeż ta' vvjaġġar marbuta mal-parteċipazzjoni tal-persuna kkonċernata fil-proċedura jistgħu wkoll ikunu koperti. L-Istat ma jkoprix l-ispejjeż legali. Dawn tal-aħħar jinkludu t-taxxa nazzjonali, l-ispejjeż tar-reġistru u spejjeż oħra tal-istanza, pereżempju s-somom li għandhom jitħallsu lix-xhieda u lill-esperti, l-ispejjeż marbuta mal-interrogatorju tax-xhieda, l-ispejjeż marbuta mal-għoti u man-notifika ta' kopji tar-rikors u ta' ċitazzjonijiet, eċċ. Madankollu, wara eżami tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' persuna fiżika, il-qorti tista' teżentaha mill-ispejjeż legali kollha jew minn parti minnhom jew ittawwal it-terminu ta' pagament tagħhom jew tawtorizza l-pagament tagħhom permezz ta' pagamenti bin-nifs.
Meta l-qorti tagħti l-manteniment, hija tiffissa ġeneralment ammont finanzjarju partikolari, iżda tista' tagħtih f'forma materjali oħra, bħall-alimentazzjoni, l-abiljament, l-akkomodazzjoni, eċċ. Hija tista' wkoll tassoċja ż-żewġ forom.
Sabiex tevalwa u tiffissa l-ammont tal-manteniment, il-qorti tieħu f'kunsiderazzjoni s-sitwazzjoni finanzjarja tal-partijiet, kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-ħajja tagħhom u s-sitwazzjoni familjari tagħhom, billi teżamina attentivament id-dokumenti ppreżentati mill-partijiet.
Fil-kuntest ta' azzjoni għall-irkupru ta' manteniment favur minuri, il-qorti teżamina ċ-ċirkustanzi kollha u d-dokumenti tal-każ u tiffissa l-ammont tal-manteniment li għandu jiġi rkuprat. L-ammont minimu ta' manteniment impost fuq il-ġenituri permezz tar-regolament tal-Kunsill tal-Ministri jammonta għal 25 % tas-salarju minimu ffissat permezz tar-regolament tal-Kunsill tal-Ministri, għat-tfal sa seba' snin, u għal 30 % ta' dan is-salarju minimu, għat-tfal ta' bejn seba' snin u 18-il sena.
Il-modifika tal-ammont u tal-perjodu ta' rkupru tal-manteniment, kif ukoll l-eżenzjoni minn dan l-obbligu, jistgħu jinkisbu biss jekk il-parti interessata ppreżentat talba ġdida quddiem il-qorti. B'hekk, abbażi tal-iżvilupp tas-sitwazzjoni finanzjarja jew familjari tal-persuna, il-qorti tista', fil-kuntest ta' proċedura ġdida, tirrevedi l-ammont tal-manteniment 'il fuq jew 'l isfel.
Id-debitur iħallas il-manteniment lill-kreditur tal-manteniment. Fil-każijiet fejn wieħed mill-ġenituri jew it-tutur iressaq talba fl-isem ta' minorenni, il-manteniment jitħallas lil dan il-ġenitur jew tutur, u mhux lill-minorenni nnifsu. Ġeneralment, il-manteniment jitħallas perjodikament fil-forma ta' ammont definit, b'mod partikolari permezz ta' tnaqqis mis-salarju. Il-kreditu rarament jieħu forom materjali oħra.
Jekk id-debitur ma jħallasx il-manteniment b'mod volontarju lill-persuna li affavur tagħha dan ikun ingħata, jeħtieġ li jinkiseb ordni ta' eżekuzzjoni (izpildu raksts) mingħand il-qorti li tkun tat is-sentenza. L-ordni ta' eżekuzzjoni mogħti minn qorti Latvjana jew fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jista' sussegwentement jiġi trażmess lil marixxall għal eżekuzzjoni forzata fl-10 snin wara d-data li fiha d-deċiżjoni ġudizzjarja daħħlet fis-seħħ, għajr jekk japplikaw termini preskrittivi oħra (jekk id-deċiżjoni tipprevedi pagamenti perjodiċi, l-ordni ta' eżekuzzjoni jibqa' fis-seħħ matul il-perjodu kollu ta' pagament iżda t-terminu preskrittiv msemmi hawn fuq jibda jiddekorri mid-data ta' skadenza ta' kull pagament). Il-marixxall jibda l-eżekuzzjoni forzata fuq it-talba bil-miktub tal-kreditur tal-manteniment. Il-marixxall huwa obbligat li jaċċetta l-ordni ta' eżekuzzjoni jekk il-post ta' residenza, il-post tax-xogħol jew beni tad-debitur jinsab fid-distrett tal-marixxall (iecirknis). Huwa jista' wkoll jaċċetta dokumenti oħra ta' eżekuzzjoni li għandhom jiġu eżegwiti fil-post fil-ġuriżdizzjoni tal-qorti reġjonali (apgabaltiesa) tal-marixxall. Il-marixxalli Latvjani jeżerċitaw l-attività tagħhom fil-post fil-ġuriżdizzjoni tal-qorti reġjonali (apgabaltiesa) fejn joperaw.
L-eżekuzzjoni forzata tista' tieħu l-forom segwenti: is-sekwestru ta' beni mobbli tad-debitur, inkluż dawk fil-pussess ta' partijiet terzi, jew ta' beni mhux tanġibbli, u l-bejgħ ta' dawk il-beni; is-sekwestru ta' somom ta' flus dovuti lid-debitur minn partijiet terzi (rimunerazzjoni tax-xogħol jew ekwivalenti, dħul ieħor tad-debitur, depositi f'istituzzjonijiet ta' kreditu): is-sekwestru u l-bejgħ ta' beni immobbli tad-debitur; miżuri oħra ordnati fid-deċiżjoni.
Skont l-Artikolu 570 tal-Kodiċi Latvjan tal-Proċedura Ċivili, l-irkupru mhuwiex eżegwit fuq il-beni tad-debitur jekk dan tal-aħħar jaħdem jew jirċievi pensjoni jew borża ta' studji u jekk l-ammont li għandu jiġi rkuprat ma jeċċedix dik il-parti mid-dħul kull xahar li fuqha l-liġi tipppermetti li jsir l-irkupru. L-imsemmi kodiċi jelenka uħud mill-kategoriji ta' beni tad-debitur li ma jistgħux jiġu sekwestrati, pereżempju uħud mill-beni mobbli u oġġetti domestiċi, jew il-ħwejjeġ li huma indispensabbli għad-debitur, għall-membri tal-familja tiegħu u għall-persuni dipendenti minnu. L-Artikolu 594 tal-Kodiċi jipprevedi li d-deduzzjonijiet jiġu mwettqa, f'konformità mat-titoli li jistgħu jkunu infurzati, fuq ir-rimunerazzjonijiet tax-xogħol u l-pagamenti ekwivalenti dovuti lid-debitur, sal-estinzjoni tal-kreditu li għandu jiġi rkuprat, skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
Skont l-Artikolu 62 tal-Kodiċi Latvjan tal-Proċedura Ċivili, kreditur jew debitur jista' jikkontesta l-azzjonijiet imwettqa minn marixxall fl-eżekuzzjoni ta' sentenza, jew ir-rifjut tiegħu li jwettaq dawn l-azzjonijiet, għajr f'xi każijiet, billi jressaq tilwima motivata quddiem il-qorti distrettwali / tal-belt (rajona (pilsētas) tiesa) fil-post fejn huwa stabbilit, f'terminu ta' għaxart ijiem li jibda jiddekorri mid-data ta' twettiq tal-azzjonijiet ikkontestati jew mid-data li fiha l-ilmentatur, li ma jkunx ġie informat bid-data u bil-post tal-azzjonijiet li kellhom jittieħdu, sar jaf bihom. Skont l-Artikolu 634 tal-imsemmi kodiċi, f'każ ta' sentenza li tiġi sussegwentement annullata u jekk wara eżami mill-ġdid tal-kawża, tingħata sentenza li tiċħad it-talba jew deċiżjoni li ttemm il-proċeduri jew li ma tiddeċiedix dwar il-każ, dak kollu li jkun ġie rkuprat mingħand id-debitur għall-benefiċċju tar-rikorrent, abbażi tas-sentenza li ġiet sussegwentement annullata, irid jiġi restitwit lura lill-parti konvenuta.
Skont l-Artikolu 546 tal-Kodiċi Latvjan tal-Proċedura Ċivili, l-ordni ta' eżekuzzjoni jista' jiġi trażmess għall-eżekuzzjoni forzata fl-għaxart ijiem mid-data li fiha d-deċiżjoni ġudizzjarja tidħol fis-seħħ, għajr jekk il-liġi tipprevedi termini preskrittivi oħra. Jekk is-sentenza tipprevedi pagamenti perjodiċi, l-ordni ta' eżekuzzjoni jibqa' fis-seħħ matul il-perjodu ta' pagament kollu iżda t-terminu ċċitat hawn fuq jibda jiddekorri mid-data tal-iskadenza ta' kull pagament.
Persuna tista' tmur għand l-Amministrazzjoni tal-Fond ta' Garanzija għall-Manteniment sabiex tikseb manteniment favur minuri fil-każ meta l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ġudizzjarja li tordna l-irkupru ta' manteniment, konformi mal-proċedura ċivili applikabbli, tiġi rikonoxxuta bħala impossibbli jew jekk id-debitur jikkonforma ruħu mad-deċiżjoni ġudizzjarja ta' rkupru, iżda ma jħallasx l-ammont minimu stabbilit għall-manteniment.
Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009, persuna tista' tmur għand l-Amministrazzjoni tal-Fond ta' Garanzija għall-Manteniment sabiex tikseb manteniment minn debitur li ma jinsabx fuq it-territorju Latvjan. Skont l-imsemmi regolament, l-Amministrazzjoni tal-Fond għandu l-funzjoni ta' awtorità ċentrali fil-Latvja.
Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009, kull persuna li tkun intitolata legalment għal manteniment tista' tmur għand l-Amministrazzjoni tal-Fond ta' Garanzija għall-Manteniment b'talba intiża lil Stat Membru ieħor tal-UE sabiex:
L-Amministrazzjoni tal-Fond ta' Garanzija għall-Manteniment jista' jissostitwixxi ruħu għad-debitur ta' manteniment favur ta' minuri jekk l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ġudizzjarja li tordna l-irkupru ta' dan il-manteniment, konformi mal-proċedura ċivili applikabbli, tiġi rikonoxxuta bħala impossibbli jew jekk id-debitur jikkonforma ruħu mad-deċiżjoni ġudizzjarja ta' rkupru, iżda ma jħallasx l-ammont minimu stabbilit għall-manteniment. Jekk l-Amministrazzjoni tal-Fond tkun ħallset il-manteniment, hija tkun intitolata tieħu miżuri biex tirkupra l-ammonti mħallsa flimkien mal-interessi legali (ara d-domanda nru 3).
Jekk il-persuna u l-minuri jinsabu fil-Latvja u jekk id-debitur għandu r-residenza tiegħu f'pajjiż ieħor, l-applikant jista' japplika għand l-Amministrazzjoni tal-Fond ta' Garanzija għall-Manteniment jekk l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ġudizzjarja li tordna l-irkupru tal-manteniment, konformi mal-proċedura ċivili applikabbli, tiġi rikonoxxuta bħala impossibbli jew jekk id-debitur jikkonforma ruħu mad-deċiżjoni ġudizzjarja ta' rkupru, iżda ma jħallasx l-ammont minimu stabbilit għall-manteniment.
Qabel ma japplika għand l-Amministrazzjoni tal-Fond ta' Garanzija għall-Manteniment, l-applikant irid jara li d-deċiżjoni ġudizzjarja tiġi rikonoxxuta u infurzata fil-pajjiż l-ieħor jekk id-debitur jirrisjedi f'dan tal-aħħar u jekk huwa ma jipposjedi ebda beni fil-Latvja li jista' jkun suġġett għall-eżekuzzjoni. Jekk l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni fil-pajjiż l-ieħor mhijiex possibbli, l-applikant jista' jitlob lill-Amministrazzjoni tal-Fond ta' Garanzija għall-Manteniment sabiex din tissostitwixxi ruħha għad-debitur.
Persuna tista' titlob l-għajnuna legali mingħand l-Amministrazzjoni tal-Fond ta' Garanzija għall-Manteniment, li taqdi l-funzjoni ta' awtorità ċentrali msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 (ara d-domandi nri 3 u 13). L-Amministrazzjoni tal-Fond jagħti din l-għajnuna f'konformità ma' dan ir-Regolament.
Jekk persuna li tkun residenti fil-Latvja tkun tixtieq tara' ir-rikonoxximent u / jew l-eżekuzzjoni barra mill-pajjiż tad-deċiżjoni ta' qorti Latvjana li tordna l-irkupru ta' manteniment jew li tikseb deċiżjoni ġudizzjarja kontra debitur li jgħix barra mill-pajjiż, l-Amministrazzjoni tal-Fond ta' Garanzija għall-Manteniment tista' tgħinha tittrażmetti d-deċiżjoni tal-Qorti Latvjana bl-iskop tar-rikonoxximent u / jew l-infurzar tagħha barra mill-pajjiż.
L-Amministrazzjoni tal-Fond ta' Garanzija għall-Manteniment tista' tissostitwixxi ruħha għad-debitur u tħallas il-manteniment dovut lil minorenni, kif ukoll toffri servizz ta' informazzjoni dwar id-domandi ta' manteniment.
(ara d-domandi 3 u 13).
Amministrazzjoni tal-Fond ta' Garanzija għall-Manteniment
Indirizz: Pulkveža Brieža iela 15, Riga,
LV-1010, Latvia
Telefown: +371 67830626
Faks: +371 67830636
Posta elettronika: pasts@ugf.gov.lv
Jekk il-kreditur tal-manteniment jinsab barra mill-pajjiż (fi Stat Membru ieħor tal-UE) filwaqt li d-debitur jinsab fil-Latvja, il-kreditur jista' jagħmel talba għand l-awtorità ċentrali, imsemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009, tal-pajjiż li fih jinsab. Din l-awtorità ċentrali barranija għandha twettaq il-formalitajiet meħtieġa u tittrażmetti t-talbiet tal-kreditur tal-manteniment (dawn it-talbiet jistgħu jkunu kif ġej: l-għoti ta' deċiżjoni li tordna l-irkupru ta' manteniment fil-Latvja, fejn jgħix id-debitur; l-għoti ta' deċiżjoni li tordna l-irkupru ta' manteniment u d-determinazzjoni tal-paternità tal-minuri fil-Latvja, fejn jirrisjedi d-debitur; ir-rikonoxximent, id-dikjarazzjoni ta' infurzabbiltà jew l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta' qorti barranija li tordna l-irkupru ta' manteniment fil-Latvja) lill-awtorità ċentrali msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009. Din l-awtorità ċentrali fil-Latvja (l-Amministrazzjoni tal-Fond ta' Garanzija għall-Manteniment) tgħin lill-persuna bit-trażmissjoni tad-deċiżjoni ġudizzjarja barranija bl-għan tal-eżekuzzjoni u tar-rikonoxximent tagħha fil-Latvja, jew tgħin lir-rikorrent jagħmel rikors għall-irkupru ta' manteniment quddiem qorti Latvjana, fejn id-debitur għandu r-residenza tiegħu, jew rikors għall-irkupru ta' manteniment simultanjament ma' rikors sabiex tiġi stabbilità l-paternità fil-Latvja.
Barra minn dan, jekk l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ġudizzjarja li tordna l-irkupru tal-manteniment, f'konformità mal-proċedura ċivili applikabbli, tiġi rikonoxxuta bħala impossibbli jew jekk id-debitur jikkonforma ruħu mad-deċiżjoni ġudizzjarja ta' rkupru, iżda ma jħallasx l-ammont minimu stabbilit għall-manteniment. persuna li tirrisjedi b'mod permanenti ma' binha jew bintha, b'mod li għandhom d-domiċilju ddikjarat tagħhom fil-Latvja, tista' titlob lill-Amministrazzjoni tal-Fond ta' Garanzija għall-Manteniment għall-kisba tal-pagament tal-manteniment.
Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009, il-persuna trid tmur għand l-awtorità ċentrali tal-pajjiż li fih hija residenti. Persuna li hija residenti fil-Latvja tista' tmur għand l-awtorità ċentrali msemmija fir-regolament (l-Amministrazzjoni tal-Fond ta' Garanzija għall-Manteniment) sabiex:
Barra minn dan, jekk l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ġudizzjarja li tordna l-irkupru tal-manteniment, f'konformità mal-proċedura ċivili applikabbli, tiġi rikonoxxuta bħala impossibbli jew jekk id-debitur jikkonforma ruħu mad-deċiżjoni ġudizzjarja ta' rkupru, iżda ma jħallasx l-ammont minimu stabbilit għall-manteniment. persuna li tirrisjedi b'mod permanenti ma' binha jew bintha, b'mod li għandhom d-domiċilju ddikjarat tagħhom fil-Latvja, tista' titlob lill-Amministrazzjoni tal-Fond ta' Garanzija għall-Manteniment għall-kisba tal-pagament tal-manteniment.
Amministrazzjoni tal-Fond ta' Garanzija għall-Manteniment
Indirizz: Pulkveža Brieža iela 15, Riga,
LV-1010, Latvia
Telefown: +371 67830626
Faks: +371 67830636
Posta elettronika: pasts@ugf.gov.lv
Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009, l-Amministrazzjoni tal-Fond taqdi l-funzjoni ta' awtorità ċentrali, imsemmija fir-regolament, fil-Latvja.
Barra minn dan, jekk l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ġudizzjarja li tordna l-irkupru tal-manteniment, f'konformità mal-proċedura ċivili applikabbli, tiġi rikonoxxuta bħala impossibbli jew jekk id-debitur jikkonforma ruħu mad-deċiżjoni ġudizzjarja ta' rkupru, iżda ma jħallasx l-ammont minimu stabbilit għall-manteniment. l-Amministrazzjoni tal-Fond tħallas il-manteniment lill-kreditur minflok id-debitur.
Il-Latvja hija marbuta bil-Protokoll tal-Aja tal-2007.
Il-Latvja hija marbuta bil-Protokoll tal-Aja tal-2007.
Bis-saħħa tal-Artikolu 43 tal-Kodiċi Latvjan tal-Proċedura Ċivili, huma eżenti mill-ħlas tal-ispejjeż legali fl-Istat Latvjan:
F'kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' persuna fiżika, il-qorti tista' teżenta mill-ispejjeż legali, fl-intier tagħhom jew parzjalment, ir-rikorrent f'azzjoni għall-irkupru ta' benefiċċju ta' kumpens jew ir-rikorrent fi proċeduri għar-rikonoxximent, jew għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni, ta' deċiżjoni barranija li tordna l-irkupru ta' manteniment favur konjuġi jew persuna oħra, skont l-Artikolu 43(4). Hija tista' wkoll ittawwal it-terminu għall-ħlas ta' dawn l-ispejjeż jew tawtorizza l-ħlasijiet bin-nifs tagħhom.
Fil-Latvja, l-għajnuna legali prevista mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (iktar 'il quddiem riferut bħala r-"Regolament dwar l-obbligu ta' manteniment") għall-applikanti barranin li huma intitolati għal din l-għajnuna hija fornita mill-awtorità ċentrali msemmija fl-istess regolament, jiġifieri l-Amministrazzjoni tal-Fond ta' Garanzija għall-Manteniment. Din tal-aħħar tiggarantixxi wkoll ir-rappreżentazzjoni, quddiem il-qrati u l-entitajiet eżekuttivi, tal-kredituri barranin għall-manteniment li huma intitolati għall-għajnuna legali prevista permezz tar-Regolament dwar l-obbligu ta' manteniment.
Il-Latvja emendat diversi testi tal-liġijiet nazzjonali tagħha sabiex l-awtorità ċentrali msemmija fir-Regolament dwar l-obbligu ta' manteniment tkun tista' tiżgura l-funzjonijiet previsti fl-Artikolu 51 tiegħu. Wara dawn l-emendi, il-leġiżlatur Latvjan jippermetti lil din l-awtorità ċentrali sabiex tipprovdi l-għajnuna legali prevista mill-imsemmi regolament għall-applikanti barranin li huma intitolati għal din l-għajnuna, u b'mod partikolari sabiex tirrappreżenta dawn il-persuni legalment jew quddiem l-entitajiet inkarigati mill-eżekuzzjoni. Sabiex jiġi ddeterminat il-post fejn jinsabu d-debitur u l-kreditur fil-Latvja jew għall-kisba ta' informazzjoni dwar id-dħul tagħhom u dwar il-lokalizzazzjoni tal-beni tagħhom f'dan il-pajjiż, l-awtorità ċentrali Latvjana, msemmija fir-Regolament dwar l-obbligu ta' manteniment, għandha aċċess dirett għad-diversi reġistri Latvjani li jikkontjenu din l-informazzjoni. L-informazzjoni li l-awtorità ċentrali Latvjana tista' tikseb direttament minn dawn ir-reġistri tista' x'imdaqqiet tagħtiha wkoll il-possibbiltà li taqdi funzjoni marbuta mal-kisba ta' dokumenti u ta' provi. Sabiex tiftaħ il-proċeduri, jew tiffaċilita l-ftuħ tagħhom, kif ukoll tkun tista' tikseb il-miżuri provviżorji meħtieġa u l-provi, l-awtorità ċentrali Latvjana msemmija fir-Regolament dwar l-obbligu ta' manteniment għandha d-dritt li tressaq kawża quddiem il-qrati Latvjani f'isem l-applikant ikkonċernat. L-awtorità ċentrali tista' wkoll, f'isem l-applikant, tressaq rikors għad-determinazzjoni tal-filjazzjoni, jekk l-azzjoni tinbeda simultanjament ma' azzjoni għall-irkupru ta' manteniment favur minuri.
Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.