Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità

Slovakkja

Il-kontenut ipprovdut minn
Slovakkja

Lingwi li bihom jistgħu jintbagħtu r-rikorsi

L-Artikolu 20(1) tal-Att Nru 274/2017 dwar il-vittmi tal-kriminalità u li jemenda ċerti atti jgħid li “d-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 18 u 19 għandhom jiġu trażmessi fil-lingwa uffiċjali, jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru li tkun qed tiġi indirizza tal-awtorità tiegħu, jew f’lingwa oħra li l-użu tagħha jkun ġie approvat minn dak l-Istat Membru, bl-eċċezzjoni ta’ dawn li ġejjin:

(a) deċiżjonijiet meħuda mill-korp deċiżjonali, li għandhom jitfasslu fil-lingwa ddeterminata mill-ordinament ġuridiku tagħha;

(b) dikjarazzjonijiet minn vittmi ta’ reat vjolenti jew minn persuni oħra msemmija fl-Artikolu 18(6)(b) u fl-Artikolu 19(4)(b), li għandhom jitfasslu bil-lingwa tal-Istat Membru, kif iddeterminat mill-awtorità ta’ assistenza tagħha.”

L-Artikolu 20(2) tal-Att Nru 274/2017 jgħid li “Soġġett għall-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu (1), id-dokumenti u l-informazzjoni indirizzati lill-awtoritajiet Slovakki għandhom jiġu trażmessi bis-Slovakk.”

Formoli ta' rikors għall-kumpens

Aktar informazzjoni, inkluża l-formola tat-talba (Tlacivo_274_2017.docx), tinsab fis-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka.

L-aħħar aġġornament: 05/06/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna