Insolvency/bankruptcy

If a company or entrepreneur gets into financial distress, or cannot pay its debts, specific proceedings are available in every country to address the situation inclusively, involving all the creditors (parties who are owed money).

Insolvency proceedings differ according to their objectives:

Companies

  • If the company can be saved or the business is viable – its debts may be restructured (usually in agreement with creditors). This is to safeguard the firm and preserve jobs.
  • If the business cannot be saved, the company must be wound up (it 'goes bankrupt').

Entrepreneurs

  • Can usually apply for a procedure involving an ordered repayment plan for their debts and a debt-discharge following a reasonable period of time (3 years, usually). This ensures they are not personally bankrupted and can launch further ventures in future.

In all cases, as soon as the proceedings are formally opened, creditors can no longer take individual action to reclaim their debts. This is to ensure all creditors are on an equal footing and protect the debtor's assets.

To be paid, creditors must prove their claims, either to the court or to the body (generally an administrator or liquidator) responsible for reorganising or liquidating the debtor's assets. In specific circumstances, this can be done by the debtor themself.

Cross-border insolvency (EU rules)

Insolvency cases involving companies or entrepreneurs with activities, assets or affairs in several countries can be resolved under EU law – specifically Regulation 2015/848 (see here for a summary of how it works).

Forms referred to in Regulation 2015/848

National procedures

Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.

Related link

Insolvency registers

Last update: 01/02/2020

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.
The Commission is in the process of updating some of the content on this website in the light of the withdrawal of the United Kingdom from the European Union. If the site contains content that does not yet reflect the withdrawal of the United Kingdom, it is unintentional and will be addressed.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Bulgaru ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Insolvenza - Bulgarija

1 Kontra min jistgħu jinfetħu proċedimenti ta' insolvenza?

M’hemm l-ebda liġi separata li tirregola l-proċeduri ta’ insolvenza fil-Bulgarija. Id-dispożizzjonijiet ġenerali li jirregolaw l-insolvenza huma stabbiliti fil-Kapitolu tal-Insolvenza tal-Att dwar il-Kummerċ. L-insolvenza tal-banek u tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni hija rregolata mid-dispożizzjonijiet speċjali stabbiliti fl-Att dwar l-Insolvenza tal-Banek u l-Kodiċi tal-Assigurazzjoni.

Jinfetħu proċeduri ta’ insolvenza kontra kummerċjanti insolventi. Barra minn hekk, jinfetħu proċeduri ta’ insolvenza kontra kumpaniji b’responsabbiltà limitata, kumpaniji b’ishma konġunti jew soċjetajiet limitati li jkollhom dejn eċċessiv.

Proċeduri ta’ insolvenza jistgħu jinfetħu wkoll kontra persuna li jinnegozjaw b’mod sigriet permezz ta’ debitur insolventi. Meta jinbdew proċeduri ta’ insolvenza kontra impriża kummerċjali, il-proċeduri jitqiesu li nfetħu simultanjament kontra msieħeb b’responsabbiltà mhux limitata.

Proċeduri ta’ insolvenza jinfetħu wkoll kontra proprjetarji uniċi li mietu jew li tneħħew mir-Reġistru Kummerċjali jekk kienu insolventi meta mietu jew meta tneħħew. Proċeduri ta’ insolvenza jinfetħu wkoll kontra msieħba b’responsabbiltà mhux limitata, anke jekk l-imsieħeb ikun miet jew ġie mneħħi mir-Reġistru Kummerċjali. Tista’ tiġi ppreżentata applikazzjoni sabiex jinfetħu proċeduri ta’ insolvenza fi żmien sena mid-data li fiha d-debitur miet jew ġie mneħħi mir-Reġistru Kummerċjali.

Jinfetħu wkoll proċeduri ta’ insolvenza kontra l-kumpaniji insolventi f’likwidazzjoni. Proċedimenti ta’ insolvenza kontra banek u kumpaniji tal-assigurazzjoni huma rregolati bir-regoli u l-proċedura stabbiliti f’liġi separata.

Kwistjonijiet relatati mal-insolvenza ta’ kummerċjant li huwa impriża pubblika li teżerċita monopolju tal-Istat jew stabbiliti skont liġi speċjali huma rregolati minn liġi separata. L-ebda proċeduri ta’ insolvenza ma jistgħu jinfetħu kontra negozjant li huwa impriża pubblika li teżerċita monopolju ta’ Stat jew stabbilit taħt liġi speċjali.

M’hemm ebda dispożizzjoni fil-liġi nazzjonali għal proċeduri ta’ insolvenza kontra persuni fiżiċi minbarra kummerċjanti waħdiena.

Qorti Bulgara tista’ tiftaħ proċeduri ta’ insolvenza anċillari kontra kummerċjant li ġie ddikjarat insolventi minn qorti barranija, jekk jippossjedi assi sinifikanti fil-Bulgarija.

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza?

Il-prerekwiżiti li ġejjin għall-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza japplikaw għall-kummerċjanti kollha:

(1) Id-debitur għandu jkun kummerċjant.

Il-proċeduri ta’ insolvenza jistgħu jinfetħu mhux biss kontra kummerċjant iżda kontra persuna li tinnegozja b’mod sigriet permezz ta’ debitur insolventi, imsieħeb b’responsabbiltà mhux limitata, anke jekk ikunu mietu jew ġew imneħħija mir-reġistru, u kummerċjant waħdieni li miet jew ġie mneħħi mir-reġistru.

Skont l-Artikolu 612 tal-Att dwar il-Kummerċ, proċeduri ta’ insolvenza ma jistgħux jinfetħu kontra impriża pubblika li teżerċita monopolju b’mandat tal-Istat jew ġiet stabbilita skont liġi speċjali.

(2) L-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata minn waħda mill-persuni msemmija fl-Artikoli 625 u 742(2) tal-Att dwar il-Kummerċ, notevolment: id-debitur, il-likwidatur jew kreditur tad-debitur fil-każ ta’ Aġenzija Nazzjonali tad-Dħul (fil-każ ta’ dejn pubbliku lill-gvern ċentrali jew muniċipalitajiet li jirriżultaw mill-attività kummerċjali tad-debitur jew dejn fil-forma ta’ talba ta’ gvern privat) jew minn membru tal-korp governattiv tal-kumpanija.

Meta jsir insolventi jew f’dejn eċċessiv, id-debitur għandu jippreżenta applikazzjoni għal permess sabiex jiftaħ proċeduri ta’ insolvenza f’perjodu ta’ 30 jum. Fil-każ ta’ kummerċjant waħdieni, l-applikazzjoni tista’ tiġi ppreżentata mill-kummerċjant waħdieni jew mis-suċċessur tiegħu. Meta d-debitur ikun kumpanija, l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mill-korp governattiv, minn imsieħeb b’responsabbiltà mhux limitata, minn rappreżentant ta’ kumpanija jew minn likwidatur maħtur mill-qorti. F’dan il-każ, dan li ġej għandu jiġi anness mal-applikazzjoni:

  • kopja tal-aħħar rapport finanzjarju annwali ċċertifikat minn awditur reġistrat u karta tal-bilanċ fid-data tal-applikazzjoni, jekk il-kummerċjant għandu obbligu legali li jipproduċi rapporti finanzjarji u karti tal-bilanċ;
  • inventarju u deskrizzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet fid-data tal-applikazzjoni;
  • lista tal-kredituri, li jkun fiha l-indirizzi tagħhom, it-tip u l-ammont tal-pretensjonijiet tagħhom, u l-kollateral għall-pretensjonijiet tagħhom;
  • lista tal-proprjetà personali u matrimonjali ta’ kummerċjanti waħdiena u msieħba b’responsabbiltà mhux limitata;
  • evidenza li l-Aġenzija Nazzjonali tad-Dħul Nazzjonali ġiet innotifikata dwar il-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza;
  • prokura espressa, jekk l-applikazzjoni tiġi ppreżentata permezz ta’ prokura.

Meta l-applikazzjoni tiġi ppreżentata minn kreditur, l-evidenza disponibbli kollha li ssostni l-pretensjoni tal-kreditur u l-allegata insolvenza tad-debitur għandha tkun annessa mal-applikazzjoni, flimkien ma’ riċevuta tat-taxxa tal-boll u evidenza li l-Aġenzija Nazzjonali tad-Dħul ġiet innotifikata bil-preżentazzjoni.

(3) Kundizzjonijiet għall-infurzabbiltà:

  • obbligazzjoni monetarja tad-debitur relatata ma’ tranżazzjoni kummerċjali jew li tirriżulta minnha, inklużi l-validità, prestazzjoni, eżekuzzjoni insuffiċjenti, terminazzjoni, annullament u tħassir ta’ dik it-tranżazzjoni jew il-konsegwenzi tat-terminazzjoni tagħha;
  • dejn taħt il-liġi pubblika lill-gvern ċentrali u lill-muniċipalitajiet li jirriżultaw mill-attivitajiet kummerċjali tad-debitur;
  • jew dejn li jirriżulta minn pretensjoni ta’ gvern privat.

“Tranżazzjoni kummerċjali” tfisser tranżazzjoni konkluża minn kummerċjant fl-eżerċizzju tal-okkupazzjoni tiegħu, inklużi tranżazzjonijiet speċifikati espressament fl-Artikolu 1(1) tal-Att dwar il-Kummerċ (xiri ta’ beni jew oġġetti oħra biex jerġgħu jinbiegħu fil-forma oriġinali, ipproċessata jew kompluta tagħhom, bejgħ ta’ oġġetti manifatturati proprji, xiri ta’ titoli għal bejgħ mill-ġdid, aġenzija kummerċjali u senserija, kummissjoni, tranżazzjonijiet ta’ twassil u trasport, tranżazzjonijiet ta’ assigurazzjoni, transazzjonijiet bankarji u tal-kambju, kambjali, noti promissorji u ċekkijiet, tranżazzjonijiet ta’ ħażna doganali, tranżazzjonijiet ta’ għoti ta’ liċenzji, sorveljanza ta’ oġġetti, tranżazzjonijiet fil-proprjetà intellettwali, l-operazzjoni tal-lukandi, produzzjoni tal-industrija tat-turisti, reklamar, informazzjoni, palk u divertiment u servizzi oħra, xiri, kostruzzjoni jew forniment ta’ proprjetà immobbli għall-iskop ta’ bejgħ u kiri), irrispettivament mill-kapaċità tal-persuni li jwettqu dawk it-tranżazzjonijiet. F’każ ta’ dubju, kummerċjant jitqies li jkun ikkonkluda tranżazzjoni fl-eżerċizzju tal-okkupazzjoni tiegħu.

It-tipi ta’ pretensjonijiet differenti tal-gvern ċentrali u tal-muniċipalitajiet taħt il-liġi pubblika huma stipulati fl-Artikolu 162(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura tat-Taxxa u l-Assigurazzjoni Soċjali. Dawn huma kif ġej:

  • taxxi, inklużi s-sisa u d-dazji doganali, il-kontribuzzjonijiet obbligatorji tal-assigurazzjoni soċjali u kontribuzzjonijiet oħra pagabbli lill-baġit tal-Istat;
  • ammonti pagabbli oħrajn li għalihom il-bażi u l-ammont huma stabbiliti bil-liġi;
  • taxxa tal-boll u tariffi muniċipali stabbiliti bil-liġi;
  • nefqa tal-assigurazzjoni soċjali mwettqa b’mod li ma tikkonformax mal-ħtiġijiet stabbiliti bil-liġi;
  • l-ekwivalenti monetarju ta’ oġġetti ta’ proprjetà mitlufa lill-gvern, multi u penali monetarji, u flus ikkonfiskati u mitlufa lill-gvern;
  • djun li jirriżultaw minn flus mogħtija lill-gvern ċentrali jew muniċipalitajiet f’sentenzi tal-qorti, sentenzi u deċiżjonijiet li daħlu fis-seħħ u minn deċiżjonijiet dwar l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat mogħtija illegalment mill-Kummissjoni Ewropea;
  • djun li jirriżultaw minn ordnijiet ta’ penali;
  • ammonti mħallsa b’mod mhux dovut jew imħallsa żejda u ammonti mħallsa illegalment jew żburżati illegalment taħt proġetti kofinanzjati mill-istrumenti finanzjarji ta’ qabel l-adeżjoni, programmi operattivi, Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea, il-Fondi Agrikoli Ewropej, il-Fond Ewropew għas-Sajd, il-Faċilità ta’ Schengen u l-Faċilità ta’ Tranżizzjoni, inkluż il-kofinanzjament nazzjonali relatat, li jistgħu jiġu rkuprati abbażi ta’ deċiżjoni amministrattiva adottata u multi u sanzjonijiet monetarji oħra previsti fil-liġi nazzjonali u fid-dritt tal-Unjoni Ewropea;
  • l-imgħax dovut fuq l-ammonti riċevibbli ta’ hawn fuq.

L-ammonti riċevibbli pubbliċi jinkludu ammonti riċevibbli li għandhom jitħallsu fil-baġit tal-Unjoni Ewropea skont deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u l-Bank Ċentrali Ewropew li jimponu obbligi monetarji suġġetti għal infurzar abbażi tal-Artikolu 256 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-ammonti riċevibbli tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea infurzabbli fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet finali dwar il-konfiska jew telf lill-gvern ta’ flus jew l-ekwivalenti fi flus ta’ proprjetà kkonfiskata jew mitlufa lill-gvern kif ukoll deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji imposti fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea, meta jkunu rikonoxxuti u infurzabbli fil-Bulgarija.

Irrispettivament minn jekk il-pretensjoni tkunx ħarġet minn tranżazzjoni kummerċjali jew taħt liġi pubblika, għandha tkun aċċertata bħala valida u eżistenti fid-data tas-sentenza tal-qorti dwar it-talba għall-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza.

(4) Proċeduri ta’ insolvenza jinfetħu kontra kummerċjanti insolventi. Proċeduri ta’ insolvenza jinfetħu wkoll kontra kumpaniji b’responsabbiltà limitata, kumpaniji b’ishma konġunti jew soċjetajiet limitati li jkollhom dejn eċċessiv. L-insolvenza u d-dejn eċċessiv huma kondizzjonijiet fattwali oġġettivi, li għandhom definizzjonijiet legali fl-Att dwar il-Kummerċ.

Kummerċjant huwa insolventi meta ma jkunx jista’ jħallas:

  • obbligazzjoni monetarja li tkun dovuta, li tirriżulta minn tranżazzjoni kummerċjali jew tkun marbuta magħha, inklużi l-validità, prestazzjoni, nuqqas ta’ eżekuzzjoni, terminazzjoni, annullament u tħassir ta’ dik it-tranżazzjoni jew il-konsegwenzi tat-terminazzjoni tagħha;
  • dejn taħt il-liġi pubblika lill-gvern ċentrali u lill-muniċipalitajiet li jinqala’ b’rabta mal-attivitajiet kummerċjali tal-kummerċjant;
  • obbligu fil-forma ta’ ammonti riċevibbli privati ta’ Stat.

Kummerċjant huwa preżunt li ma jistax iħallas dejn li jkun dovut taħt l-ewwel ipoteżi jekk, qabel jippreżenta applikazzjoni sabiex jinfetħu proċeduri ta’ insolvenza, dak il-kummerċjant ma jkunx ippreżenta rapporti finanzjarji għall-aħħar tliet snin għall-pubblikazzjoni fir-Reġistru Kummerċjali.

Debitur jitqies bħala insolventi jekk ikunu ssospendew il-pagamenti. Debitur jitqies li jkun issospenda l-pagamenti anke jekk ikunu ħallsu d-djun kollha jew parti minnhom lil ċerti kredituri. L-insolvenza hija preżunta wkoll jekk, taħt proċeduri ta’ infurzar istitwiti fuq il-bażi ta’ deċiżjoni finali miksuba mill-kreditur li jkun ressaq l-applikazzjoni sabiex jinfetħu proċeduri ta’ insolvenza, id-dejn ma jkunx tħallas, parzjalment jew b’mod sħiħ, fi żmien 6 xhur minn meta d-debitur jirċievi talba jew avviż għal ħlas volontarju.

Kumpanija titqies li għandha dejn eċċessiv meta l-assi tagħha mhumiex biżżejjed biex ikopru l-obbligazzjonijiet tagħha.

(5) Id-debitur ma jkunx qed jesperjenza diffikultajiet temporanji iżda jinsab fi stat ta’ insolvenza oġġettiva u permanenti u fi stat ta’ dejn eċċessiv.

Il-qorti kompetenti tal-insolvenza hija l-qorti provinċjali b’ġurisdizzjoni fuq iż-żona li fiha l-kummerċjant għandu l-uffiċċju prinċipali tiegħu fil-mument tal-applikazzjoni għall-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza. Applikazzjoni biex jinfetħu proċeduri ta’ insolvenza ppreżentata minn debitur jew likwidatur tinstema’ mill-qorti mingħajr dewmien f’seduta tal-qorti magħluqa u jiġi ppubblikat avviż fir-Reġistru Kummerċjali. Applikazzjoni għall-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza ppreżentata minn kreditur tinstema’ f’seduta tal-qorti magħluqa li fiha l-kreditur u l-applikant għandhom jidhru fuq avviż mill-qorti, mhux aktar tard minn 14-il jum mid-data tal-applikazzjoni. Il-qorti tissospendi l-proċeduri mibdija fuq il-bażi ta’ applikazzjoni ta’ insolvenza ddepożitata minn debitur jew likwidatur jekk, sa meta tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni, issir preżentazzjoni ta’ insolvenza minn kreditur. Qabel tintemm l-ewwel seduta fil-proċeduri mibdija fuq il-bażi ta’ applikazzjoni mressqa minn kreditur, kredituri oħra jistgħu jiġu kostitwiti bħala partijiet, joġġezzjonaw u jippreżentaw evidenza bil-miktub. Il-qorti tassenja numru tal-każ lill-preżentazzjoni fid-data li fiha tiġi ppreżentata l-applikazzjoni u tistabbilixxi data sa meta għandha tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni. Il-perjodu inkwistjoni ma jistax jaqbeż tliet xhur.

Qabel tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni, il-qorti tal-insolvenza, fuq mozzjoni mill-kreditur jew billi taġixxi ex officio, tista’ tordna l-miżuri antiċipatorji u prekawzjonarji li ġejjin, jekk dan ikun meħtieġ sabiex tippreserva l-assi tad-debitur:

  • li jinħatar riċevitur;
  • li titħalla ssir garanzija bħala sekwestru, preklużjoni jew miżuri oħra ta’ prekawzjoni;
  • li l-proċeduri ta’ infurzar kontra l-proprjetà tad-debitur jiġu sospiżi, ħlief fil-każ ta’ proċeduri ta’ infurzar mibdija skont il-Kodiċi ta’ Proċedura tat-Taxxa u l-Assigurazzjoni Soċjali;
  • li jitħallew isiru l-miżuri previsti bil-liġi sabiex jipproteġu l-assi disponibbli tad-debitur;
  • li l-bini, tagħmir, vetturi tat-trasport, eċċ., fejn ikunu maħżuna l-proprjetà personali u l-effetti tad-debitur jiġu ssiġillati, apparti l-post li jgħix fih u spazji oħra meħtieġa sabiex id-debitur ikompli jopera jew jaħżen oġġetti li jitħassru malajr.

Meta l-miżuri jintalbu minn kreditur, il-qorti tippermetti li jittieħdu dawn il-miżuri, jekk il-mozzjoni tal-kreditur tkun sostnuta b’evidenza bil-miktub konvinċenti u/jew jekk tingħata garanzija f’ammont stabbilit mill-qorti sabiex tikkumpensa lid-debitur għal kwalunkwe danni f’każ li d-debitur sussegwentement jinstab li ma kienx insolventi jew f’dejn eċċessiv. Il-miżuri ta’ prekawzjoni huma għall-benefiċċju tal-kredituri kollha tal-patrimonju tal-insolvenza u jistgħu jitneħħew mill-qorti, jekk dawn ma jkunux aktar meħtieġa sabiex jippreservaw il-patrimonju u jiżguraw id-drittijiet tal-kredituri.

Id-deċiżjoni hija nnotifikata lill-parti suġġetta għall-miżuri u lill-parti li talbet l-impożizzjoni tagħhom. Din hija suġġett għal infurzar immedjat u tista’ tiġi appellata sa 7 ijiem mid-data tal-irċevuta tal-avviż. L-appelli m’għandhomx effett sospensiv. Il-miżuri ta’ prekawzjoni huma meqjusa li tneħħew mid-data li fiha tiddaħħal deċiżjoni sabiex l-applikazzjoni għal ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza tiġi miċħuda. Il-miżuri ta’ prekawzjoni japplikaw sad-data tad-deċiżjoni li tiftaħ il-proċeduri ta’ insolvenza.

Meta tiġi aċċertata insolvenza jew dejn eċċessiv, il-qorti, permezz tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 630(1) tal-Att dwar il-Kummerċ, tiddikjara l-insolvenza jew id-dejn eċċessiv, tiddetermina d-data tal-bidu tagħhom, tiftaħ proċeduri ta’ insolvenza, taħtar riċevitur provviżorju, tippermetti garanzija permezz ta’ sekwestru, preklużjoni jew miżuri oħra ta’ prekawzjoni, u tistabbilixxi data għall-ewwel laqgħa tal-kredituri mhux iktar tard minn xahar mid-data tad-deċiżjoni.

Meta jkun ċar li t-tkomplija tal-operat se tkun ta’ ħsara għall-patrimonju tal-insolvenza, il-qorti tista’, fuq mozzjoni mid-debitur jew mir-riċevitur, l-Aġenzija Nazzjonali tad-Dħul jew kreditur, tiddikjara lid-debitur insolventi permezz tad-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 630(2) l-Att dwar il-Kummerċ u tordna li iwaqqaf kull kummerċ, mid-data tal-bidu tal-proċeduri ta’ insolvenza jew minn data aktar tard qabel it-terminu għall-proposta ta’ pjan ta’ rkupru. Meta tiddeċiedi li tiftaħ proċeduri ta’ insolvenza kontra operatur tal-ilma u drenaġġ, il-qorti ma tistax tordna li dan jieqaf jopera qabel ma jkun ġie ddeżinjat operatur ġdid tal-ilma u d-drenaġġ f’dik iż-żona.

Id-deċiżjoni li jinfetħu proċeduri ta’ insolvenza torbot lill-partijiet kollha.

Wara li l-qorti tkun bdiet proċeduri ta’ insolvenza jew imponiet miżuri antiċipatorji u ta’ prekawzjoni, id-debitur ikompli jinnegozja taħt is-sorveljanza tar-riċevitur u jista’ jikkonkludi kuntratti ġodda biss bil-kunsens minn qabel tar-riċevitur u bil-kundizzjoni li jkompli jikkonforma mal-miżuri ordnati fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza. Il-qorti tista’ tneħħi d-dritt tad-debitur li jimmaniġġja u jiddisponi mill-proprjetà tiegħu u tagħti dak id-dritt lir-riċevitur, jekk tara li l-azzjonijiet tad-debitur huma ta’ detriment għall-interessi tal-kredituri.

Permezz tad-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 631 tal-Att dwar il-Kummerċ, il-qorti tirrifjuta l-applikazzjoni sabiex jinfetħu proċeduri ta’ insolvenza jekk taċċerta li d-diffikultajiet tad-debitur huma temporanji jew li l-assi tiegħu huma biżżejjed sabiex ikopru d-djun tiegħu mingħajr ma jippreġudikaw l-interessi tal-kredituri.

Meta l-assi disponibbli ma jkunux biżżejjed sabiex ikopru l-ispejjeż inizjali tal-proċedura ta’ insolvenza u l-ispejjeż ma jkunux tħallsu minn qabel, il-qorti tieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 632(1) tal-Att dwar il-Kummerċ li tiddikjara insolvenza jew dejn eċċessiv, tiftaħ proċeduri ta’ insolvenza, permezz ta’ sekwestru, preklużjoni jew miżuri oħra ta’ prekawzjoni, tordna li l-kumpanija twaqqaf kull kummerċ, tiddikjara d-debitur insolventi u tissospendi l-proċeduri, mingħajr ma tordna li l-kummerċjant jitneħħa mir-Reġistru Kummerċjali. Il-proċeduri sospiżi istgħu jerġgħu jinfetħu fuq petizzjoni mid-debitur jew mill-kreditur fi żmien sena mid-dħul tad-deċiżjoni fir-Reġistru Kummerċjali. Il-proċeduri jistgħu jerġgħu jinfetħu jekk il-petizzjonant ikun jista’ juri li hemm assi suffiċjenti disponibbli jew jiddepożita s-somma meħtieġa sabiex ikopri l-ispejjeż inizjali. Jekk ebda waħda mill-partijiet ma titlob li l-proċeduri jerġgħu jinfetħu, il-qorti ttemm il-proċeduri u tordna li l-kummerċjant jitneħħa mir-Reġistru Kummerċjali. L-istess regoli japplikaw jekk l-assi disponibbli tad-debitur jinstabu matul il-proċeduri bħala insuffiċjenti sabiex ikopru l-ispejjeż tal-proċedura ta’ insolvenza.

Id-deċiżjonijiet skont l-Artikoli 630 u 632 tal-Att dwar il-Kummerċ huma suġġetti għal appell fi żmien 7 ijiem mid-dħul tagħhom fir-Reġistru Kummerċjali u s-sentenza li biha applikazzjoni għall-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza tiġi miċħuda hija suġġetta għal appell fi żmien 7 ijiem mid-data tal-komunikazzjoni tagħha skont il-proċedura stipulata fil-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili. Sentenza skont l-Artikolu 630 hija suġġetta għall-infurzar b’effett immedjat.

Proċeduri ta’ insolvenza jitqiesu li nfetħu mid-data tad-dħul tad-deċiżjoni skont l-Artikolu 630(1) tal-Att dwar il-Kummerċ. Meta d-deċiżjoni li jinfetħu proċeduri ta’ insolvenza tiġi annullata, is-sekwestru u l-preklużjoni jitqiesu li tneħħew, id-drittijiet tad-debitur jiġu rrestawrati u s-setgħat tar-riċevitur jintemmu mid-data tad-dħul tas-sentenza finali fir-Reġistru Kummerċjali.

Il-qorti tapprova jew tirrifjuta l-pjan ta’ rkupru tal-impriża permezz ta’ deċiżjoni speċifika. Meta l-pjan ta’ rkupru jiġi approvat, il-qorti ttemm il-proċeduri ta’ insolvenza u taħtar il-korp superviżorju propost fil-pjan jew elett permezz tal-laqgħa tal-kredituri. Id-deċiżjoni hija suġġetta għal appell fi żmien 7 ijiem mid-data tad-dħul fir-Reġistru Kummerċjali.

Permezz tad-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 710 tal-Att dwar il-Kummerċ, il-qorti tiddikjara d-debitur insolventi jekk l-ebda pjan ta’ rkupru ma jiġi propost fil-perjodu statutorju rilevanti jew jekk il-pjan propost ma jiġix adottat jew approvat. L-istess regoli japplikaw fil-każijiet previsti fl-Artikoli 630(2), 632(1) u 709(1) tal-Att dwar il-Kummerċ (ftuħ mill-ġdid tal-proċeduri f’każ li n-nuqqas tad-debitur milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont il-pjan ta’ rkupru). Permezz tal-istess deċiżjoni l-qorti tiddikjara lid-debitur insolventi, tordna li l-intrapriża insolventi twaqqaf kull kummerċ, tippermetti sekwestri ġenerali u preklużjoni fir-rigward tal-proprjetà tad-debitur, ittemm is-setgħat tal-korpi governattivi ta’ debitur li huwa persuna ġuridika, tneħħi d-dritt tad-debitur li jimmaniġġja u jiddisponi mill-patrimonju tal-insolvenza, u tordna l-konverżjoni fi flus tal-beni tal-patrimonju tal-insolvenza u d-distribuzzjoni tal-qligħ. Id-deċiżjoni li tipproklama l-insolvenza tapplika għall-partijiet kollha u hija suġġetta għal dħul fir-Reġistru Kummerċjali. Din hija infurzabbli b’effett immedjat u tista’ tiġi appellata fi żmien 7 ijiem mid-data tad-dħul.

Mill-ħin tad-dħul tad-deċiżjoni li tipproklama l-insolvenza fir-Reġistru Kummerċjali, il-proprjetà immobbli, il-proprjetà mobbli u l-oġġetti riċevibbli tad-debitur minn partijiet terzi bona fide jitqiesu li huma sekwestrati. Is-sekwestru ġenerali fuq il-proprjetà immobbli u l-bastimenti li huma proprjetà tad-debitur jiddaħħlu fir-reġistri notarili jew fir-reġistri tal-vapuri fuq il-bażi tad-deċiżjoni li tipproklama lid-debitur insolventi li ddaħħlet fir-Reġistru Kummerċjali. L-obbligi monetarji u mhux monetarji kollha tad-debitur isiru infurzabbli kontrih mid-data tad-deċiżjoni li tipproklama l-insolvenza. Il-valur tas-suq fi flus ta’ talbiet mhux monetarji huwa determinat fid-data tad-deċiżjoni. L-obbligi mhux monetarji huma kkonvertiti fi flus fuq il-bażi tal-valur tas-suq tagħhom fid-data tad-deċiżjoni tal-bidu tal-proċeduri ta’ insolvenza.

Is-sentenzi tal-qrati barranin li jiddikjaraw l-insolvenza huma rikonoxxuti fil-Bulgarija fuq il-bażi ta’ reċiproċità, jekk jinħarġu minn korp tal-Istat li d-debitur għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu fih. Fuq talba ta’ debitur, ir-riċevitur maħtur minn qorti barranija jew kreditur, il-qorti Bulgara tista’ tiftaħ proċeduri ta’ insolvenza anċillari kontra kummerċjant iddikjarat insolventi minn qorti barranija, jekk il-kummerċjant jippossjedi assi sinifikanti fil-Bulgarija. F’dan il-każ, id-deċiżjoni tapplika biss għall-assi tad-debitur fil-Bulgarija.

3 Liema huma l-assi li jiffurmaw parti mill-patrimonju tal-insolvenza? Kif jiġu ttrattati l-assi li huma miksuba minn, jew li jiddevolvu lid-debitur wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza?

Mid-data tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza, il-proprjetà tad-debitur issir il-patrimonju tal-insolvenza li minnu għandhom jiġu sodisfatti l-pretensjonijiet kollha tal-kredituri ġejjin minn djun kummerċjali u mhux kummerċjali.

Skont il-liġi nazzjonali, il-patrimonju tal-insolvenza jinkludi:

  • l-assi li huma l-proprjetà tad-debitur fid-data tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza;
  • l-assi akkwistati mid-debitur wara d-data tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza;
  • l-assi ta’ debitur li huwa proprjetarju uniku jinkludu nofs il-propjetà personali, drittijiet fi proprjetà personali u depożiti ta’ flus li jappartjenu lilu bħala proprjetà matrimonjali;
  • l-assi ta’ debitur li huwa msieħeb b’responsabbiltà mhux limitata jinkludu nofs il-proprjetà personali, drittijiet fi propjetà personali u depożiti ta’ flus li jappartjenu lilu bħala proprjetà matrimonjali;

Sehem jew kontribuzzjoni mhux imħallsa jew kkontribwiti minn imsieħeb li għandu responsabbiltà limitata jinġabru mir-riċevitur sabiex jiġu inklużi fil-patrimonju tal-insolvenza. Kwalunkwe pretensjonijiet addizzjonali miġbura ġodda tad-debitur, il-qligħ mill-bejgħ tal-assi tiegħu u l-ammonti riċevibbli mill-kredituri li ġew abbandunati huma inklużi fil-patrimonju tal-insolvenza.

Meta l-prezz tal-bejgħ ta’ oġġett ta’ proprjetà mwiegħed jew assigurat jeċċedi l-pretenzjoni garantita, inkluż l-imgħax akkumulat, l-ammont residwu jiġi inkluż fil-patrimonju tal-insolvenza. L-istess regola tapplika għall-kredituri li jkunu ngħataw id-dritt li jżommu garanzija.

Meta l-qorti tkun invalidat tranżazzjoni fir-rigward tal-kredituri tal-patrimonju tal-insolvenza, l-assi pprovduti minn parti terza jiġu rritornati, u jekk dawk l-assi ma jkunux inklużi fil-patrimonju tal-insolvenza jew il-flus ma jkunux proprjetà tagħha, il-parti terza tiġi kostitwita bħala kreditur fil-proċeduri.

Jekk ir-rikavat mir-realizzazzjoni ta’ assi suġġetti għal miżuri ta’ prekawzjoni imposti qabel il-bidu ta’ insolvenza sabiex jiġu żgurati djun pubbliċi jew li kontrihom huma għaddejjin proċeduri ta’ infurzar għall-ġbir tad-djun pubbliċi jaqbeż l-ammont tal-pretensjoni, inkluż l-imgħax akkumulat u l-ispejjeż tal-infurzar imġarrba, l-uffiċjal ġudizzjarju pubbliku jirritorna l-ammont residwu fil-kont bankarju tal-patrimonju tal-insolvenza. Jekk l-uffiċjal ġudizzjarju pubbliku ma jirrealizzax l-assi f’perjodu ta’ 6 xhur mill-bidu tal-proċeduri ta’ insolvenza, l-assi jgħaddu mill-uffiċjal ġudizzjarju lir-riċevitur u jiġu realizzati fil-proċeduri ta’ insolvenza. Meta jsir pagament favur applikant bejn id-data li fiha l-proċeduri ta’ infurzar ġew sospiżi u d-dħul tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza, l-ammont imħallas jiġi rritornat fil-patrimonju tal-insolvenza. Jekk jittieħdu passi sabiex tiġi realizzata s-sigurtà favur kreditur garantit, il-porzjon tar-rikavat li jaqbeż l-ammont tas-sigurtà jiġi miżjud mal-patrimonju tal-insolvenza.

Il-patrimonju tal-insolvenza ma jinkludix dawn li ġejjin:

  • l-assi li ma jistgħux jinqabdu tad-debitur u tal-imsieħeb mhux limitat;
  • it-titoli finanzjarji msemmija fl-Artikoli 22h u 63a(2) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art;
  • l-assi tal-operaturi tal-ilma u d-drenaġġ meħtieġa għall-operazzjonijiet primarji tagħhom sakemm jiġi nnominat operatur ġdid tal-ilma u d-drenaġġ fiż-żona rispettiva;
  • l-ammonti ddepożitati fil-kont bankarju msemmi fl-Artikolu 60(2) tal-Att dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart.

Skond il-liġi nazzjonali (l-Artikoli 444 sa 447 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili) l-infurzar ma jistax jiġi dirett kontra l-oġġetti personali li ġejjin ta’ debitur li huwa persuna fiżika:

  • oġġetti maħsuba għal użu ordinarju mid-debitur u mill-familja tiegħu kif speċifikat f’lista adottata mill-Kunsill tal-Ministri;
  • l-ikel meħtieġ għall-għajxien tad-debitur u l-familja tiegħu għal perjodu ta’ xahar jew, fil-każ ta’ produtturi agrikoli, sal-ħsad il-ġdid jew l-ekwivalenti tiegħu fi prodotti agrikoli oħra;
  • il-karburant meħtieġ għat-tisħin, tisjir u dawl għal tliet xhur;
  • il-magni, l-għodda, it-tagħmir u l-kotba kkunsidrati bħala proprjetà personali essenzjali u li jippermettu lil professjonist jew ħaddiem tas-sengħa li jaħdem għal rasu jkompli jipprattika l-professjoni tiegħu;
  • l-art ta’ debitur li huwa produttur agrikolu, u b’mod partikolari: ġonna u vinji b’erja sa 0.5 ettaru jew għelieqi b’erja sa 3 ettaru, inklużi l-makkinarju tal-biedja meħtieġ, għodod, fertilizzanti, sustanzi għall-ħarsien tal-pjanti u żrieragħ għaż-żrigħ għal perjodu ta’ sena;
  • tim ta’ annimali li jgħinu fix-xogħol tal-biedja, baqra u ħames annimali tar-razzett żgħar, għaxar doqqajs u t-tjur domestiku, inkluż l-għalf meħtieġ sal-ħsad il-ġdid jew sakemm dawn ikunu jistgħu jitqiegħdu għall-mergħa;
  • id-dar tad-debitur, jekk la hu u lanqas xi membri tal-familja tiegħu li jgħixu fl-istess spazju, ma jkollhom dar oħra, irrispettivament minn jekk id-debitur jgħixx fiha jew le. Jekk id-dar taqbeż il-ħtiġijiet ta’ akkomodazzjoni tad-debitur u tal-membri tal-familja tiegħu, kif stabbilit permezz ta’ Digriet tal-Kunsill tal-Ministri, iż-żejjed jitqiegħed għall-bejgħ jekk il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 39(2) tal-Att dwar Sjieda jkunu ġew sodisfatti;
  • oġġetti u ammonti riċevibbli ta’ proprjetà li ma jistgħux jinqabdu protetti kontra l-infurzar permezz ta’ liġi oħra.

Il-projbizzjonijiet ta’ hawn fuq ma japplikawx għad-debituri fir-rigward ta’ proprjetà li ġiet imwiegħda jew ipotekata, meta l-pretendent huwa l-kreditur taħt ir-rahan jew l-ipoteka. Fir-rigward tal-art u d-dar tad-debitur, il-projbizzjonijiet ma japplikawx għal:

  • debituri li għandhom jagħtu pagamenti ta’ manteniment, kumpensi mogħtija taħt il-liġi tat-tort u defiċits finanzjarji li għandhom jissewwew;
  • debituri f’każijiet oħra espressament stipulati bil-liġi.

Meta l-infurzar ikun dirett kontra s-salarju tad-debitur jew rimunerazzjoni oħra riċevuta għal xogħol magħmul, jew kontra pensjoni li taqbeż il-paga minima, jista’ jsir it-tnaqqis li ġej:

  1. jekk id-dħul tal-persuna ordnata li tħallas l-ispejjeż ta’ hawn fuq ma jaqbiżx BGN 300 fix-xahar — kwart tal-ammont jekk ma jkollux tfal u parti waħda minn ħamsa tal-ammont jekk ikollu tfal dipendenti;
  2. jekk id-dħul tal-persuna ordnata li tħallas l-ispejjeż ta’ hawn fuq huwa bejn BGN 300 u BGN 600 kull xahar — terz tal-ammont, jekk ma jkollux tfal, u kwart tal-ammont, jekk ikollu tfal dipendenti;
  3. jekk id-dħul tal-persuna ordnata tħallas l-ispejjeż ta’ hawn fuq huwa bejn BGN 600 u BGN 1200 kull xahar — nofs l-ammont, jekk ma jkollux tfal, u terz tal-ammont, jekk ikollu tfal dipendenti;
  4. jekk id-dħul tal-persuna ordnata tħallas l-ispejjeż ta’ hawn fuq jaqbeż BGN 1200 kull xahar — l-ammont li jaqbeż BGN 600, jekk ma jkollux tfal, u l-ammont li jaqbeż BGN 800, jekk ikollu tfal dipendenti.

F’dawn il-każijiet, is-salarju jew ir-rimunerazzjoni ta’ kull xahar huma kkalkulati wara li t-taxxa u pagamenti obbligatorji tal-assigurazzjoni soċjali ġew imnaqqsa. Madankollu dawn il-limitazzjonijiet ma japplikawx għal pretensjonijiet li jirriżultaw minn pagamenti ta’ manteniment. F’dan il-każ, l-ammont mogħti fil-manutenzjoni jitnaqqas kollu u t-tnaqqis mis-salarju jew kwalunkwe remunerazzjoni oħra għax-xogħol jew pensjoni għal obbligazzjonijiet oħra tal-persuna ordnata tħallas l-arretrati tal-manteniment isir mill-bqija tad-dħul totali tiegħu. Infurzar kontra pretensjonijiet ta’ manteniment mhux permess. Infurzar kontra boroż ta’ studju huwa permess biss fir-rigward ta’ pretensjonijiet li jirriżultaw minn pagamenti ta’ manteniment.

Kwalunkwe rinunzja minn debitur li huwa persuna fiżika tal-protezzjonijiet mogħtija lill-proprjetà personali, salarju jew remunerazzjoni oħra għax-xogħol jew pensjoni tagħhom, hija invalida.

L-Artikoli 22h u 63a(2) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art jistabbilixxu r-rekwiżiti għat-titoli finanzjarji, li l-operatur, id-detentur ta’ permess jew konċessjonarju għandhom jipprovdu lill-Ministru tal-Enerġija qabel jibdew operazzjonijiet taħt il-liċenzja, u b’mod partikolari: garanzija bankarja irrevokabbli maħruġa favur il-Ministru tal-Enerġija; kont fiduċjarju f’bank indikat mill-operatur u aċċettabbli għall-Ministru tal-Enerġija; polza ta’ assigurazzjoni li tinnomina lill-Ministru tal-Enerġija bħala benefiċjarju; ittra ta’ kreditu dokumentarja li permezz tagħha l-fondi jistgħu jinġibdu biss sabiex jitwettqu l-attivitajiet speċifikati jew sigurtà statutorja oħra kkonsultata mal-Ministru tal-Enerġija.

L-Artikolu 60(2) tal-Att dwar il-Ġestjoni tal-Iskart jistabbilixxi r-rekwiżiti għat-titoli li għandhom jiġu pprovduti sabiex ikopru spejjeż futuri għall-għeluq ta’ landfill u kura ta’ segwitu: tnaqqis ta’ kull xahar imħallas f’kont fiduċjarju tas-Servizz Reġjonali tal-Ambjent u l-Ispezzjoni tal-Ilma (RIOSV) responsabbli għaż-żona li fiha tinsab il-landfill; tnaqqis ta’ kull xahar imħallas f’kont għal skop speċifiċi mblukkat sakemm il-miżuri kollha relatati mal-għeluq tal-landifll u kura ta’ segwitu jkunu tlestew u ġew approvati, ħlief meta l-użu tal-fondi depożitati jkun awtorizzat b’mod espliċitu, jew garanzija bankarja maħruġa favur l-RIOSV kompetenti responsabbli għaż-żona li fiha tinsab il-landfill.

Il-laqgħa finali tal-kredituri tadotta riżoluzzjoni dwar il-proprjetà personali li ma tistax tinbiegħ fil-patrimonju tal-insolvenza u tista’ tiddeċiedi li proprjetà personali ta’ valur negliġibbli jew pretensjonijiet li ma jkunx diffiċli ħafna sabiex jinġabru jiġu rrestawrati lid-debitur.

Wara li d-djun kollha jkunu tħallsu b’mod sħiħ il-patrimonju tal-insolvenza jiġi rrestawrat lid-debitur.

4 X’setgħat għandhom id-debitur u l-prattikant tal-insolvenza, rispettivament?

Id-debitur u r-riċevitur għandhom id-drittijiet li ġejjin fi proċeduri ta’ insolvenza:

  • li jqajmu oġġezzjonijiet kontra l-karta tal-bilanċ u r-rapport imħejji mil-likwidatur, fejn inbdew proċeduri kontra kumpanija f’likwidazzjoni. Il-qorti tiddeċiedi dwar l-oġġezzjoni fi żmien 14-il jum permezz ta’ deċiżjoni li mhijiex suġġetta għal appell;
  • li jitolbu li l-qorti tipproklama li d-debitur huwa insolventi u tordna li jitwaqqaf kull kummerċ mid-data tad-deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza jew minn data aktar tard, li, madankollu, għandha tkun qabel jiskadi t-terminu għall-proposta ta’ pjan ta’ rkupru, meta jkun ċar li t-tkomplija tal-operat jagħmel ħsara lill-patrimonju tal-insolvenza;
  • li jitolbu li l-qorti tippermetti l-miżuri ta’ prekawzjoni previsti mil-liġi sabiex l-assi disponibbli tad-debitur jiġu garantiti;
  • li jipproponu pjan ta’ rkupru;
  • li jitolbu li l-qorti torganizza laqgħa tal-kredituri.

L-azzjonijiet tad-debitur u tar-riċevitur huma dokumentati f’reġistru pubbliku li jista’ jinżamm f’forma elettronika u jkun disponibbli fir-reġistru tal-qorti tal-insolvenza.

Id-debitur, ir-rappreżentant tiegħu u r-riċevitur ma jistgħux jipparteċipaw, direttament jew permezz ta’ rappreżentant jew parti oħra relatata, f’sessjonijiet ta’ offerti jew jipparteċipaw bħala xerrejja f’irkanti għall-bejgħ ta’ proprjetà personali jew drittijiet ta’ proprjetà inklużi fil-patrimonju ta’ insolvenza. Meta dritt ta’ proprjetà jinkiseb minn offerent ineliġibbli, il-bejgħ huwa null u bla effett u l-flus imħallsa mix-xerrej jinżammu u jintużaw sabiex jissodisfaw il-pretensjonijiet tal-kredituri.

Wara li l-qorti tkun bdiet proċeduri ta’ insolvenza jew imponiet miżuri antiċipatorji u ta’ prekawzjoni, id-debitur ikompli jinnegozja taħt is-sorveljanza tar-riċevitur u jista’ jikkonkludi kuntratti ġodda biss bil-kunsens minn qabel tar-riċevitur u bil-kundizzjoni li jkompli jikkonforma mal-miżuri ordnati fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza.

Il-qorti tista’ tneħħi d-dritt tad-debitur li jimmaniġġja u jiddisponi mill-proprjetà tiegħu u tagħti dak id-dritt lir-riċevitur, jekk tara li l-azzjonijiet tad-debitur huma ta’ detriment għall-interessi tal-kredituri.

Debitur

Meta jsir insolventi jew ikollu dejn eċċessiv, debitur għandu japplika għand il-qorti sabiex ittih permess jiftaħ proċeduri ta’ insolvenza f’perjodu ta’ 30 jum. L-applikazzjoni tiġi ppreżentata mid-debitur, l-eredi tad-debitur, korp governattiv jew prokura jew likwidatur tal-impriża kummerċjali jew minn imsieħeb b’responsabbiltà mhux limitata. Meta l-applikazzjoni tiġi ppreżentata minn prokura, ikun hemm bżonn prokura espressa. Fl-applikazzjoni, id-debitur jista’ jipproponi pjan ta’ rkupru u jaħtar persuna li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti għar-riċevituri li għandhom jinħatru, jekk il-qorti tordna li jinfetħu l-proċeduri ta’ insolvenza.

Id-debitur, kemm jekk jaġixxi personalment jew permezz ta’ rappreżentant awtorizzat, jista’ jieħu kwalunkwe azzjoni proċedurali meħtieġa fil-proċeduri ta’ insolvenza, u fi proċeduri mibdija fir-rigward ta’ azzjonijiet ta’ sentenza dikjaratorja u talbiet ta’ konvalidazzjoni, ħlief dawk strettament fil-kompetenza tar-riċevitur.

Taħt ċerti kundizzjonijiet id-debitur u l-familja tiegħu huma intitolati għal pagamenti ta’ manteniment. L-ammont tal-pagament huwa ddeterminat mill-qorti u jikkostitwixxi spiża tal-proċedura ta’ insolvenza.

Debitur jista’ jipparteċipa fil-laqgħat tal-kredituri jekk dawn jikkunsidraw li dan ikun meħtieġ.

Fuq mozzjoni mid-debitur, il-qorti tista’ tikkanċella riżoluzzjoni tal-laqgħa tal-kredituri, jekk tkun illegali jew ta’ detriment kbir għall-interessi ta’ xi wħud mill-kredituri.

Id-debitur jista’ jippreżenta oġġezzjoni bil-miktub, b’kopja lir-riċevitur, kontra kwalunkwe pretensjoni aċċettata jew miċħuda mir-riċevitur fi żmien 7 ijiem mill-pubblikazzjoni tal-listi ta’ pretensjonijiet ammessi u miċħuda fir-Reġistru Kummerċjali. Id-debitur jista’ jressaq azzjoni dikjaratorja skont l-Artikolu 694 tal-Att dwar il-Kummerċ fi żmien 14-il jum mill-pubblikazzjoni tal-ordni tal-qorti li tapprova l-lista fir-Reġistru Kummerċjali jekk il-qorti tiċħad l-oġġezzjoni tad-debitur kontra pretensjoni approvata mill-kreditur jew inkludiet pretensjoni fil-lista ta’ pretensjonijiet approvati.

Id-debitur jista’ jitlob lill-qorti tneħħi r-riċevitur maħtur jekk ir-riċevitur ma jwettaqx id-dmirijiet tiegħu jew jekk jaġixxi b’mod li jikkawża dannu lill-interessi tal-kreditur jew tad-debitur.

Id-debitur jista’ jikkontesta mandat ta’ għoti maħruġ mill-qorti fil-bejgħ ta’ proprjetà personali u drittijiet ta’ proprjetà fil-patrimonju tal-insolvenza.

Id-debitur jista’ jippreżenta oġġezzjoni bil-miktub mal-qorti kontra l-kont tad-distribuzzjoni u jikkontesta l-inġunzjoni li biha ġie approvat il-kont.

Id-debitur jista’ jitlob li l-qorti, meta tapprova l-pjan ta’ rkupru b’deċiżjoni speċifika jew f’data aktar tard, bil-għan li tiżgura l-preservazzjoni tal-assi u tippermetti l-implimentazzjoni tal-pjan, tinnomina assi li d-debitur jista’ jiddisponi minnhom bil-kunsens minn qabel tal-korp ta’ sorveljanza jew, jekk ma jkunx hemm korp ta’ sorveljanza, bil-kunsens minn qabel tal-qorti jew tissostitwixxi membru jew membri tal-bord superviżorju.

Skont l-Artikolu 740 tal-Att dwar il-Kummerċ, debitur jista’ fi kwalunkwe stadju fil-proċeduri jikkonkludi ftehim mal-kredituri kollha bi pretensjonijiet aċċettati sabiex iħallas il-pretensjonijiet monetarji tagħhom. F’dan il-każ, ir-riċevitur ma jirrappreżentax id-debitur bħala parti. Jekk id-debitur ma jissodisfax l-obbligazzjonijiet tiegħu taħt il-ftehim, il-kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom jammontaw għal mill-inqas 15 fil-mija tal-ammont totali ta’ pretensjonijiet jistgħu jitolbu li l-proċeduri ta’ insolvenza jitkomplew.

Id-debitur jista’ jitlob li l-proċeduri ta’ insolvenza jitkomplew fi żmien sena mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tas-sospensjoni tal-proċeduri fir-Reġistru Kummerċjali, wara li jkun ġie aċċertat li hemm assi suffiċjenti disponibbli jew li jkun ġie ddepożitat l-ammont meħtieġ sabiex jitħallsu minn qabel l-ispejjeż inizjali tal-litigazzjoni.

Id-debitur jista’ jitlob lill-qorti biex tkompli l-proċeduri sospiżi fi żmien sena mid-data tal-ordni ta’ sospensjoni tal-proċeduri, jekk matul dak il-perjodu l-ammonti mwarrba għal pretensjonijiet ikkontestati jiġu rilaxxati jew jekk jiġu skoperti assi mhux magħrufa matul il-proċeduri ta’ insolvenza.

Id-debitur jista’ japplika għand il-qorti sabiex jingħata restitutio in integrum fir-rigward tad-drittijiet tiegħu li jistgħu jiġu rrestawrati, jekk ikun ħallas id-djun kollha mdaħħla fil-proċeduri b’mod sħiħ, inklużi l-imgħax u l-ispejjeż imġarrba. Id-drittijiet tad-debitur jiġu rrestawrati mingħajr ma jitħallsu d-djun kollha b’mod sħiħ jekk l-insolvenza kienet ikkawżata minn żviluppi kummerċjali u ekonomiċi negattivi. Id-drittijiet tal-imsieħba b’responsabbiltà mhux limitata jiġu rrestawrati taħt l-istess kundizzjonijiet. Is-sentenza tal-qorti li biha tingħata restitutio in integrum mhix miftuħa għal appell. Id-debitur għandu 7 ijiem sabiex jikkontesta deċiżjoni li tiċħad l-applikazzjoni tiegħu. Id-deċiżjoni finali tiddaħħal fil-fajl tal-każ tal-kummerċjant insolventi miżmum mir-Reġistru Kummerċjali.

Id-debitur jista’ joġġezzjona għar-rapport finali tar-riċevitur imfassal qabel it-tmiem tal-ħatra tiegħu fi żmien 7 ijiem mid-data li fiha r-rapport jiġi ppreżentat lill-qorti. Il-qorti tiddeċiedi dwar ir-rapport fi żmien 14-il jum u d-deċiżjoni tagħha mhijiex miftuħa għal appell;

Id-debitur jista’ jirċievi l-bqija tal-patrimonju tal-insolvenza, jekk ikun hemm, wara li d-djun tiegħu jitħallsu bis-sħiħ u b’mod finali.

Meta l-applikazzjoni ta’ insolvenza ta’ kreditur tiġi miċħuda b’sentenza finali, id-debitur, kemm jekk persuna fiżika jew ġuridika, ikun intitolat għal kumpens jekk il-kreditur ikun aġixxa b’intenzjoni li jikkawża ħsara jew b’negliġenza serja. Kumpens huwa dovut għall-ħsara materjali u immaterjali kollha mġarrba bħala konsegwenza diretta tal-att illegali. Jekk l-azzjonijiet tad-debitur kellhom effett kontributorju għad-danni, il-kumpens jista’ jitnaqqas. Jekk l-applikazzjoni li titlob permess sabiex jinfetħu proċeduri ta’ insolvenza ġiet ippreżentata minn diversi kredituri, dawn ikunu responsabbli in solidum.

Mhux aktar tard minn 14-il jum mill-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza, id-debitur għandu jipprovdi dawn li ġejjin lill-qorti u lir-riċevitur:

  1. l-informazzjoni meħtieġa dwar in-negozju tal-kumpanija u l-proprjetà tad-debitur;
  2. lista tal-pagamenti fi flus jew permezz ta’ trasferiment bankarju f’ammont li jaqbeż BGN 1200 magħmulin fl-aħħar 6 xhur qabel il-bidu tal-insolvenza;
  3. lista tal-pagamenti magħmula mid-debitur lill-partijiet relatati matul l-aħħar perjodu ta’ tnax-il xahar qabel il-bidu tal-insolvenza;
  4. dikjarazzjoni notarili li telenka l-oġġetti kollha ta’ proprjetà personali, drittijiet ta’ proprjetà u ammonti riċevibbli, u l-ismijiet u l-indirizzi tad-debituri tagħhom.

Id-debitur jipprovdi lill-qorti jew lir-riċevitur informazzjoni dwar l-assi u n-negozju tiegħu, inklużi d-dokumenti rilevanti kollha, fi żmien 7 ijiem mid-data tat-talba bil-miktub biex jagħmel dan. L-informazzjoni għandha tkun aġġornata fid-data tat-talba. Altrimenti, il-qorti timponi multa.

Mhux aktar tard minn xahar mid-data tad-deċiżjoni li tissospendi proċeduri ta’ insolvenza minħabba nuqqas ta’ ħlas tal-ispejjeż inizjali tal-proċedura ta’ insolvenza, id-debitur għandu jtemm il-kuntratti tax-xogħol tal-ħaddiema u l-impjegati tiegħu, jinnotifika lid-direttorat lokali kompetenti tal-Aġenzija Nazzjonali tad-Dħul, joħroġ id-dokumenti meħtieġa li jiċċertifikaw l-esperjenza tax-xogħol u t-tul tas-servizz għal skopijiet ta’ assigurazzjoni soċjali tal-ħaddiema u l-impjegati msemmija, jikkompila dokument ta’ referenza li jelenka l-persuni kollha bi pretensjonijiet garantiti taħt l-Att dwar Pretensjonijiet Garantiti ta’ Ħaddiema u Impjegati f’Każ ta’ Insolvenza tal-Impjegatur u l-liġijiet sekondarji li jistabbilixxu r-regoli għall-implimentazzjoni tiegħu, u jgħaddi r-rekords tal-kumpanija lill-uffiċċju lokali kompetenti tal-Istitut Nazzjonali tal-Assigurazzjoni.

Id-debitur jibgħat mill-inqas rapport wieħed kull tliet xhur dwar l-attivitajiet tiegħu u l-azzjonijiet meħuda sabiex jimplimenta l-pjan ta’ rkupru lill-korp superviżorju speċifikat fil-pjan u jinnotifikah dwar kwalunkwe ċirkostanza li jista’ jkollha impatt materjali fuq l-irkupru.

Il-korpi ta’ tmexxija tad-debitur għandhom jiksbu l-kunsens minn qabel tal-korpi superviżorji qabel jiddeċiedu dwar dan li ġej:

  • ir-ristrutturar tad-debitur;
  • l-għeluq jew it-trasferiment ta’ impriżi jew partijiet sostanzjali tagħhom;
  • tranżazzjonijiet ta’ proprjetà barra minn azzjonijiet ta’ rutina u tranżazzjonijiet relatati mal-ġestjoni tan-negozju tad-debitur;
  • bidla sostanzjali fin-negozju tad-debitur;
  • bidliet organizzattivi sostanzjali;
  • l-istabbiliment ta’ kooperazzjoni fit-tul li hija essenzjali għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rkupru jew it-twaqqif ta’ tali kooperazzjoni;
  • il-ftuħ jew l-għeluq ta’ fergħat.

Il-pjan ta’ rkupru approvat mill-qorti huwa obbligatorju għad-debitur, li għandu jimplimenta l-bidliet strutturali pprovduti mingħajr dewmien.

Id-debitur għandu joqgħod lura mill-azzjonijiet u t-tranżazzjonijiet elenkati fl-Artikoli 645, 646 u 647 tal-Att dwar il-Kummerċ fil-perjodi ta’ żmien u skont il-kundizzjonijiet speċifikati fih, inkella dawn l-azzjonijiet u tranżazzjonijiet jistgħu jiġu ddikjarati invalidi fir-rigward tal-kredituri tal-patrimonju ta’ insolvenza.

Riċevitur

Skont il-leġiżlazzjoni Bulgara, riċevitur huwa persuna fiżika li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

  1. ma ġiex ikkundannat bħala adult għal reat deliberat li jista’ jiġi akkużat għalih, sakemm ma tkunx ingħatat riabilitazzjoni ġudizzjarja sħiħa;
  2. ma jkunx miżżewweġ u ma jkunx qarib b’konsangwinità mad-debitur jew kreditur fil-linja diretta ta’ dixxendenza; ma jkunx qarib tad-debitur jew tal-kreditur fil-linja kollaterali sa sitt darbiet imneħħija u b’affinità sa tliet darbiet imneħħija;
  3. ma jkunx kreditur fil-proċeduri ta’ insolvenza;
  4. ma jkunx debitur insolventi li ma ngħatax restitutio in integrum;
  5. ma jkollux relazzjonijiet mad-debitur jew ma’ kreditur li jistgħu jagħtu lok għal suspett raġonevoli dwar l-imparzjalità tiegħu;
  6. ikollu lawrja universitarja fl-ekonomija jew fil-liġi u mill-inqas 3 snin ta’ esperjenza professjonali rilevanti;
  7. ikun għadda b’suċċess minn eżami tal-kompetenza skont ir-regoli u l-proċedura stabbiliti f’regolament apposta u jkun ġie inkluż f’lista ta’ professjonisti li jissodisfaw il-kriterji għall-ħatra bħala riċevituri, approvati mill-Ministru tal-Ġustizzja u ppubblikati fil-Gazzetta tal-Istat;
  8. ma jkunx tneħħa bħala riċevitur minħabba li kiser id-dmirijiet tiegħu jew azzjonijiet li kkawżaw dannu lill-interessi ta’ kredituri jew tad-debitur; ma jkunx tneħħa mir-reġistru miżmum mill-Bank Ċentrali jew tneħħa fid-diskrezzjoni tal-Fond jew fuq proposta mill-Ministru tal-Finanzi għal ksur ta’ dmir jew azzjoni li hija ta’ detriment għall-interessi tal-kredituri;
  9. ma kienx suġġett għall-miżuri previsti fl-Artikolu 65(2)(11) tal-Att dwar il-Banek jew l-Artikolu 103(2)(16) tal-Att dwar l-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu.

Il-Ministru tal-Ġustizzja jneħħi riċevitur mil-lista meta jkun ġie aċċertat li sar ksur tas-setgħat u d-doveri vestiti f’uffiċċju ta’ riċevitur, irrispettivament minn jekk il-ksur ikunx ġie stabbilit mill-qorti tal-insolvenza jew le, u jirranġa sabiex tiġi ppubblikata l-lista emendata fil-Gazzetta tal-Istat.

Is-setgħat mogħtija lir-riċevitur jistgħu jiġu eżerċitati minn diversi persuni. F’dan il-każ, id-deċiżjonijiet jiġu adottati unanimament u l-azzjonijiet jitwettqu b’mod konġunt, sakemm il-kredituri jew, f’każ ta’ tilwima bejn il-partijiet li jeżerċitaw id-dmirijiet tar-riċevitur, il-qorti jiddeċiedu mod ieħor. Meta s-setgħat vestiti fir-riċevitur jiġu eżerċitati minn diversi persuni, li jieħdu deċiżjonijiet unanimament u jaġixxu b’mod konġunt, ir-responsabbiltà tagħhom hija konġunta u magħquda.

Ir-riċevitur għandu jħallas tariffa annwali fir-rigward ta’ taħriġ professjonali kontinwu. Ir-riċevitur li ma jħallasx it-tariffa meħtieġa fil-ħin jitneħħa mir-reġistru. Mhux aktar tard minn tlett ijiem wara l-ħatra ta’ riċevitur u qabel ma jkun ġie ikkonfermat, ir-riċevitur għandu jikseb assigurazzjoni ta’ obbligazzjoni professjonali għat-tul kollu tal-proċeduri ta’ insolvenza sabiex ikun protett minn pretensjonijiet għal danni li jirriżultaw minn ksur tad-dmirijiet tal-kariga tagħhom.

Il-Ministru tal-Ġustizzja, waqt li jaġixxi flimkien mal-Ministru tal-Ekonomija, għandu jorganizza korsijiet ta’ taħriġ annwali għar-riċevituri.

Skont l-Att dwar il-Kummerċ, ir-riċevituri jaqgħu taħt il-kategoriji li ġejjin:

  • riċevituri provviżorji maħtura mid-deċiżjoni li tiftaħ proċeduri ta’ insolvenza;
  • riċevituri provviżorji maħtura bħala miżura ta’ prekawzjoni;
  • riċevituri permanenti, li jistgħu jiġu eletti mil-laqgħa tal-kredituri jew, meta l-laqgħa tal-kredituri ma tistax taqbel dwar ħatra, mill-qorti;
  • riċevituri assistenti;
  • riċevituri ex officio, maħtura fiż-żmien meta jispiċċa riċevitur permanenti, li jwettqu l-funzjonijiet tagħhom sakemm jinħatar riċevitur permanenti ġdid.

Is-setgħat tar-riċevitur provviżorju huma identiċi għal dawk tar-riċevitur permanenti. Barra minn hekk, ir-riċevitur provviżorju jħejji d-dokumenti li ġejjin fi żmien 14-il jum mid-data li fiha jinbdew il-proċeduri ta’ insolvenza:

  • lista ta’ kredituri bbażata fuq il-kotba tad-debitur, li tindika l-ammont tal-pretensjonijiet tagħhom u liema kredituri huma jew kienu relatati mad-debitur fl-aħħar tliet snin qabel il-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza abbażi tal-informazzjoni disponibbli fir-Reġistru Kummerċjali u fil-kotba tad-debitur;
  • kopja ċċertifikata tal-kotba tad-debitur;
  • rapport bil-miktub dwar ir-raġunijiet għall-insolvenza, l-assi kurrenti tad-debitur, il-miżuri meħuda biex dawn jiġu ppreservati u l-possibbiltajiet għas-salvataġġ tal-kumpanija.

Ir-riċevitur provviżorju għandu jattendi l-ewwel laqgħa tal-kredituri.

Il-qorti tal-insolvenza taħtar ir-riċevitur elett fl-ewwel laqgħa tal-kredituri, jekk jissodisfa r-rekwiżiti ddikjarati u jkun ipprovda l-kunsens tiegħu bil-miktub minn qabel f’forma ta’ dikjarazzjoni notarili, u tiddetermina d-data li fiha r-riċevitur għandu jibda jaqdi d-dmirijiet tiegħu. Fil-ħin tal-ħatra tiegħu, ir-riċevitur jippreżenta dikjarazzjoni notarili li turi l-preżenza jew l-assenza ta’ ċerti impedimenti legali għall-qadi tad-dmirijiet tal-kariga tiegħu stabbiliti fl-Att dwar il-Kummerċ, bħal pereżempju azzjonist f’kumpanija b’responsabbiltà limitata jew kumpanija b’ishma konġunti, filwaqt li fl-istess ħin jaqdi dmirijiet ta’ likwidatur u riċevitur u jkollu karigi oħra mħallsa. Ir-riċevitur għandu jinnotifika lill-qorti tal-insolvenza immedjatament jekk isseħħ xi waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi. Ir-riċevitur għandu jieħu l-kariga fid-data stabbilita mill-qorti. Meta ma jagħmilx dan, il-qorti tissostitwixxi r-riċevitur maħtur fi żmien 7 ijiem b’persuna oħra magħżula minn dawk nominati fl-ewwel laqgħa tal-kredituri. Jekk ma jitressqux nominazzjonijiet alternattivi, jinħatar riċevitur mil-lista rilevanti u tissejjaħ laqgħa ġdida tal-kredituri. Jekk il-laqgħa tal-kredituri ma tkunx tista’ tasal għal ftehim dwar il-ħatra ta’ riċevitur jew ma tkunx tista’ tiddeċiedi dwar ir-remunerazzjoni tiegħu, ir-remunerazzjoni tar-riċevitur tkun stabbilita mill-qorti.

Il-qorti tneħħi lir-riċevitur fil-każijiet li ġejjin:

  1. fuq talba bil-miktub tar-riċevitur;
  2. meta r-riċevitur isir legalment inabilitat;
  3. jekk ir-riċevitur ma jibqax jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti mil-liġi;
  4. fuq it-talba tal-kredituri li jkollhom aktar minn nofs is-somma totali tal-pretensjonijiet kollha;
  5. b’deċiżjoni adottata mil-laqgħa tal-kredituri;
  6. f’każijiet fejn ir-riċevitur ma jkunx għadu jista’ jeżerċita s-setgħat tiegħu;
  7. f’każ ta’ mewt.

Il-qorti, li taġixxi ex officio jew fuq proposta mid-debitur, il-kumitat tal-kredituri jew kreditur, tista’ tneħħi lir-riċevitur fi kwalunkwe ħin, jekk dan ma jwettaqx dmirijietu jew jaġixxi b’mod li jikkawża ħsara lill-interessi tal-kreditur jew tad-debitur. Riċevitur imneħħi fuq it-talba tiegħu għandu jkompli jwettaq dmirijietu sakemm jinħatar riċevitur ġdid. L-ordni li permezz tagħha jitneħħa riċevitur hija suġġetta għal infurzar immedjat u appell kontra tagħha ma jkollux effett sospensiv. L-annullament tal-ordni ta’ tneħħija ma terġax iddaħħal lill-parti mneħħija bħala riċevitur fil-proċeduri ta’ insolvenza. Il-qorti ssejjaħ laqgħa tal-kredituri bil-kompitu li jiġi nnominat riċevitur ġdid. Sakemm jintgħażel sostitut, il-funzjonijiet ta’ riċevitur jitwettqu ex officio minn riċevitur maħtur mill-qorti.

Ir-riċevitur, mhux aktar tard minn 3 ijiem wara li jkun ħa l-kariga, jitlob li l-proprjetà tad-debitur imqiegħda taħt siġill tiġi rilaxxata u jifformula inventarju tal-proprjetà reali u personali tad-debitur, flus, oġġetti ta’ valur, titoli, kuntratti, pretensjonijiet, eċċ. inklużi oġġetti ta’ proprjetà personali fil-pussess ta’ partijiet terzi. Ir-riċevitur jifformula l-inventarju u, jekk jinstabu assi oħra f’data aktar tard, jiġi fformulat inventarju addizzjonali. Mill-mument tal-formulazzjoni ta’ inventarju r-riċevitur huwa responsabbli għall-assi dettaljati hemmhekk, sakemm ma jiġux mgħoddija lid-debitur jew lil parti terza għal kustodja.

Ir-riċevitur għandu d-drittijiet li ġejjin:

  1. li jirrappreżenta l-impriża;
  2. li jmexxi l-affarijiet kurrenti tagħha;
  3. li jissorvelja n-negozju tad-debitur, jekk id-dritt tiegħu li jagħmel kummerċ ikun ġie ristrett;
  4. li jikseb u jżomm il-kotba u jimmaniġġa l-korrispondenza tan-negozju tal-impriża;
  5. li jagħmel inkjesti u jidentifika l-assi tad-debitur;
  6. fil-każijiet previsti mil-liġi, li jitlob li l-kuntratti li d-debitur ikun parti fihom jiġu mitmuma, ikkanċellati jew annullati;
  7. li jipparteċipa f’kawżi li l-intrapriża tkun parti fiha u jiftaħ kawżi f’isimha
  8. li jiġbor flus dovuti lid-debitur u jiddepożita r-rikavat f’kont speċjali;
  9. bil-permess tal-qorti, jiddisponi mill-flus tad-debitur depożitati f’kontijiet bankarji, fejn meħtieġ għall-amministrazzjoni u l-preservazzjoni tal-assi tad-debitur;
  10. li jagħmel inkjesti sabiex jidentifika l-assi tad-debitur;
  11. filwaqt li jaġixxi fuq ordni tal-qorti, isejjaħ u jorganizza l-laqgħat tal-kredituri;
  12. li jipproponi pjan ta’ rkupru;
  13. li jwettaq l-azzjonijiet meħtieġa sabiex itemm l-interessi tas-sjieda tad-debitur f’kumpaniji oħra;
  14. li jikkonverti l-patrimonju tal-insolvenza fi flus;
  15. li jwettaq azzjonijiet oħra preskritti mil-liġi u ordnati mill-qorti.

Il-korpi u l-istituzzjonijiet governattivi kollha għandhom l-obbligu li jgħinu lir-riċevitur fil-qadi ta’ dmirijietu.

Mid-data li fiha d-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza ssir finali, il-flus li jħallsu l-pretensjonijiet tad-debitur huma aċċettati mir-riċevitur.

Ir-riċevitur jirranġa għal-listi ta’ pretensjonijiet aċċettati u miċħuda, flimkien mar-rapporti finanzjarji tad-debitur, li għandhom jiġu ppubblikati fir-Reġistru Kummerċjali malli jiġu ffinalizzati u jagħmilhom disponibbli għall-kredituri u d-debitur fir-reġistru tal-qorti.

Sabiex iżid id-daqs tal-patrimonju tal-insolvenza, ir-riċevitur jiġbor ishma u kontribuzzjonijiet mhux imħallsa minn imsieħba f’kumpaniji b’responsabbiltà limitata u jista’ jippreżenta pretensjoni skont l-Artikoli 645, 646 u 647 tal-Att dwar il-Kummerċ u l-Artikolu 135 tal-Att dwar l-Obbligi u l-Kuntratt b’konnessjoni mal-proċeduri ta’ insolvenza, filwaqt li jġib azzjonijiet korrispondenti għall-eżekuzzjoni fir-rigward ta’ dik il-pretensjoni. Meta l-pretensjoni tiġi ppreżentata minn kreditur, il-qorti tikkostitwixxi r-riċevitur bħala koattur ex officio. Ir-riċevitur għandu jipparteċipa fi proċeduri mibdija fir-rigward ta’ azzjoni dikjaratorja miġjuba mid-debitur jew kreditur skont l-Artikolu 694 tal-Att dwar il-Kummerċ.

Ir-riċevitur jirranġa l-bejgħ tad-drittijiet tal-proprjetà inklużi fil-patrimonju tal-insolvenza wara li jkun kiseb permess mill-qorti, ifassal tabella tad-distribuzzjoni tal-ammonti disponibbli li għandhom jitqassmu bejn il-kredituri li għandhom pretensjonijiet skont l-Artikolu 722(1) tal-Att dwar il-Kummerċ skont il-klassifika, il-privileġġi u l-kollaterali tagħhom, jirranġa sabiex it-tabella tiddaħħal fir-Reġistru Kummerċjali u jagħmel pagamenti skont it-tabella. Ir-riċevitur, waqt li jaġixxi fuq ordni tal-qorti, jiddepożita f’bank l-ammonti mwarrba fil-ħin tad-distribuzzjoni finali għal pretensjonijiet mhux miġbura jew ikkontestati.

Jekk id-debitur iħallas lill-kredituri kollha bi pretensjonijiet aċċettati, ir-riċevitur ma jirrappreżentax lid-debitur bħala parti.

Ir-riċevitur għandu jeżerċita s-setgħat tal-kariga tiegħu b’mod prudenti u diliġenti. Ir-riċevitur ma jistax jiddelega s-setgħat tiegħu lil parti terza mingħajr il-permess espliċitu tal-qorti. Ir-riċevitur ma jistax jinnegozja f’isem id-debitur personalment jew permezz ta’ parti relatata. Ir-riċevitur ma jistax jakkwista bl-ebda mod, kemm direttament jew permezz ta’ persuna oħra, proprjetà personali jew drittijiet ta’ proprjetà mill-patrimonju ta’ insolvenza. Din il-limitazzjoni tapplika għall-konjuġi tar-riċevitur, il-qraba tiegħu fil-linja diretta ta’ dixxendenza, u l-qraba tiegħu fil-linja kollaterali sa sitt darbiet imneħħija u b’affinità sa tliet darbiet imneħħija. Ir-riċevitur ma jistax jiżvela fatti, data u informazzjoni li sar jafu bihom b’konnessjoni mat-tneħħija tas-setgħat u d-dmirijiet vestiti fih bħala riżultat tal-kariga tiegħu.

Jekk riċevitur ma jwettaqx id-dmirijiet tiegħu jew iwettaqhom ħażin, il-qorti tista’ timponi multa fuq ir-riċevitur ekwivalenti għal remunerazzjoni ta’ xahar. Ir-riċevitur għandu jħallas kumpens f’ammont ugwali għall-imgħax iddeterminat mill-operat tal-liġi għal kwalunkwe dewmien fid-depożitu f’bank tal-ammonti riċevuti. Ir-riċevitur għandu jikkumpensa lid-debitur u lill-kredituri għal kwalunkwe dannu kkawżat b’mod żbaljat minħabba t-twettiq tad-dmirijiet tiegħu.

Meta jintemm il-mandat tiegħu, ir-riċevitur għandu minnufih jibgħat il-kotba, ir-reġistri u l-kontijiet, flimkien ma’ kwalunkwe proprjetà riċevuta għal kustodja, lir-riċevitur il-ġdid jew lil persuna nominata mill-qorti u, jekk il-pjan ta’ rkupru jiġi aċċettat għal kunsiderazzjoni [mil-laqgħa tal-kredituri], lid-debitur. Is-setgħat tar-riċevitur jintemmu bl-għeluq tal-proċeduri ta’ insolvenza. Ir-riċevitur jgħaddi l-kotba u l-bqija tal-proprjetà tad-debitur lill-korp governattiv tiegħu. Id-drittijiet tar-riċevitur jerġgħu jingħatawlu jekk jiġi deċiż li jerġgħu jinfetħu l-proċeduri ta’ insolvenza.

Fl-2017, iddaħħlet il-figura tal-assistent riċevitur. Assistent riċevitur huwa persuna fiżika li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti għar-riċevituri, ħlief għar-rekwiżit li jkollu: esperjenza professjonali rilevanti ta’ mill-inqas sentejn; li jkun għadda minn eżami tal-kompetenza skont il-proċedura stabbilita f’regolament apposta; u li jkun inkluż f’lista ta’ professjonisti li jistgħu jinħatru bħala riċevituri, adottati mill-Ministru tal-Ġustizzja u ppubblikati fil-Gazzetta tal-Istat. L-assistenti riċevituri qatt ma għandhom ikunu suġġetti għall-miżuri previsti fl-Artikolu 65(2)(11) tal-Att dwar il-Banek jew l-Artikolu 103(2)(16) tal-Att dwar l-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu.

Sabiex jinħatru bħala assistenti riċevituri, l-applikanti għandhom jgħaddu minn eżami tal-kompetenza skont proċedura stipulata f’regolament. Il-Ministru tal-Ġustizzja joħroġ ordni dwar l-inklużjoni ta’ assistenti riċevituri li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ kompetenza meħtieġa f’lista apposta.

L-assistenti riċevituri jistgħu jieħdu ċerti azzjonijiet fi ħdan il-kompetenza tar-riċevitur, waqt li jaġixxu fuq struzzjonijiet mir-riċevitur u skont il-proċedura rilevanti (fuq il-bażi ta’ awtorizzazzjoni bil-permess espress tal-qorti). L-assistent riċevitur jista’ jiffirma ċerti dokumenti relatati max-xogħol tar-riċevitur, u jżid il-kelma “assistent” mal-firma tiegħu. L-assistent riċevitur huwa responsabbli in solidum mar-riċevitur għal kwalunkwe dannu kkawżat b’mod żbaljat fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu. Ir-relazzjonijiet bejn riċevitur u assistent riċevitur huma rregolati minn kuntratt. Fin-nuqqas ta’ regoli speċjali, l-attività tal-assistenti riċevituri hija rregolata mir-regoli applikabbli għar-riċevituri.

Ir-riċevitur maħtur b’sentenza mogħtija minn qorti barranija jeżerċita d-drittijiet vestiti fil-kariga tiegħu fil-pajjiż fejn infetħu proċeduri ta’ insolvenza sakemm l-imġiba tiegħu ma tkunx qed tikser l-ordni pubbliku fir-Repubblika tal-Bulgarija. Fuq talba tar-riċevitur maħtur minn qorti barranija, il-qorti Bulgara tista’ tiftaħ proċeduri ta’ insolvenza anċillari kontra kummerċjant iddikjarat insolventi minn qorti barranija, jekk il-kummerċjant jippossjedi assi sinifikanti fil-Bulgarija. L-approvazzjoni tal-pjan ta’ rkupru fil-proċeduri ta’ insolvenza anċillari teħtieġ il-kunsens tar-riċevitur fil-proċeduri prinċipali. Mozzjoni sabiex titwarrab tranżazzjoni miġjuba mir-riċevitur fil-proċedimenti ta’ insolvenza prinċipali jew anċillari titqies li tressqet fiż-żewġ proċeduri.

5 Taħt liema kundizzjonijiet tiġi invokata t-tpaċija ?

Fi proċeduri ta’ insolvenza, pretensjoni ta’ kreditur tista’ tiġi paċuta kontra l-obbligazzjoni tal-kreditur lid-debitur, jekk qabel id-data tad-deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza kienu jeżistu żewġ djun, li kienu eżegwibbli reċiprokament u tal-istess tip, u l-pretensjoni tal-kreditur kienet saret dovuta. Jekk il-pretensjoni tal-kreditur issir dovuta waqt il-proċeduri ta’ insolvenza jew bħala konsegwenza tad-deċiżjoni li tipproklama l-insolvenza tad-debitur, sakemm bħala riżultat tad-deċiżjoni ż-żewġ djun ikunu kklassifikati fl-istess klassi, il-kreditur jista’ jikkumpensa d-dejn tiegħu biss wara li d-dejn ikun ġie dovut jew jekk iż-żewġ djun akkwistaw l-istess klassifikazzjoni. Id-dikjarazzjoni tat-tpaċija trid tiġi notifikata lir-riċevitur.

Tpaċija tista’ tiġi invalidata fir-rigward tal-kredituri tal-patrimonju ta’ insolvenza, jekk il-kreditur akkwista l-pretensjoni u ġarrab id-dejn qabel id-data tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza, filwaqt li meta kiseb il-pretensjoni jew ġarrab id-dejn kien jaf li d-debitur huwa insolventi jew għandu dejn eċċessiv jew li tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni biex jinfetħu l-proċeduri ta’ insolvenza. Irrispettivament mill-mument meta saru d-djun reċiproċi, tpaċija magħmula mid-debitur wara d-dikjarazzjoni ta’ insolvenza jew dejn eċċessiv, iżda mhux qabel sena qabel id-data li fiha ġiet ippreżentata l-applikazzjoni, hija invalida fir-rigward tal-kredituri tal-patrimonju ta’ insolvenza, ħlief għall-parti tad-dejn li l-kreditur jirċievi fil-ħin tad-distribuzzjoni wara l-konverżjoni tal-assi fi flus.

L-azzjoni li tinvalida tpaċija tista’ titressaq mir-riċevitur jew, jekk l-ebda azzjoni ma titressaq mir-riċevitur, minn xi kreditur tal-patrimonju ta’ insolvenza f’perjodu ta’ sena mid-data li fiha nfetħu l-proċeduri ta’ insolvenza jew mid-data tad-deċiżjoni tal-ftuħ mill-ġdid tal-proċeduri ta’ insolvenza sospiżi. Meta d-dejn ikun ġie paċut wara d-data tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza, il-perjodu ta’ żmien sabiex titressaq azzjoni biex tinvalida t-tpaċija jibda mid-data tat-tpaċija.

Il-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza għandu effett sospensiv fuq il-kawżi u l-proċeduri ta’ arbitraġġ kollha fir-rigward ta’ tilwim ta’ proprjetà, ċivili u kummerċjali li d-debitur huwa parti minnhom (apparti tilwim ta’ impjieg fir-rigward ta’ pretensjonijiet monetarji tad-debitur). Din id-dispożizzjoni ma tapplikax jekk, fid-data tal-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza f’każ ieħor li fih id-debitur huwa rispondent, il-qorti qablet li teżamina oġġezzjoni mqajma mid-debitur kontra tpaċija.

6 X’effett għandhom il-proċedimenti ta’ falliment fuq kuntratti kurrenti li d-debitur huwa parti tagħhom?

Mhux aktar tard minn xahar mid-data tad-deċiżjoni li tissospendi proċeduri ta’ insolvenza minħabba nuqqas ta’ ħlas tal-ispejjeż inizjali tal-proċedura ta’ insolvenza (deċiżjoni skont l-Artikolu 632(1) tal-Att dwar il-Kummerċ), id-debitur għandu jtemm il-kuntratti tax-xogħol tal-ħaddiema u l-impjegati tiegħu, jinnotifika lid-direttorat lokali kompetenti tal-Aġenzija Nazzjonali tad-Dħul, joħroġ id-dokumenti meħtieġa li jiċċertifikaw l-esperjenza tax-xogħol u t-tul tas-servizz għal skopijiet ta’ assigurazzjoni soċjali tal-ħaddiema u l-impjegati msemmija, jifformula dokument ta’ referenza li jelenka l-persuni kollha bi pretensjonijiet garantiti taħt l-Att dwar Pretensjonijiet Garantiti ta’ Ħaddiema u Impjegati f’Każ ta’ Insolvenza tal-Impjegatur u l-liġijiet sekondarji li jistabbilixxu r-regoli għall-implimentazzjoni tiegħu, u jgħaddi r-rekords tal-kumpanija lill-uffiċċju lokali kompetenti tal-Istitut Nazzjonali tal-Assigurazzjoni.

Ir-riċevitur jista’ jtemm kwalunkwe kuntratt li d-debitur ikun parti minnu minħabba nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ kuntratt parzjali jew fundamentali. Ir-riċevitur jagħti avviż ta’ terminazzjoni tal-kuntratt 15-il jum minn qabel u għandu jirrispondi t-talbiet għal informazzjoni riċevuti mill-parti l-oħra dwar jekk il-kuntratt għandux jintemm jew jibqax validu fl-istess perjodu. Meta r-riċevitur ma jirrispondix għal talba, il-kuntratt jitqies li ġie tterminat. Jekk kuntratt jintemm, il-parti l-oħra hija intitolata għal kumpens għad-danni. Ma jinħoloq ebda obbligu għar-riċevitur, meta kuntratt li permezz tiegħu d-debitur jagħmel pagamenti f’intervalli regolari jibqa’ validu, sabiex iħallas kwalunkwe arretrati taħtu li kienu jeżistu qabel id-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza.

Mid-data li fiha d-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza ssir finali, il-flus li jħallsu l-pretensjonijiet tad-debitur huma aċċettati mir-riċevitur. Il-ħlas ta’ pretensjoni tad-debitur wara d-data tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza, iżda qabel id-data tad-dħul ta’ dik id-deċiżjoni, huwa validu jekk il-parti li ħallset il-pretensjoni ma kinitx taf li kienu nfetħu proċeduri ta’ insolvenza jew jekk kienet taf dwar il-proċeduri, il-benefiċċju ekonomiku li bih ġiet imħallsa l-pretensjoni kien inkluż fil-patrimonju ta’ insolvenza. Tiġi preżunta bona fede sakemm ma tingħatax prova mod ieħor.

Skont l-Artikolu 646 tal-Att dwar il-Kummerċ, dawn li ġejjin huma invalidi fir-rigward tal-kredituri, jekk isiru wara d-data tad-deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza li jiksru r-regoli ta’ proċedura stabbiliti:

  • il-ħlas ta’ dejn li jkun sar qabel id-deċiżjoni ta’ ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza;
  • rahan jew ipoteka maħluqa fuq dritt jew assi ta’ proprjetà personali mill-patrimonju ta’ insolvenza;
  • tranżazzjoni li tinvolvi dritt jew assi mill-patrimonju ta’ insolvenza.

7 X'effetti għandhom il-proċedimenti ta' insolvenza fuq il-proċedimenti miġjuba minn kredituri individwali (bl-eċċezzjoni ta' kawżi pendenti)?

Qabel ma tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni biex jinfetħu l-proċeduri ta’ insolvenza, il-qorti tista’ tordna, fuq talba ta’ kreditur jew fuq inizjattiva tagħha stess u jekk meħtieġ sabiex tippreserva l-assi tad-debitur, li proċeduri ta’ infurzar kontra l-assi tad-debitur, ħlief għal proċeduri ta’ infurzar mibdija skont il-Kodiċi ta’ Proċedura tat-Taxxa u l-Assigurazzjoni Soċjali jiġu sospiżi. Meta l-miżuri jintalbu minn kreditur, il-qorti tippermetti li jittieħdu dawn il-miżuri, jekk il-mozzjoni tal-kreditur tkun sostnuta b’evidenza bil-miktub konvinċenti u/jew jekk tingħata garanzija f’ammont stabbilit mill-qorti sabiex tikkumpensa lid-debitur għal kwalunkwe danni f’każ li d-debitur sussegwentement jinstab li ma kienx insolventi jew f’dejn eċċessiv. Il-qorti tista’ tneħħi l-miżura ta’ prekawzjoni imposta, jekk ma tkunx aktar meħtieġa għall-preservazzjoni tal-patrimonju.

Id-deċiżjoni hija nnotifikata lill-parti suġġetta għall-miżuri u lill-parti li talbet l-impożizzjoni tagħhom. Din hija suġġett għal infurzar immedjat u tista’ tiġi appellata sa 7 ijiem mid-data tal-irċevuta tal-avviż. L-appelli m’għandhomx effett sospensiv. Il-miżuri ta’ prekawzjoni huma meqjusa li tneħħew mid-data li fiha tiddaħħal deċiżjoni sabiex l-applikazzjoni għal ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza tiġi miċħuda. Il-miżura ta’ prekawzjoni imposta tibqa’ effettiva sad-data tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza. Minn din id-data l-effett tagħha jiġi kkanċellat bl-effett tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza.

Id-deċiżjoni ta’ ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza għandha effett sospensiv fuq il-proċeduri ta’ infurzar kontra l-assi inklużi fil-patrimonju tal-insolvenza, ħlief għall-assi previsti fl-Artikolu 193 tal-Kodiċi ta’ Proċedura tat-Taxxa u l-Assigurazzjoni Soċjali. Meta jsir pagament favur applikant bejn id-data li fiha l-proċeduri ta’ infurzar ġew sospiżi u d-dħul tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza, l-ammont imħallas jiġi rritornat fil-patrimonju tal-insolvenza. Meta jkun hemm periklu li l-interessi tal-kredituri jiġu ppreġudikati u jittieħdu passi sabiex tingħata garanzija favur kreditur assigurat, il-qorti tista’ tippermetti t-tkomplija tal-proċeduri bil-kundizzjoni li l-porzjon tar-rikavat li jaqbeż l-ammont ta’ garanzija jiġi miżjud mal-patrimonju ta’ insolvenza. Jekk titressaq pretensjoni u tiġi ammessa għall-proċeduri ta’ insolvenza, il-proċeduri sospiżi jintemmu. Is-sekwestri u l-preklużjonijiet imposti fil-proċeduri ta’ infurzar mhumiex infurzabbli kontra l-pretensjonijiet tal-kredituri tal-patrimonju ta’ insolvenza. L-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ prekawzjoni skont il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili jew il-Kodiċi ta’ Proċedura tat-Taxxa u l-Assigurazzjoni Soċjali fuq il-proprjetà tad-debitur wara li jinfetħu l-proċeduri ta’ insolvenza mhijiex permessa.

L-assi msemmija fl-Artikolu 193 tal-Kodiċi ta’ Proċedura tat-Taxxa u l-Assigurazzjoni Soċjali huma l-assi suġġetti għal miżuri ta’ prekawzjoni diġà imposti fi proċeduri ta’ infurzar għall-irkupru tad-dejn pubbliku li beda qabel il-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza. L-assi inkwistjoni jitwettqu mill-uffiċjal ġudizzjarju pubbliku skont ir-regoli u l-proċedura stabbiliti fil-Kodiċi ta’ Proċedura tat-Taxxa u l-Assigurazzjoni Soċjali. Meta r-rikavat mir-realizzazzjoni tal-assi ma jkunx biżżejjed sabiex ikopri l-ammont sħiħ tal-pretensjoni, l-imgħax akkumulat u l-ispejjeż imġarrba fil-proċeduri pubbliċi ta’ infurzar, il-bqija tal-pretensjoni tal-gvern ċentrali jew muniċipalità hija sodisfatta skont ir-regoli ġenerali. Meta r-rikavat mir-realizzazzjoni tal-assi jaqbeż l-ammont sħiħ tal-pretensjoni, l-imgħax akkumulat u l-ispejjeż imġarrba fil-proċeduri pubbliċi ta’ infurzar, l-uffiċjal ġudizzjarju jħallas il-bqija tar-rikavat fil-kont tal-patrimonju ta’ insolvenza. Jekk l-uffiċjal ġudizzjarju pubbliku ma jirrealizzax l-assi f’perjodu ta’ 6 xhur mill-bidu tal-proċeduri ta’ insolvenza, l-assi jgħaddu mill-uffiċjal ġudizzjarju lir-riċevitur u jiġu realizzati fil-proċeduri ta’ insolvenza.

Ladarba jkunu nfetħu proċeduri ta’ insolvenza, l-ebda kawżi rigward tilwim dwar proprjetà taħt il-liġi ċivili jew kummerċjali ma jistgħu jinġiebu quddiem il-qrati jew tribunali ta’ arbitraġġ ħlief f’dawn il-każijiet li ġejjin:

  • sabiex jiġu protetti d-drittijiet ta’ partijiet terzi li għandhom assi proprji inklużi fil-patrimonju ta’ insolvenza;
  • tilwim dwar l-impjiegi;
  • talbiet monetarji assigurati minn assi proprjetà ta’ partijiet terzi.

Il-partijiet li ġejjin jistgħu jressqu azzjonijiet dikjaratorji skont l-Artikolu 694 tal-Att dwar il-Kummerċ sabiex tingħata validazzjoni lil pretensjoni eżistenti li ma ġietx ammessa fil-proċeduri ta’ insolvenza jew sabiex tiġi kkontestata l-eżistenza ta’ pretensjoni ammessa:

  • id-debitur, jekk il-qorti tirrifjuta oġġezzjoni kontra pretensjoni aċċettata mir-riċevitur jew tinkludi dik il-pretensjoni fil-lista ta’ pretensjonijiet ammessi;
  • kreditur bi pretensjoni mhux ammessa, jekk il-qorti tħalli l-oġġezzjoni mingħajr konsiderazzjoni jew teskludi l-pretensjoni mil-lista ta’ pretensjonijiet ammessi;
  • kreditur, jekk il-qorti tirrifjuta l-oġġezzjoni tiegħu kontra l-ammissjoni ta’ pretensjoni ta’ kreditur ieħor jew tinkludi pretensjoni ta’ kreditur ieħor fil-lista ta’ pretensjonijiet ammessi.

Il-pretensjoni għall-konvalidazzjoni tista’ tiġi ppreżentata fi żmien 14-il jum mid-data li fiha s-sentenza dwar l-approvazzjoni tal-lista ta’ pretensjonijiet ammessi hija ppubblikata fir-Reġistru Kummerċjali. Ir-riċevitur għandu jipparteċipa fil-proċeduri. Id-deċiżjoni finali għandha effett determinanti għad-debitur, ir-riċevitur u l-kredituri kollha fil-proċeduri ta’ insolvenza.

Il-validità ta’ bejgħ ta’ assi inklużi fil-patrimonju ta’ insolvenza sabiex jiġu kkonvertiti fi flus tista’ tiġi kkontestata permezz ta’ azzjoni ċivili, jekk l-assi jkun ġie akkwistat minn parti li ma kellhiex id-dritt li tagħmel offerti fl-irkant jew jekk il-prezz tal-bejgħ ma jitħallasx. Fil-każ tal-aħħar, ix-xerrej jista’ jirribatti l-azzjoni billi jħallas l-ammont dovut, flimkien mal-imgħax akkumulat mill-jum li fih ġie ddikjarat xerrej tal-assi mibjugħ.

Meta parti ma jkollhiex iżjed pussess ta’ dritt ta’ proprjetà wara l-bejgħ ta’ assi sabiex tikkonvertih fi flus u l-akkwist ta’ dak l-assi u d-dħul tax-xerrej fil-pussess, tista’ tfittex rimedju biss billi tressaq azzjoni dwar sjieda.

8 X’inhu l-effett ta' proċediment ta’ insolvenza fuq il-kontinwazzjoni ta’ kawżi pendenti fil-mument tal-ftuħ ta’ proċediment ta’ insolvenza?

Il-bidu tal-proċeduri ta’ insolvenza għandu effett sospensiv fuq il-kawżi u l-proċeduri ta’ arbitraġġ kollha fir-rigward ta’ tilwim dwar proprjetà taħt il-liġi ċivili jew kummerċjali li d-debitur huwa parti fih, ħlief għal tilwim dwar l-impjieg fir-rigward ta’ pretensjonijiet monetarji tad-debitur. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax jekk, fid-data tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza f’każ ieħor fejn id-debitur huwa l-konvenut, il-qorti aċċettat li tisma’ oġġezzjoni kontra tpaċija mqajma mid-debitur. Il-proċeduri sospiżi jerġgħu jinfetħu jekk il-pretensjoni tiġi ammessa fil-proċeduri ta’ insolvenza, jiġifieri hija inkluża fil-lista approvata mill-qorti ta’ pretensjonijiet ammessi.

Il-proċeduri sospiżi jitkomplew bil-parteċipazzjoni ta’:(1) ir-riċevitur u l-kreditur, jekk il-pretensjoni ma tkunx inkluża fil-lista ta’ pretensjonijiet aċċettati mir-riċevitur jew fil-lista ta’ pretensjonijiet approvati mill-qorti jew (2) ir-riċevitur, kreditur u l-parti li ressqet oġġezzjoni, jekk il-pretensjoni tiġi inkluża fil-lista ta’ pretensjonijiet ammessi mir-riċevitur iżda ġiet ikkontestata l-inklużjoni tagħha. F’dan il-każ, id-deċiżjoni għandha effett determinanti għad-debitur, ir-riċevitur u l-kredituri kollha bi pretensjonijiet kontra l-patrimonju ta’ insolvenza.

Proċeduri kontinwi kontra d-debitur fir-rigward ta’ pretensjonijiet monetarji assigurati minn proprjetà ta’ parti terza ma jistgħux jiġu sospiżi.

9 Liema huma l-karatteristiċi ewlenin tal-parteċipazzjoni tal-kredituri fil-proċedimenti ta’ insolvenza?

Kreditur bi pretensjoni kontra d-debitur taħt tranżazzjoni kummerċjali jista’ jippreżenta applikazzjoni ta’ insolvenza u jingħaqad mal-proċeduri mibdija fuq applikazzjoni ta’ insolvenza ppreżentata minn kreditur ieħor. Fl-applikazzjoni, id-debitur jista’ wkoll jipproponi pjan ta’ rkupru u jaħtar persuna li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti għar-riċevituri u li tista’ tinħatar, jekk il-qorti tordna li jinbdew proċeduri ta’ insolvenza. Il-kreditur jista’ jitlob lill-qorti tordna miżuri antiċipatorji u ta’ prekawzjoni qabel ma tiddeċiedi dwar il-petizzjoni tal-insolvenza, jekk ikun meħtieġ sabiex tippreserva l-proprjetà tad-debitur.

Meta jkun evidenti li t-tkomplija tal-operazzjoni tal-intrapriża tkun ta’ detriment għall-patrimonju ta’ insolvenza, il-qorti tista’, fuq mozzjoni minn kreditur, tordna li l-operazzjonijiet jitwaqqfu mid-data tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza jew minn data aktar tard, iżda qabel jiskadi l-perjodu li fih għandu jiġi propost pjan ta’ rkupru.

Meta l-assi disponibbli tad-debitur ma jkunux biżżejjed sabiex ikopru l-ispejjeż inizjali tal-proċedura ta’ insolvenza, il-qorti tiddetermina ammont li għandu jitħallas minn qabel f’perjodu speċifiku minn kreditur sabiex jinfetħu proċeduri ta’ insolvenza. Jekk l-assi tad-debitur ma jkunux biżżejjed jew l-ispejjeż tal-bidu ma jkunux ġew imħallsa minn qabel, il-kreditur jista’ jitlob li jinfetħu mill-ġdid proċeduri ta’ insolvenza sospiżi fi żmien sena mid-dħul tal-ordni ta’ sospensjoni tal-proċeduri.

Il-kredituri jistgħu jikkontestaw l-ordnijiet u d-deċiżjonijiet tal-qorti mogħtija fil-proċeduri ta’ insolvenza u l-azzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-korpi governattivi tad-debitur, jekk il-prekondizzjonijiet previsti fl-Att dwar il-Kummerċ ikunu ġew sodisfatti.

Fi proċeduri ta’ insolvenza, l-avviżi u ċ-ċitazzjonijiet sabiex jidhru jiġu nnotifikati lill-kredituri kostitwiti bħala partijiet fil-proċeduri fl-indirizz rispettiv tagħhom fil-Bulgarija. Jekk kreditur ikun bidel l-indirizz tiegħu mingħajr ma nnotifika lill-qorti, iċ-ċitazzjonijiet u l-karti kollha jiġu mehmuża mal-fajl tal-każ u meqjusa bħala li ġew debitament innotifikati. Meta kreditur ma jkollux indirizz fil-Bulgarija u l-uffiċċju ewlieni tiegħu jkun f’pajjiż ieħor, għandu jipprovdi indirizz għan-notifika fil-Bulgarija. Meta ma jingħata ebda indirizz għal notifika fil-Bulgarija, iċ-ċitazzjoni tiġi ppubblikata fir-Reġistru Kummerċjali. Wara l-bidu tal-proċeduri ta’ insolvenza, l-atti inkontestabbli tal-qorti li mhumiex suġġetti għad-dħul fir-Reġistru Kummerċjali jew in-notifika lill-partijiet skont il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili jitqiesu li ġew innotifikati lill-partijiet permezz tad-dħul tagħhom fir-reġistru miżmum mill-qorti. Meta l-Att dwar il-Kummerċ jipprevedi li ċitazzjoni tiġi notifikata lill-partijiet permezz ta’ avviżi ppubblikati fir-Reġistru Kummerċjali, l-istedina, l-avviż jew iċ-ċitazzjoni għandhom jiġu ppubblikati mill-inqas 7 ijiem qabel id-data skedata tal-laqgħa jew tas-smigħ.

L-ewwel laqgħa tal-kredituri jattendu għaliha l-kredituri inklużi fil-lista fformulata mir-riċevitur provviżorju fuq il-bażi tal-kotba tad-debitur u s-siltiet minn dawk il-kotba u ppreżentati fl-ewwel laqgħa. Il-kredituri jattendu l-laqgħa personalment jew bi prokura awtorizzata sabiex tirrappreżenta l-kreditur permezz ta’ prokura espressa. Meta l-kreditur ikun persuna fiżika, il-firma tal-konċessjonarju fuq il-prokura għandha tkun irreġistrata għand nutar. Ir-riżoluzzjonijiet huma adottati b’maġġoranza ordinarja tal-voti tal-kredituri fil-lista, esklużi l-voti tal-kredituri affiljati bħalissa mad-debitur, kredituri li kienu affiljati mad-debitur fil-perjodu ta’ tliet snin qabel il-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza, u l-kredituri li akkwistaw pretensjonijiet minn partijiet affiljati mad-debitur fil-perjodu ta’ tliet snin li jippreċedi l-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza. L-ewwel laqgħa tal-kredituri:

  • tisma’ r-rapport imfassal mir-riċevitur provviżorju;
  • tinnomina riċevitur permanenti u tressaq in-nomina quddiem il-qorti;
  • teleġġi kumitat tal-kredituri.

Ma tissejjaħ ebda laqgħa tal-kredituri fil-każijiet li ġejjin:

  1. qabel il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni ta’ insolvenza, id-debitur ma kienx ippreżenta r-rapporti finanzjarji annwali tiegħu fir-Reġistru Kummerċjali għal tliet snin;
  2. id-debitur ma jissodisfax l-obbligu tiegħu li jikkoopera mar-riċevitur u jirrifjuta li jagħti l-kotba tiegħu jew il-kotba tiegħu nżammu b’mod li huwa manifestament mhux xieraq.

F’dan il-każ, ir-riċevitur provviżorju maħtur mill-qorti jwettaq dmirijietu sakemm jinħatar riċevitur permanenti permezz tal-laqgħa tal-kredituri wara li l-qorti tkun approvat il-pretensjonijiet ammessi mir-riċevitur.

Il-laqgħa tal-kredituri tista’ tissejjaħ fuq talba tad-debitur, ir-riċevitur, il-kumitat tal-kredituri jew il-kredituri li għandhom parti minn ħamsa tal-ammont totali ta’ pretensjonijiet ammessi. Il-laqgħa tal-kredituri titwettaq irrispettivament min-numru ta’ kredituri li jkunu preżenti u hija ppreseduta mill-imħallef li jippresjedi l-proċeduri. Għall-finijiet tal-adozzjoni ta’ riżoluzzjonijiet, kull kreditur għandu numru ta’ voti li jikkorrispondu għas-sehem tal-pretensjonijiet tiegħu mis-somma totali ta’ pretensjonijiet ammessi bi drittijiet tal-vot mogħtija mill-qorti. Id-drittijiet tal-vot jistgħu wkoll jingħataw lill-kredituri f’kawżi jew proċeduri ta’ arbitraġġ li jitkomplew kontra d-debitur fir-rigward ta’ tilwim dwar proprjetà taħt il-liġi ċivili jew kummerċjali, jekk il-pretensjoni tkun sostnuta b’evidenza konklużiva bil-miktub; kredituri bi pretensjonijiet mhux ammessi li ressqu azzjonijiet dikjaratorji skont l-Artikolu 694 tal-Att dwar il-Kummerċ; u kredituri bi pretensjonijiet ammessi li kontrihom tkun tressqet azzjoni li tikkontesta l-eżistenza tal-pretensjoni skont l-Artikolu 694 tal-Att dwar il-Kummerċ. Ma jingħataw ebda drittijiet tal-vot lill-kredituri bi pretensjonijiet mhux garantiti fir-rigward ta’ imgħax li jirriżulta mill-operat tal-liġi jew taħt kuntratt u li għandu jitħallas wara d-data tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza, kredituri bi pretensjonijet fir-rigward ta’ self mogħti lid-debitur minn imsieħeb jew azzjonist u kredituri bi pretensjonijiet li jirriżultaw minn donazzjonijiet jew spejjeż imġarrba mill-kreditur fil-proċeduri, ħlief fil-każ ta’ spejjeż imħallsa minn qabel, meta l-assi tad-debitur ma jkunux biżżejjed biex ikopru l-ispejjeż imħallsa. Ir-riżoluzzjonijiet jiġu adottati b’maġġoranza ordinarja, sakemm ma jkunx provdut mod ieħor fl-Att dwar il-Kummerċ.

Il-laqgħa tal-kredituri:

  • tisma’ r-rapport dwar l-attivitajiet tar-riċevitur;
  • tisma’ r-rapport tal-kumitat tal-kredituri;
  • teleġġi riċevitur, jekk l-ebda riċevitur ma jkun ġie elett;
  • tadotta deċiżjonijiet dwar it-tneħħija tar-riċevitur u s-sostituzzjoni tiegħu;
  • tiddetermina r-remunerazzjoni kurrenti, timmodifika r-remunerazzjoni u tiddetermina r-remunerazzjoni finali tar-riċevitur;
  • teleġġi kumitat tal-kredituri, meta l-ebda kumitat ma jkun ġie elett, jew tagħmel tibdil fil-kompożizzjoni tiegħu;
  • tipproponi lill-qorti l-ammont tal-ħlas ta’ manteniment li għandu jingħata lid-debitur u lill-familja tiegħu;
  • tiddetermina l-mod li bih l-assi tad-debitur jiġu kkonvertiti fi flus, il-metodu u l-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-proprjetà, l-għażla tal-valutaturi u r-remunerazzjoni tagħhom.

Jekk il-laqgħa tal-kredituri ma tkunx tista’ tiddeċiedi dwar il-ħatra ta’ riċevitur, il-ħatra ssir mill-qorti u jekk ma tkunx tista’ tiddeċiedi dwar il-mod u r-regoli għall-konverżjoni tal-proprjetà tad-debitur fi flus, id-deċiżjoni ssir mir-riċevitur. Il-qorti tneħħi lir-riċevitur fuq mozzjoni mill-kredituri li jkollhom aktar minn nofs is-somma totali tal-pretensjonijiet kollha. Il-qorti, fuq mozzjoni minn kreditur, tista’ tneħħi lir-riċevitur fi kwalunkwe ħin, jekk ma jwettaqx id-dmirijiet tal-kariga tiegħu jew jaġixxi b’mod li jikkawża ħsara lill-interessi tal-kreditur jew tad-debitur.

Il-laqgħa tal-kredituri tista’ tadotta deċiżjoni dwar il-ħatra ta’ korp superviżorju li jkollu setgħat li jeżerċita kontroll fuq l-attivitajiet tad-debitur għall-perjodu effettiv tal-pjan ta’ rkupru jew perjodu iqsar, inkluż meta dan mhuwiex previst b’mod ċar fil-pjan ta’ rkupru .

Bil-qbil tal-laqgħa tal-kredituri, il-qorti tista’ tippermetti li r-riċevitur ibigħ proprjetà personali tad-debitur qabel ma tawtorizza l-konverżjoni tal-patrimonju ta’ insolvenza fi flus, jekk l-ispiża tal-ħażna ta’ tali proprjetà personali, sakemm tiġi ordnata l-konverżjoni tal-patrimonju skont il-proċedura ġenerali, taqbeż il-valur tagħha. Assi oħra inklużi fil-proprjetà tal-insolvenza jistgħu jinbiegħu bil-qbil tal-laqgħa tal-kredituri, jekk meħtieġ biex ikopru l-ispiża tal-proċeduri ta’ insolvenza u jekk ħadd mill-kredituri ma aċċetta li jħallas l-ispejjeż minn qabel wara li jkun mitlub jagħmel dan.

Filwaqt li taġixxi fuq proposta mir-riċevitur u f’konformità mar-riżoluzzjoni adottata mil-laqgħa tal-kredituri, il-qorti tal-insolvenza tawtorizza l-bejgħ tal-assi tad-debitur permezz ta’ negozjati diretti jew permezz ta’ intermedjarju, meta l-proprjetà personali u d-drittijiet tal-proprjetà, wara li jkunu tqiegħdu għall-bejgħ fit-totalità tagħhom bħala partijiet separati jew oġġetti u drittijiet individwali, ma nbigħux minħabba nuqqas ta’ xerrejja jew l-irtirar ta’ xerrej.

Ir-riżoluzzjonijiet tal-laqgħa tal-kredituri jorbtu lill-kredituri kollha, inklużi dawk li mhumiex preżenti fil-laqgħa. Fuq mozzjoni mill-kreditur, il-qorti tista’ tikkanċella riżoluzzjoni tal-laqgħa tal-kredituri, jekk tkun illegali jew ta’ detriment kbir għall-interessi ta’ xi wħud mill-kredituri.

Il-laqgħa tal-kredituri tista’ teleġġi kumitat tal-kredituri li jkun magħmul minn mhux inqas minn tliet membri u mhux aktar minn disa’ membri. Il-kumitat tal-kredituri għandu jkun magħmul minn membri li jirrappreżentaw il-kredituri garantiti u mhux garantiti, ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 616(2) tal-Att dwar il-Kummerċ (il-kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom huma sodisfatti wara li l-pretensjonijiet tal-kredituri kollha jiġu sodisfatti bis-sħiħ). Il-kumitat tal-kredituri jassisti u jissorvelja l-azzjonijiet tar-riċevitur fir-rigward tal-ġestjoni tal-assi tad-debitur, iwettaq kontrolli fuq ir-rekords kummerċjali tad-debitur u fondi ta’ flus disponibbli, jagħti opinjonijiet dwar it-tkomplija tan-negozju tal-intrapriża tad-debitur u dwar ir-remunerazzjoni tar-riċevitur provviżorju u ex officio, l-azzjonijiet imwettqa fir-rigward tal-konverżjoni tal-proprjetà fi flus u dwar l-obbligazzjoni tar-riċevitur f’każijiet oħra. Il-membri tal-kumitat tal-kredituri huma intitolati għal remunerazzjoni għall-kont tal-kredituri f’ammont stabbilit fil-ħin tal-elezzjoni tagħhom.

Membru tal-kumitat tal-kredituri ma jista' jakkwista bl-ebda mod, kemm direttament jew permezz ta’ persuna oħra, proprjetà personali jew drittijiet ta’ proprjetà mill-patrimonju ta’ insolvenza. Din il-limitazzjoni tapplika għall-konjuġi tal-membru tal-kumitat tal-kredituri, il-qraba tiegħu fil-linja diretta ta’ dixxendenza, u l-qraba tiegħu fil-linja kollaterali sa sitt darbiet imneħħija u b’affinità sa tliet darbiet imneħħija.

Kawżi u proċeduri ta’ arbitraġġ sospiżi fir-rigward ta’ tilwim dwar proprjetà taħt il-liġi ċivili u kummerċjali li d-debitur huwa parti fihom jitkomplew u l-proċeduri jkomplu bil-parteċipazzjoni tar-riċevitur u l-kreditur, jekk il-pretensjoni ma tkunx inkluża fil-lista ta’ pretensjonijiet ammessi mir-riċevitur jew fil-lista ta’ pretensjonijiet approvati mill-qorti jew ir-riċevitur, il-kreditur u l-parti li qajmet l-oġġezzjoni, jekk il-pretensjoni hija inkluża fil-lista ta’ pretensjonijiet ammessi mir-riċevitur imma ġiet ikkontestata l-inklużjoni tagħha.

Il-qorti tal-insolvenza, li taġixxi fuq mozzjoni mill-kreditur, tista’ taċċetta l-miżuri ta’ prekawzjoni preskritti mil-liġi sabiex tiżgura l-assi disponibbli tad-debitur.

Il-kreditur jista’ jpaċi dejn li għandu jagħti lid-debitur jekk il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 645 tal-Att dwar il-Kummerċ ikunu ġew sodisfatti. Sabiex iżid id-daqs tal-patrimonju ta’ insolvenza, ir-riċevitur jista’ jressaq kawża skont l-Artikoli 645, 646 u 647 tal-Att dwar il-Kummerċ u l-Artikolu 135 tal-Att dwar l-Obbligi u l-Kuntratti b’rabta mal-proċeduri ta’ insolvenza u jressaq azzjonijiet għal prestazzjoni b’konnessjoni ma’ dawk il-pretensjonijiet. Meta pretensjoni tkun ġiet ippreżentata mill-kreditur, it-tieni preżentazzjoni fir-rigward tal-istess pretensjoni mhijiex permessa. Madankollu, it-tieni kreditur jista’ jitlob lill-qorti biex tikkostitwixxih bħala koattur qabel l-ewwel smigħ tal-każ.

Il-kreditur jista’ jitlob lir-riċevitur biex jipprovdi r-reġistru u r-rapport għall-konsultazzjoni u jfassal rapport speċjali dwar kwistjonijiet ta’ interess mhux diskussi fir-rapport għall-perjodu rispettiv. Il-kreditur jista’ jdaħħal oġġezzjoni kontra r-rapport bil-miktub tar-riċevitur b’konnessjoni mat-tneħħija tiegħu fi żmien 7 ijiem mid-data li fiha r-rapport jiġi ppreżentat.

Il-kredituri jistgħu jissottomettu l-pretensjonijiet tagħhom lill-qorti tal-insolvenza bil-miktub. Huma jistgħu jissottomettu oġġezzjonijiet bil-miktub lill-qorti kontra pretensjonijiet, ammessi jew mhux ammessi mir-riċevitur, fi żmien 7 ijiem mid-data li fiha l-lista tiġi ppubblikata fir-Reġistru Kummerċjali u jressqu azzjonijiet dikjaratorji skont l-Artikolu 694 tal-Att dwar il-Kummerċ fi żmien 14-il jum mid-data li fiha d-deċiżjoni tal-qorti li tapprova l-lista tiġi ppubblikata fir-Reġistru Kummerċjali.

Il-kredituri jistgħu jissottomettu l-pretensjonijiet tagħhom lill-qorti tal-insolvenza bil-miktub. Huma jistgħu jissottomettu oġġezzjonijiet bil-miktub lill-qorti kontra pretensjonijiet, ammessi jew mhux ammessi mir-riċevitur, fi żmien 7 ijiem mid-data li fiha l-lista tiġi ppubblikata fir-Reġistru Kummerċjali u sussegwentement jippreżentaw azzjonijiet dikjaratorji li jitolbu l-validazzjoni ta’ pretensjonijiet mhux ammessi jew jikkontestaw l-eżistenza ta’ pretensjonijiet ammessi fi żmien 7 ijiem mid-data li fiha d-deċiżjoni tal-qorti li tapprova l-lista tiġi ppubblikata fir-Reġistru Kummerċjali.

Jista’ jkun propost pjan ta’ rkupru mill-kredituri li jkollhom mill-inqas terz tal-pretensjonijiet garantiti u l-kredituri li jkollhom mill-inqas terz tal-pretensjonijiet mhux garantiti, ħlief għall-kredituri li ġejjin: dawk li jkollhom pretensjonijiet li jirriżultaw minn interess statutorju jew kuntrattwali fuq dejn mhux garantit, li sar dovut wara d-data tad-deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza; kredituri li jkollhom pretensjonijiet li jirriżultaw minn self mogħti lid-debitur minn imsieħeb kummerċjali jew azzjonist; kredituri li jkollhom pretensjonijiet li jirriżultaw minn donazzjonijiet u mill-ispejjeż imġarrba minn kreditur fil-proċeduri ta’ insolvenza, ħlief għal spejjeż imħallsa minn qabel, meta l-proprjetà tad-debitur ma tkunx biżżejjed biex tkoprihom.

Kreditur bi pretensjoni ammessa jew bi dritt tal-vot rikonoxxut mill-qorti jista’ jipproponi u jivvota fuq (inkluż in absentia, permezz ta’ ittra notarili li għandha l-firma tiegħu) pjan ta’ rkupru għall-operaturi tan-negozju tal-intrapriża insolventi tad-debitur. Kredituri, inklużi dawk bi pretensjonijiet mhux ammessi li għalihom tkun tressqet quddiem il-qorti azzjoni dikjaratorja skont l-Artikolu 694 tal-Att dwar il-Kummerċ, jistgħu joġġezzjonaw għall-pjan adottat fi żmien 7 ijiem mill-jum li fih il-pjan ġie adottat.

F’każ li d-debitur ma jwettaqx l-obbligi tiegħu taħt il-pjan, il-kredituri li jkollhom mill-inqas 15 fil-mija tal-ammont totali ta’ pretensjonijiet ikkonvertiti skont il-pjan jistgħu jitolbu li jerġgħu jinfetħu l-proċeduri ta’ insolvenza.

Il-kreditur jista’ jippreżenta oġġezzjoni bil-miktub kontra t-tabella tad-distribuzzjoni u sussegwentement jappella kontra d-deċiżjoni li biha t-tabella ġiet approvata mill-qorti.

Jekk id-debitur ma jikkonformax mal-ftehim extraġudizzjarju konkluż mal-kredituri abbażi tal-Artikolu 740 tal-Att dwar il-Kummerċ, il-kredituri li jkollhom mill-inqas 15 fil-mija tal-ammont totali tal-pretensjonijiet kollha jistgħu jitolbu lill-qorti biex terġa’ tiftaħ il-proċeduri ta’ insolvenza.

Id-debitur jew kreditur li jkollu pretensjoni ammessa jew pretensjoni validata b’azzjoni ċivili jistgħu japplikaw għall-ftuħ mill-ġdid ta’ proċeduri ta’ insolvenza sospiżi fi żmien sena mid-data tal-ordni tal-qorti li tissospendi l-proċeduri, jekk matul dak il-perjodu l-ammonti mwarrba għal pretensjonijiet ikkontestati jiġu rilaxxati jew jiġu skoperti assi li l-eżistenza tagħhom ma kinitx magħrufa matul il-proċeduri ta’ insolvenza.

Fi żmien xahar mid-data li fiha l-applikazzjoni tad-debitur sabiex jingħata restitutio in integrum tiġi ppubblikata fir-Reġistru Kummerċjali kull kreditur li jkollu pretensjoni ammessa jew pretensjoni validata b’azzjoni ċivili jista’ jippreżenta oġġezzjoni kontriha.

Fuq talba ta’ kreditur, il-qorti Bulgara tista’ tibda proċeduri ta’ insolvenza anċillari kontra kummerċjant ipproklamat insolventi minn qorti barranija, jekk il-kummerċjant jippossjedi assi sinifikanti fil-Bulgarija. Il-kreditur li jkun irċieva ħlas parzjali fil-proċeduri prinċipali, jipparteċipa fid-distribuzzjoni tal-proprjetà fil-proċeduri anċillari, jekk is-sehem li kieku jirċievi jaqbeż dak li għandu jitqassam lill-kredituri l-oħra fil-proċeduri anċillari.

10 B’liema mod jista’ l-prattikant tal-insolvenza juża jew jiddisponi minn assi tal-patrimonju?

Is-setgħat tar-riċevitur huma kif ġej: jagħmel inkjesti u jidentifika proprjetà li tappartjeni lid-debitur; jipparteċipa f’kawżi kontra d-debitur jew jiftaħ kawżi f’isem id-debitur; fil-każijiet previsti mil-liġi, jitlob li l-kuntratti li d-debitur ikun parti minnhom jiġu tterminati, ikkanċellati jew annullati; jiġbor il-flus dovuti lid-debitur u jiddepożitahom f’kont speċjali; bil-permess tal-qorti, jiddisponi mill-flus tad-debitur depożitati f’kontijiet bankarji, fejn meħtieġ għall-amministrazzjoni u l-preservazzjoni tal-assi tad-debitur; u jikkonverti l-assi inklużi fil-patrimonju ta’ insolvenza fi flus.

Ir-riċevitur ibiegħ il-proprjetà personali u d-drittijiet tal-proprjetà inklużi fil-patrimonju ta’ insolvenza fl-intier tagħhom, bħala partijiet separati jew oġġetti u drittijiet individwali wara li jikseb permess mill-qorti u f’konformità mad-deċiżjoni adottata mil-laqgħa tal-kredituri. Meta ma tkun saret ebda deċiżjoni bħal din, il-mod u l-proċedura għall-konverżjoni tal-assi fi flus u r-regoli għall-valutazzjoni tagħhom mill-istimaturi magħżula jiġu deċiżi mir-riċevitur.

Ir-riċevitur ifassal avviż ta’ bejgħ, li fih informazzjoni dwar id-debitur, deskrizzjoni tal-proprjetà għal-bejgħ, ir-regoli u l-proċedura għall-bejgħ, id-data, il-ħin u l-post tal-bejgħ, l-iskadenza sabiex jitressqu offerti matul il-jum u l-valutazzjoni tal-proprjetà għall-bejgħ. Ir-riċevitur juri l-avviż b’mod prominenti fil-bini tal-muniċipalità li fih jinsab l-uffiċċju ewlieni tal-intrapriża tad-debitur u f’dak tal-uffiċċju ewlieni tad-debitur mill-inqas 14-il jum qabel id-data tal-bejgħ indikat fl-avviż. Barra minn hekk, ir-riċevitur ifassal protokoll li jipprovdi dettalji dwar l-azzjonijiet ta’ hawn fuq u jirranġa li l-protokoll jiġi ppubblikat f’bullettin speċjali tal-Ministeru tal-Ekonomija 14-il jum qabel id-data tal-bejgħ speċifikata fl-avviż.

Il-bejgħ isir fl-uffiċċju tar-riċevitur jew fl-indirizz tal-uffiċċju ewlieni tal-intrapriża tad-debitur fid-data speċifikata fl-avviż. L-offerenti li jixtiequ jipparteċipaw fil-bejgħ għandhom jiddepożitaw ħlas bil-quddiem fl-ammont ta’ 10 fil-mija tal-valutazzjoni. Kull offerent għandu jindika l-prezz offrut bin-numri u l-kliem u jissottometti l-offerta, flimkien mal-irċevuta għad-depożitu mħallas, f’envelop issiġillat. L-offerti jintbagħtu lir-riċevitur fil-jum tal-bejgħ sad-data tal-iskadenza stabbilita u jiddaħħlu fl-ordni li fih kienu waslu f’reġistru apposta. Malli tiskadi l-iskadenza stabbilita, ir-riċevitur iħabbar l-offerti rċevuti fil-preżenza tal-offerenti li jkunu qed jattendu u jabbozza rekord apposta tal-proċeduri. L-offerti li jaslu minn offerenti ineliġibbli u dawk li joffru prezz iktar baxx mill-valutazzjoni, jekk ikun hemm, huma nulli u bla effett. Il-proprjetà tinbiegħ lill-ogħla offerent. Jekk l-ogħla prezz kien offrut minn aktar minn offerent wieħed, ix-xerrej huwa ddeterminat b’irkant, li jwettaq ir-riċevitur mingħajr dewmien fil-preżenza tal-offerenti li jkunu qed jattendu. L-offerent rebbieħ jiġi mniżżel fir-rekord abbozzat mir-riċevitur, li mbagħad jiġi ffirmat mir-riċevitur u mill-offerenti kollha. Ix-xerrej għandu jħallas il-prezz offrut, wara li jnaqqas id-depożitu ta’ 10 fil-mija mħallas bil-quddiem, fi żmien 7 ijiem mid-data tal-bejgħ. Meta x-xerrej ikun kreditur li jkollu pretensjoni ammessa jew kreditur garantit, ir-riċevitur iħejji kont tad-distribuzzjoni, li jindika s-sehem tal-prezz li għandu jitħallas mix-xerrej u miżmum sabiex jissodisfa pretensjonijiet oħra tal-kredituri u s-sehem tal-prezz li għandu jiġi paċut kontra l-pretensjoni tal-kreditur. F’dan il-każ, ix-xerrej għandu jħallas l-ammonti li għandhom jinżammu sabiex jissodisfa l-pretensjonijiet l-oħra tal-kredituri kif previst fil-kont tad-distribuzzjoni fi żmien 7 ijiem mid-data li fiha l-kont isir effettiv jew, jekk ma jkunx hemm kredituri oħra, l-ammont li bih il-prezz li għandu jitħallas jaqbeż il-pretensjoni tiegħu. Jekk il-prezz ma jitħallasx fi żmien 7 ijiem, ir-riċevitur joffri l-proprjetà lill-offerent li jkun offra t-tieni l-ogħla prezz, sakemm dan ma jkunx irtira d-depożitu tiegħu. Bil-kunsens ta’ dak l-offerent, ir-riċevitur imbagħad jiddikjarah ix-xerrej. Ir-riċevitur jirrepeti l-proċess, jekk ikun meħtieġ, sakemm il-proprjetà tkun ġiet offruta lill-offerenti kollha li offrew prezz mhux iktar baxx mill-valutazzjoni.

Jekk ma jkunx hemm offerenti jew jekk ma jaslux offerti validi, jew jekk ix-xerrej ma jħallasx il-prezz, jiġi ppubblikat avviż ta’ bejgħ ġdid u jiġi organizzat irkant b’offerti miftuħa bi prezz tal-ftuħ ugwali għal 80 fil-mija tal-valutazzjoni. L-offerti jiġu mniżżla f’lista ta’ offerti u l-pass jiġi ddeterminat mir-riċevitur u indikat fl-avviż.

Meta x-xerrej iddikjarat iħallas l-ammont dovut fil-ħin, il-qorti toħroġ ordni għad-dħul fil-pussess tax-xerrej fil-jum ta’ wara l-pagament. L-offerenti l-oħra fl-irkant u d-debitur jistgħu jikkontestaw l-ordni quddiem il-qorti tal-appell. Jekk l-ordni għad-dħul fil-pussess tiġi invalidata jew il-bejgħ jiġi ddikjarat null u bla effett, jiġi organizzat irkant ieħor wara li jkun ġie ppubblikat avviż ġdid.

Ix-xerrej jidħol fil-pussess tad-dritt tal-proprjetà mir-riċevitur fuq il-bażi ta’ ordni effettiva għad-dħul fil-pussess u riċevuta li tiċċertifika l-ħlas tat-tariffi meħtieġa ta’ trasferiment tal-propjetà u tat-titlu. Ir-riskju ta’ telf tad-dritt tal-proprjetà jinġarr mix-xerrej u sakemm ix-xerrej jidħol fil-pussess, l-ispejjeż għall-preservazzjoni tiegħu ikunu koperti mill-patrimonju ta’ insolvenza.

Meta jkunu nbdew proċeduri ta’ infurzar kontra dritt ta’ proprjetà li tappartjeni b’mod konġunt fir-rigward ta’ dejn ta’ xi wħud mis-sidien, tiġi pprovduta deskrizzjoni tad-dritt tal-proprjetà b’mod globali iżda tinbiegħ biss il-parti mhux korporali dovuta mid-debitur. Il-proprjetà tista’ tinbiegħ fl-intier tagħha bil-kunsens bil-miktub tas-sidien konġunti l-oħra.

Fil-każ ta’ bejgħ ta’ proprjetà li d-debitur ikun ipoteka jew wiegħed sabiex jiggarantixxi d-dejn ta’ parti oħra jew ikun akkwista gravata b’ipoteka jew wegħda, ir-riċevitur jibgħat avviż lill-kreditur garantit li jinnotifikah dwar il-ħin tal-bejgħ. Jiġi abbozzat kont ta’ distribuzzjoni separat fejn jiġu indikati s-somom li għandhom jitħallsu lill-kreditur garantit mill-bejgħ ta’ dik il-proprjetà. Ir-riċevitur jirriserva s-somma pagabbli lill-kreditur garantit taħt dak il-kont ta’ distribuzzjoni u mgħoddija mal-preżentazzjoni tal-mandat ta’ eżekuzzjoni fir-rigward tad-dejn jew ċertifikat li l-pretensjoni ġiet ammessa għall-proċeduri ta’ insolvenza. Ir-riċevitur jirriserva l-ammont pagabbli lil kreditur garantit li jkollu pretensjoni fir-rigward ta’ dejn garantit b’rahan mal-preżentazzjoni ta’ ċertifikat mir-reġistru li jiċċertifika d-dħul ta’ rahan u dikjarazzjoni notarili ffirmata mill-kreditur u li turi l-ammont kurrenti tas-self garantit.

Filwaqt li taġixxi fuq proposta mir-riċevitur u f’konformità mar-riżoluzzjoni adottata mil-laqgħa tal-kredituri, il-qorti tal-insolvenza tawtorizza l-bejgħ tal-assi tad-debitur permezz ta’ negozjati diretti jew permezz ta’ intermedjarju, meta l-proprjetà personali u d-drittijiet tal-proprjetà, wara li jkunu tqiegħdu għall-bejgħ fit-totalità tagħhom bħala partijiet separati jew oġġetti u drittijiet individwali, ma nbigħux minħabba nuqqas ta’ xerrejja jew l-irtirar ta’ xerrej. Il-prezz tal-bejgħ ma jistax ikun inqas minn 80 fil-mija tal-valutazzjoni. Offerta għall-akkwist ta’ ishma dovuti mid-debitur f’kumpaniji oħra għandha l-ewwel issir lill-imsieħba l-oħra. Jekk l-offerta ma tiġix aċċettata f’perjodu ta’ xahar, l-ishma jinbiegħu. F’dan il-każ il-prezz tal-akkwist tal-ishma għandu jitħallas f’perjodu li ma jaqbiżx 60 xahar mid-data li fiha x-xerrej jiġi magħżul u kuntratt jiġi konkluż wara li l-prezz ikun tħallas kollu.

Jekk l-unitajiet tad-djar proprjetà tad-debitur ikunu mikrija lill-ħaddiema u lill-impjegati tad-debitur fid-data tar-riżoluzzjoni tal-laqgħa tal-kredituri dwar ir-regoli u l-proċedura għall-konverżjoni tagħhom fi flus, ir-riċevitur għandu l-ewwel joffri l-unitajiet tad-djar għall-bejgħ lill-ħaddiema u lill-impjegati jew lil persuni oħra li jkollhom pretensjonijiet li jirriżultaw minn relazzjonijiet ta’ impjieg mad-debitur, ħlief fil-każ ta’ kawżi pendenti fir-rigward tal-proprjetajiet inkwistjoni. Ir-riċevitur jibgħat stedina bil-miktub lil kull persuna, li jkun fiha deskrizzjoni tal-proprjetà, il-valutazzjoni tagħha, il-perjodu ta’ żmien għall-ħlas, li ma jistax ikun iqsar minn 30 jum u aktar minn 60 jum, u l-kont bankarju li l-flus għandhom jiġu depożitati fih. Il-partijiet għandhom jirrispondu għan-notifika fi żmien 14-il jum u jinnotifikaw lir-riċevitur jekk jixtiqux jixtru l-proprjetà bi prezz ugwali għal dak iddikjarat fil-valutazzjoni fil-perjodu ta’ żmien speċifikat. Meta jitħallas il-prezz, il-ħaddiema u l-impjegati jistgħu jpaċu l-pretensjonijiet tagħhom fir-rigward ta’ salarji mhux imħallsa dovuti lilhom mid-debitur. Il-kuntratt tal-bejgħ huwa abbozzat fil-forma ta’ kuntratt ta’ titolu ffirmat mir-riċevitur fil-kapaċità ta’ bejjiegħ. L-ispejjeż relatati mal-bejgħ għandhom jitħallsu mill-bejjiegħ.

Ir-riċevitur jitlob li oġġett ta’ proprjetà personali mwiegħed miżmum minn kreditur jew parti terza jingħata lilu u jbigħu skont il-proċedura stabbilita fil-Kapitolu Erbgħa u sittin tal-Att dwar il-Kummerċ, sakemm il-liġi ma tippermettix li l-bejgħ jiġi rranġat mill-kreditur mingħajr intervent ġudizzjarju.

11 Liema talbiet għandhom jiġu ppreżentati kontra l-patrimonju tal-insolvenza tad-debitur u kif għandhom jiġu ttrattati t-talbiet li jsiru wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza?

Il-pretensjonijiet li ġejjin jistgħu jiġu ddepożitati fi proċeduri ta’ insolvenza:

  • pretensjonijiet fir-rigward ta’ djun garantiti b’rahan jew b’ipoteka, jew pretensjonijiet fir-rigward ta’ djun li ġew sekwestrati, irreġistrati skond l-Att dwar Garanziji;
  • pretensjonijiet li fir-rigward tagħhom ikun eżerċitat id-dritt ta’ garanzija;
  • spejjeż imġarrba fil-proċeduri ta’ insolvenza (taxxa tal-boll pagabbli mal-preżentata u l-ispejjeż l-oħra kollha mġarrba sad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza; ir-remunerazzjoni tar-riċevitur; il-pretensjonijiet tal-ħaddiema u l-impjegati meta l-intrapriża tad-debitur ma tkunx waqqfet il-kummerċ; l-ispejjeż imġarrba minħabba t-tkabbir, l-amministrazzjoni, il-valutazzjoni u d-distribuzzjoni tal-patrimonju ta’ insolvenza; u l-pagamenti ta’ manteniment favur id-debitur u l-familja tiegħu);
  • pretensjonijiet li jirriżultaw minn kuntratti ta’ impjieg li kienu jeżistu qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza;
  • kumpens statutorju pagabbli lil partijiet terzi mid-debitur;
  • djun tal-liġi pubblika lill-gvern ċentrali jew lill-muniċipalitajiet, inklużi iżda mhux limitati għal dawk li jirriżultaw minn taxxi, dazji doganali, tariffi u kontribuzzjonijiet obbligatorji tas-sigurtà soċjali, jekk ikunu nqalgħu qabel id-data li fiha nfetħu l-proċeduri ta’ insolvenza;
  • pretensjonijiet li nħolqu wara l-bidu ta’ insolvenza u mhux imħallsa sad-data rispettiva ta’ maturità;
  • kwalunkwe pretensjonijiet mhux garantiti li jifdal li nħolqu qabel il-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza;
  • interess statutorju jew kuntrattwali fuq djun mhux garantiti dovuti wara d-data li fiha nfetħu l-proċeduri ta’ insolvenza;
  • self mogħti lid-debitur minn imsieħeb fin-negozju jew azzjonist;
  • donazzjonijiet;
  • l-ispejjeż imġarrba mill-kredituri b’konnessjoni mal-proċeduri ta’ insolvenza, ħlief għall-ispejjeż skont l-Artikolu 629b tal-Att dwar il-Kummerċ (spejjeż inizjali ta’ litigazzjoni mħallsa minn qabel).

Il-kredituri b’talbiet li nqalgħu wara d-data tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza jirċievu ħlas fid-data ta’ maturità rispettiva u, jekk ma jirċievu ebda ħlas, il-pretensjonijiet tagħhom jiġu sodisfatti skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 722(1) tal-Att dwar il-Kummerċ.

12 Liema huma r-regoli li jirregolaw il-preżentata, il-verifika u l-ammissjoni tat-talbiet?

Il-kredituri għandhom jippreżentaw il-pretensjonijiet tagħhom quddiem il-qorti tal-insolvenza bil-miktub fi żmien xahar mid-dħul tad-data tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ inssolvenza fir-Reġistru Kummerċjali, u jindikaw ir-raġunijiet għall-pretensjoni u l-ammont tagħha, privileġġi u titoli u indirizz għal notifika, u jipprovdu evidenza bil-miktub.

Mhux aktar tard minn 7 ijiem wara li jkun għadda l-perjodu ta’ xahar, ir-riċevitur iħejji:

  • lista tal-pretensjonijiet ippreżentati, irranġati fl-ordni ta’ kif waslu, li jindikaw ir-raġunijiet u l-ammont tal-pretensjoni, il-privileġġi u t-titoli u d-data tal-preżentazzjoni;
  • lista tal-pretensjonijiet suġġetti għad-dħul fil-lista mir-riċevitur fuq bażi ex officio, notevolment: il-pretensjonijiet ta’ ħaddiema jew impjegati li jirriżultaw mir-relazzjonijiet ta’ impjieg tagħhom mad-debitur u d-djun pubbliċi evalwati u stabbiliti f’deċiżjoni li daħlet fis-seħħ;
  • lista tal-pretensjonijiet ippreżentati li ma ġewx ippreżentati.

Il-pretensjonijiet ippreżentati wara li jkun skada l-perjodu ta’ xahar mid-dħul tad-deċiżjoni fir-Reġistru Kummerċjali, iżda mhux aktar tard minn xahrejn wara d-data li jkun skada fiha, jiġu miżjuda mal-lista ta’ pretensjonijiet ippreżentati u ammessi skont il- proċedura stabbilita bil-liġi. Wara li jkun skada t-tieni perjodu, ma jistgħu jiġu ppreżentati ebda pretensjonijiet fir-rigward ta’ djun li nqalgħu sal-bidu tal-proċeduri ta’ insolvenza.

Meta jerġgħu jinfetħu l-proċeduri ta’ insolvenza sospiżi, il-perjodu għat-tressiq tal-prestazzjonijiet jibda mid-dħul tad-deċiżjoni skont l-Artikolu 632(2) tal-Att dwar il-Kummerċ (deċiżjoni sabiex jitkomplew proċeduri ta’ insolvenza sospiżi).

Pretensjonijiet fir-rigward ta’ dejn mhux imħallas sad-data ta’ maturità li nħoloq wara l-bidu tal-proċeduri ta’ insolvenza u qabel l-approvazzjoni ta’ pjan ta’ rkupru huma ppreżentati skont l-istess proċedura u jiġu miżjuda ma’ lista addizzjonali mħejjija mir-riċevitur.

Ir-riċevitur jagħmel arranġamenti sabiex il-listi jiġu ppubblikati bla dewmien fir-Reġistru Kummerċjali u jagħmilhom disponibbli għall-kredituri u d-debitur fir-reġistru tal-qorti.

Id-debitur, kif ukoll kwalunkwe kreditur, jistgħu jippreżentaw oġġezzjoni bil-miktub lill-qorti, b’kopja lir-riċevitur, kontra pretensjoni ammessa jew mhux ammessa fi żmien 7 ijiem mid-data li fiha l-lista tiġi ppubblikata fir-Reġistru Kummerċjali. Pretensjoni vverifikata permezz ta’ sentenza effettiva mogħtija wara d-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza li r-riċevitur ipparteċipa fiha ma tistax tiġi kkontestata.

Jekk ma jaslu ebda oġġezzjonijiet kontra l-listi, il-qorti tapprova l-lista tal-pretensjonijiet ammessi u mdaħħla fuq bażi ex officio f’sessjoni magħluqa immedjatament wara li jkun skada l-perjodu ta’ sebat ijiem. Meta jiġu ppreżentati oġġezzjonijiet kontra l-listi, l-imħallef jirrevedihom f’seduta tal-qorti miftuħa, wara li jkun sejjaħ lir-riċevitur, id-debitur, il-kreditur li jkollhom il-pretensjoni ammessa jew mhux ammessa kkontestata u lill-kreditur li jkun oġġezzjona għall-pretensjoni. Fejn ikun possibbli, l-oġġezzjonijiet kollha jiġu indirizzati f’seduta waħda. Meta jinstab li oġġezzjoni għandha mertu, il-qorti tapprova l-lista, wara li tkun għamlet l-aġġustament meħtieġ. Meta dan ma jkunx il-każ, il-qorti tiċħad l-oġġezzjonijiet fi żmien 14-il jum mid-data tas-seduta. Id-deċiżjoni tal-qorti dwar l-approvazzjoni tal-lista tiġi ppubblikata fir-Reġistru Kummerċjali u ma tistax tiġi appellata.

Kreditur li jkun ippreżenta pretensjoni wara l-perjodu ta’ xahar mid-dħul tad-deċiżjoni fir-Reġistru Kummerċjali, iżda mhux aktar tard minn xahrejn mid-data li fiha dak il-perjodu jkun skada, ma jistax jikkontesta l-pretensjoni ammessa jew mhux ammessa jew jitlob arranġament tad-dejn mill-bqija tal-patrimonju ta’ insolvenza, jekk il-proprjetà immobbli tkun ġiet ikkonvertita fi flus.

Sussegwentement, il-pretensjonijiet ippreżentati ammessi skont il-proċedura stabbilita bil-liġi huma miżjuda mal-lista approvata mill-qorti.

Kreditur jew debitur li ressaq oġġezzjoni miċħuda kontra l-lista mfassla mir-riċevitur u l-kreditur bi pretensjoni li kienet eskluża mil-lista ta’ pretensjonijiet ammessi jew kreditur u debitur fir-rigward ta’ pretensjoni miżjuda mal-lista ta’ pretensjonijiet ammessi wara oġġezzjoni aċċettata mill-qorti, jista’ jippreżenta pretensjoni skont l-Artikolu 694 tal-Att dwar il-Kummerċ li titlob il-validazzjoni tal-pretensjoni mhux ammessa jew l-invalidazzjoni ta’ pretensjoni ammessa fi żmien 7 ijiem mid-data li fiha d-deċiżjoni tal-qorti dwar l-approvazzjoni tal-lista ta’ pretensjonijiet ammessi tiġi ppubblikata fir-Reġistru Kummerċjali. Id-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni għandu effett determinanti għad-debitur, ir-riċevitur u l-kredituri kollha fil-proċeduri ta’ insolvenza.

Fi proċeduri ta’ insolvenza, pretensjoni ammessa hija pretensjoni inkluża fil-lista approvata mill-qorti ta’ pretensjonijiet ammessi, ħlief għal pretensjonijiet ikkontestati bi pretensjoni ta’ konvalidazzjoni skont l-Artikolu 694 tal-Att dwar il-Kummerċ.

13 Liema huma r-regoli li jirregolaw it-tqassim tal-assi wara tmiem il-proċedimenti? Kif jiġu kklassifikati t-talbiet u d-drittijiet tal-kredituri?

Skont l-Att dwar il-Kummerċ, id-distribuzzjoni hija awtorizzata meta jkun hemm biżżejjed rikavat mill-konverżjoni tal-patrimonju fi flus.

Ir-riċevitur ifassal tabella għad-distribuzzjoni tal-flus disponibbli bejn il-kredituri, filwaqt li jikkunsidra l-klassifika tal-prijoritajiet, il-privileġġi u t-titoli. It-tabella ta’ distribuzzjoni tibqa’ parzjali sakemm il-pretensjonijiet kollha jkunu tħallsu b’mod sħiħ jew il-patrimonju kollu ta’ insolvenza jkun ġie kkonvertit fi flus, ħlief għal proprjetà personali li ma tistax tinbiegħ. It-tabella ta’ distribuzzjoni tidher b’mod prominenti għal 14-il jum fuq bord ta’ avviżi apposta fil-bini tal-qorti li huwa miftuħ għall-pubbliku. It-tabella ta’ distribuzzjoni hija ppubblikata fir-Reġistru Kummerċjali. Fil-perjodu speċifikat hawn fuq, il-kumitat tal-kredituri u kull kreditur jistgħu jippreżentaw oġġezzjoni bil-miktub kontra t-tabella ta’ distribuzzjoni quddiem il-qorti. Il-qorti tapprova t-tabella ta’ distribuzzjoni, wara li tkun għamlet l-aġġustamenti meħtieġa wara li tkun aċċertat il-legalità tat-tabella, fuq inizjattiva proprja jew fuq mozzjoni oħra li toġġezzjona. Id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tat-tabella ta’ distribuzzjoni u l-oġġezzjonijiet ippreżentati kontriha huma ppubblikati fir-Reġistru Kummerċjali, u għalhekk tiġi nnotifikata lill-kredituri u lid-debitur. Id-deċiżjoni li tapprova t-tabella ta’ distribuzzjoni tista’ tiġi kkontestata mir-riċevitur, mill-kumitat tal-kredituri jew minn kreditur, irrispettivament minn jekk dak il-kreditur ikunx ressaq oġġezzjoni kontra d-deċiżjoni li biha l-qorti annullat jew immodifikat it-tabella ta’ distribuzzjoni. Id-distribuzzjonijiet taħt it-tabella approvata mill-qorti huma magħmula mir-riċevitur.

Tiġi segwita l-proċedura li ġejja għall-ħlas tal-pretensjonijiet billi jsiru distribuzzjonijiet mill-patrimonju kkonvertit fi flus, stipulata fl-Artikolu 722 tal-Att dwar il-Kummerċ:

  1. pretensjonijiet garantiti permezz ta’ rahan jew ipoteka jew sekwestru, irreġistrati skont l-Att dwar il-Garanziji — mir-rikavat mir-realizzazzjoni tas-sigurtà;
  2. pretensjonijiet li fir-rigward tagħhom ikun eżerċitat id-dritt ta’ garanzija — mill-valur tal-assi suġġett għal rahan;
  3. spejjeż imġarrba fil-proċeduri ta’ insolvenza (taxxa tal-boll pagabbli mal-preżentata u l-ispejjeż l-oħra kollha mġarrba sad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza; ir-remunerazzjoni tar-riċevitur; il-pretensjonijiet tal-ħaddiema u l-impjegati meta l-intrapriża tad-debitur ma tkunx waqqfet il-kummerċ; l-ispejjeż imġarrba minħabba t-tkabbir, l-amministrazzjoni, il-valutazzjoni u d-distribuzzjoni tal-patrimonju ta’ insolvenza; u l-pagamenti ta’ manteniment favur id-debitur u l-familja tiegħu);
  4. pretensjonijiet li nħolqu minn kuntratti ta’ impjieg li kienu jeżistu qabel il-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza;
  5. kumpens statutorju pagabbli lil partijiet terzi mid-debitur;
  6. djun tal-liġi pubblika lill-gvern ċentrali jew lill-muniċipalitajiet inklużi, iżda mhux limitati għal dawk li jirriżultaw minn taxxi, dazji doganali, tariffi u kontribuzzjonijiet obbligatorji tas-sigurtà soċjali, jekk ikunu nħolqu qabel il-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza;
  7. ammonti riċevibbli li nħolqu wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza u li ma tħallsux sad-data rispettiva ta’ maturità;
  8. kwalunkwe pretensjonijiet mhux garantiti li nħolqu qabel il-proċeduri ta’ insolvenza;
  9. imgħax statutorju jew kuntrattwali fuq djun mhux garantiti li saru dovuti wara d-data li fiha nfetħu l-proċeduri ta’ insolvenza;
  10. self mogħti lid-debitur minn imsieħeb fin-negozju jew azzjonist;
  11. donazzjonijiet;
  12. l-ispejjeż imġarrba mill-kredituri b’konnessjoni mal-proċeduri ta’ insolvenza, ħlief għall-ispejjeż skont l-Artikolu 629b tal-Att dwar il-Kummerċ (spejjeż inizjali ta’ litigazzjoni mħallsa minn qabel).

Meta jkunu disponibbli fondi insuffiċjenti sabiex jissodisfaw il-pretensjonijiet imsemmija fis-subparagrafi 3 sa 12 b’mod sħiħ, isiru distribuzzjonijiet proporzjonali għal kull klassi ta’ kredituri. Meta l-gvern ċentrali jkun iddepożita bosta pretensjonijiet tal-istess klassi u dawn ikunu ġew ammessi, l-ammonti jintbagħtu f’pagament wieħed mill-kont tad-distribuzzjoni tal-assi u, malli jaslu, jitqassmu mill-Aġenzija Nazzjonali tat-Taxxa skont il-Kodiċi ta’ Proċedura tat-Taxxa u l-Assigurazzjoni Soċjali. L-Aġenzija Nazzjonali tad-Dħul tinnotifika d-distribuzzjoni magħmula lill-qorti tal-insolvenza u lir-riċevitur mingħajr dewmien.

Pretensjonijiet li jirriżultaw minn imgħax statutorju jew kuntrattwali fuq djun mhux garantiti, li saru dovuti wara d-data tal-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza; pretensjonijiet fir-rigward ta’ djun li jirriżultaw minn self mogħti lid-debitur minn imsieħeb fin-negozju jew azzjonist; kredituri li jkollhom pretensjonijiet li jirriżultaw minn donazzjonijiet u mill-ispejjeż imġarrba minn kreditur fil-proċeduri ta’ insolvenza, ħlief dawk previsti fl-Artikolu 629b tal-Att dwar il-Kummerċ (spejjeż ta’ litigazzjoni inizjali mħallsa minn qabel) jistgħu jiġu sodisfatti biss wara li l-pretensjonijiet tal-kredituri l-oħra kollha jkunu tħallsu b’mod sħiħ. Il-kreditur li jkun iddepożita pretensjoni wara li tkun saret distribuzzjoni jiġi miżjud mal-lista tal-kredituri bi pretensjonijiet li għandhom jitħallsu minn distribuzzjonijiet sussegwenti mingħajr id-dritt li l-pretensjoni tiegħu tiġi mħallsa billi jirċievi sehem ogħla tal-patrimonju kkonvertit f’distribuzzjonijiet sussegwenti bħala kumpens talli ma rċeviex sehem mid-distribuzzjonijiet preċedenti.

Il-kredituri garantiti jżommu t-titoli tagħhom fil-proċeduri ta’ insolvenza. Il-pretensjonijiet tagħhom jitħallsu l-ewwel u dak il-privileġġ huwa applikabbli biss għar-rikavat mir-realizzazzjoni tal-garanzija miżmuma. Meta l-prezz tal-bejgħ tal-proprjetà personali mwiegħda jew ipotekata ma jkunx biżżejjed biex ikopri l-ammont sħiħ tad-dejn, flimkien mal-imgħax akkumulat, il-kreditur jipparteċipa fid-distribuzzjoni bħala kreditur mhux assigurat. Meta l-prezz tal-bejgħ ta’ oġġett ta’ proprjetà personali mwiegħed jew ipotekat jaqbeż id-dejn garantit, inkluż l-imgħax akkumulat, l-ammont li jifdal jiżdied mal-patrimonju ta’ insolvenza. Din ir-regola tapplika wkoll għall-ħlas tat-talbiet tal-kredituri bi dritt ta’ garanzija.

Il-kreditur li l-pretensjoni tiegħu ġiet parzjalment imħallsa fil-proċeduri prinċipali li fihom kummerċjant ġie ddikjarat insolventi minn qorti barranija, jipparteċipa fid-distribuzzjoni tal-proprjetà fil-proċeduri anċillari mibdija quddiem qorti Bulgara, jekk il-kummerċjant jippossjedi assi sinifikanti fil-Bulgarija u s-sehem, li l-kreditur jirċievi mid-distribuzzjoni tal-proprjetà fil-proċeduri anċillari jaqbeż dak tal-kredituri l-oħra fl-istess proċeduri. L-assi li jifdal wara t-tqassim tal-proprjetà fil-proċeduri anċillari jiġu trasferiti għall-assi fil-proċeduri prinċipali.

Pretensjoni suġġetta għal posponiment hija inkluża fid-distribuzzjoni inizjali bħala pretensjoni kkontestata u dispożizzjoni għall-ħlas tagħha titwarrab fil-kont tad-distribuzzjoni. Il-pretensjoni hija eskluża mid-distribuzzjoni finali jekk il-kundizzjoni għall-posponiment tkun għadha valida. Madankollu, pretensjoni suġġetta għal kundizzjoni perentorja hija inkluża fid-distribuzzjoni bħala mħallsa bħala pretensjoni inkondizzjonata.

Id-dispożizzjonijiet għall-ammont tal-pretensjoni kkontestata minn azzjoni ċivili huma mwarrba wkoll fil-kont tad-distribuzzjoni. Meta s-sigurtà jew il-privileġġ biss jiġu kkontestati, il-pretensjoni hija provviżorjament inkluża fid-distribuzzjoni bħala pretensjoni mhux garantita sakemm tingħata deċiżjoni dwar it-tilwima u dispożizzjoni daqs l-ammont li l-kreditur jirċievi għal pretensjoni assigurata tiġi mwarrba fil-kont tad-distribuzzjoni. Għandha ssir dispożizzjoni fil-pjan ta’ rkupru jew fuq distribuzzjoni tal-patrimonju kkonvertit għal pretensjonijiet mhux ammessi kkontestati minn pretensjonijiet ta’ konvalidazzjoni skont l-Artikolu 694 tal-Att dwar il-Kummerċ.

Ir-riċevitur, waqt li jaġixxi fuq ordni tal-qorti, jiddepożita f’bank l-ammonti mwarrba fil-ħin tad-distribuzzjoni finali għal pretensjonijiet mhux miġbura jew ikkontestati. Id-debitur jista’ jirċievi l-bqija tal-patrimonju ta’ insolvenza, jekk ikun hemm, wara li d-djun tiegħu jitħallsu bis-sħiħ u b’mod finali.

14 Liema huma l-kundizzjonijiet għal, u l-effetti tal-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza (b'mod partikolari b'miżura komposta)?

Il-qorti tordna li l-proċeduri ta’ insolvenza jingħalqu fil-każijiet li ġejjin:

  • jekk fi żmien sena mid-dħul tad-deċiżjoni skont l-Artikolu 632(1) tal-Att dwar il-Kummerċ (id-deċiżjoni tas-sospensjoni tal-proċeduri ta’ insolvenza minħabba li l-proprjetà disponibbli mhix biżżejjed biex tkopri l-ispejjeż tal-proċedura ta’ insolvenza u n-nuqqas ta’ ħlas tal-ispejjeż imġarrba fil-proċeduri) ma jkunx ġie mitlub li jitkomplew il-proċeduri;
  • tbattil tal-patrimonju ta’ insolvenza;
  • il-ħlas tal-pretensjonijiet kollha;
  • approvazzjoni ta’ pjan ta’ rkupru;
  • il-konklużjoni ta’ ftehim bejn id-debitur u l-kredituri kollha li għandhom pretensjonijiet ammessi, jekk il-ftehim jissodisfa r-rekwiżiti statutorji applikabbli u jekk ma tkun tressqet ebda azzjoni ta’ sentenza dikjaratorja skont l-Artikolu 694 tal-Att dwar il-Kummerċ fir-rigward ta’ pretensjoni ammessa mhux eżistenti.

Fl-ewwel tliet każijiet, fid-deċiżjoni dwar l-għeluq tal-proċeduri, il-qorti tal-insolvenza tordna li l-kummerċjant jitneħħa minn fuq ir-reġistru, sakemm il-pretensjonijiet kollha tal-kredituri ma jkunux ġew imħallsa u l-assi mhux realizzati jibqgħu fil-patrimonju ta’ insolvenza. Id-deċiżjoni hija suġġetta għal appell fi żmien 7 ijiem mid-data tad-dħul fir-Reġistru Kummerċjali.

Il-proċeduri ta’ insolvenza ma jingħalqux meta l-obbligazzjonijiet tad-debitur ikunu ggarantiti minn titoli ta’ partijiet terzi u proċeduri ta’ infurzar kontra t-titoli jkunu għadhom għaddejjin jew meta d-debitur ikun parti minn kawża pendenti.

Taħt il-liġi nazzjonali, ir-ristrutturar bil-għan li tiġi salvata l-impriża tad-debitur huwa element tal-proċeduri prinċipali ta’ insolvenza.

Ir-riabilitazzjoni korporattiva hija stadju fakultattiv indipendenti fil-proċeduri ta’ insolvenza. L-insegwiment tar-riabilitazzjoni jeħtieġ applikazzjoni apposta bil-miktub lill-qorti li fiha jiġi propost pjan ta’ rkupru minn xi waħda mill-partijiet li ġejjin: id-debitur, ir-riċevitur, il-kredituri li għandhom mill-inqas terz ta’ pretensjonijiet garantiti, il-kredituri li jkollhom mill-inqas terz ta’ pretensjonijiet mhux garantiti; l-imsieħba jew l-azzjonisti li jkollhom mill-inqas terz tal-ekwità tal-azzjonisti tal-intrapriża tad-debitur; imsieħeb b’responsabbiltà illimitata jew għoxrin fil-mija tan-numru totali ta’ ħaddiema u impjegati tal-intrapriża tad-debitur.

Jista’ jiġi propost pjan ta’ rkupru (jew pjanijiet ta’ rkupru) mill-ħin tal-preżentazzjoni tal-petizzjoni tal-insolvenza sakemm jgħaddi xahar mid-data tad-dħul fir-Reġistru Kummerċjali tad-deċiżjoni tal-qorti dwar l-approvazzjoni tal-lista ta’ pretensjonijiet ammessi. L-ispejjeż imġarrba fuq pjan ta’ rkupru propost mid-debitur jew mir-riċevitur huma koperti mill-patrimonju ta’ insolvenza u fil-każijiet l-oħra kollha huma koperti mill-parti li pproponiet il-pjan.

Il-kontenut tal-pjan ta’ rkupru għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 700(1) tal-Att dwar il-Kummerċ u jindirizza kwistjonijiet, bħal-limitu safejn il-pretensjonijiet inklużi fil-listi approvati mill-qorti fid-data li fiha ġie propost il-pjan ikunu sodisfatti; il-mod u l-iskeda taż-żmien għall-ħlas ta’ kull klassi ta’ pretensjonijiet, il-garanziji għall-ħlas ta’ pretensjonijiet ikkontestati mhux ammessi li fir-rigward tagħhom hemm kawżi pendenti fid-data li fiha jiġi propost il-pjan; il-kundizzjonijiet li fuqhom l-imsieħba f’soċjetajiet ġenerali jew limitati huma rilaxxati totalment jew parzjalment mir-responsabbiltà; il-limitu safejn il-pretensjonijiet miżmuma minn kull klassi ta’ kredituri jkunu sodisfatti meta mqabbla mal-proprjetà li jirċievu taħt distribuzzjoni skont il-proċedura ġenerali stabbilita mil-liġi; il-garanziji pprovduti lil kull klassi ta’ kredituri b’rabta mal-implimentazzjoni tal-pjan; l-azzjonijiet amministrattivi, organizzattivi, legali, finanzjarji, tekniċi u oħrajn li għandhom jittieħdu sabiex jiġi implimentat il-pjan; u l-impatt tal-pjan fuq il-ħaddiema u l-impjegati tal-intrapriża tad-debitur. Il-pjan ta’ rkupru jista’ jistabbilixxi wkoll azzjonijiet jew tranżazzjonijiet proposti li jimmiraw biex jirrestawraw il-vijabbiltà tal-intrapriża, inkluż bejgħ tal-intrapriża kollha jew parti minnha, il-kundizzjonijiet u l-mod li bih għandu jsir bejgħ, skambji ta’ dejn ma’ ekwità, novazzjoni ta’ obbligazzjonijiet jew azzjonijiet u tranżazzjonijiet oħra (il-pjan jeskludi speċifikament l-għażla tal-bejgħ tal-proprjetà ta’ operaturi tal-ilma u tad-drenaġġ meħtieġa għall-operazzjonijiet primarji tagħhom sakemm ikun iddikjarat operatur ġdid tal-ilma u d-drenaġġ fiż-żona rispettiva), il-ħatra ta’ korp ta’ sorveljanza b’setgħat li jeżerċita kontroll fuq l-attivitajiet tad-debitur għat-tul tal-pjan ta’ rkupru jew perjodu iqsar, posponiment jew differiment ta’ ħlas, ħelsien totali jew parzjali mid-dejn, ristrutturar tal-kumpanija jew azzjonijiet u tranżazzjonijiet oħra.

Jekk il-pjan jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti mil-liġi (l-Artikolu 700(1) tal-Att dwar il-Kummerċ), il-qorti toħroġ deċiżjoni li tippermetti li l-pjan jiġi kkunsidrat mil-laqgħa tal-kredituri u tordna li avviż li jistabbilixxi data għal-laqgħa jiġi ppubblikat fir-Reġistru Kummerċjali. Meta jkun meħtieġ, jintbagħat avviż lill-parti li pproponiet il-pjan, li jordnalha tirrimedja n-nuqqasijiet misjuba. Id-deċiżjoni tista’ tiġi appellata f’perjodu ta’ 7 ijiem.

Dawk il-kredituri biss li jkollhom pretensjonijiet ammessi jew ivvalidati jew kredituri mogħtija drittijiet tal-vot mill-qorti jistgħu jivvutaw fuq il-pjan. Il-kredituri jivvutaw separatament fil-klassijiet individwali stabbiliti bil-liġi u jistgħu jitfgħu l-vot tagħhom mingħajr ma jkunu preżenti waqt il-laqgħa permezz ta’ ittra notarili ta’ awtorizzazzjoni li jkollha l-firma tal-kreditur. Il-pjan huwa adottat minn kull klassi ta’ kredituri b’maġġoranza sempliċi ta’ pretensjonijiet fil-klassi rilevanti. Jistgħu jiġu ppreżentati oġġezzjonijiet kontra l-pjan adottat lill-qorti tal-insolvenza fi żmien 7 ijiem mid-data tal-votazzjoni. Jistgħu jiġu ppreżentati oġġezzjonijiet ukoll minn kredituri li jkunu ppreżentaw pretensjonijiet ta’ konvalidazzjoni skont l-Artikolu 694 tal-Att dwar il-Kummerċ. Il-pjan jiġi miċħud jekk aktar minn nofs il-kredituri li jkollhom pretensjonijiet ammessi, irrispettivament mill-klassi ta’ dawk il-pretensjonijiet, ivvutaw kontrih. Avviż dwar l-adozzjoni tal-pjan huwa ppubblikat fir-Reġistru Kummerċjali.

Il-Qorti tapprova l-pjan ta’ rkupru jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 705(1) tal-Att dwar il-Kummerċ, jiġifieri jekk il-ħtiġijiet kollha stabbiliti mil-liġi għall-adozzjoni tagħha mill-klassijiet differenti tal-kredituri jkunu ntlaħqu; dan ġie adottat minn maġġoranza tal-kredituri li jkollhom aktar minn nofs il-pretensjonijiet ammessi inklużi fil-listi approvat mill-Qorti; jekk il-pjan jipprevedi ħlas parzjali, mill-inqas klassi waħda tal-kredituri li adottaw il-pjan jirċievu ħlas parzjali; il-kredituri kollha tal-istess klassi huma trattati b’mod ugwali, sakemm kredituri preġudikati ma jkunux irrinunzjaw bil-miktub l-oġġezzjonijiet tagħhom għall-adozzjoni tal-pjan; il-pjan jiżgura illi kreditur u debitur li jkollhom opinjoni kuntrarja jirċievu l-istess pagament li kienu jirċievu kieku l-assi kellhom jitqassmu skont il-proċedura ġenerali stabbilita mil-liġi; ebda kreditur ma jirċievi aktar milli huwa dovut lilu taħt il-pretensjoni ammessa tiegħu; ebda dħul ma jitħallas lill-imsieħba jew azzjonisti sal-ħlas sħiħ u finali tal-pretensjonijiet tal-klassi ta’ kredituri li l-interessi tagħhom huma affettwati mill-pjan; ma jsiru ebda pagamenti ta’ manteniment favur il-kummerċjanti waħdiena, imsieħba illimitati u l-familji tagħhom f’ammont li jaqbeż dak stabbilit mill-Qorti sal-ħlas sħiħ u finali tal-pretensjonijiet tal-klassi ta’ kredituri li l-interessi tagħhom huma affettwati mill-pjan. Jekk il-laqgħa tal-kredituri tkun adottat bosta pjanijiet u l-pjanijiet kollha jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti mil-liġi, il-qorti tapprova l-pjan adottat mill-kredituri li jkollhom iktar minn nofs il-pretensjonijiet ammessi.

Il-pjan ta’ rkupru jista’ jiġi ammess għall-proċeduri anċillari ta’ insolvenza mibdija minn qorti Bulgara, jekk il-kummerċjant jippossjedi assi sinifikanti fil-Bulgarija, bil-kunsens tar-riċevitur fil-proċeduri prinċipali li fihom il-kummerċjant ġie ddikjarat insolventi minn qorti barranija.

Permezz tad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-pjan ta’ rkupru, il-qorti tordna l-għeluq tal-proċeduri u taħtar il-korp superviżorju propost fil-pjan jew elett mill-kumitat tal-kredituri. Id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-pjan ta’ rkupru u d-deċiżjoni li tiċħad pjan żviluppat bil-għan li tiġi rriabilitata l-intrapriża tad-debitur, li ġiet adottata mil-laqgħa tal-kredituri, huma suġġetti għal appell fi żmien 7 ijiem mid-data tad-dħul fir-Reġistru Kummerċjali.

Il-pjan approvat mill-qorti huwa obbligatorju għad-debitur u l-kredituri kollha bi pretensjonijiet fir-rigward ta’ djun imġarrba qabel id-data tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza. Kull kreditur jista’ japplika għal mandat ta’ infurzar skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 405 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili sabiex jitlob l-infurzar tal-pretensjoni kkonvertita, irrispettivament mill-ammont tagħha.

Jekk id-debitur ma jimplimentax il-pjan ta’ rkupru, il-kredituri li jkollhom pretensjonijiet ikkonvertiti skont il-pjan li jirrappreżentaw mill-inqas 15 fil-mija tal-ammont totali tal-pretensjonijiet, jew il-korp superviżorju maħtur mill-qorti, jistgħu jitolbu lill-qorti tkompli l-proċeduri ta’ insolvenza mingħajr ħtieġa ta’ prova ta’ insolvenza jew ta’ dejn eċċessiv. F’dan il-każ, l-effett ta’ konverżjoni tal-pjan fir-rigward tad-drittijiet u t-titoli tal-kredituri jibqa’ mhux affettwat. Ma jsiru ebda proċeduri ta’ riabilitazzjoni taħt il-proċeduri ta’ insolvenza li tkomplew.

Jekk il-bejgħ tal-intrapriża kollha jew parti minnha jkun previst fil-pjan ta’ rkupru approvat, għandu jiġi konkluż ftehim ta’ bejgħ fi żmien xahar mid-data li fiha daħlet fis-seħħ id-deċiżjoni li tapprova l-pjan. Jekk ftehim ta’ bejgħ ma jiġix konkluż fiż-żmien stipulat fil-pjan ta’ rkupru approvat, kull parti tista’, fi żmien xahar mill-iskadenza tal-perjodu ta’ xahar għall-konklużjoni tal-ftehim ta’ bejgħ, titlob lill-qorti tal-insolvenza tiddikjara li l-ftehim huwa konkluż. Jekk l-ebda waħda mill-partijiet ma titlob li l-ftehim jiġi ddikjarat konkluż u kreditur ikun ressaq applikazzjoni, il-qorti tal-insolvenza tkompli l-proċeduri u tiddikjara lid-debitur insolventi.

Minbarra l-adozzjoni ta’ pjan ta’ rkupru, l-Att dwar il-Kummerċ jipprovdi possibbiltà oħra għal arranġament bejn id-debitur u l-kredituri. Id-debitur jista’, b’mod indipendenti, jikkonkludi ftehim ta’ ħlas ta’ dejn bil-miktub mal-kredituri kollha bi pretensjonijiet ammessi fi kwalunkwe stadju tal-proċeduri mingħajr ma jkun rappreżentat mir-riċevitur. Jekk il-ftehim jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti bil-liġi, il-qorti tissosspendi l-proċeduri, jekk ikunu tressqu azzjonijiet tas-sentenza dikjaratorja li jikkontestaw l-eżistenza ta’ pretensjonijiet ammessi skont l-Artikolu 694(1) tal-Att dwar il-Kummerċ. Id-deċiżjoni hija suġġetta għal appell fi żmien 7 ijiem mid-data tad-dħul fir-Reġistru Kummerċjali.

15 X'inhuma d-drittijiet tal-kredituri wara l-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza?

Il-laqgħa finali tal-kredituri tadotta deċiżjoni dwar il-proprjetà personali li ma tistax tinbiegħ fil-patrimonju ta’ insolvenza u tista’ tiddeċiedi li proprjetà personali ta’ valur negliġibbli jew ammonti riċevibbli li jkun diffiċli ħafna sabiex jinġabru jiġu rrestawrati lid-debitur. Ir-riċevitur, waqt li jaġixxi fuq ordni tal-qorti, jiddepożita f’bank l-ammonti mwarrba fil-ħin tad-distribuzzjoni finali għal pretensjonijiet mhux miġbura jew ikkontestati.

Mal-għeluq tal-proċeduri ta’ insolvenza, il-preklużjoni ġenerali titneħħa u l-miżura ta’ prekawzjoni titħassar ex officio mid-data effettiva tad-deċiżjoni dwar l-għeluq tal-proċeduri ta’ insolvenza.

Kwalunkwe pretensjonijiet li ma ġewx ippreżentati u d-drittijiet li ma kinux eżerċitati fil-proċeduri ta’ insolvenza huma mitmuma. Il-pretensjonijiet li ma setgħux jiġu sodisfatti fil-proċeduri ta’ insolvenza jintemmu, ħlief meta l-proċeduri jerġgħu jibdew skont l-Artikolu 744(1) tal-Att dwar il-Kummerċ (jekk fi żmien sena mid-data li fiha ġew sospiżi l-proċeduri, jiġu rilaxxati ammonti mwarrba għal pretensjonijiet ikkontestati jew jiġu skoperti assi li l-eżistenza tagħhom ma kinitx magħrufa matul il-proċeduri ta’ insolvenza).

Meta d-debitur ikun ikkonkluda ftehim ta’ ħlas ta’ dejn mal-kredituri kollha li jkollhom pretensjonijiet ammessi u l-proċeduri ta’ insolvenza jkunu ġew magħluqa, il-kredituri jistgħu jfittxu rimedju skont ir-regoli ġenerali stabbiliti fil-liġi ċivili, sakemm l-Att dwar il-Kummerċ ma jipprovdix mod ieħor. Meta d-debitur ma jikkonformax mal-ftehim tal-ħlas tad-dejn, il-kredituri li jkollhom mill-inqas 15 fil-mija tal-pretensjonijiet totali jistgħu jitolbu li l-proċeduri ta’ insolvenza jitkomplew mingħajr ħtieġa ta’ prova ta’ insolvenza jew ta’ dejn eċċessiv.

Meta jingħalqu l-proċeduri ta’ insolvenza wara l-approvazzjoni tal-pjan ta’ rkupru, jibda perjodu ġdid ta’ preskrizzjoni statutorja skont l-Artikolu 110 tal-Att dwar l-Obbligi u l-Kuntratti għall-obbligazzjonijiet imġarrba qabel id-data tad-deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza mid-data effettiva tad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-pjan ta’ rkupru, meta l-obbligazzjonijiet inkwistjoni jkunu suġġetti għal ħlas immedjat jew mid-data li fiha l-obbligazzjonijiet ikunu dovuti u pagabbli, jekk il-pjan ta’ rkupru jipprovdi għad-differiment tagħhom. Skont l-Artikolu 110 tal-Att dwar l-Obbligi u l-Kuntratti, il-pretensjonijiet kollha jintemmu meta jiskadi l-perjodu ta’ preskrizzjoni statutorja ta’ ħames snin, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor bil-liġi. Meta titressaq applikazzjoni għat-tkomplija tal-proċeduri ta’ insolvenza, it-terminu ta’ preskrizzjoni statutorja għal pretensjonijiet ammessi jiġi sospiż matul il-proċedura ta’ tkomplija. Kreditur jista’ japplika għal mandat ta’ infurzar fir-rigward tal-pretensjoni konvertita tiegħu, irrispettivament mill-ammont tiegħu, fuq il-bażi tal-pjan ta’ rkupru approvat mill-qorti.

16 Min għandu jagħmel tajjeb għall-kostijiet u l-ispejjeż involuti fil-proċedimenti ta' insolvenza?

Skont il-liġi nazzjonali l-ispejjeż tal-proċedura ta’ insolvenza jinkludu:

  • it-taxxa tal-boll pagabbli fir-rigward tal-proċeduri ta’ insolvenza u l-ispejjeż l-oħra kollha mġarrba sad-data effettiva tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza;
  • ir-remunerazzjoni tar-riċevitur;
  • il-pretensjonijiet tal-ħaddiema u l-impjegati tal-intrapriża tad-debitur meta ma tkun waqqfet il-kummerċ;
  • l-ispejjeż imġarrba fuq it-tkabbir, l-amministrazzjoni, il-valutazzjoni u d-distribuzzjoni tal-patrimonju ta’ insolvenza;
  • il-pagament ta’ manteniment imħallas lid-debitur u lill-familja tiegħu;

L-ebda taxxa fuq il-boll ma’ għandha titħallas bil-quddiem meta tkun ġiet ippreżentata petizzjoni ta’ insolvenza mid-debitur. It-taxxa tal-boll hija koperta mill-patrimonju ta’ insolvenza mad-distribuzzjoni tal-assi. Meta l-applikazzjoni għal insolvenza tiġi ppreżentata minn kreditur, u meta kokreditur ikun kostitwit bħala parti fil-proċeduri, it-taxxa tal-boll tinġabar mill-kreditur jew mill-parti kostitwita bħala kokreditur.

Għall-iskop tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza, meta l-assi disponibbli tad-debitur ma jkunux biżżejjed biex ikopru l-ispejjeż inizjali tal-proċedura ta’ insolvenza, jew meta ssir determinazzjoni waqt il-proċeduri ta’ insolvenza li l-assi disponibbli tad-debitur mhumiex biżżejjed biex ikopru l-ispejjeż tal-proċedura ta’ insolvenza, il-qorti tiddetermina ammont li għandu jitħallas minn qabel mid-debitur jew mill-kreditur f’perjodu stabbilit mill-qorti. L-ispejjeż inizjali tal-proċedura ta’ insolvenza huma vvalutati mill-qorti, b’kont meħud tar-remunerazzjoni attwali tar-riċevitur provviżorju u l-ispejjeż stmati tal-proċedura ta’ insolvenza. Meta d-debitur ikun soċjetà, il-qorti tiddeċiedi dwar il-ħlas bil-quddiem tal-ispejjeż, b’kont meħud tal-proprjetà tal-imsieħba b’responsabbiltà illimitata.

Meta jibdew il-proċeduri ta’ insolvenza, l-ispejjeż huma koperti mill-patrimonju ta’ insolvenza. Għal dan l-iskop, il-qorti tista’ toħroġ ordni li tawtorizza lir-riċevitur jagħmel id-disponimenti meħtieġa.

Meta l-proċeduri jkunu fl-istadju ta’ tkabbir fil-patrimonju ta’ insolvenza, it-taxxa tal-boll mhix pagabbli minn qabel. L-ebda taxxa fuq il-boll ma tinġabar meta ċ-ċirkostanzi relatati mal-insolvenza jiddaħħlu fir-Reġistru Kummerċjali fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet u l-ordnijiet tal-qorti u mad-dħul u t-tħassir ta’ sekwestru jew preklużjoni ġenerali.

Fi proċeduri mibdija fuq mozzjoni sabiex titwarrab tranżazzjoni abbażi tal-Artikoli 645, 646 u 647 tal-Att dwar il-Kummerċ u l-Artikolu 135 tal-Att dwar l-Obbligi u l-Kuntratti, it-taxxa tal-boll ma tkunx suġġett għal ħlas minn qabel, irrispettivament mil-livell tal-qorti. Jekk tiġi aċċetta l-mozzjoni, it-taxxa tal-boll tinġabar mill-parti li ma kinitx prevalenti fil-kawża. Jekk il-mozzjoni tiġi miċħuda, it-taxxa tal-boll tiġi koperta mill-patrimonju ta’ insolvenza. Jekk il-mozzjoni biex titwarrab tranżazzjoni tkun ġiet ippreżentata mir-riċevitur u miċħuda, l-ispejjeż tal-proċedura ta’ insolvenza mġarrba minn partijiet terzi huma koperti mill-patrimonju ta’ insolvenza.

L-ebda taxxa tal-boll ma’ għandha titħallas minn qabel fir-rigward ta’ azzjoni ta’ sentenza dikjaratorja mressqa minn kreditur jew debitur skont l-Artikolu 694 tal-Att dwar il-Kummerċ. Jekk l-azzjoni tiġi miċħuda, l-ispejjeż għandhom jitħallsu mill-attur.

Pretensjoni ta’ kreditur ippreżentata wara li jkun għadda l-perjodu tal-preżentazzjoni statutorju, iżda mhux aktar tard minn xahrejn wara d-data li jkun skada fiha, tiġi miżjuda mal-lista ta’ pretensjonijiet ippreżentati u ammessi skont il-proċedura stipulata mil-liġi. L-ispejjeż addizzjonali imġarrba mal-ammissjoni jitħallsu mill-kreditur li jkun ressaq il-pretensjoni.

L-ispejjeż imġarrba fuq pjan ta’ rkupru propost mid-debitur jew mir-riċevitur huma koperti mill-patrimonju ta’ insolvenza u fil-każijiet l-oħra kollha huma koperti mill-parti li pproponiet il-pjan. Sakemm ma jiġix ipprovdut mod ieħor fil-pjan ta’ rkupru, il-qorti tordna lid-debitur iħallas it-taxxa tal-boll u l-ispejjeż imġarrba.

L-ispejjeż imġarrba fuq il-preservazzjoni tal-proprjetà suġġetta għal konverżjoni fi flus sakemm ix-xerrej jidħol fil-pussess huma koperti mill-patrimonju ta’ insolvenza. L-ispejjeż imġarrba fuq il-bejgħ ta’ binjiet residenzjali li jkunu proprjetà tad-debitur u mikrija lill-ħaddiema u lill-impjegati tiegħu jitħallsu mill-bejjiegħ.

Mat-tqassim tal-assi kkonvertiti, il-pretensjonijiet li jirriżultaw mill-ispejjeż imġarrba fil-proċeduri ta’ insolvenza jitħallsu wara l-ħlas ta’ pretensjonijiet garantiti u pretensjonijiet li fir-rigward tagħhom huwa eżerċitat id-dritt ta’ ritenzjoni.

17 X'inhuma r-regoli li għandhom x'jaqsmu man-nullità, l-annullabbiltà u n-nuqqas ta' eżekutorjetà ta' atti ġuridiċi detrimentali għall-korp ġenerali ta' kredituri?

L-Att dwar il-Kummerċ jipprovdi salvagwardji li jipproteġu lill-kredituri tal-patrimonju ta’ insolvenza kontra azzjonijiet meħuda u tranżazzjonijiet li jidħol fihom id-debitur bil-għan li jbattal il-patrimonju ta’ insolvenza u jagħmel ħsara lill-interessi tal-kredituri. Il-liġi tintroduċi l-kunċett ta’ “perjodu suspettat” — preżunzjoni inkonfutabbli li saret ħsara lill-interessi tal-kredituri, jekk ikunu ttieħdu ċerti azzjonijiet jew ġew konklużi ċerti tranżazzjonijiet matul dan il-perjodu. It-tul tal-perjodu suspettat huwa differenti skont it-tip ta’ tranżazzjoni li għaliha tapplika l-preżunzjoni statutorja ta’ ħsara. Għal ċerti tranżazzjonijiet u azzjonijiet, il-perjodu suspettat jibda mid-data ta’ insolvenza jew dejn eċċessiv, iżda mhux qabel sena minn meta tressqet il-petizzjoni għall-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza, u jispiċċa fid-data tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza. F’każijiet oħra, dan jestendi għal tliet snin, sentejn jew sena qabel id-data li fiha ġiet ippreżentata l-petizzjoni biex jinfetħu proċeduri ta’ insolvenza u jinkludi l-perjodu bejn id-data li fiha ġiet ippreżentata l-petizzjoni biex jinfetħu l-proċeduri ta’ insolvenza u d-data tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza. Ċerti azzjonijiet li ttieħdu u transazzjonijiet li saru wara d-data tal-bidu tal-proċeduri ta’ insolvenza bi ksur tal-proċedura stabbilita, jiġifieri mingħajr il-kunsens minn qabel tar-riċevitur, huma kkunsidrati wkoll ta’ ħsara.

It-tipi ta’ azzjonijiet u tranżazzjonijiet preżunti bħala ta’ ħsara taħt l-Att dwar il-Kummerċ huma definiti b’mod eżawrjenti u jaqgħu f’żewġ kategoriji: nulli u bla effett u mhux infurzabbli fir-rigward tal-kredituri tal-patrimonju ta’ insolvenza.

Tranżazzjonijiet bla effett huma rregolati mill-Artikolu 646(1) tal-Att dwar il-Kummerċ. Dak l-Artikolu jistipula li l-azzjonijiet u t-tranżazzjonijiet li ġejjin huma bla effett fir-rigward tal-kredituri, jekk jittieħdu/jiddaħħlu wara d-data tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza bi ksur tar-regoli ta’ proċedura stabbiliti:

  1. il-ħlas ta’ dejn li jkun sar qabel id-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza;
  2. il-ħolqien ta’ rahan jew ipoteka fuq dritt ta’ proprjetà jew oġġett ta’ proprjetà personali mill-patrimonju ta’ insolvenza;
  3. tranżazzjoni li tinvolvi dritt jew assi mill-patrimonju ta’ insolvenza.

Tipi oħra ta’ azzjonijiet ta’ ħsara u tranżazzjonijiet li jistgħu jiġu ddikjarati li ma jistgħux jiġu infurzati huma rregolati mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 645(3), 646(2) u 647 tal-Att dwar il-Kummerċ u l-Artikolu 135 tal-Att dwar l-Obbligi u Kuntratti. Sabiex ma jkunux jistgħu jiġu infurzati fir-rigward tal-kredituri tal-patrimonju tal-insolvenza, l-azzjonijiet u t-tranżazzjonijiet inkwistjoni għandhom jiġu ddikjarati li ma jistgħux jiġu infurzati b’sentenza li saret ‘res judicata’.

Skont l-Artikolu 646(2) tal-Att dwar il-Kummerċ, l-azzjonijiet segwenti meħuda jew it-tranżazzjonijiet li jkun daħal fihom id-debitur wara l-bidu tal-insolvenza jew id-dejn eċċessiv jistgħu jiġu ddikjarati li ma jistgħux jiġu infurzati fir-rigward tal-kredituri fil-perjodi ta’ żmien rispettivi:

  1. il-ħlas bikri ta’ obbligazzjoni, irrispettivament mill-mod ta’ ħlas, fi żmien sena qabel ma ġiet ippreżentata l-petizzjoni sabiex jinfetħu l-proċeduri ta’ insolvenza;
  2. il-ħolqien ta’ ipoteka jew rahan biex tiġi żgurata pretensjoni li qabel ma kinitx garantita kontra d-debitur fi żmien sena qabel ma ġiet ippreżentata l-petizzjoni biex jinfetħu l-proċeduri ta’ insolvenza;
  3. il-ħlas mid-debitur ta’ obbligazzjoni li saret dovuta u pagabbli, irrispettivament mill-mod ta’ ħlas, fi żmien sitt xhur qabel ma ġiet ippreżentata l-petizzjoni biex jinfetħu l-proċeduri ta’ insolvenza.

Fejn il-kreditur kien jaf li d-debitur kien insolventi jew kellu dejn eċċessiv, it-tul tal-perjodu suspett fl-ewwel żewġ każijiet jiġi estiż għal sentejn u fit-tielet każ — għal sena. L-għarfien huwa preżunt meta d-debitur u l-kreditur huma partijiet relatati jew meta l-kreditur kien jaf jew seta’ jkun jaf dwar ċirkostanzi li raġonevolment jiġġustifikaw il-konklużjoni li d-debitur huwa insolventi jew għandu dejn eċċessiv.

In-nuqqas ta’ infurzar ma jistax jiġi invokat fl-ewwel u fit-tielet każ, jekk l-obbligazzjoni tiġi mħallsa fil-perkors normali tan-negozju tad-debitur u meta:

  • jikkonforma mat-termini miftiehma bejn il-partijiet u jsir kontemporanjament mal-provvista ta’ oġġetti jew servizzi ta’ valur ekwivalenti lid-debitur jew fi żmien 30 jum mid-data li fiha l-obbligazzjoni pagabbli saret dovuta, jew
  • wara l-pagament, il-kreditur ipprovda oġġetti jew servizzi ta’ valur ekwivalenti lid-debitur.

In-nuqqas ta’ infurzar ma jistax jiġi invokat fit-tieni każ, meta r-rahan jew l-ipoteka ġiet maħluqa:

  • qabel jew simultanjament mal-għoti ta’ self lid-debitur;
  • biex jissostitwixxu garanzija oħra in rem, li ma tistax tiġi ddikjarata mhux infurzabbli skont ir-regoli stabbiliti fit-Taqsima I, il-Kapitolu 41 tal-Att dwar il-Kummerċ;
  • biex jiżguraw self mogħti għall-iskop li jinkiseb l-assi mirhud jew ipotekat.

L-invalidità taħt l-Artikolu 646(2) tal-Att dwar il-Kummerċ hija mingħajr preġudizzju għad-drittijiet akkwistati in bona fede minn partijiet terzi qabel id-dħul tal-applikazzjoni li biha tressqet azzjoni sabiex titwarrab tranżazzjoni. Mala fede hija preżunta sakemm ma jiġi ppruvat il-kuntrarju, jekk il-parti terza tkun relatata mad-debitur jew mal-persuna li d-debitur ikun innegozja magħha.

Il-pretensjonijiet pubbliċi u privati tal-gvern suġġetti għal infurzar privat, li jkun ħallashom id-debitur, ma jistgħux jiġu invalidati fir-rigward tal-kredituri tal-patrimonju ta’ insolvenza skont ir-regoli u l-proċedura stabbiliti hawn fuq.

Skont l-Artikolu 647(1) tal-Att dwar il-Kummerċ, l-azzjonijiet u t-tranżazzjonijiet tad-debitur li ġejjin, jekk jitwettqu fil-perjodi ta’ żmien speċifikati, jistgħu jiġu invalidati fir-rigward tal-kredituri tal-patrimonju ta’ insolvenza:

  1. tranżazzjonijiet mingħajr ħlas, ħlief għal donazzjonijiet ordinarji, konklużi ma’ parti relatata mad-debitur fi żmien tliet snin qabel id-data li fiha tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għall-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza;
  2. tranżazzjonijiet mingħajr ħlas konklużi f’perjodu ta’ sentejn qabel id-data li fiha ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza;
  3. tranżazzjonijiet sottovalutati konklużi f’perjodu ta’ sentejn qabel tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għall-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza, iżda mhux qabel il-bidu tal-insolvenza jew dejn eċċessiv.
  4. ipoteki, wegħdiet jew titoli personali maħluqa fir-rigward ta’ obbligazzjonijiet ta’ partijiet terzi fi żmien sena qabel ma tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għall-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza, iżda mhux qabel il-bidu tal-insolvenza jew dejn eċċessiv;
  5. ipoteki, wegħdiet jew titoli personali maħluqa fir-rigward ta’ obbligazzjonijiet ta’ partijiet terzi favur kreditur relatat mad-debitur f’perjodu ta’ sentejn qabel tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għall-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza, iżda mhux qabel il-bidu tal-insolvenza jew dejn eċċessiv;
  6. tranżazzjonijiet li huma ta’ ħsara għall-kredituri konklużi ma’ parti relatata mad-debitur fi żmien sentejn qabel ma tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għall-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza.

L-Artikolu 647(1) tal-Att dwar il-Kumpaniji japplika wkoll għal azzjonijiet meħuda u tranżazzjonijiet li jidħlu fihom id-debitur fil-perjodu bejn id-data ta’ preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza u d-data tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza. L-invalidazzjoni hija mingħajr preġudizzju għad-drittijiet akkwistati in bona fede minn partijiet terzi għal remunerazzjoni qabel id-dħul tal-applikazzjoni.

Tpaċija tista’ tiġi invalidata wkoll fir-rigward tal-kredituri tal-patrimonju ta’ insolvenza, jekk il-kreditur akkwista l-pretensjoni u ġarrab l-obbligazzjoni lejn id-debitur qabel id-data tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza, filwaqt li meta kiseb il-pretensjoni jew ġarrab l-obbligazzjoni kien jaf li d-debitur huwa insolventi jew għandu dejn eċċessiv jew li kienet ġiet ippreżentata applikazzjoni biex jinfetħu l-proċeduri ta’ insolvenza.

Irrispettivament mill-mument meta saru d-djun reċiproċi, tpaċija magħmula mid-debitur wara d-dikjarazzjoni ta’ insolvenza jew dejn eċċessiv, iżda mhux qabel sena qabel id-data li fiha ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza, hija invalida fir-rigward tal-kredituri tal-patrimonju ta’ insolvenza, ħlief għall-parti tad-dejn li l-kreditur jirċievi fil-ħin tad-distribuzzjoni wara l-konverżjoni tal-assi fi flus.

L-Artikolu 135 tal-Att dwar l-Obbligi u l-Kuntratti jirregola l-azzjonijiet li r-riċevitur jew il-kreditur jistgħu jressqu sabiex jitolbu l-invalidazzjoni ta’ azzjonijiet dannużi tad-debitur, jekk l-effett dannuż ta’ dawk l-azzjonijiet kien jaf bih id-debitur. Meta l-azzjoni tkun immotivata mill-profitt, il-parti li magħha jinnegozja d-debitur hija wkoll preżunta li għandha għarfien dwar il-ħsara. L-invalidità hija mingħajr preġudizzju għad-drittijiet akkwistati in bona fede minn partijiet terzi taħt kunsiderazzjoni qabel id-dħul tal-applikazzjoni li biha tressqet azzjoni sabiex titwarrab tranżazzjoni. L-għarfien huwa preżunt sakemm ma tingħatax prova kuntrarja, jekk il-parti terza tkun il-konjuġi, l-axxendent, id-dixxendent jew oħt/ħu d-debitur. Meta l-azzjoni ssir qabel tinħoloq il-pretensjoni, tkun invalida biss jekk tittieħed mid-debitur jew mill-parti li d-debitur innegozja magħha bil-għan li jikkawża dannu lill-kreditur.

Azzjoni li titlob l-annullament jew l-invalidazzjoni ta’ azzjonijiet jew tranżazzjonijiet fir-rigward tal-kredituri tal-patrimonju ta’ insolvenza u l-azzjonijiet mal-eżekuzzjoni sabiex jitkabbar il-patrimonju tal-insolvenza jistgħu jitressqu mir-riċevitur jew, minn xi kreditur tal-patrimonju ta’ insolvenza. Meta l-pretensjoni tiġi ppreżentata minn kreditur, il-qorti tikkostitwixxi r-riċevitur bħala koattur ex officio. Meta pretensjoni tkun ġiet ippreżentata mill-kreditur, it-tieni preżentazzjoni fir-rigward tal-istess pretensjoni mhijiex permessa. Madankollu, it-tieni kreditur jista’ jitlob lill-qorti biex tikkostitwixxih bħala koattur qabel l-ewwel seduta fil-każ. Sentenza finali effettiva hija valida u infurzabbli għad-debitur, ir-riċevitur u l-kredituri kollha.

Meta l-qorti tkun iddikjarat tranżazzjoni nulla u bla effett fir-rigward tal-kredituri tal-patrimonju ta’ insolvenza, l-assi pprovduti minn parti terza jiġu rritornati, u jekk dawk l-assi ma jkunux inklużi fil-patrimonju ta’ insolvenza jew il-flus ma jkunux dovuti, il-parti terza tiġi kostitwita bħala kreditur fil-proċeduri.

Azzjoni sabiex titwarrab tranżazzjoni mressqa mir-riċevitur fil-proċeduri ta’ insolvenza prinċipali jew anċillari li fihom kummerċjant ġie ddikjarat insolventi minn qorti barranija jew fi proċeduri anċillari mibdija minn qorti Bulgara, jekk il-kummerċjant jippossjedi assi sinifikanti fil-Bulgarija, hija meqjusa li tressqet fiż-żewġ proċeduri.

L-aħħar aġġornament: 04/11/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Insolvenza - Repubblika Ċeka

Qafas legali

Il-proċedimenti tal-insolvenza fir-Repubblika Ċeka huma primarjament regolati mill-Att Nru 182/2006 dwar l-insolvenza u l-proċedimenti tal-insolvenza (Zákon č. 182/2006 Sb., o úpadku a způsobech jeho řešení) (l-Att dwar l-Insolvenza), flimkien mal-Att Nru 99/1963, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Zákon č. 99/1963 Sb., občanský soudní řád).

Strument importanti ieħor huwa l-Att Nru 312/2006 dwar l-amministraturi tal-insolvenza (Zákon č. 312/2006 Sb., o insolvenčních správcích), li (flimkien mal-Att dwar l-Insolvenza) jistabbilixxi l-qafas legali għall-professjoni ta’ prattikant tal-insolvenza.

Il-verżjonijiet attwali ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jinsabu fil-Portal tal-Amministrazzjoni Pubblika (Portál veřejné správy): Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://portal.gov.cz/app/zakony/.

1 Kontra min jistgħu jinfetħu proċedimenti ta' insolvenza?

Proċedimenti tal-insolvenza jistgħu jinbdew kontra persuni fiżiċi u ġuridiċi, irrispettivament minn jekk dawn humiex entitajiet kummerċjali.

It-tipi individwali ta’ proċedimenti tal-insolvenza (falliment, riorganizzazzjoni, ħelsien mid-dejn) huma differenti minn xulxin f’termini tal-entitajiet li huma maħsubin għalihom. Filwaqt li tista’ tiġi ppreżentata petizzjoni ta’ falliment kontra l-entitajiet kollha, ir-rioganizzazzjoni hija mmirata esklussivament lejn in-negozji u l-ħelsien mid-dejn huwa mmirat primarjament lejn entitajiet li mhumiex kummerċjali (kif spjegat hawn taħt).

Proċedimenti tal-insolvenza ma jistgħux jinġiebu kontra l-istat, awtoritajiet lokali awtonomi, partiti u movimenti politiċi waqt l-elezzjonijiet u entitajiet magħżulin oħrajn ta’ natura predominantement pubblika. Japplikaw regoli speċjali għall-istituzzjonijiet finanzjarji u għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni.

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza?

Insolvenza jew insolvenza imminenti

Il-proċedimenti tal-insolvenza huma proċedimenti ġudizzjarji li jindirizzaw l-insolvenza jew l-insolvenza imminenti ta’ debitur u kif din għandha tiġi indirizzata. Għalhekk, il-premessa bażika hija l-eżistenza ta’ stat ta' insolvenza jew ta' insolvenza imminenti.

Debitur ikun insolventi jekk (dawn huma kundizzjonijiet kumulattivi):

  • id-debitur ikollu aktar minn kreditur wieħed;
  • id-debitur ikollu obbligazzjonijiet pekunarji li ilhom li skadew aktar minn 30 jum;
  • id-debitur ma jkunx jista' jonora dawk l-obbligazzjonijiet.

Id-debituri jiġu kkunsidrati li huma insolventi b’mod partikolari jekk ikunu waqfu jħallsu porzjon sostanzjali mid-djun tagħhom jew jekk jonqsu milli jsaldaw dawn l-obbligazzjonijiet għal aktar minn tliet xhur wara d-data li fiha jkunu dovuti, jew jekk xi waħda mill-pretensjonijiet monetarji kontra d-debitur ma tkunx tista' tiġi ssodisfata permezz ta’ infurzar jew permezz ta’ sekwestru.

Debitur li huwa entità kummerċjali (kemm bħala persuna fiżika jew bħala persuna ġuridika) ikun insolventi wkoll jekk ikun midjun iżżejjed. Debituri jkunu midjunin iżżejjed jekk ikollhom aktar minn kreditur wieħed u jekk it-total tal-obbligazzjonijiet tagħhom jaqbeż il-valur tal-assi tagħhom.

Insolvenza imminenti tfisser sitwazzjoni fejn, meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha, wieħed jista’ raġonevolment jassumi li d-debituri mhux se jkunu jistgħu jħallsu parti sostanzjali mill-obbligazzjonijiet pekunarji tagħhom b'mod adegwat u fil-waqt.

Tipi ta’ proċedimenti tal-insolvenza

Il-liġi Ċeka tagħmel distinzjoni bejn tliet modi bażiċi biex tittratta l-insolvenza jew l-insolvenza imminenti ta’ debitur fi proċedimenti tal-insolvenza:

  • il-falliment (konkurs);
  • ir-riorganizzazzjoni (reorganizace);
  • il-ħelsien mid-dejn (oddlužení).

L-Att dwar l-Insolvenza ma jiddettax liema mill-metodi differenti tal-insolvenza għandu jintuża minn debitur partikolari, iżda jħalli l-għażla miftuħa. Barra l-proċedura ta’ likwidazzjoni (falliment), hemm ukoll element ta’ riabilitazzjoni (riorganizzazzjoni u ħelsien mid-dejn). Jenħtieġ li l-għażla tal-metodu adattat li jindirizza l-insolvenza ta’ debitur tkun iggwidata minn motivazzjoni li jinkiseb l-aħjar riżultat possibbli għall-kredituri.

Il-falliment huwa mod ġenerali kif tiġi indirizzata l-insolvenza fejn, abbażi ta’ ordni ta’ falliment, il-maġġuranza tal-pretensjonijiet stabbiliti tal-kredituri titħallas mir-rikavat tal-likwidazzjoni tal-assi. Pretensjonijiet, jew partijiet minn pretensjonijiet, li mhumiex onorati ma jintilfux ħlief jekk il-liġi tistipula mod ieħor. Dan il-metodu tal-insolvenza dejjem jintuża meta jkun impossibbli li jintużaw ir-riorganizzazzjoni jew il-ħelsien mid-dejn bħala proċeduri aktar moderati kontra d-debitur, jew jekk isir ċar fil-kuntest tal-proċedimenti li dawn il-metodi ma jistgħux ikomplu.

Ir-riorganizzazzjoni tista’ tintuża biex tittratta l-insolvenza jew l-insolvenza imminenti ta’ debituri li jkunu entitajiet kummerċjali. Din tinvolvi r-riorganizzazzjoni tan-negozju. Normalment ikun mistenni li l-pretensjonijiet tal-kredituri jiġu ssodisfati b'mod konsistenti waqt li n-negozju tad-debitur jibqa’ jopera skont miżuri maħsubin biex jagħtu ħajja ġdida lill-amministrazzjoni tiegħu skont pjan ta’ riorganizzazzjoni approvat mill-qorti tal-insolvenza. Il-kredituri jimmonitorjaw il-progress tal-pjan.

Il-ħelsien mid-dejn huwa mod li jindirizza l-insolvenza jew l-insolvenza imminenti għal debituri li essenzjalment ma għandhom l-ebda dejn kummerċjali u, jekk ikunu persuni ġuridiċi, ma jistgħux ikunu entitajiet kummerċjali. Dan il-metodu tal-insolvenza jagħti kunsiderazzjoni akbar lill-aspetti soċjali minn dawk ekonomiċi. Il-mira hija li d-debituri jkollhom bidu ġdid u li jkunu mmotivati sabiex jieħdu sehem b’mod attiv fit-tifdija tad-dejn tagħhom, tal-inqas sa livell proġettat ta’ 30 % f'dawk il-każijiet li fihom il-kredituri jkunu ordinarji. Huwa preżunt li l-pretensjonijiet tal-kredituri garantiti jiġu ssodisfati mill-kollateral. Dan jinvolvi għan parallel li jitnaqqas l-infiq tal-baġit pubbliku fuq ir-riabilitazzjoni ta’ dawk li jsibu rwieħhom fi kriżi soċjali. Il-ħelsien mid-dejn jista’ jsir bil-monetizzazzjoni tal-proprjetà tal-insolvenza, permezz tal-iskedar tar-ripagament, jew b’taħlita tat-tnejn.

Min jista’ jiftaħ proċedimenti tal-insolvenza?

Il-proċedimenti tal-insolvenza jistgħu jinbdew biss ladarba tiġi ppreżentata petizzjoni. Huma jinfetħu fid-data li fiha l-petizzjoni tal-insolvenza tasal f’qorti b’ġurisdizzjoni xierqa fil-każ. Il-petizzjonijiet tal-insolvenza jistgħu jiġu ppreżentati mid-debituri jew mill-kredituri bl-istess mod, ħlief f’każijiet ta' insolvenza imminenti, f’liema każ ikunu jistgħu jiġu ppreżentati biss mid-debitur.

Id-debituri li huma entitajiet kummerċjali (persuna fiżika jew persuna ġuridika) huma mitlubin jippreżentaw petizzjoni tal-insolvenza mingħajr dewmien żejjed wara li jsiru jafu, jew meta, b’attenzjoni xierqa, kellhom isiru jafu, bl-insolvenza tagħhom.

Bidu tal-proċedura ta’ falliment

Il-Qorti tal-insolvenza toħroġ ordni ta’ falliment bħala deċiżjoni separata. F’każijiet eċċezzjonali, din id-deċiżjoni tista’ tiġi kkombinata mad-deċiżjoni dwar l-insolvenza (jekk id-debitur ikun persuna li ma tistax tirrikorri għal riorganizzazzjoni jew għal ħelsien mid-dejn). Dikjarazzjoni ta’ falliment tidħol fis-seħħ meta l-ordni tal-falliment jiġi ppubblikat fir-reġistru tal-insolvenza.

Bidu tar-riorganizzazzjoni

Ir-riorganizzazzjoni tibda bil-permess tal-qorti tal-insolvenza, li joħroġ wara rikors mid-debitur jew minn kreditur reġistrat.

Il-permess għar-riorganizzazzjoni jista’ jingħata jekk (dawn mhumiex kundizzjonijiet kumulattivi):

  • il-fatturat annwali totali nett tad-debitur fl-aħħar perjodu kontabilistiku qabel il-petizzjoni tal-insolvenza kien ta’ mill-inqas CZK 50 000 000; jew
  • id-debitur għandu mill-inqas 50 impjegat; jew
  • flimkien mal-petizzjoni tal-insolvenza, jew mhux aktar tard mid-data meta tittieħed id-deċiżjoni dwar l-insolvenza, id-debitur jippreżenta lill-qorti tal-insolvenza pjan ta’ riorganizzazzjoni approvat tal-inqas minn nofs il-kredituri garantiti kollha (ikkalkolat skont l-ammont aggregat tal-pretensjonijiet) u tal-inqas minn nofs il-kredituri ordinarji kollha (ukoll ikkalkolat abbażi tal-ammont tal-pretensjonijiet).

Ir-riorganizzazzjoni ma tkunx ammissibbli jekk id-debitur ikun persuna ġuridika f’likwidazzjoni, jew negozjant ta’ titoli, jew entità awtorizzata biex tinnegozja f’suq tal-materja prima skont leġiżlazzjoni speċifika.

Il-qorti tal-insolvenza tippermetti r-riorganizzazzjoni jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet legali korrispondenti. Ma hemmx dritt ta’ appell.

Il-qorti tal-insolvenza tiċħad rikors għal permess ta’ riorganizzazzjoni jekk: (a) fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha, jista’ raġonevolment jiġi preżunt li teżisti intenzjoni diżonesta; (b) ir-rikors reġa' ppreżentat minn persuna li diġà kellha rikors preċedenti għal permess ta’ riorganizzazzjoni li ġie kkunsidrat mill-qorti; jew (c) ir-rikors ġie ppreżentat minn kreditur iżda ma ġiex approvat mil-laqgħa tal-kredituri. L-appelli kontra dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jitressqu biss minn dawk li ppreżentaw ir-rikors.

Bidu tal-ħelsien mid-dejn

Rikors għal ħelsien mid-dejn jiġi ppreżentat mid-debitur permezz ta’ forma prestabbilita u, fejn xieraq, jiġi ppreżentat flimkien ma’ petizzjoni tal-insolvenza (jekk il-proċedimenti tal-insolvenza ma jkunux inbdew minn kreditur).

Rikors għal ħelsien mid-dejn u l-annessi tiegħu jrid ikun fihom, b’mod partikolari, dejta dwar l-introjtu passat u dak mistenni fil-futur tad-debitur, lista tal-assi u lista tal-obbligazzjonijiet. Jekk xi ħadd ikun lest li jagħti donazzjoni lid-debitur biex jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mid-dejn, jew jekk xi ħadd ikun lest li jagħmel ħlasijiet regolari lid-debitur matul il-perjodu tal-ħelsien mid-dejn, id-debitur jehmeż l-att tad-donazzjoni jew il-ftehim dwar id-dħul korrispondenti mar-rikors għall-ħelsien mid-dejn.

Il-qorti tal-insolvenza tagħti permess għall-ħelsien mid-dejn jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet. Tirrifjuta rikors għall-ħelsien mid-dejn jekk, fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha, jista’ raġonevolment jiġi preżunt li teżisti intenzjoni diżonesta, jew jekk, bħala riżultat tal-ħelsien mid-dejn, kredituri ordinarji jirċievu inqas minn 30 % tal-pretensjonijiet tagħhom (sakemm huma ma jaqblux ma’ dan). Il-qorti tal-insolvenza tiċħad ukoll rikors għall-ħelsien mid-dejn jekk ir-riżultati tal-proċedimenti sa dakinhar juru li d-debitur kien imprudenti jew negliġenti fl-issodisfar tal-obbligi fil-proċedimenti tal-insolvenza. Id-debitur biss għandu d-dritt ta’ appell kontra ċ-ċaħda ta’ rikors.

Meta jkollu effett il-bidu tal-proċedimenti tal-insolvenza

Il-bidu tal-proċedimenti tal-insolvenza jkollu effett mal-pubblikazzjoni ta’ avviż li jħabbar il-bidu tal-proċedimenti tal-insolvenza fir-reġistru tal-insolvenza (ara hawn taħt). L-effetti tal-bidu jdumu sa tmiem il-proċedimenti tal-insolvenza, sakemm il-liġi ma tistipulax mod ieħor għal xi wieħed mill-metodi tal-insolvenza.

Miżuri interim sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-insolvenza

Il-qorti tal-insolvenza tista’ tordna miżuri provviżorji ex officio sakemm tieħu deċiżjoni dwar petizzjoni tal-insolvenza, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil-liġi. Kull min jitlob miżura interim li l-qorti tal-insolvenza tista’ b’xi mod ieħor tordna minn jeddha mhuwiex obbligat jiddepożita garanzija. Meta japplika għal miżura interim, id-debitur mhuwiex meħtieġ jiddepożita garanzija.

Permezz ta’ miżuri interim bħal dawn, il-qorti tal-insolvenza tista’, fost affarijiet oħrajn:

  • taħtar fiduċjarju interim;
  • tillimita uħud mill-effetti assoċjati mal-bidu tal-proċedimenti tal-insolvenza;
  • tordna lil kwalunkwe mill-petizzjonanti tal-insolvenza biex jiddepożita garanzija li tkopri kumpens għad-dannu jew telf ieħor imġarrab mid-debitur.

Reġistru tal-insolvenza

Il-proċedimenti tal-insolvenza jiġu ppubblikati fir-reġistru tal-insolvenza ġestit mill-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministerstvo spravedlnosti). Din hija sistema elettronika ta’ informazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika li hija aċċessibbli fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://isir.justice.cz/.

Ir-reġistru tal-insolvenza jeżisti primarjament biex ikun hemm pubbliċità massima għall-proċedimenti tal-insolvenza u biex il-progress tagħhom ikun jista’ jiġi mmonitorjat. Ir-reġistru jintuża biex jiġu ppubblikati d-deċiżjonijiet tal-qorti tal-insolvenza meħudin fi proċedimenti tal-insolvenza u f’tilwim inċidentali, sottomissjonijiet tal-fajl tal-każ, u informazzjoni oħra, fejn dan ikun previst mill-Att dwar l-Insolvenza jew ikun ġie deċiż mill-qorti tal-insolvenza.

Ir-reġistru tal-insolvenza huwa aċċessibbli għall-pubbliku (ħlief għal ċerti dettalji), u kulħadd għandu dritt jarah, jagħmel kopji tiegħu, jew jieħu siltiet minnu.

Barra li jservi bħala sors ta’ informazzjoni, ir-reġistru tal-insolvenza huwa kruċjali għan-notifika tad-dokumenti – huwa veikolu li bih jitwasslu l-parti l-kbira tad-deċiżjonijiet tal-qorti u dokumenti oħrajn. Il-proċedimenti tal-insolvenza huma ġeneralment innotifikati fir-reġistru tal-insolvenza fi żmien sagħtejn mill-preżentazzjoni ta’ petizzjoni (waqt is-sigħat tax-xogħol tal-qorti). Imbagħad, id-deċizjonijiet kollha tal-qorti u dokumenti oħrajn jiġu ppubblikati fir-reġistru tal-insolvenza. Dan jagħti lil kulħadd għarfien dwar il-proċedimenti tal-insolvenza li jsiru fir-Repubblika Ċeka.

3 Liema huma l-assi li jiffurmaw parti mill-patrimonju tal-insolvenza? Kif jiġu ttrattati l-assi li huma miksuba minn, jew li jiddevolvu lid-debitur wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza?

Proprjetà tal-insolvenza

Jekk petizzjoni tal-insolvenza tiġi ppreżentata mid-debitur, il-proprjetà tal-insolvenza tkun tinkludi assi li jappertjenu għad-debitur meta jidħlu fis-seħħ l-effetti assoċjati mal-bidu ta' insolvenza, flimkien mal-assi akkwiżiti mid-debitur matul il-proċedimenti tal-insolvenza.

Jekk petizzjoni ta' insolvenza tiġi ppreżentata minn kreditur, il-proprjetà tal-insolvenza tkun tinkludi assi li jappertjenu għad-debitur meta tidħol fis-seħħ ir-restrizzjoni (totali jew parzjali) tal-miżura interim tal-qorti tal-insolvenza fuq id-dritt tad-debitur għad-disponiment tal-assi, l-assi tad-debitur meta jidħlu fis-seħħ id-deċiżjonijiet dwar l-insolvenza tad-debitur, u l-assi akkwiżiti mid-debitur matul il-proċedimenti tal-insolvenza wara li jkunu daħlu fis-seħħ dawk id-deċiżjonijiet.

Meta l-assi jkunu ta’ koproprjetà tad-debitur, sehem id-debitur ta’ din il-proprjetà jiġi inkluż fil-proprjetà tal-insolvenza. Dawn l-assi jagħmlu parti mill-proprjetà saħansitra jekk ikunu parti mill-assi matrimonjali konġunti tad-debitur.

L-assi ta’ persuni oħra barra d-debitur jiffurmaw parti mill-proprjetà jekk ikun previst hekk mil-liġi, speċjalment fejn ikunu korrispettiv minn atti legali mhux effettivi. Għall-finijiet tar-realizzazzjoni tal-assi, din il-proprjetà tqis bħala parti mill-assi tad-debitur.

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi, il-proprjetà tal-insolvenza tikkonsisti prinċipalment fi flus, f’beni mobbli u immobbli, f’impjanti u tagħmir, f’libretti, f’ċertifikati ta’ depożitu u f’forom oħra ta’ depożiti, ta’ ishma, ta’ kambjali, ta’ ċekkijiet jew ta’ titoli oħrajn, ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji, ta’ pretensjonijiet monetarji u mhux monetarji tad-debitur, inklużi pretensjonijiet kontinġenti u pretensjonijiet li għadhom mhumiex dovuti, il-pagi, is-salarju, il-bonusis tax-xogħol u l-introjtu tad-debitur in lieu tar-rimunerazzjoni relatata max-xogħol, drittijiet oħrajn, u assi oħrajn tad-debitur b’valur li jista’ jiġi espress f’termini monetarji. Il-proprjetà tal-insolvenza tinkludi wkoll oġġetti bħal imgħax, qligħ, gwadanji u benefiċċji li jappartjenu għall-assi ta’ hawn fuq.

Sakemm mhux previst mod ieħor mil-liġi, l-assi li mhumiex sekwestrabbli fl-infurzar jew fi proċedimenti ta’ sekwestru mhumiex parti mill-proprjetà. Din il-kwistjoni hija rregolata mill-Att Nru 99/1963, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Mill-assi li huma l-proprjetà tad-debituri, l-infurzar ma jistax japplika għal dawk l-assi li d-debituri jkollhom bżonn b’mod urġenti biex jissodisfaw il-bżonnijiet materjali tagħhom u tal-familja tagħhom jew biex iwettqu kompiti marbutin max-xogħol tagħhom, kif ukoll oġġetti oħrajn li l-bejgħ tagħhom ikun contra bonos mores (speċjalment ħwejjeġ ta’ kuljum, oġġetti komuni tad-dar, ċrieket taż-żwieġ jew oġġetti simili oħrajn, provvisti mediċi u oġġetti oħrajn meħtieġa mid-debituri minħabba mard jew diżabbiltà fiżika, flus f’ammont ekwivalenti għad-doppju tar-rata ta’ sussistenza għal individwi, u annimali domestiċi). Madankollu, oġġetti użati għall-operazzjonijiet kummerċjali tad-debitur mhumiex esklużi mill-proprjetà. Sakemm mhux previst mod ieħor mil-liġi, il-proprjetà ma tinkludix assi li, skont leġiżlazzjoni speċifika, jistgħu jkunu ddisponuti biss b’mod speċifikament intenzjonat (pereż. għotjiet immirati u għajnuna ripagabbli minn baġits tal-gvern ċentrali jew lokali jew minn fond statali).

It-trattament tal-assi akkwiżiti mid-debitur jew li jmissu lid-debitur wara l-bidu tal-proċedimenti tal-insolvenza

B’mod ġenerali, assi akkwiżiti mid-debitur jew li jmissu lid-debitur wara l-bidu tal-proċedimenti tal-insolvenza huma inklużi fil-proprjetà tal-insolvenza; dan jista’ jinbidel, skont il-metodu tal-insolvenza applikat. Id-debituri jistgħu jiddisponu mill-assi tal-proprjetà biss jekk, meta jagħmlu dan, jirrispettaw il-limitazzjonijiet ta’ dak l-istadju partikolari tal-proċedimenti tal-insolvenza u tal-metodu tal-insolvenza.

4 X’setgħat għandhom id-debitur u l-prattikant tal-insolvenza, rispettivament?

Missjoni u status tal-prattikant tal-insolvenza

Il-missjoni ewlenija tal-prattikant tal-insolvenza hija li jamministra l-proprjetà tal-insolvenza tad-debitur u li jittratta tilwim inċidentali u tilwimiet oħrajn. Il-prattikant tal-insolvenza għandu l-għan li jikseb l-ogħla sodisfazzjon proporzjonat, rapidu, ekonomiku possibbli għall-kredituri.

Prattikanti tal-insolvenza huma marbutin bl-obbligu li jaġixxu b’kuxjenza u bid-diliġenza dovuta. Huma mitlubin jagħmlu kull sforz li jista’ jkun raġonevolment mistenni minnhom biex jissodisfaw lill-kredituri kemm jista’ jkun. Iridu jagħtu prijorità lill-interess komuni tal-kredituri fuq l-interessi tagħhom stess u fuq dawk ta’ oħrajn.

Fil-proċedimenti ta’ falliment, il-prattikant tal-insolvenza jassumi awtorizzazzjoni biex jiddisponi mill-proprjetà, jeżerċita d-drittijiet u jirrilaxxa obbligi li jappartjenu għad-debitur fi kwistjonijiet relatati mal-proprjetà. B’mod partikolari, il-prattikant tal-insolvenza jeżerċita d-drittijiet ta’ azzjonist konnessi mal-ishma fil-proprjetà tal-insolvenza, jaġixxi fil-kapaċità ta’ impjegatur f’relazzjoni mal-impjegati tad-debitur, u huwa responsabbli għall-operazzjoni tan-negozju, għall-kontabbiltà u għall-konformità fiskali tad-debitur. Il-prattikanti tal-insolvenza huma inkarigati wkoll mill-monetizzazzjoni tal-proprjetà.

Fi proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni, il-prattikanti tal-insolvenza primarjament iwettqu superviżjoni tal-attivitajiet ta’ debitur fil-pussess, ikomplu jidentifikaw il-proprjetà u jfasslu inventarju tagħha, jindirizzaw tilwim inċidentali, jikkompilaw u jżidu mal-lista tal-kredituri, u jirrapportaw lill-kumitat tal-kredituri. Il-prattikanti tal-insolvenza jaġixxu wkoll fil-kapaċità tal-laqgħa ġenerali tad-debitur jew tal-laqgħa tal-membri.

Fi proċedimenti ta’ ħelsien mid-dejn, il-prattikanti tal-insolvenza jaħdmu flimkien mal-qorti tal-insolvenza u mal-kredituri biex jissorveljaw lid-debitur u lill-operazzjonijiet tad-debitur, jirrealizzaw l-assi tad-debitur, u jallokaw ħlasijiet mensili skont l-iskeda tar-ripagament fost il-kredituri.

L-istatus tad-debitur

Fi proċedimenti ta’ falliment, id-debituri jitilfu l-awtorità li jiddisponu l-proprjetà tagħhom, li jeżerċitaw drittijiet oħrajn u li jirrilaxxaw obbligi li għandhom x'jaqsmu mal-proprjetà. Din l-awtorità tingħadda lill-prattikant tal-insolvenza. Bil-liġi, l-atti legali eżegwiti mid-debituri f’dawn il-kwistjonijiet wara li l-awtorità ta’ disponiment tal-proprjetà tkun għaddiet għand il-prattikant tal-insolvenza mhumiex effettivi f’konnessjoni mal-kredituri.

Fi proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni, id-debitur jibqa’ fil-pussess tal-proprjetà, soġġett għal restrizzjonijiet. Atti legali ta’ rilevanza fundamentali għad-disponiment u l-ġestjoni tal-proprjetà tal-insolvenza huma eżegwiti minn debitur fil-pussess biss, bil-kunsens tal-kumitat tal-kredituri. Debitur li jikser dan l-obbligu huwa responsabbli għal dannu jew għal kwalunkwe telf ieħor ikkawżat minn dan lill-kredituri jew lil partijiet terzi; il-membri tal-korp governattiv tad-debitur jinżammu responsabbli għal tali dannu jew għal telf ieħor b’mod konġunt u in solidum. “Atti ġudizzjarji ta’ rilevanza fundamentali” huma meqjusa li jfissru azzjonijiet li jbiddlu b’mod sinifikanti l-valur tal-proprjetà, il-locus standi tal-kredituri, jew il-livell ta’ sodisfazzjon tal-kredituri. Il-prattikanti tal-insolvenza jaġixxu fil-kapaċità tal-laqgħa ġenerali tad-debitur jew tal-laqgħa tal-membri.

Fi proċedimenti ta’ ħelsien mid-dejn, id-debitur jibqa’ wkoll fil-pussess tal-proprjetà, soġġett għal restrizzjonijiet. Id-debitur ikun taħt is-superviżjoni tal-qorti tal-insolvenza, tal-prattikant tal-insolvenza u tal-kredituri.

5 Taħt liema kundizzjonijiet tiġi invokata t-tpaċija ?

F’termini ġenerali, it-tpaċija hija rregolata mill-Kodiċi Ċivili. Bħala regola ġenerali, jekk il-partijiet ikollhom l-istess tipi ta’ pretensjonijiet kontra xulxin, kwalunkwe parti tista’ tinnotifika lill-parti l-oħra li tkun qed tpaċi l-pretensjoni tagħha b’dik tal-kontroparti. It-tpaċija tista’ tiġi invokata malli parti jkollha d-dritt kemm li titlob li tiġi ssodisfata pretensjoni kif ukoll li tħallas id-dejn tagħha stess. Tpaċija tikkanċella ż-żewġ pretensjonijiet sal-punt li dawn jikkoinċidu ma’ xulxin; jekk dawn ma jkoprux lil xulxin kompletament, it-tpaċija tal-pretensjoni ssir b’mod li jixbah il-każ ta’ twettiq tal-impenji. Dawn l-effetti jinħolqu meta żewġ pretensjonijiet isiru eliġibbli għal tpaċija.

Fi proċedimenti tal-insolvenza, il-pretensjonijiet reċiproċi tad-debitur u tal-kreditur jistgħu jiġu paċuti wara d-deċiżjoni dwar l-insolvenza jekk il-kundizzjonijiet statutorji tat-tpaċija (skont il-Kodiċi Ċivili) jiġu ssodisfati qabel ma tittieħed id-deċiżjoni dwar il-metodu tal-insolvenza, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mill-Att dwar l-Insolvenza.

It-tpaċija fi proċedimenti tal-insolvenza mhijiex ammissibbli, b’mod partikolari jekk il-kreditur tad-debitur:

  • ma jkunx sar kreditur reġistrat fir-rigward tal-pretensjoni kreditabbli; jew
  • ikun kiseb pretensjoni kreditabbli bħala riżultat ta’ att legali mhux effettiv; jew
  • kien jaf bl-insolvenza tad-debitur fil-mument li ġiet akkwistata l-pretensjoni kreditabbli; jew
  • għad irid iħallas il-pretensjoni dovuta tad-debitur sal-punt sa fejn din taqbeż il-pretensjoni kreditabbli tal-kreditur; jew
  • f’każijiet stipulati mill-qorti tal-insolvenza u miżura interim tal-qorti tal-insolvenza.

6 X’effett għandhom il-proċedimenti ta’ falliment fuq kuntratti kurrenti li d-debitur huwa parti tagħhom?

Kuntratti ta’ eżekuzzjoni reċiproka

Jekk id-debitur, fiż-żmien meta jiġi ddikjarat il-falliment jew meta jingħata permess għar-riorganizzazzjoni jew għall-ħelsien mid-dejn, ikun parti għal kuntratt ta’ eżekuzzjoni reċiproka, inkluż prekuntratt, li għad irid jiġi implimentat b’mod sħiħ mid-debitur jew mill-kontroparti fiż-żmien meta jiġi ddikjarat il-falliment, jew meta jingħata permess għar-riorganizzazzjoni jew għall-ħelsien mid-dejn, japplika dan li ġej:

-          fil-proċedimenti ta’ falliment jew ta’ ħelsien mid-dejn, il-prattikanti tal-insolvenza jistgħu jeżegwixxu kuntratt minflok id-debitur u jfittxu t-twettiq tal-impenji mill-parti l-oħra għall-kuntratt, jew jistgħu jirrifjutaw l-eżekuzzjoni;

-          fi proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni, debitur fil-pussess jeżerċita l-istess awtorità, soġġett għall-kunsens tal-kumitat tal-kredituri.

Fi proċedimenti ta’ falliment jew ta’ ħelsien mid-dejn, prattikant tal-insolvenza li ma jiddikjarax li kuntratt se jiġi implimentat fi żmien 30 jum mill-ordni ta’ falliment jew mill-permess għall-ħelsien mid-dejn jitqies li rrifjuta l-eżekuzzjoni; sa dak iż-żmien, il-kontroparti ma tistax tirtira mill-kuntratt, sakemm id-dispożizzjonijiet kuntrattwali ma jippermettux mod ieħor. Fi proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni, debituri fil-pussess li ma jiddikjarawx li huma jirrifjutaw l-eżekuzzjoni fi żmien 30 jum mill-approvazzjoni tar-riorganizzazzjoni jridu jimplimentaw kuntratt ta’ eżekuzzjoni reċiproka.

Kontroparti li tkun meħtieġa li tkun l-ewwel li teżegwixxi tista’ ma twettaqx it-tali eżekuzzjoni sakemm tiġi pprovduta jew garantita eżekuzzjoni reċiproka, ħlief meta l-kuntratt ikun konkluż mill-kontroparti wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni dwar l-insolvenza.

Jekk il-prattikant tal-insolvenza jew id-debitur fil-pussess jirrifjuta l-eżekuzzjoni, il-kontroparti tista’ titlob kumpens għad-danni li jirriżultaw billi tippreżenta pretensjoni fi żmien 30 jum mir-rifjut ta’ eżekuzzjoni. Il-pretensjonijiet tal-kontroparti li jirriżultaw mill-kontinwazzjoni tal-kuntratt wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment ikun pretensjonijiet kontra l-proprjetà tal-insolvenza.

Il-kontroparti ma tistax titlob ir-rimborż ta’ eżekuzzjoni parzjali pprovduta qabel id-deċiżjoni dwar l-insolvenza minħabba li l-prestazzjoni ma kinitx reċiprokata mid-debitur.

Kuntratti fissi

Jekk ikun miftiehem li konsenjabbli bi prezz tas-suq irid jiġi fornut fi żmien preċiż jew f'limitu ta’ żmien fiss, u jekk iż-żmien tal-eżekuzzjoni jseħħ jew il-limitu ta' żmien jiskadi biss wara dikjarazzjoni ta’ falliment, ma jistax jintalab it-twettiq tal-impenn; jista’ jintalab biss kumpens għad-dannu kkawżat min-nuqqas ta’ twettiq tal-impenn min-naħa tad-debitur. “Dannu” tfisser id-differenza bejn il-prezz miftiehem u l-prezz tas-suq imħallas fid-data effettiva tad-dikjarazzjoni ta’ falliment fil-post indikat mill-kuntratt bħala l-post tal-eżekuzzjoni. Il-kontroparti tista’ titlob id-danni bħala kreditur billi tippreżenta pretensjoni fi żmien 30 jum mid-dikjarazzjoni ta’ falliment.

Ftehim ta’ self

Jekk id-debitur ikun daħal fi ftehim ta’ self, wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment il-prattikant tal-insolvenza jista’ jitlob ir-ritorn tas-self qabel ma jiskadi l-perjodu kuntrattwali tas-self.

Lokazzjoni, sullokazzjoni

Hemm dispożizzjonijiet dettaljati dwar kuntratti ta’ lokazzjoni u ta’ sullokazzjoni. Fost affarijiet oħrajn, wara d-dikjarazzjoni tal-falliment il-prattikant tal-insolvenza huwa intitolat li jtemm kuntratti ta’ lokazzjoni jew ta’ sullokazzjoni konklużi mid-debitur fi żmien stipulat mil-liġi jew mill-kuntratt, anki jekk jiġu konklużi għal perjodu fiss; il-perjodu ta’ notifika ma jistax ikun itwal minn tliet xhur. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili dwar meta u taħt liema kundizzjonijiet il-lokatur jista’ jtemm il-lokazzjoni.

Abbozzi ta’ kuntratti tad-debitur li jkunu għadhom iridu jiġu aċċettati mill-kontroparti meta jiġi ddikjarat falliment

Meta jiġi ddikjarat falliment, rikorsi mid-debitur biex jiġu konklużi kuntratti li għad iridu jiġu aċċettati u kwalunkwe abbozz ta’ kuntratt li kien ġie aċċettat mid-debitur, iżda għad irid jiġi konkluż, jiġi nulli, fejn dawn jinvolvu l-proprjetà insolventi. Abbozzi ta’ kuntratti li għadhom ma ġewx aċċettati mid-debitur meta jiġi ddikjarat il-falliment jistgħu jiġu aċċettati biss mill-prattikant tal-insolvenza.

Riżerva ta’ titolu

Jekk id-debitur ikun biegħ oġġett b’riżerva ta’ titolu u jkun fornieh lix-xerrej qabel ma jiġi ddikjarat il-falliment, ix-xerrej jista’ jirritorna l-oġġett jew inkella jinsisti li jipproċedi bil-kuntratt. Jekk, qabel ma jiġi ddikjarat il-falliment, id-debitur jixtri u jirċievi oġġett b’riżerva ta’ titolu, il-bejjiegħ ma jistax ifittex ir-ritorn tal-oġġett dment li l-prattikant tal-insolvenza jissodisfa l-obbligi skont il-kuntratt mingħajr dewmien żejjed wara li jkun mistieden jagħmel dan mill-bejjiegħ.

7 X'effetti għandhom il-proċedimenti ta' insolvenza fuq il-proċedimenti miġjuba minn kredituri individwali (bl-eċċezzjoni ta' kawżi pendenti)?

Il-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment għandu l-effetti li ġejjin:

  • pretensjonijiet u drittijiet oħrajn relatati mal-proprjetà ma jistgħux jiġu invokati b’rikors jekk jistgħu jiġu invokati b'reġistrazzjoni;
  • id-dritt għal sodisfazzjon minn kollateral relatat ma’ assi fil-pussess tad-debitur jew ma’ assi li jappartjenu għall-proprjetà insolventi jista’ jiġi eżerċitat u akkwistat biss fil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Att dwar l-Insolvenza. Dan japplika wkoll għall-istabbiliment ta’ rahan ġudizzjarju jew ta’ sekwestru fuq il-proprjetà immobbli propost wara l-bidu tal-proċedimenti tal-insolvenza;
  • infurzar jew sekwestru li jaffettwa assi li huma proprjetà tad-debitur, kif ukoll assi oħra li jappartjenu għall-proprjetà, jista’ jiġi ordnat jew jinbeda, iżda ma jistax jiġi implimentat. Madankollu, għal pretensjonijiet kontra l-proprjetà u għal pretensjonijiet ta’ status ekwivalenti, l-infurzar jew is-sekwestru li jaffettwa l-assi li jappartjenu għall-proprjetà tad-debitur jistgħu jiġu implimentati fuq il-bażi ta’ deċiżjoni tal-qorti tal-insolvenza, soġġett għar-restrizzjonijiet stabbiliti minn dik id-deċiżjoni;
  • mhuwiex possibbli li jiġi eżerċitat dritt, stabbilit bi ftehim bejn il-kreditur u d-debitur, dwar sekwestru fir-rigward ta’ pagi jew ta’ introjtu ieħor ittrattat bħala pagi jew introjtu fl-infurzar ta’ sentenza.

8 X’inhu l-effett ta' proċediment ta’ insolvenza fuq il-kontinwazzjoni ta’ kawżi pendenti fil-mument tal-ftuħ ta’ proċediment ta’ insolvenza?

Deċiżjonijiet dwar l-insolvenza joħolqu moratorju fil-proċedimenti ġudizzjarji u ta’ arbitraġġ li jikkonċernaw pretensjonijiet u drittijiet oħra relatati mal-proprjetà li għandhom jiġu invokati bir-reġistrazzjoni fi proċedimenti tal-insolvenza, jew li huma meqjusa bħala reġistrati fi proċedimenti tal-insolvenza, jew li jikkonċernaw pretensjonijiet mhux issodisfati fi proċedimenti tal-insolvenza. Sakemm mhux previst mod ieħor, huwa impossibbli li dawn il-proċedimenti jitkomplew waqt li tkun għadha fis-seħħ deċiżjoni dwar l-insolvenza.

9 Liema huma l-karatteristiċi ewlenin tal-parteċipazzjoni tal-kredituri fil-proċedimenti ta’ insolvenza?

Prinċipji assoċjati mal-parteċipazzjoni tal-kredituri

Il-proċedimenti tal-insolvenza huma bbażati, fost affarijiet oħrajn, fuq il-prinċipji li ġejjin li jaffettwaw il-parteċipazzjoni tal-kredituri:

  • il-proċedimenti tal-insolvenza jridu jitwettqu b’tali mod li l-ebda parti ma ġġarrab danni inġustament jew tikseb vantaġġ irregolari, u li jinkiseb l-ogħla sodisfazzjon rapidu u ekonomiku possibbli għall-kredituri;
  • kredituri li, skont il-liġi, għandhom essenzjalment l-istess status jew status simili għandhom opportunitajiet indaqs fil-proċedimenti tal-insolvenza;
  • sakemm mhux previst mod ieħor mil-liġi, id-drittijiet ta’ kreditur li jkunu ġew akkwistati bona fide qabel il-bidu tal-proċedimenti tal-insolvenza ma jistgħux jiġu ristretti minn sentenza tal-qorti tal-insolvenza jew bħala riżultat tal-proċedura segwita mill-prattikant tal-insolvenza;
  • il-kredituri huma obbligati li jżommu lura minn atti mmirati biex jissodisfaw il-pretensjonijiet tagħhom barra mill-proċedimenti tal-insolvenza, sakemm dan ma jkunx permess mil-liġi.

Il-korpi tal-kredituri

Il-korpi tal-kredituri huma:

  • il-laqgħa tal-kredituri;
  • il-kumitat tal-kredituri (jew ir-rappreżentant tal-kredituri).

Il-laqgħa tal-kredituri hija responsabbli għall-elezzjoni u għat-tneħħija tal-membri u ta’ membri alternattivi tal-kumitat tal-kredituri (jew rappreżentant tal-kredituri). Il-laqgħa tal-kredituri tista’ tirriżerva għall-kompetenza tagħha kwalunkwe ħaġa li taqa’ taħt il-kompetenza tal-korpi ta’ kredituri. Jekk ma jinħatar l-ebda kumitat tal-kredituri jew rappreżentant tal-kredituri, il-laqgħa tal-kredituri taġixxi f’dik il-kapaċità minflokhom, sakemm mhux previst mod ieħor mil-liġi.

Jekk ikunu rreġistrati aktar minn 50 kreditur, il-laqgħa tal-kredituri trid tistabbilixxi kumitat tal-kredituri. Inkella huwa biżżejjed li jiġi elett rappreżentant tal-kredituri.

Il-kumitat tal-kredituri jeżerċita l-poteri tal-korpi tal-kredituri, ħlief fi kwistjonijiet li huma fi ħdan il-mandat tal-laqgħa tal-kredituri jew li ġew irriżervati mil-laqgħa tal-kredituri għall-kompetenza tagħha stess. B’mod partikolari, il-kumitat tal-kredituri jissorvelja l-attivitajiet tal-prattikant tal-insolvenza u huwa intitolat li jippreżenta proposta lill-qorti tal-insolvenza rigward il-proċedimenti tal-insolvenza. Il-kumitat tal-kredituri jħares l-interess komuni tal-kredituri u, f’kooperazzjoni mal-prattikant tal-insolvenza, jgħin biex jintlaħaq l-għan tal-proċedimenti tal-insolvenza. Id-dispożizzjonijiet dwar il-kumitati tal-kredituri japplikaw mutatis mutandis għar-rappreżentanti tal-kredituri.

Kategoriji ta’ kredituri

Il-liġi tagħmel distinzjoni bejn kredituri garantiti u ordinarji.

Kreditur garantit huwa kreditur bi pretensjoni li hija garantita minn assi li jappartjenu għall-proprjetà fil-forma ta’ rahan, ta’ dritt ta’ ritenzjoni, ta’ restrizzjoni tat-trasferiment tal-proprjetà, ta’ trasferiment fiduċjarju ta’ dritt, ta’ assenjazzjoni ta’ pretensjoni għall-kollateral, jew ta’ dritt simili skont liġi barranija.

Il-kredituri garantiti huma f’pożizzjoni ta’ influwenza sinifikanti matul il-proċedimenti tal-insolvenza. Fejn id-debitur ikun entità kummerċjali li tista’ tiġi riorganizzata skont l-Att dwar l-Insolvenza, l-adozzjoni ta’ riżoluzzjoni dwar il-metodu tal-insolvenza (falliment jew riorganizzazzjoni) tirrekjedi l-voti ta’ mill-inqas nofs il-kredituri garantiti kollha (u bl-istess mod dawk ordinarji) preżenti fil-laqgħa tal-kredituri, imkejlin skont l-ammonti tal-pretensjonijiet tagħhom, ħlief jekk mill-inqas 90 % tal-kredituri preżenti, ikkalkolati skont l-ammont tal-pretensjonijiet tagħhom, jivvotaw favur ir-riżoluzzjoni. Kreditur garantit jista’ wkoll jagħti struzzjonijiet lil persuna fil-pussess dwar kif għandha tamministra l-garanzija li torbot lil dik il-persuna, dment li dawn l-istruzzjonijiet huma mmirati lejn governanza tajba. Il-prattikant tal-insolvenza huwa marbut ukoll bi struzzjonijiet minn kredituri garantiti mmirati lejn il-monetizzazzjoni tal-garanzija. Il-prattikanti tal-insolvenza jistgħu jirrifjutaw dawn l-istruzzjonijiet jekk huma jemmnu li s-suġġett tal-garanzija jista’ jiġi monetizzat b'mod aktar favorevoli, f'liema każ huma jagħmlu petizzjoni quddiem il-qorti tal-insolvenza biex tirrevedi l-istruzzjonijiet fil-kuntest tal-attività superviżorja tagħha. Il-monetizzazzjoni ta’ oġġett, ta’ dritt, ta’ pretensjoni jew ta’ assi oħra fil-proċedimenti tal-insolvenza ttemm il-garanzija tal-pretensjoni tal-kreditur garantit, anki jekk dak il-kreditur ma rreġistrax il-pretensjoni.

Il-pretensjonijiet tal-kredituri garantiti jiġu ssodisfati mill-ammont sħiħ tar-rikavati mill-monetizzazzjoni, wara li jitnaqqsu t-tariffa tal-prattikant tal-insolvenza u l-ispejjeż tal-ġestjoni u tal-monetizzazzjoni, fi kwalunkwe ħin matul il-proċedimenti, filwaqt li jitqies iż-żmien meta nbdiet il-garanzija.

Il-kredituri kollha l-oħrajn huma ordinarji. L-istatus tagħhom fil-proċedimenti tal-insolvenza huwa aktar dgħajjef u l-livell proġettat li fih jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet tagħhom, skont id-dejta statistika, normalment ikun ħafna aktar baxx.

10 B’liema mod jista’ l-prattikant tal-insolvenza juża jew jiddisponi minn assi tal-patrimonju?

Il-prattikanti tal-insolvenza jistgħu jużaw l-assi tal-proprjetà fil-proċedimenti ta’ falliment. Il-prattikant tal-insolvenza jassumi awtorizzazzjoni li jiddisponi mill-proprjetà, li jeżerċita drittijiet u li jirrilaxxa obbligi li jappartjenu lid-debitur fi kwistjonijiet relatati mal-proprjetà. B’mod partikolari, il-prattikant tal-insolvenza jeżerċita d-drittijiet tal-azzjonisti marbuta mal-ishma fil-proprjetà tal-insolvenza, jieħu deċiżjonijiet dwar sigrieti kummerċjali u oqsma oħra ta’ kunfidenzjalità, jaġixxi fil-kapaċità ta’ impjegatur fir-rigward tal-impjegati tad-debitur, u huwa responsabbli għall-operat tan-negozju, għall-kontabbiltà u għall-konformità fiskali tad-debitur. Il-prattikanti tal-insolvenza huma inkarigati wkoll mill-monetizzazzjoni tal-proprjetà.

Fil-proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni u ta’ ħelsien mid-dejn, id-debitur jibqa’ jżomm dawn id-drittijiet, soġġett għal restrizzjonijiet sinifikanti.

11 Liema talbiet għandhom jiġu ppreżentati kontra l-patrimonju tal-insolvenza tad-debitur u kif għandhom jiġu ttrattati t-talbiet li jsiru wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza?

Pretensjonijiet kontra l-proprjetà u pretensjonijiet ekwivalenti jistgħu jitħallsu kollha fi kwalunkwe żmien wara li tkun tittieħed id-deċiżjoni dwar l-insolvenza.

Issir distinzjoni bejn dawn li ġejjin:

  • pretensjonijiet kontra l-proprjetà li joriġinaw wara l-ftuħ tal-proċedimenti tal-insolvenza jew wara d-dikjarazzjoni ta’ moratorju (b’mod partikolari r-rimborż ta’ spejjeż ta’ flus u t-tariffa tal-fiduċjarju interim, il-likwidatur tad-debitur u l-membri tal-kumitat tal-kredituri, u l-pretensjonijiet tal-kredituri li jirriżultaw minn finanzjament ta' kreditu);
  • pretensjonijiet kontra l-proprjetà li joriġinaw wara d-deċiżjoni dwar l-insolvenza (b’mod partikolari l-ispejjeż fi flus u t-tariffa tal-prattikant tal-insolvenza, it-taxxi, l-imposti, id-dazju, il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, il-kontribuzzjonijiet tal-politika dwar l-impjiegi tal-istat u l-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni tas-saħħa pubblika);
  • pretensjonijiet ekwivalenti għall-pretensjonijiet kontra l-proprjetà (b’mod partikolari l-pretensjonijiet tal-liġi tax-xogħol tal-impjegati tad-debitur, u l-pretensjonijiet tal-kredituri għall-manteniment statutorju).

12 Liema huma r-regoli li jirregolaw il-preżentata, il-verifika u l-ammissjoni tat-talbiet?

Depożitar ta’ pretensjonijiet

Il-kredituri jiddepożitaw il-pretensjonijiet tagħhom quddiem il-qorti ta' insolvenza permezz ta’ formola prestabbilita, u jistgħu jagħmlu dan mill-ftuħ tal-proċedimenti tal-insolvenza sal-iskadenza stabbilita fid-deċiżjoni dwar l-insolvenza. Pretensjonijiet depożitati wara l-iskadenza jiġu injorati mill-qorti tal-insolvenza, u ma jiġux saldati fil-proċedimenti tal-insolvenza. Pretensjonijiet li jkunu diġà tqajmu fil-qorti, u pretensjonijiet eżegwibbli, inklużi dawk li qed jiġu rkuprati b’infurzar jew b’sekwestru, jiġu ddepożitati wkoll. Kreditur li jiddepożita pretensjonijiet jew li huwa kkunsidrat bħala kreditur reġistrat jista’ jirtira l-pretensjoni fi kwalunkwe ħin matul il-proċedimenti tal-insolvenza.

Rikors biex tiġi ddepożitata pretensjoni trid tispjega kif oriġinat il-pretensjoni u kemm hu l-ammont. Pretensjoni dejjem trid tiġi kkwantifikata f’termini monetarji, anki jekk tkun assi mhux monetarju. Kull dokument li jirreferi għalih ir-rikors għall-pretensjoni jrid ikun mehmuż mar-rikors. L-infurzabbiltà ta’ pretensjoni trid tintwera bil-provi permezz ta’ strument awtentiku.

Għall-għanijiet tal-perjodu ta’ limitazzjoni jew il-limitu taż-żmien sal-iskadenza tad-drittijiet, rikors biex tiġi ddepożitata pretensjoni għandha l-istess effetti bħal rikors jew invokazzjoni oħra ta’ dritt quddiem qorti; dan il-perjodu jibda fid-data meta jiġi ppreżentat ir-rikors lill-qorti tal-insolvenza.

Il-kreditur huwa responsabbli għall-akkuratezza tal-informazzjoni f’rikors biex tiġi ddepożitata pretensjoni. Il-qorti tal-insolvenza, filwaqt li taġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-prattikant tal-insolvenza, tista’ timponi penali jekk l-ammont tal-pretensjoni jiġi eżaġerat (b’aktar minn 100%), billi tordna l-ħlas ta’ ammont lill-proprjetà li huwa stabbilit fir-rigward taċ-ċirkostanzi kollha relatati mad-depożitar tal-pretensjoni u evalwazzjoni tal-pretensjoni stess, sal-ammont li bih is-somma li għaliha ġiet iddepożitata l-pretensjoni qabżet il-valur attwali aċċertat.

Id-dritt ta’ kreditur li l-pretensjoni tiegħu tiġi ssodisfata mill-garanzija ma jiġix ikkunsidrat jekk din tiġi ddepożitata f’ordni differenti minn kif suppost, jew jekk, meta ssir evalwazzjoni tagħha, jinstab li l-livell li bih kienet assigurata ġie eżaġerat b’aktar minn 100 %. F’dan il-każ, il-kreditur jista’ jiġi ppenalizzat mill-qorti tal-insolvenza billi jiġi ordnat iħallas ammont (monetarju) favur il-kredituri garantiti li ddepożitaw pretensjonijiet b’garanzija li jappartjenu għall-istess assi. L-ammont ta’ dak il-ħlas jiġi stabbilit mill-qorti tal-insolvenza fir-rigward taċ-ċirkostanzi kollha li fihom ġie eżerċitat u rivedut id-dritt li l-pretensjoni tiġi ssodisfata mill-garanzija, sal-ammont li bih il-valur tal-garanzija indikat fir-rikors qabeż il-valur aċċertat tal-garanzija.

Verifika tal-pretensjonijiet reġistrati

Il-pretensjonijiet iddepożitati, l-ewwel jiġu evalwati mill-prattikant tal-insolvenza, li prinċipalment jikkontroverifikahom mad-dokumenti li jakkumpanjawhom u mal-kontijiet jew mar-rekords tad-debitur miżmumin skont leġiżlazzjoni speċifika. Imbagħad il-prattikant tal-insolvenza jistieden lid-debitur jikkummenta dwar il-pretensjonijiet. Fejn xieraq, il-prattikant tal-insolvenza jwettaq l-investigazzjoni meħtieġa dwar il-pretensjonijiet, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet, li huma obbligati li jipprovdu tali kooperazzjoni.

Jekk pretensjoni ddepożitata tkun difettuża jew inkompluta, il-prattikant tal-insolvenza jistieden lill-kreditur jikkoreġiha jew ilestiha kollha fi żmien 15-il ġurnata (jista’ jiġi stabbilit limitu ta’ żmien itwal), u jagħti parir dwar kif għandu jsir dan. Il-pretensjonijiet li jiġux issupplementati jew ikkoreġuti kif xieraq u saż-żmien dovut jiġu ppreżentati mill-prattikant tal-insolvenza lill-qorti tal-insolvenza għal deċiżjoni li tiddetermina jekk ir-rikors għandux jiġi kkunsidrat jew le. Il-kreditur irid jiġi informat dwar dan.

Il-prattikant tal-insolvenza jfassal lista tal-pretensjonijiet iddepożitati. Il-kredituri garantiti jkunu f’lista separata. Jekk il-pretensjonijiet jiġu rrifjutati mill-prattikant tal-insolvenza, dan irid jiġi ddikjarat b’mod espliċitu. Għall-kredituri kollha, għandha tiġi indikata l-informazzjoni neċessarja kollha biex ikunu identifikati l-kredituri u biex jiġi vvalutat kif oriġinat il-pretensjoni u l-ammont u l-gradazzjoni tagħha. Barra minn hekk, il-kredituri garantiti għandhom jiddikjaraw ir-raġuni għall-garanzija u l-metodu tal-garanzija.

Il-lista tal-pretensjonijiet iddepożitati tiġi ppubblikata mill-qorti tal-insolvenza fir-reġistru tal-insolvenza qabel ma ssir is-seduta ta’ verifika. Il-qorti tal-insolvenza tippubblika minnufih ukoll kwalunkwe bidla fil-lista tal-pretensjonijiet iddepożitati fir-reġistru tal-insolvenza.

Il-pretensjonijiet iddepożitati mbagħad jiġu vverifikati waqt seduta ta’ verifika ordnata mill-qorti tal-insolvenza. Id-data u l-post tas-seduta jiġu stabbiliti mill-qorti tal-insolvenza fid-deċiżjoni dwar l-insolvenza tagħha. Il-kredituri għandhom sa tmiem is-seduta ta’ verifika biex ibiddlu l-ammont tal-pretensjoni li jkunu qed jippreżentaw, sakemm din ma tkunx garantita jew sakemm ma tkunx ġiet miċħuda minn deċiżjoni finali. Madankollu, ma jistgħux ibiddlu r-raġuni għaliex seħħet il-pretensjoni rreġistrata jew il-gradazzjoni tagħha.

Ċaħda ta’ pretensjonijiet

L-awtentiċità, l-ammont u l-gradazzjoni tal-pretensjonijiet kollha ddepożitati jistgħu jiġu miċħuda minn: (a) il-prattikant tal-insolvenza; (b) id-debitur; jew (c) kreditur irreġistrat.

Iċ-ċaħda ta’ pretensjoni ta’ kreditur minn kreditur reġistrat ieħor irid ikollha l-istess dettalji bħal rikors skont il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, u trid tagħmilha ċara jekk hijiex l-awtentiċità, l-ammont jew il-gradazzjoni tal-pretensjoni li qed tiġi miċħuda. Ċaħda tiġi nnotifikata f'forma prestabbilita.

L-Att dwar l-Insolvenza jirrikonoxxi t-tipi ta’ ċaħda li ġejjin:

  • ċaħda tal-awtentiċità ta’ pretensjoni - huwa argumentat li l-pretensjoni qatt ma oriġinat jew li tkun intemmet kompletament jew ġiet kompletament preskritta;
  • ċaħda tal-ammont tal-pretensjoni - huwa argumentat li l-obbligazzjoni tad-debitur hija inqas mill-ammont reġistrat (il-persuna li tiċħad l-ammont tal-pretensjoni jenħtiġilha tiddikjara wkoll l-ammont attwali tal-pretensjoni);
  • ċaħda tal-gradazzjoni tal-pretensjoni - huwa argumentat li l-pretensjoni għandha gradazzjoni inqas favorevoli minn dik indikata fil-pretensjoni ppreżentata, jew li d-dritt li l-pretensjoni tiġi ssodisfata mill-garanzija huwa miċħud (il-persuna li tiċħad il-gradazzjoni tal-pretensjoni jeħtiġilha tispeċifika wkoll il-gradazzjoni li fiha jenħtieġ li tiġi ssodisfata l-pretensjoni).

Jekk kreditur reġistrat jiċħad il-pretensjoni ta’ kreditur reġistrat ieħor, dawn il-kredituri jsiru partijiet għal tilwima anċillari. Il-prattikanti tal-insolvenza li jixtiequ jassistu lil parti f’tilwima anċillari li ma jkunux qed jipparteċipaw fiha għandhom id-dritt li jintervjenu.

Id-deċiżjonijiet dwar l-awtentiċità, l-ammont u l-gradazzjoni ta’ pretensjonijiet miċħuda jittieħdu mill-qorti tal-insolvenza.

13 Liema huma r-regoli li jirregolaw it-tqassim tal-assi wara tmiem il-proċedimenti? Kif jiġu kklassifikati t-talbiet u d-drittijiet tal-kredituri?

Il-proprjetà tal-insolvenza tiġi mmonetizzata fi proċedimenti ta’ falliment. Dan ifisser li l-assi kollha li jappartjenu għall-proprjetà jiġu kkonvertiti fi flus għas-sodisfazzjon proporzjonali tal-kredituri. Il-proprjetà tiġi mmonetizzata mill-prattikant tal-insolvenza. Dan il-pass jista’ jittieħed biss wara li jiġi ffinalizzat l-ordni tal-falliment u wara li tkun saret l-ewwel laqgħa tal-kredituri. Assi f’riskju imminenti li jsiru irrekuperabbli jew li jitħassru huma eżenti; eżenzjoni għal raġunijiet oħrajn tista’ tiġi permessa wkoll mill-qorti tal-insolvenza. Il-monetizzazzjoni tal-proprjetà ttemm l-effetti kollha ta’ ordni ta’ infurzar jew ta’ sekwestru u difetti oħrajn marbutin mar-realizzazzjoni tal-assi, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi.

Il-proprjetà tal-insolvenza tista’ tiġi mmonetizzata permezz ta’:

  • irkant pubbliku;
  • il-bejgħ ta’ proprjetà mobbli u immobbli skont id-dispożizzjonijiet ta’ infurzar tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili;
  • il-bejgħ ta’ assi mhux b'irkant.

Jekk ir-rikavati mill-monetizzazzjoni tal-proprjetà ma jkunux biżżejjed biex jitħallsu l-pretensjonijiet kollha, l-ewwel jiġu saldati t-tariffa u l-ispejjeż fi flus tal-prattikant tal-insolvenza, segwiti mill-pretensjonijiet tal-kredituri li joriġinaw waqt il-moratorju, il-pretensjonijiet tal-kredituri minn finanzjament ta’ kreditu, l-ispejjeż assoċjati mal-manutenzjoni u l-amministrazzjoni tal-proprjetà, il-pretensjonijiet tal-liġi tax-xogħol tal-impjegati tad-debitur, u l-pretensjonijiet tal-kredituri għall-manteniment u l-kumpens għall-ħsara lis-saħħa. Pretensjonijiet oħrajn jiġu ssodisfati proporzjonalment.

Wara li d-deċiżjoni li tapprova l-aħħar rapport issir finali, il-prattikant tal-insolvenza jippreżenta abbozz ta’ ordni dwar id-distribuzzjoni tal-proprjetà lill-qorti tal-insolvenza, li fih jiddikjara kemm għandu jitħallas għal kull pretensjoni fil-lista riveduta tal-pretensjonijiet reġistrati. Fuq dik il-bażi, il-qorti tal-insolvenza toħroġ ordni dwar id-distribuzzjoni tal-proprjetà, li fih tiddetermina l-ammonti li għandhom jitħallsu lill-kredituri. Il-kredituri kollha inklużi fl-iskeda tad-distribuzzjoni jiġu ssodisfati b’mod proporzjonat għall-ammont aċċertat tal-pretensjoni tagħhom. Qabel id-distribuzzjoni, jiġu ssodisfati pretensjonijiet li jkunu għadhom mhumiex imħallsin u li jkunu jistgħu jitħallsu fi kwalunkwe ħin matul il-proċedimenti ta’ falliment, b’mod speċifiku:

  • pretensjonijiet kontra l-proprjetà – l-ispejjeż fi flus u t-tariffa tal-prattikant tal-insolvenza, l-ispejjeż assoċjati mal-manteniment u l-amministrazzjoni tal-proprjetà tad-debitur, it-taxxi, l-imposti, il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, il-kontribuzzjoni tal-politika tal-impjiegi tal-istat, il-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni tas-saħħa pubblika, eċċ.;
  • pretensjonijiet ekwivalenti - il-pretensjonijiet tal-liġi tax-xogħol tal-impjegati tad-debitur, il-pretensjonijiet tal-kredituri għal kumpens għal ħsara lis-saħħa, il-pretensjonijiet tal-gvern, eċċ.;
  • pretensjonijiet garantiti.

14 Liema huma l-kundizzjonijiet għal, u l-effetti tal-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza (b'mod partikolari b'miżura komposta)?

Għeluq tal-proċedimenti ta’ falliment

Ladarba l-proprjetà tiġi mmonetizzata, il-prattikant tal-insolvenza jippreżenta rapport finali lill-qort tal-insolvenza. Ir-rapport finali jrid jiddeskrivi l-karatteristiċi globali tal-attivitajiet tal-prattikant tal-insolvenza, u jinkludi kwantifikazzjoni tar-riżultati finanzjarji tiegħu. Għandu jikkwantifika l-ammont li għandu jiġi ddistribwit fost il-kredituri u jiddeżinja lil dawk il-kredituri, filwaqt li jindika l-ammont tal-ishma tagħhom mill-ammont totali. Flimkien mar-rapport finali, il-prattikant tal-insolvenza jippreżenta dikjarazzjoni tat-tariffa u tal-ispejjeż lill-qorti tal-insolvenza.

Il-qorti tal-insolvenza tevalwa r-rapport finali u l-fattura tal-prattikant tal-insolvenza, u wara seduta mal-prattikant tal-insolvenza, tikkoreġi l-iżbalji jew l-omissjonijiet li jkun fih. Il-qorti tal-insolvenza tinnotifika lill-partijiet dwar ir-rapport finali rivedut tal-prattikant tal-insolvenza billi tippubblikah fil-forma ta’ avviż pubbliku. Wara li d-deċiżjoni li tapprova l-aħħar rapport issir finali, il-prattikant tal-insolvenza jippreżenta abbozz ta’ ordni dwar id-distribuzzjoni tal-proprjetà lill-qorti tal-insolvenza, li fih jiddikjara kemm għandu jitħallas għal kull pretensjoni fil-lista riveduta tal-pretensjonijiet reġistrati. Imbagħad il-qorti tal-insolvenza toħroġ ordni dwar id-distribuzzjoni tal-proprjetà, li fih tistabbilixxi l-ammonti li għandhom jitħallsu lill-kredituri. Il-kredituri kollha inklużi fl-iskeda tad-distribuzzjoni jiġu ssodisfati b’mod proporzjonat għall-ammont aċċertat tal-pretensjoni tagħhom. Fl-ordni tad-distribuzzjoni, il-qorti tal-insolvenza tistipula skadenza għall-eżekuzzjoni għall-prattikant tal-insolvenza, li ma tistax tkun itwal minn xahrejn mid-data li fiha l-ordni ta’ distribuzzjoni jingħata forza legali.

Il-proċedimenti ta’ falliment jintemmu meta jinħareġ ir-rapport tal-prattikant tal-insolvenza dwar l-eżekuzzjoni tal-ordni ta’ distribuzzjoni u tittieħed id-deċiżjoni tal-qorti tal-insolvenza li tagħlaq il-proċedimenti. Il-qorti tiddeċiedi wkoll li tagħlaq il-proċedimenti ta’ falliment f’ċerti sitwazzjonijiet oħrajn stipulati mil-liġi, pereż. jekk jinstab li huwa ċar li l-assi tad-debitur huma inadegwati biex jissodisfaw lill-kredituri. Meta d-deċiżjoni li jintemmu l-proċedimenti ta’ falliment issir finali, il-proċedimenti tal-insolvenza jingħalqu.

Għeluq tar-riorganizzazzjoni

Ir-riorganizzazzjoni tintemm mad-deċiżjoni tal-qorti tal-insolvenza li tirrikonoxxi l-eżekuzzjoni tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni jew ta’ partijiet sostanzjali minnu. M’hemm l-ebda dritt għal appell kontra dik id-deċiżjoni.

Ir-riorganizzazzjoni tista’ tintemm ukoll b’deċiżjoni tal-qorti tal-insolvenza li tikkonverti r-riorganizzazzjoni f’falliment, li jseħħ f’każijiet stipulati mil-liġi, b’mod partikolari meta jkun hemm problemi fl-approvazzjoni tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni u biex tinżamm il-konformità miegħu. Il-qorti tal-insolvenza ma tistax tieħu deċiżjoni li tikkonverti riorganizzazzjoni f’falliment jekk ikunu twettqu l-aspetti importanti tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni. Appelli kontra deċiżjoni tal-qorti li tikkonverti r-riorganizzazzjoni f’falliment jistgħu jiġu ppreżentati mid-debitur, mill-applikant għar-riorganizzazzjoni, mill-prattikant tal-insolvenza jew mill-kumitat tal-kredituri. Meta l-qorti tal-insolvenza tiddeċiedi li tikkonverti r-riorganizzazzjoni f’falliment, l-effetti assoċjati ma’ dikjarazzjoni ta’ falliment jiġu stabbiliti sakemm il-qorti tal-insolvenza, fid-deċiżjoni tagħha, ma tistipulax kundizzjonijiet differenti għal din il-konverżjoni.

Għeluq tal-proċedimenti ta’ ħelsien mid-dejn

Il-ħelsien mid-dejn jintemm bid-deċiżjoni tal-qorti tal-insolvenza li tirrikonoxxi l-implimentazzjoni tal-ħelsien mid-dejn. M’hemm l-ebda dritt għal appell kontra dik id-deċiżjoni. Jekk id-debitur jikkonforma mal-obbligi kollha skont il-metodu approvat tal-ħelsien mid-dejn b’mod adegwat u f’waqtu, il-qorti tal-insolvenza - b’rakkomandazzjoni mid-debitur - toħroġ ordni li jeħles lid-debitur mill-ħlas tal-pretensjonijiet inklużi fil-proċediment ta’ ħelsien mid-dejn sal-punt li fih ikunu għadhom ma ġewx issodisfati.

Il-ħelsien mid-dejn jista’ jintemm ukoll jekk il-qorti twaqqaf dan il-proċediment u tiddeċiedi li tindirizza l-insolvenza tad-debitur permezz ta’ proċedimenti ta’ falliment, li jseħħu fil-każijiet stipulati mil-liġi, b’mod partikolari meta d-debitur jonqos milli jikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-ħelsien mid-dejn.

15 X'inhuma d-drittijiet tal-kredituri wara l-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza?

Fi proċedimenti ta’ falliment li jikkonċernaw l-assi ta’ persuna fiżika (fi kwalunkwe ħin wara l-għeluq tal-proċedimenti ta’ falliment) jew persuna ġuridika (sad-dissoluzzjoni tagħha meta titħassar minn reġistru pubbliku), wara li jingħalqu l-proċedimenti, jista’ jsir ordni ta’ sekwestru jew ta’ infurzar relatat ma’ pretensjoni li ġiet stabbilita u ma ġietx miċħuda mid-debitur, u li ma ġietx issodisfata matul il-proċedimenti ta’ falliment. Meta jiġi ppreżentat rikors għal infurzar, hemm bżonn li jiġu ppreżentati biss skeda ta’ validazzjoni u rapport dwar il-validazzjoni tal-pretensjoni inkwistjoni fil-proċedimenti ta’ falliment. Dan id-dritt isir preskritt għaxar snin wara l-għeluq tal-proċedimenti ta’ falliment, bil-perjodu ta’ preskrizzjoni li jibda fid-data effettiva tal-ordni li jagħlaq il-proċedimenti.

F’każijiet ta’ riorganizzazzjoni, wara li jidħol fis-seħħ il-pjan ta’ riorganizzazzjoni, jistgħu jiġu ordnati jew implimentati kontra d-debitur infurzar jew sekwestru, biex tiġi rkuprata pretensjoni stipulata fil-pjan ta’ riorganizzazzjoni. Madankollu, jekk il-pretensjoni tkun ġiet miċħuda, l-infurzar jew is-sekwestru huma possibbli biss jekk id-deċiżjoni tal-qorti tal-insolvenza li tistabbilixxi l-pretensjoni tkun saret finali; din id-deċiżjoni trid tiġi mehmuża mal-rikors.

F’każijiet ta’ ħelsien mid-dejn, fi tmiem il-ħelsien mid-dejn u l-ħelsien mill-ħlas tal-pretensjonijiet li jkun fadal, ma jibqax possibbli li wieħed ifittex sodisfazzjon għall-bqija tal-pretensjonijiet tal-kredituri permezz ta’ infurzar jew ta’ sekwestru. Huwa immaterjali jekk il-kredituri jkunux ġew issodisfati parzjalment fil-proċedimenti ta’ ħelsien mid-dejn jew jekk dawn kinux tabilħaqq tassew irreġistarw il-pretensjoni tagħhom fil-proċedimenti tal-insolvenza.

16 Min għandu jagħmel tajjeb għall-kostijiet u l-ispejjeż involuti fil-proċedimenti ta' insolvenza?

L-ispejjeż – b’mod partikolari t-tariffa u l-ispejjeż fi flus tal-prattikant tal-insolvenza – għandhom jiġu koperti mill-proprjetà, jiġifieri għandhom jiġġarrbu mid-debitur.

Peress li l-proprjetà tal-insolvenza mhux dejjem tkun kbira biżżejjed biex tkopri l-ispejjeż, il-qorti tal-insolvenza tista’, qabel ma tiddeċiedi dwar petizzjoni tal-insolvenza, tordna lill-petizzjonant tal-insolvenza iħallas avvanz fuq l-ispejjeż tal-proċedimenti tal-insolvenza sa skadenza stipulata, fejn dan ikun meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż tal-proċedimenti u r-riżorsi meħtieġa ma jistgħux jiġu ggarantiti permezz ta’ mezzi oħrajn. Dan japplika anki jekk ikun jidher ċar li d-debitur ma għandux assi. Il-liġi tistabbilixxi limitu massimu għall-ammont tat-tali avvanzi. Jekk ikun hemm diversi petizzjonanti tal-insolvenza, dawn huma meħtieġa li jħallsu avvanz b’mod konġunt u in solidum.

Jekk il-proprjetà ma tistax tkopri l-ispejjeż, il-bqija jiġi kopert mill-avvanz fuq l-ispejjeż tal-proċedimenti tal-insolvenza, jiġifieri jiġġarrbu mill-petizzjonant.

Jekk l-avvanz lanqas ma jkopri l-ispejjeż, il-kont jitħallas mill-istat. Leġiżlazzjoni speċifika tillimita l-ammont tal-ispejjeż li jistgħu jiġu koperti mill-istat.

17 X'inhuma r-regoli li għandhom x'jaqsmu man-nullità, l-annullabbiltà u n-nuqqas ta' eżekutorjetà ta' atti ġuridiċi detrimentali għall-korp ġenerali ta' kredituri?

Atti legali mid-debitur biex jitnaqqsu l-possibiltajiet li l-kredituri jiġu ssodisfati jew biex jiffavorixxi ċerti kredituri u mhux oħrajn mhumiex eżegwibbli. Kwalunkwe omissjoni mid-debitur f’dan ir-rigward hija wkoll ittrattata bħala att legali wkoll. Hemm tliet kategoriji ta’ atti mhux eżegwibbli bħal dawn: (a) atti legali mingħajr konsiderazzjoni adegwata; (b) atti legali preferenzjali li jirriżultaw f’sitwazzjoni li fiha kreditur wieħed, għad-detriment ta’ kredituri oħrajn, jirċievi sodisfazzjon akbar milli kieku kien jikseb fil-proċedimenti ta’ falliment; (ċ) atti legali li bihom id-debitur jillimita intenzjonalment is-sodisfazzjon ta’ kreditur, jekk din l-intenzjoni kienet magħrufa mill-kontroparti jew, fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha, din bilfors li kienet taf biha.

Li l-atti legali tad-debitur mhumiex infurzabbli jiġi stabbilit minn sentenza tal-qorti tal-insolvenza fuq rikors ippreżentat mill-prattikant tal-insolvenza biex jipprotesta l-atti legali tad-debitur (rikors biex tiġi revokata tranżazzjoni). Il-prattikant tal-insolvenza jista’ jiftaħ rikors biex jirrevoka tranżazzjoni fi żmien sena mid-data meta tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni dwar l-insolvenza. Jekk ma jsirx rikors sa dak il-limitu ta’ żmien, jiskadi t-titolu sabiex tiġi rrevokata t-tranżazzjoni. Il-konsiderazzjoni tad-debitur mill-atti legali mhux eżegwibbli jifforma parti mill-proprjetà ladarba s-sentenza li tikkonferma r-rikors għar-revoka ta’ tranżazzjoni ssir finali.

In-nuqqas ta’ eżegwibbiltà ta’ att legali ma jippreġudikax l-applikabbiltà tiegħu. Madankollu, fi proċedimenti tal-insolvenza, il-konsiderazzjoni tad-debitur minn atti legali mhux eżegwibbli tifforma parti mill-proprjetà. Jekk il-konsiderazzjoni oriġinali tad-debitur minn att legali mhux eżegwibbli ma tistax tiġi ċeduta lill-proprjetà, irid jiġi pprovdut kumpens ekwivalenti.

Il-qorti tal-insolvenza mhijiex marbuta bid-deċiżjoni ta’ qorti oħra jew ta’ kostatazzjoni ta’ awtorità oħra, matul il-proċedimenti tal-insolvenza, li att legali relatat mal-assi jew mal-obbligazzjonijiet tad-debitur huwa null u bla effett, jew b’kostatazzjoni bħal din li toriġina b’xi mod ieħor. Matul il-proċedimenti tal-insolvenza, il-qorti tal-insolvenza biss teżamina n-nullità ta’ att legali bħal dan, jew fil-forma ta’ referenza għal sentenza preliminari jew f’tilwima anċillari dwar dik il-kwistjoni. Rikors f’dik it-tilwima jista’ jinfetaħ minn partijiet fil-proċedimenti tal-insolvenza iżda mhux mid-debitur, sakemm dan ma jkunx debitur fil-pussess, u mill-prattikant tal-insolvenza jew mill-uffiċċju tal-prosekutur. Il-prattikant tal-insolvenza dejjem irid ikun il-kwerelant jew il-konvenut. Jekk is-sentenza finali mbagħad issib li att legali relatat mal-assi jew mal-obbligazzjonijiet tad-debitur huwa null u bla effett, il-benefiċċju ekonomiku miksub fil-forma tal-konsiderazzjoni jrid jitradd lura lill-proprjetà.

Jekk att legali relatat mal-assi jew mal-obbligazzjonijiet tad-debitur jinstab li huwa null u bla effett minn sentenza tal-qorti li ssir finali wara l-ftuħ tal-proċedimenti tal-insolvenza, l-att legali indirizzat mis-sentenza jiġi ttrattat hu wkoll bħala null u bla effett fil-proċedimenti tal-insolvenza.

Regoli speċifiċi dwar ċerti kategoriji ta’ pretensjonijiet

Regoli speċifiċi japplikaw għall-kategoriji ta’ pretensjonijiet li ġejjin:

  • pretensjonijiet kontra l-proprjetà li joriġinaw wara l-ftuħ ta’ proċedimenti tal-insolvenza jew wara d-dikjarazzjoni ta’ moratorju;
  • pretensjonijiet kontra l-proprjetà li joriġinaw wara d-deċiżjoni dwar l-insolvenza;
  • pretensjonijiet ekwivalenti għal pretensjonijiet kontra l-proprjetà;
  • pretensjonijiet subordinati;
  • il-pretensjonijiet tal-azzjonisti tad-debitur jew tal-membri, li joriġinaw mill-parteċipazzjoni tagħhom fil-kumpanija jew fil-kooperattiva.
L-aħħar aġġornament: 21/08/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Insolvenza - Estonja

Il-leġiżlazzjoni Estonjana tistipula tliet proċedimenti differenti ta’ insolvenza: il-proċedimenti ta’ falliment, il-proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni u l-proċedimenti ta’ ristrutturar tad-dejn. Il-proċedimenti ta’ falliment huma regolati mill-Att dwar il-Fallimenti, ir-regoli li jkopru r-riorganizzazzjoni huma stabbiliti fl-Att dwar ir-Riorganizzazzjoni u r-regoli dwar ir-ristrutturar tad-dejn huma stabbiliti fl-Att dwar ir-Ristrutturar tad-Dejn u dwar il-Protezzjoni tad-Dejn. L-Atti huma disponibbli bl-Estonjan u bl-Ingliż mill-pubblikazzjoni elettronika uffiċjal tal-Estonja, Riigi Teataja (Il-Gazzetta tal-Istat).

L-għan ta’ proċediment ta’ falliment huwa li jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet tal-kredituri mill-assi tad-debitur permezz tat-trasferiment tal-assi tad-debitur jew tar-riabilitazzjoni tal-intrapriża tad-debitur. Id-debitur li jkun persuna fiżika jingħata l-opportunità li jiġi rilaxxat mill-obbligi tiegħu permezz ta’ proċediment ta’ falliment. Matul proċediment ta’ falliment, tiġi aċċertata l-kawża tal-insolvenza tad-debitur.

L-għan ta’ proċediment ta’ riorganizzazzjoni huwa li jitqiesu l-interessi u jiġu protetti d-drittijiet ta’ impriżi, ta’ kredituri u ta’ partijiet terzi matul ir-riorganizzazzjoni ta’ intrapriża. Ir-riorganizzazzjoni ta’ intrapriża tfisser l-applikazzjoni ta’ sett ta’ miżuri sabiex intrapriża tkun tista' tegħleb id-diffikultajiet ekonomiċi, tiġi restawrata l-likwidità tagħha, titjieb il-profittabilità tagħha u tiġi żgurata l-ġestjoni sostenibbli tagħha.

L-għan ta’ proċedimenti ta’ ristrutturar tad-dejn huwa li jiġi ffaċilitat ir-ristrutturar tad-djun ta’ persuna fiżika li jkollha problemi ta’ solvenza (debitur), sabiex jingħelbu l-problemi ta’ solvenza u jiġu evitati proċedimenti ta’ falliment. Il-proċedimenti ta’ ristrutturar tad-dejn jagħmluha possibbli għal debitur li jirristruttura l-obbligi finanzjarji tiegħu (djun personali) permezz tal-estensjoni tat-terminu perentorju għall-eżekuzzjoni ta’ obbligu, tas-sodisfazzjon tal-obbligu permezz ta’ pagamenti akkont jew tat-tnaqqis tal-obbligu.

Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar proċedimenti ta’ falliment ikopri l-proċedimenti ta’ falliment. Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza (riformulazzjoni) ikopri proċedimenti ta’ falliment u proċedimenti ta’ ristrutturar tad-dejn.

1 Kontra min jistgħu jinfetħu proċedimenti ta' insolvenza?

Skont il-liġi Estonjana, persuna fiżika hija persuna umana, filwaqt li persuna ġuridika hija entità ġuridika stabbilita skont il-liġi. Persuna ġuridika hija jew persuna ġuridika fid-dritt privat jew persuna ġuridika fid-dritt pubbliku. "Persuna ġuridika fid-dritt privat" tfisser persuna ġuridika stabbilita f’interessi privati u skont Att li jittratta t-tip korrispondenti ta’ persuna ġuridika. Soċjetajiet f’isem kollettiv, soċjetajiet limitati, kumpaniji b’responsabbiltà limitata, kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata, assoċjazzjonijiet kummerċjali, fondazzjonijiet u assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ huma persuni ġuridiċi fid-dritt privat. L-istat, l-awtoritajiet lokali u persuni ġuridiċi oħra stabbiliti fl-interess pubbliku u skont l-Att li jittratta dik il-persuna ġuridika huma persuni ġuridiċi fid-dritt pubbliku.

1. Il-proċedimenti ta’ falliment

Il-proċedimenti ta’ falliment jistgħu jitressqu kemm kontra persuni ġuridiċi kif ukoll kontra dawk fiżiċi, irrispettivament minn jekk il-persuna fiżika tkunx impriża. L-istat jew awtorità lokali ma tistax tkun falluta.

2. Il-proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni

Il-proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni jistgħu jitressqu biss kontra persuni ġuridiċi fid-dritt privat.

3. Il-proċedimenti ta’ ristrutturar tad-dejn

Il-proċedimenti ta’ ristrutturar tad-dejn jistgħu jitressqu kontra persuni fiżiċi bi problemi ta’ solvenza, irrispettivament minn jekk humiex impriżi. Ir-ristrutturar tad-dejn jista’ jintalab minn debitur li l-post tar-residenza tiegħu jkun fl-Estonja u li jkun irrisjeda fl-Estonja għal perjodu ta’ mhux inqas minn sentejn qabel ma jippreżenta r-rikors għal ristrutturar tad-dejn.

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza?

1. Il-proċedimenti ta’ falliment

Il-falliment ifisser insolvenza ta’ debitur kif iddikjarat minn sentenza tal-qorti. Għalhekk, l-ewwel prekundizzjoni ewlenija għall-ftuħ ta’ proċediment ta’ falliment huwa l-fatt li d-debitur huwa insolventi.

Id-debitur ikun insolventi jekk id-debitur ma jkunx jista’ jissodisfa l-pretensjonijiet tal-kredituri u, minħabba l-qagħda finanzjarja tad-debitur, dik l-inkapaċità ma tkunx temporanja. Id-debitur li jkun persuna ġuridika jkun insolventi wkoll jekk l-assi tad-debitur ma jkunux biżżejjed biex ikopru l-obbligi tiegħu u, minħabba l-qagħda finanzjarja tad-debitur, dik l-insuffiċjenza ma tkunx temporanja. Jekk id-debitur jippreżenta rikors għal falliment, il-qorti tiddikjara falliment anke jekk ikun hemm il-probabbiltà ta’ insolvenza fil-futur. Jekk id-debitur jippreżenta rikors għal falliment, id-debitur huwa preżunt li huwa insolventi.

It-tieni prekundizzjoni ewlenija għall-ftuħ ta’ proċediment ta’ falliment hija l-preżentata ta’ rikors għal falliment, u tista’ tiġi ppreżentata mid-debitur jew minn kreditur.

Jekk id-debitur jippreżenta rikors għal falliment, id-debitur għandu jissostanzja l-insolvenza tiegħu fir-rikors għal falliment. Jekk rikors għal falliment jiġi ppreżentat minn kreditur, il-kreditur għandu jissostanzja l-insolvenza tad-debitur u jagħti evidenza tal-eżistenza tal-pretensjoni fir-rikors għal falliment.

Il-qorti tista’ teħtieġ lill-kreditur petizzjonant li jħallas l-ammont ta’ flus stabbilit mill-qorti bħala depożitu tal-qorti sabiex jiġu koperti r-rimunerazzjoni u l-ispejjeż tat-trustee interim jekk ikun hemm raġunijiet biex wieħed jemmen li l-proprjetà tal-falliment ma tkunx biżżejjed biex tkoprihom. Jekk il-kreditur jonqos milli jħallas id-depożitu, il-proċediment jingħalaq.

Il-qorti tirrifjuta li taċċetta r-rikors għal falliment tal-kreditur jekk ir-rikors għal falliment ma jurix li r-rikorrent ikollu pretensjoni kontra d-debitur, jekk ir-rikors għal falliment ma jissostanzjax l-insolvenza tad-debitur jew jekk ir-rikors għal falliment ikun ibbażat fuq pretensjoni li fir-rigward tagħha jkun japplika pjan ta’ riorganizzazzjoni jew pjan ta’ ristrutturar tad-dejn. Il-qorti tirrifjuta wkoll li taċċetta rikors għal falliment jekk tkun teżisti xi raġuni oħra prevista fil-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

Il-qorti ttemm il-proċedimenti permezz ta’ sospensjoni mingħajr ma tiddikjara falliment, irrispettivament mill-insolvenza tad-debitur, jekk l-assi tad-debitur ma jkunux biżżejjed biex ikopru l-kostijiet u l-ispejjeż imġarrba fil-proċediment ta’ falliment u jekk ma jkunx possibbli li jiġu rkuprati jew jintalbu lura l-assi jew tiġi ppreżentata pretensjoni kontra membru ta’ korp maniġerjali.

Il-qorti tiddikjara falliment permezz ta’ deċiżjoni (deċiżjoni dwar falliment). Deċiżjoni dwar falliment għandha tistabbilixxi l-ħin li fih ikun ġie ddikjarat falliment. Il-proċediment ta’ falliment jibda bid-dikjarazzjoni ta’ falliment.

Jekk il-qorti tkun iddikjarat falliment, tippubblika avviż dwar dan (l-avviż dwar falliment) mingħajr dewmien fil-pubblikazzjoni uffiċjali Ametlikud Teadaanded (Avviżi Uffiċjali).

Deċiżjoni dwar falliment hija soġġetta għal eżekuzzjoni immedjata. L-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar falliment ma tistax tiġi sospiża jew posposta, u l-mod jew il-proċedura prevista mil-liġi għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni dwar falliment ma tistax tinbidel. Jekk qorti superjuri tannulla deċiżjoni dwar falliment, dan ma jaffettwax il-validità tal-atti legali mwettqa mit-trustee jew fir-rigward tiegħu. Id-debitur u l-kreditur petizzjonant jistgħu jippreżentaw appell kontra d-deċiżjoni dwar falliment fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni tal-avviż dwar falliment. Id-debitur u l-petizzjonant tal-falliment jistgħu jippreżentaw appelli quddiem il-Qorti Suprema kontra d-deċiżjoni tal-qorti distrettwali dwar l-appell kontra d-deċiżjoni. It-trustee ma jistax jippreżenta appell f’isem id-debitur jew jirrappreżenta lid-debitur fis-smigħ ta’ appell.

Il-proċedimenti ta’ falliment fl-Estonja jieħdu pjuttost fit-tul. Il-proċedimenti li jintemmu permezz ta’ sospensjoni mingħajr ma jiġi ddikjarat falliment idumu għaddejjin medja ta’ 94 jum fil-każ ta’ persuni ġuridiċi u ta’ 85 jum fil-każ ta’ persuni fiżiċi. Fil-każ ta’ persuni ġuridiċi t-tul medju ta’ żmien biex intlaħqet proposta ta’ distribuzzjoni li abbażi tagħha kien possibbli li jsiru ħlasijiet lill-kredituri kien ta’ 462 jum, u ta’ 455 jum fil-każ ta’ persuni fiżiċi. Il-proċedimenti li jispiċċaw f’kompożizzjoni jdumu għaddejja medja ta’ 340 jum fil-każ ta’ persuni ġuridiċi u ta’ 352 jum fil-każ ta’ persuni fiżiċi. L-itwal proċedimenti ta’ falliment f’termini ta’ żmien huma dawk li jintemmu permezz ta’ sospensjoni wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment, u bħala medja jdumu għaddejjin 745 jum fil-każ ta’ persuni ġuridiċi u 709 jum fil-każ ta’ persuni fiżiċi. It-tul tal-proċediment sħiħa, jiġifieri mill-preżentata tar-rikors għal falliment sal-għeluq tal-proċediment ta’ falliment, huwa, bħala medja, 270-280 jum.[1]

Jekk fi proċediment ta’ falliment irid jiġi ppubblikat avviż jew att proċedurali, l-avviż jew l-att proċedurali jridu jiġu ppubblikati f’Ametlikud Teadaanded. Il-qorti tista’ tippubblika avviż dwar il-ħin u l-post tas-seduta ta’ rikors għal falliment f’Ametlikud Teadaanded. Il-qorti tippubblika avviż dwar deċiżjoni ta’ falliment li fiha debitur jiġi ddikjarat fallut (avviż ta’ falliment) mingħajr dewmien f’Ametlikud Teadaanded.

Qabel jiġi ddikjarat falliment u jinfetaħ proċediment ta’ falliment, ssir ’l hekk imsejħa proċedura preliminari. Jekk il-qorti tiddeċiedi li taċċetta rikors għal falliment, taħtar trustee interim. Il-qorti tista' wkoll, wara li tkun qieset il-qagħda finanzjarja tad-debitur, tirrifjuta li taħtar trustee interim u tiddikjara lid-debitur fallut. Jekk il-qorti ma taħtarx trustee interim, il-proċediment ma jitkomplix abbażi tar-rikors għal falliment u l-proċediment jingħalaq. It-trustee interim jiddetermina l-assi tad-debitur, inklużi l-obbligi tad-debitur u l-proċedura ta’ infurzar dwar l-assi tad-debitur, u jivverifika jekk l-assi tad-debitur humiex biżżejjed biex ikopru l-kostijiet u l-ispejjeż imġarrba fil-proċediment ta’ falliment. It-trustee interim jipprovdi valutazzjoni tal-qagħda finanzjarja u tas-solvenza tad-debitur u dwar il-prospetti sabiex ikomplu l-attivitajiet tal-intrapriża tad-debitur u, jekk id-debitur ikun persuna ġuridika, għar-riabilitazzjoni tad-debitur, jiżgura li l-assi tad-debitur jiġu ppreservati, eċċ. L-attivitajiet tat-trustee interim għandhom juru jekk ir-rikors għal falliment għandux jiġi milqugħ jew miċħud.

2. Il-proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni

Sabiex jinfetħu proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni għal intrapriża, l-impriża tissottometti rikors korrispondenti.

Il-qorti tiftaħ proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni jekk ir-rikors għal riorganizzazzjoni jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili u fl-Att dwar ir-Riorganizzazzjoni u jekk l-impriża tkun ipprovdiet argument ġustifikata li jindika li:

  1. hemm il-probabbiltà li ssir insolventi fil-futur;
  2. l-intrapriża teħtieġ riorganizzazzjoni;
  3. hemm il-probabbiltà ta’ ġestjoni sostenibbli tal-intrapriża wara r-riorganizzazzjoni.

Il-proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni ma jinfetħux jekk:

  1. ikunu tressqu proċedimenti ta’ falliment kontra l-impriża;
  2. tkun inħarġet deċiżjoni tal-qorti dwar ix-xoljiment obbligatorju tal-impriża jew issir likwidazzjoni supplementari;
  3. ikunu għaddew inqas minn sentejn mill-għeluq tal-proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni fir-rigward tal-impriża.

Jekk impriża titlob ir-riorganizzazzjoni ta’ intrapriża, il-qorti tista’ tirrifjuta wkoll li taċċetta r-rikors jekk l-intrapriża ma tkunx ipprovdiet argument ġustifikat li jindika li l-intrapriża teħtieġ riorganizzazzjoni u li hemm il-probabbiltà ta’ ġestjoni sostenibbli tal-intrapriża wara r-riorganizzazzjoni.

L-effiċjenza tal-proċediment ta’ riorganizzazzjoni tista’ tiġi vvalutata abbażi tal-approvazzjoni tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni, li bħala medja ddum għaddejja sitt xhur mill-preżentata tar-rikors għal riorganizzazzjoni. [2] Tiġi estiża wkoll bil-ħin meħud għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni u għall-kisba ta’ riżultati reali, li huwa differenti għal diversi proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni.

Jekk il-qorti tkun iddeċidiet li tiftaħ proċediment ta’ riorganizzazzjoni u tkun ħarġet deċiżjoni dwar riorganizzazzjoni, mingħajr dewmien il-konsulent tar-riorganizzazzjoni jibgħat avviż dwar ir-riorganizzazzjoni lill-kredituri fejn jgħarrafhom bil-ftuħ ta’ proċediment ta’ riorganizzazzjoni u dwar id-daqs tal-pretensjonijiet li għandhom kontra l-impriża skont il-lista tad-djun.

Fi proċediment ta’ riorganizzazzjoni, il-proċedura preliminari hija l-proċedura mill-preżentata tar-rikors għal riorganizzazzjoni sal-approvazzjoni ta’ pjan ta’ riorganizzazzjoni jew l-għeluq tal-proċediment ta’ riorganizzazzjoni. Matul dak il-perjodu, il-qorti tissospendi l-proċedura ta’ infurzar li tkun saret dwar l-assi tal-impriża sakemm jiġi approvat il-pjan ta’ riorganizzazzjoni jew jingħalaq il-proċediment ta’ riorganizzazzjoni, ħlief fil-każ ta’ proċedura ta’ infurzar li tkun saret biex tiġi sodisfatta pretensjoni li tkun qamet abbażi ta’ relazzjonijiet tax-xogħol jew talba għall-ħlas ta’ manteniment; il-kalkolu tal-imgħax ta’ inadempjenza jew ta’ penali kuntrattwali li jiżdiedu maż-żmien fuq pretensjoni kontra l-impriża jiġi sospiż sakemm jiġi approvat il-pjan ta’ riorganizzazzjoni; il-qorti li tkun qiegħda tisma’ l-kwistjoni tista’, fuq il-bażi ta’ rikors minn impriża u bl-approvazzjoni tal-konsulent tar-riorganizzazzjoni, li hija mehmuża mar-rikors, tissospendi l-proċedura ġudizzjarja li tinvolvi pretensjoni finanzjarja kontra l-impriża sakemm tiġi approvata r-riorganizzazzjoni jew jingħalaq il-proċediment ta’ riorganizzazzjoni, ħlief fil-każ ta’ pretensjoni ppreżentata abbażi ta’ relazzjonijiet tax-xogħol jew talba għall-ħlas ta’ manteniment li s-sentenza dwarhom ma tkunx għadha nqatgħet; abbażi ta’ rikors għal falliment ippreżentat minn kreditur, il-qorti tipposponi kwalunkwe deċiżjoni dwar il-ftuħ ta’ proċediment ta’ falliment sakemm jiġi approvat il-pjan ta’ riorganizzazzjoni jew jingħalaq il-proċediment ta’ riorganizzazzjoni. Il-qorti taħtar konsulent tar-riorganizzazzjoni sakemm jingħalaq il-proċediment ta’ riorganizzazzjoni.

3. Il-proċedimenti ta’ ristrutturar tad-dejn

Il-proċedimenti ta’ ristrutturar tad-dejn jagħmluha possibbli għal debitur sabiex jirristruttura l-obbligi finanzjarji tiegħu. Id-debitur jitqies li jkollu problemi ta’ solvenza jekk ma jkunx jista' jew ikun hemm il-probabbiltà li ma jkunx jista' jissodisfa l-obbligi tiegħu fil-ħin meta dawn isiru dovuti.

Sabiex jiftaħ proċediment ta’ ristrutturar tad-dejn, debitur jippreżenta rikors korrispondenti quddiem qorti, u dan għandu jkun akkumpanjat, inter alia, minn pjan ta’ ristrutturar tad-dejn li jindika l-obbligi li għandhom jiġu ristrutturati u l-mod ta’ ristrutturar kif ukoll it-terminu perentorju għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar. Qabel ma jippreżenta rikors għal ristrutturar tad-dejn quddiem qorti, debitur għandu jieħu l-passi meħtieġa għar-ristrutturar ekstraġudizzjarju tad-dejn.

Il-qorti taċċetta rikors għal ristrutturar tad-dejn jekk dan jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili u fl-Att dwar ir-Ristrutturar tad-Dejn Ristrutturar u dwar il-Protezzjoni tad-Dejn. Is-sentenza dwar l-ammissibbiltà ta’ rikors tiġi trażmessa lid-debitur u lill-kredituri kollha li l-pretensjonijiet tagħhom id-debitur ikun qiegħed ifittex li jirristruttura. Id-deċiżjoni tiġi ppubblikata wkoll f’Ametlikud Teadaanded.

Il-qorti ma taċċettax rikors għal ristrutturar tad-dejn jekk:

  1. id-debitur ikun ġie ddikjarat fallut;
  2. fl-għaxar snin ta’ qabel il-preżentata tar-rikors, il-qorti tkun aċċettat rikors għal ristrutturar tad-dejn mid-debitur jew rikors mid-debitur għall-ħelsien mid-djun fi proċediment ta’ falliment;
  3. id-debitur ma jkollu l-ebda problema ta’ solvenza jew ikun ċar li tkun tista' tingħeleb mingħajr ir-ristrutturar tad-djun, fost affarijiet oħra permezz tal-bejgħ tal-assi tad-debitur biex jiġu koperti d-djun tiegħu sal-punt li jista’ jkun raġonevolment mistenni mid-debitur;
  4. ir-rikors jew l-annessi tiegħu ma jissodisfawx ir-rekwiżiti legali.

Il-qorti tista' tirrifjuta li taċċetta rikors għal ristrutturar tad-dejn jekk:

  1. huwa improbabbli li l-pjan ta’ ristrutturar tad-dejn propost mid-debitur ser jiġi approvat jew onorat, filwaqt li titqies, fost affarijiet oħra, is-solvenza tad-debitur fit-tliet snin qabel il-preżentata tar-rikors għal ristrutturar tad-dejn u l-kapaċità tad-debitur li jwettaq attività raġonevolment profitabbli matul il-perjodu ta’ validità tal-pjan ta’ ristrutturar tad-dejn, meta wieħed iqis l-età, il-professjoni u l-edukazzjoni tad-debitur;
  2. qabel ma jippreżenta r-rikors għal ristrutturar tad-dejn quddiem il-qorti, id-debitur ma jkunx ħa l-passi meħtieġa għar-ristrutturar ekstraġudizzjarju tad-dejn;
  3. id-debitur ikun, intenzjonalment jew minħabba negliġenza serja, ippreżenta informazzjoni materjalment skorretta jew mhux sħiħa dwar l-assi, id-dħul, il-kredituri jew l-obbligi tiegħu;
  4. id-debitur jirrifjuta li jieħu ġurament fir-rigward tal-veraċità tal-informazzjoni ppreżentata jew li jippreżenta informazzjoni addizzjonali mitluba mill-qorti;
  5. id-debitur ikun instab ħati ta’ reat relatat ma’ proċediment ta’ falliment jew ma’ proċedura ta’ infurzar, ta’ reat fiskali jew ta’ reat partikolari relatat ma’ kumpaniji, u l-informazzjoni dwar il-kundanna ma tkunx ġiet imħassra mill-bażi tad-data tar-rekords kriminali;
  6. fit-tliet snin qabel il-preżentata tar-rikors jew wara l-preżentata tar-rikors, id-debitur ikun, intenzjonalment jew minħabba negliġenza serja, ippreżenta informazzjoni skorretta jew mhux sħiħa dwar il-qagħda finanzjarja tiegħu sabiex jikseb għajnuna jew benefiċċji oħra mill-istat, mill-awtorità lokali jew minn fondazzjoni jew biex jevadi t-taxxa;
  7. ikun ovvju li d-debitur ikun intenzjonalment ikkonkluda tranżazzjonijiet li jagħmlu ħsara lill-kredituri.

Jekk meta tkun qed jiġi aġġudikat r-rikors tad-debitur, il-qorti tiddeċiedi li għandu jinfetaħ proċediment ta’ ristrutturar tad-dejn, il-qorti tittrażmetti d-deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà tar-rikors lid-debitur u lill-kredituri kollha li l-pretensjonijiet tagħhom id-debitur ikun qiegħed ifittex li jirristruttura. Id-deċiżjoni tiġi ppubblikata wkoll f’Ametlikud Teadaanded.

Fi proċediment ta’ ristrutturar tad-dejn, ’l hekk imsejħa proċedura preliminari hija l-perjodu mill-preżentata tar-rikors għal ristrutturar tad-dejn sal-approvazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturar tad-dejn. Jekk jiġi aċċettat ir-rikors għal ristrutturar tad-dejn, il-kalkolu tal-imgħax ta’ inadempjenza jew ta’ penali kuntrattwali li jiżdiedu maż-żmien fuq pretensjoni kontra d-debitur jiġi sospiż sakemm jiġi approvat il-pjan ta’ ristrutturar jew jingħalaq il-proċediment. Dan ma japplikax għal pretensjonijiet li d-debitur ma jkunx qiegħed ifittex li jirristruttura. Jekk rikors jiġi milqugħ, kreditur ma jistax, billi jinvoka ksur ta’ obbligu finanzjarju li jkun seħħ qabel il-preżentata tar-rikors għal ristrutturar tad-dejn, itemm kuntratt li jkun ġie konkluż mad-debitur u li jagħti lok għall-pretensjonijiet li d-debitur ikun qiegħed ifittex li jirristruttura, jew jirrifjuta li jwettaq l-obbligi tiegħu abbażi ta’ dawn ir-raġunijiet. Kull ftehim li skontu, kreditur jista’ jittermina kuntratt meta jiġi ppreżentat rikors għal ristrutturar tad-dejn jew jiġi approvat pjan ta’ ristrutturar tad-dejn huwa null u bla effett. Meta rikors jiġi milqugħ, il-qorti tissospendi l-proċedura ta’ infurzar (jew infurzar obbligatorju) għall-ġbir ta’ flus mwettqa fir-rigward tal-assi tad-debitur sakemm jiġi approvat il-pjan ta’ ristrutturar tad-dejn jew jingħalaq il-proċediment. Il-qorti tista’ tissospendi wkoll proċedura ġudizzjarja li tinvolvi pretensjoni finanzjarja kontra d-debitur li dwarha ma tkunx għadha nqatgħet is-sentenza; tikkanċella miżuri biex tiġi żgurata azzjoni, inkluż is-sekwestru ta’ kont bankarju; u tipprojbixxi lill-kredituri milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom li jirriżultaw mill-kollateral mogħti mid-debitur, inkluż mill-bejgħ jew mit-talba għall-bejgħ tal-oġġett mirhun;


[1] Sħarriġ dwar l-effiċjenza ta’ proċedimenti ta’ insolvenza (19 ta’ Marzu 2013), li sar minn Konsulenti ta’ AS Pricewaterhouse Coopers, ikkummissjonat mill-Uffiċċju tal-Gvern Estonjan, Fond ta’ Deċiżjonijiet Għaqlin, sieħeb: Ministeru tal-Ġustizzja, p. 7.

[2] Ibid, p. 8.

3 Liema huma l-assi li jiffurmaw parti mill-patrimonju tal-insolvenza? Kif jiġu ttrattati l-assi li huma miksuba minn, jew li jiddevolvu lid-debitur wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza?

Meta jiġi ddikjarat falliment, l-assi tad-debitur jsiru l-proprjetà tal-falliment u d-dritt tad-debitur li jamministra u li jiddisponi mill-proprjetà tal-falliment jiġi ttrasferit lir-riċevent f’falliment.

L-assi tad-debitur isiru l-proprjetà tal-falliment abbażi ta’ deċiżjoni dwar falliment u jintużaw bħala assi maħsuba biex jiġu sodisfatti l-pretensjonijiet tal-kredituri u sabiex jitwettaq il-proċediment ta’ falliment. Il-proprjetà tal-falliment tfisser l-assi tad-debitur fil-mument li fih jiġi ddikjarat falliment, kif ukoll assi li jkunu ntalbu lura jew li ġew irkuprati u assi akkwistati mid-debitur matul il-proċediment ta’ falliment. L-assi tad-debitur li dwarhom, skont il-liġi, ma tista' ssir ebda talba għall-ħlas ma jiġux inklużi fil-proprjetà tal-falliment.

Assi li dwarhom, skont il-liġi, ma tista' ssir ebda talba għall-ħlas huma regolati mill-Kodiċi ta’ Proċedura ta’ Infurzar. Il-liġi tippreskrivi lista mhux eżawrjenti ta’ oġġetti li mhumiex soġġetti għal sekwestru. L-għan ewlieni tal-katalogu ta’ oġġetti li mhumiex soġġetti għal sekwestru huwa li tiġi żgurata protezzjoni soċjali minima għad-debitur. Il-projbizzjoni fuq il-bejgħ ta’ affarijiet li mhumiex soġġetti għal sekwestru tirriżulta wkoll mill-ħtieġa li jiġu mħarsa drittijiet fundamentali oħra: id-dritt tal-għażla tal-qasam proprju ta’ attività, ta’ professjoni u ta’ kariga, id-dritt għal involviment f’attività intraprenditorjali, id-dritt għall-edukazzjoni, il-libertà tar-reliġjon, il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-familja, eċċ. Barra minn hekk, is-sekwestru ta’ ċerti oġġetti jmur kontra l-prinċipji aċċettati tal-moralità.

Skont il-leġiżlazzjoni Estonjana, restrizzjonijiet japplikaw ukoll għas-sekwestru ta’ dħul, u l-għan ewlieni huwa li jiġi żgurat li d-debitur ikollu l-mezzi minimi ta’ sussistenza meħtieġa għalih innifsu u għad-dipendenti tiegħu skont il-kundizzjonijiet tal-proċediment mwettaq fil-konfront tad-debitur. Hemm żewġ tipi ta’ restrizzjonijiet: il-parti li mhijiex soġġetta għal sekwestru li għandha tibqa’ għall-użu tad-debitur, u ’l hekk imsejħa benefiċċji soċjali, li l-ewwel waħda tiżgura li d-debitur iżomm mezzi minimi ta’ sussistenza u t-tieni waħda telenka l-ammonti ad hoc pagabbli għall-protezzjoni ta’ dritt partikolari li ma għandhomx jintużaw biex ikopru xi obbligu ieħor. Madankollu, f’ċerti kundizzjonijiet anke l-benefiċċji soċjali jistgħu jiġu parzjalment sekwestrati.

Wara li jiġi ddikjarat il-falliment, kwalunkwe disponiment mid-debitur fir-rigward ta’ oġġetti li jagħmlu parti mill-proprjetà tal-falliment huwa null u bla effett. L-assi trasferiti mill-parti l-oħra abbażi ta’ disponiment jiġu rritornati lill-parti jekk l-assi jibqgħu fil-proprjetà tal-falliment, jew jingħata kumpens jekk il-proprjetà tal-falliment tkun żdiedet bħala riżultat tat-trasferiment. Jekk id-debitur ikun iddispona mill-pretensjonijiet futuri tiegħu qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment, id-disponiment isir null u bla effett meta jiġi ddikjarat falliment fir-rigward tal-pretensjonijiet li jkunu nqalgħu wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment. Id-debitur li huwa persuna fiżika jista’ jiddisponi mill-proprjetà tal-falliment bil-kunsens tat-trustee. Kwalunkwe disponiment mingħajr il-kunsens tat-trustee huwa null u bla effett.

Wara li jiġi ddikjarat falliment, l-eżekuzzjoni ta’ obbligu li huwa inkluż fil-proprjetà tal-falliment u li jkun dovut lid-debitur tista’ tiġi aċċettata biss mit-trustee. Jekk l-obbligu kien ġie eżegwit għall-benefiċċju tad-debitur, l-obbligu jitqies li jkun ġie eżegwit biss jekk l-assi ttrasferiti għall-eżekuzzjoni tal-obbligu jinżammu fil-proprjetà tal-falliment jew il-proprjetà tal-falliment tkun żdiedet bħala riżultat tat-trasferiment. Jekk l-obbligu kien ġie eżegwit għall-benefiċċju tad-debitur qabel il-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ falliment, l-obbligu jitqies li jkun ġie eżegwit jekk il-persuna li tkun eżegwiet l-obbligu ma kinitx konxja u ma kellhiex bżonn li tkun konxja mid-dikjarazzjoni ta’ falliment fil-ħin tal-eżekuzzjoni tal-obbligu.

4 X’setgħat għandhom id-debitur u l-prattikant tal-insolvenza, rispettivament?

Meta jiġi ddikjarat falliment, debitur li jkun persuna fiżika jitlef id-dritt tiegħu li jikkonkludi tranżazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-proprjetà tal-falliment, u debitur li jkun persuna ġuridika jitlef id-dritt tiegħu li jikkonkludi kwalunkwe tranżazzjoni.

Id-debitur jipprovdi lill-qorti, lit-trustee u lill-kumitat dwar il-falliment l-informazzjoni li jeħtieġu b’rabta mal-proċedimenti ta’ falliment, b’mod partikolari dwar l-assi tad-debitur, inklużi obbligi, u attivitajiet ta’ negozju jew professjonali. Id-debitur huwa meħtieġ li jagħti lit-trustee karta tal-bilanċi u inventarju tal-assi tad-debitur, inklużi l-obbligazzjonijiet, mid-data li fiha jkun ġie ddikjarat falliment.

Il-qorti tista’ teħtieġ li d-debitur jieħu ġurament fil-qorti li sa fejn jaf hu l-informazzjoni ppreżentata lill-qorti dwar l-assi, id-djun u l-attivitajiet tan-negozju jew professjonali tiegħu hija korretta.

Id-debitur għandu jipprovdi assistenza lit-trustee interim u lit-trustee fit-twettiq ta’ dmirijiethom.

Wara li jkun ġie ddikjarat falliment u qabel id-debitur ma jkun ħa ġurament id-debitur ma jistax jitlaq mill-Estonja mingħajr il-permess tal-qorti.

Il-qorti tista’ timponi multa, attendenza obbligatorja jew arrest fuq id-debitur fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ inġunzjoni jew sabiex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni ta’ obbligu previst mil-liġi.

Id-debitur għandu d-dritt li jeżamina l-fajl tat-trustee u l-fajl tal-qorti dwar il-kwistjoni ta’ falliment. It-trustee jista', għal raġunijiet iġġustifikati, jiċħad it-talba tad-debitur sabiex jeżamina dokument inkluż fil-fajl tat-trustee jekk dan ikun ta’ detriment għall-iżvolġiment tal-proċediment ta’ falliment.

Ir-riċevent f’falliment

  • Ir-riċevent f’falliment jidħol fi tranżazzjonijiet relatati mal-proprjetà tal-falliment u jwettaq atti oħra. Id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw bħala riżultat tal-azzjonijiet tat-trustee jappartjenu għad-debitur. It-trustee, b’mod konformi mad-dmirijiet tiegħu, jipparteċipa fil-qorti bħala parti għat-tilwim relatat mal-proprjetà tal-falliment minflok id-debitur.
  • Meta jiġi ddikjarat falliment, id-dritt tad-debitur li jamministra u li jiddisponi mill-proprjetà tal-falliment jiġi ttrasferit lir-riċevent f’falliment. Fil-proċediment ta’ falliment ta’ debitur li jkun persuna ġuridika, it-trustee jista’ jikkonkludi kwalunkwe tranżazzjoni u jwettaq kwalunkwe att legali bil-proprjetà tal-falliment. Fil-każ ta’ falliment ta’ debitur li jkun persuna fiżika, it-trustee jista’ jikkonkludi biss tali tranżazzjonijiet u jwettaq tali atti legali bil-proprjetà tal-falliment li huma meħtieġa sabiex jintlaħaq l-għan tal-proċediment ta’ falliment u biex jitwettqu d-dmirijiet tat-trustee.
  • It-trustee jiddefendi d-drittijiet u l-interessi tal-kredituri kollha u tad-debitur u jiżgura li l-proċediment ta’ falliment huwa legali, immedjat u finanzjarjament raġjonevoli. It-trustee għandu jwettaq l-obbligi tiegħu bl-attenzjoni mistennija minn trustee diliġenti u onest u għandu jqis l-interessi tal-kredituri kollha u tad-debitur.
  • It-trustee jiddetermina l-pretensjonijiet tal-kredituri, jamministra l-proprjetà tal-falliment, jorganizza l-formazzjoni u l-bejgħ tagħha u s-sodisfar tal-pretensjonijiet tal-kredituri mill-proprjetà tal-falliment; jaċċerta l-kawżi tal-insolvenza tad-debitur u ż-żmien li fih inqalgħet l-insolvenza; jagħmel arranġamenti sabiex l-attivitajiet kummerċjali tad-debitur jkomplu, fejn meħtieġ; imexxi l-likwidazzjoni tad-debitur li jkun persuna ġuridika, fejn meħtieġ; jipprovdi informazzjoni lill-kredituri u lid-debitur fil-każijiet preskritti mil-liġi; jirrapporta dwar l-attivitajiet tagħhom u jipprovdi informazzjoni dwar il-proċediment ta’ falliment lill-qorti, lill-uffiċjal ta’ sorveljanza u lill-kumitat dwar il-falliment; iwettaq obbligi oħra previsti mil-liġi. Jekk l-insolvenza tad-debitur kienet ikkawżata minn żball gravi fil-ġestjoni, it-trustee huwa mitlub iressaq talba għad-danni kontra l-persuna responsabbli għall-iżball immedjatament wara li jsir evidenti li hemm raġunijiet suffiċjenti għall-preżentata ta’ pretensjoni. Minbarra d-drittijiet tat-trustee previsti mil-liġi, trustee għandu wkoll id-drittijiet ta’ trustee interim.

5 Taħt liema kundizzjonijiet tiġi invokata t-tpaċija ?

Fi proċedimenti ta’ falliment Estonjani, it-tpaċija hija permessa. It-tpaċija ta’ pretensjonijiet fi proċedimenti ta’ falliment hija soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

1)    il-pretensjonijiet li għandhom jiġu paċuti għandhom ikunu obbligi finanzjarji jew obbligi oħra tal-istess tip;

2)    irid ikun wasal iż-żmien li l-kreditur jeżerċita d-dritt tiegħu li jeżegwixxi l-obbligu u l-obbligu tad-debitur irid ikun dovut;

3)    il-kreditur għandu jagħmel dikjarazzjoni ta’ tpaċija lid-debitur qabel tiġi ppreżentata l-proposta finali għal distribuzzjoni lill-qorti, u d-dikjarazzjoni ma għandhiex tkun saret kundizzjonalment jew tkun stabbiliet terminu perentorju;

4)    id-dritt tal-kreditur li jpaċi l-pretensjoni tiegħu kontra l-pretensjoni tad-debitur irid ikun qam qabel ġie ddikjarat falliment.

Jekk il-pretensjoni tad-debitur kienet kontinġenti fuq kondizzjoni sospensiva jew ma kinitx għadha dovuta fiż-żmien li fih ġie ddikjarat il-falliment jew ma tkunx indirizzata lejn l-eżekuzzjoni ta’ obbligi tal-istess tip, il-pretensjoni tista’ tiġi paċuta biss meta tkun waslet il-kundizzjoni sospensiva, il-pretensjoni tad-debitur tkun saret dovuta jew l-obbligi jkunu saru obbligi tal-istess tip. L-ebda tpaċija ma hija permessa jekk tasal il-kondizzjoni sospensiva tal-pretensjoni tad-debitur jew il-pretensjoni tkun saret dovuta qabel il-kreditur seta’ jpaċi l-pretensjoni tiegħu.

Jekk pretensjoni ta’ kreditur tkun skadiet, xorta jista' jpaċi l-pretensjoni jekk id-dritt għat-tpaċija jkun irriżulta qabel l-iskadenza tal-pretensjoni. Il-kreditur jista’ jpaċi wkoll pretensjoni li tirriżulta min-nuqqas tad-debitur li jonora kuntratt li jkun irriżulta mill-fatt li t-trustee jkun irrinunzja għall-obbligu tad-debitur wara li jkun ġie ddikjarat falliment. Jekk l-oġġett ta’ obbligu kuntrattwali huwa diviżibbli u l-kreditur ikun eżegwixxa l-obbligu tiegħu parzjalment saż-żmien li fih jiġi ddikjarat falliment, il-kreditur jista’ jagħmel tpaċija fir-rigward tal-obbligu finanzjarju tad-debitur li jikkorrispondi għal dik il-parti tal-obbligu tal-kreditur li tkun ġiet eżegwita. Jekk id-debitur ikun lokatur residenzjali jew kummerċjali u l-lokatarju residenzjali jew kummerċjali jkun ħallas lid-debitur il-kera bil-quddiem għall-proprjetà jew għall-bini immobbli qabel ma jkun ġie ddikjarat falliment, dan jikkostitwixxi pretensjoni ta’ arrikkiment indebitu kontra d-debitur li l-lokatarju residenzjali jew kummerċjali jista' jpaċi kontra l-pretensjoni tad-debitur kontra l-lokatur residenzjali jew kummerċjali, u l-lokatarju residenzjali jew kummerċjali jista’ jpaċi wkoll pretensjoni għal danni li jkunu rriżultaw mit-terminazzjoni prematura tal-kuntratt jew mill-irtirar mill-kuntratt.

Il-pretensjoni li tkun ġiet akkwistata permezz ta’ ċessjoni tista’ tiġi paċuta fi proċediment ta’ falliment biss jekk il-pretensjoni tkun ġiet assenjata u d-debitur ikun ġie mgħarraf dwar dan bil-miktub mhux aktar tard minn tliet xhur qabel kien ġie ddikjarat il-falliment. Il-pretensjoni kontra d-debitur li tiġi akkwistata permezz ta’ ċessjoni ma tistax tiġi paċuta jekk il-pretensjoni kienet ġiet assenjata fit-tliet snin qabel il-ħatra ta’ trustee interim u dak iż-żmien id-debitur kien insolventi u l-persuna li tkun akkwistat il-pretensjoni kienet konxja jew kellha tkun konxja mill-insolvenza fil-ħin taċ-ċessjoni.

Il-pretensjonijiet li ma jistgħux jiġu paċuti jinkludu talbiet għal manteniment, talbiet għal kumpens li jirriżultaw minn ħsara għas-saħħa jew il-mewt ta’ persuna u pretensjonijiet li jirriżultaw minn aġir illegali u intenzjonat li jikkawża ħsara li l-parti l-oħra għandha kontra l-parti li qed titlob it-tpaċija; il-pretensjonijiet tal-parti l-oħra li dwarhom skont il-liġi ma tista' ssir ebda talba għall-ħlas; talba sekwestrata kontra l-parti l-oħra jekk il-parti li tkun talbet tpaċija tkun akkwistat il-pretensjoni wara s-sekwestru jew jekk il-pretensjoni tagħha tkun saret dovuta wara s-sekwestru u aktar tard mill-pretensjoni sekwestrata; pretensjoni li kontriha l-parti l-oħra tista' tqajjem oġġezzjonijiet jew il-pretensjoni tal-parti l-oħra li t-tpaċija tagħha ma tkunx permissibbli għal raġunijiet oħra li jirriżultaw mil-liġi.

Fil-każ ta’ proċediment ta’ riorganizzazzjoni u ta’ proċediment ta’ ristrutturar tad-dejn it-tpaċiji ma jiġux regolati separatament, u għalhekk għalihom tapplika l-proċedura ġenerali skont l-Att dwar il-Liġi tal-Obbligi.

6 X’effett għandhom il-proċedimenti ta’ falliment fuq kuntratti kurrenti li d-debitur huwa parti tagħhom?

Il-proċedimenti ta’ falliment

It-trustee għandu d-dritt li jeżegwixxi obbligu li ma jkunx ġie eżegwit li jirriżulta minn kuntratt konkluż mid-debitur u jeżiġi li l-parti l-oħra teżegwixxi l-obbligi tagħha jew li jirrinunzja għall-obbligu tad-debitur li jirriżulta minn kuntratt, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi. It-trustee ma jistax jirrinunzja għall-obbligu tad-debitur li jirriżulta minn kuntratt jekk l-obbligu jkun garantit minn avviż bil-quddiem li jkun iddaħħal fir-reġistru tal-artijiet Jekk it-trustee jkompli jeżegwixxi l-obbligu tad-debitur jew javża li biħsiebu jeżegwixxi l-obbligu, il-parti l-oħra għall-kuntratt tkompli teżegwixxi l-obbligi tagħha. F’dan il-każ, it-trustee jitlef id-dritt tiegħu li jirrifjuta li jeżegwixxi l-obbligu tad-debitur. Jekk it-trustee jeżiġi li l-parti l-oħra għall-kuntratt tonora l-kuntratt, il-parti l-oħra tista’ teħtieġ lit-trustee li jiggarantixxi l-eżekuzzjoni tal-obbligu tad-debitur. Il-parti l-oħra tista’ tirrifjuta li teżegwixxi l-obbligu tagħha, tirtira mill-kuntratt jew tikkanċella l-kuntratt sakemm it-trustee jkun assigura l-eżekuzzjoni tal-obbligu tad-debitur. Il-pretensjoni tal-parti l-oħra kontra d-debitur li tkun irriżultat minn obbligu li jkun ġie eżegwit wara li t-trustee jkun talab lill-parti l-oħra teżegwixxi l-obbligu hija obbligu konsolidat. Jekk it-trustee jkun irrinunzja għall-obbligu tad-debitur wara li jkun ġie ddikjarat il-falliment, il-parti l-oħra għall-kuntratt tista’ tippreżenta pretensjoni li tirriżulta mill-fatt li jkun naqas milli jonora l-kuntratt bħala kreditur fil-proċediment ta’ falliment. Jekk l-oġġett ta’ obbligu kuntrattwali huwa diviżibbli u l-parti l-oħra tkun eżegwiet l-obbligu tagħha parzjalment saż-żmien li fih ikun ġie ddikjarat il-falliment, il-parti l-oħra tista’ titlob li l-obbligu finanzjarju tad-debitur jiġi eżegwit sa limitu li jikkorrispondi għas-sehem tal-obbligu tal-parti l-oħra li jkun ġie eżegwit biss bħala kreditur fil-proċediment ta’ falliment.

Il-liġi tistabbilixxi wkoll każijiet speċjali għal ċerti tipi ta’ kuntratti:

1)    jekk debitur ikun biegħ proprjetà mobbli bi dritt ta’ riżerva tal-propjetà qabel ikun ġie ddikjarat il-falliment u jkun ittrasferixxa l-pussess tal-proprjetà mobbli lix-xerrej, ix-xerrej għandu d-dritt li jitlob li jiġi onorat il-kuntratt tal-bejgħ. F’dan il-każ, it-trustee ma jistax jirrinunzja għall-obbligi tad-debitur li jirriżultaw mill-kuntratt tal-bejgħ;

2)    il-falliment ta’ lokatur residenzjali jew kummerċjali ma jservix bħala bażi għat-terminazzjoni tal-kuntratt lokatizju residenzjali jew kummerċjali, sakemm il-kuntratt ma jipprovdix mod ieħor. Jekk il-kuntratt lokatizju residenzjali jew kummerċjali jipprovdi għall-falliment bħala bażi għat-terminazzjoni tal-kuntratt, it-trustee jista’ jikkanċella l-kuntratt fi żmien perjodu ta’ terminazzjoni ta’ xahar, jew inqas jekk dan ikun preskritt fil-kuntratt. Il-falliment ta’ lokatur residenzjali ta’ abitazzjoni ma jservix bħala bażi għat-terminazzjoni tal-kuntratt lokatizju residenzjali tal-abitazzjoni. Jekk id-debitur ikun tħallas bil-quddiem il-kera għall-proprjetà jew għall-bini immobbli qabel ikun ġie ddikjarat il-falliment, il-lokatarju residenzjali jew kummerċjali jista' jpaċi pretensjoni għal arrikkiment indebitu kontra l-pretensjoni tad-debitur kontra l-lokatarju residenzjali jew kummerċjali;

3)    fil-każ ta’ falliment ta’ lokatarju residenzjali jew kummerċjali, il-lokatur residenzjali jew kummerċjali jista’ jittermina l-kuntratt lokatizju residenzjali jew kummerċjali biss skont il-proċedura ġenerali, u l-kuntratt lokatizju residenzjali jew kummerċjali ma jistax jiġi kkanċellat minħabba dewmien fil-ħlas tal-kera jekk id-dewmien ikun minħabba ħlas ta’ kera dovut qabel il-preżentata tar-rikors għal falliment. It-trustee għandu d-dritt li jikkanċella l-kuntratt lokatizju residenzjali jew kummerċjali konkluż mad-debitur fi żmien perjodu ta’ terminazzjoni ta’ xahar, jew inqas jekk dan ikun preskritt fil-kuntratt. Jekk il-proprjetà jew il-bini immobbli ma jkunux ġew trasferiti fil-pussess tad-debitur saż-żmien li fih jiġi ddikjarat il-falliment, kemm it-trustee kif ukoll il-parti l-oħra jistgħu jirtiraw mill-kuntratt. Fil-każ ta’ rtirar mill-kuntratt jew il-kanċellazzjoni tal-kuntratt, il-parti l-oħra tista’ titlob kumpens għal telf li jirriżulta mit-terminazzjoni prematura tal-kuntratt bħala kreditur fil-proċediment ta’ falliment jew permezz ta’ tpaċija;

4)    il-proċedura għal kuntratt lokatizju residenzjali u kummerċjali tapplika wkoll għall-kuntratti lokatizji konklużi mid-debitur.

It-trustee għandu d-dritt li jiddeċiedi dwar il-kontinwazzjoni jew it-terminazzjoni ta’ kuntratt, iżda jekk il-parti l-oħra tagħmel proposta lit-trustee sabiex teżerċita dik l-għażla, it-trustee għandu minnufih, iżda mhux aktar tard minn sebat ijiem, jagħti notifika dwar jekk huwiex ser jeżegwixxi jew jirrinunzja għall-obbligu tad-debitur. Fuq talba ta’ trustee, il-qorti tista’ wkoll testendi dak il-perjodu. Jekk it-trustee jonqos milli jagħti notifika fil-ħin dwar l-eżekuzzjoni jew dwar ir-rinunzja tal-obbligu, it-trustee ma jkollux id-dritt li jitlob lill-parti l-oħra sabiex tonora l-kuntratt qabel it-trustee jkun wettaq l-obbligu tad-debitur.

Huwa possibbli wkoll li xi kuntratti konklużi mid-debitur huma rekuperabbli. Pereżempju, il-qorti tirrevoka kuntratti li kienu ġew konklużi matul il-perjodu mill-ħatra ta’ trustee interim sakemm jiġi ddikjarat il-falliment. Minbarra l-kundizzjoni dwar iż-żmien, prekundizzjoni għall-irkupru hija li l-kuntratt ikun għamel ħsara lill-interessi tal-kredituri. Jekk ma tkunx saret ħsara lill-interessi tal-kredituri u l-proprjetà tal-falliment ma tiżdiedx bħala riżultat ta’ rkupru, ma hemm l-ebda raġuni għall-eżekuzzjoni tal-irkupru.

Ġeneralment, debitur li jkun fallut jew it-trustee tiegħu ma jkollux id-dritt li jemenda kuntratti. Madankollu, kuntratti jistgħu jiġu emendati jekk il-kompożizzjoni tkun saret wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment. F’dan il-każ, huwa possibbli li jitnaqqsu d-djun jew jiġi estiż it-terminu perentorju għall-ħlas bħala riżultat ta’ ftehim bejn id-debitur u l-kredituri. L-istess riżultat jista’ jinkiseb ukoll permezz ta’ proċedura ta’ riorganizzazzjoni jew ta’ proċediment ta’ ristrutturar tad-dejn. L-Att dwar il-Fallimenti, l-Att dwar ir-Riorganizzazzjoni u l-Att dwar ir-Ristrutturar tad-Dejn ma jkoprux iċ-ċessjoni ta’ pretensjonijiet jew l-assunzjoni ta’ obbligi b’mod separat, u għalhekk tapplika l-proċedura ġenerali prevista fl-Att dwar il-Liġi tal Obbligi.

Il-proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni u l-proċedimenti ta’ ristrutturar tad-dejn

Fi proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni r-ristrutturar ta’ kuntratti huwa permess. Ftehim skont liema kreditur jista’ jittermina kuntratt meta jinfetaħ proċediment ta’ riorganizzazzjoni jew jiġi approvat pjan ta’ riorganizzazzjoni huwa null u bla effett. Pretensjoni li tirriżulta minn kuntratt ta' impjieg jew minn tranżazzjoni b’derivattivi ma tistax tiġi ristrutturata fi pjan ta’ riorganizzazzjoni.

Jekk jiġi aċċettat rikors għal ristrutturar tad-dejn, kreditur ma jistax, billi jinvoka ksur ta’ obbligu finanzjarju li jkun seħħ qabel il-preżentata ta’ rikors għal ristrutturar tad-dejn, jittermina kuntratt li jkun ġie konkluż mad-debitur u li jagħti lok għall-pretensjonijiet li d-debitur ikun qiegħed ifittex li jirristruttura, jew jirrifjuta li jeżegwixxi l-obbligi tiegħu abbażi ta’ dawk ir-raġunijiet. Ftehim li skontu kreditur jista’ jittermina kuntratt meta jiġi ppreżentat rikors għal ristrutturar tad-dejn jew jiġi approvat pjan ta’ ristrutturar tad-dejn huwa null u bla effett. Obbligi li jirriżultaw minn kuntratt li jkompli li jinħolqu jew li jiġu dovuti wara li jiġi ppreżentat rikors għal ristrutturar tad-dejn jistgħu jiġu ristrutturati fi proċediment ta’ ristrutturar tad-dejn. Il-pjan ta’ ristrutturar jista’ jistabbilixxi li ftehim ta’ kreditu jew kuntratt ieħor li jkompli li jkun ġie konkluż minn debitur qabel jiġi ppreżentat rikors għal ristrutturar tad-dejn u li jimponi obbligi finanzjarji fuq id-debitur li jsiru dovuti wara l-preżentata tar-rikors għal ristrutturar tad-dejn jintemm meta jiġi approvat il-pjan ta’ ristrutturar. It-terminazzjoni ta’ kuntratt għandha l-istess konsegwenzi bħall-kanċellazzjoni straordinarja ta’ kuntratt minħabba ċirkostanzi li jirriżultaw mid-debitur. Taħt pjan ta’ ristrutturar l-obbligi tad-debitur li jirriżultaw mit-terminazzjoni ta’ kuntratt jistgħu jiġu ristrutturati minn qabel. Jekk l-obbligi li jirriżultaw minn kuntratt lokatizju jridu jiġu ristrutturati, il-lokatur li huwa kreditur jista' jikkanċella b’mod straordinarju l-kuntratt fi żmien ġimgħa mill-approvazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturar.

7 X'effetti għandhom il-proċedimenti ta' insolvenza fuq il-proċedimenti miġjuba minn kredituri individwali (bl-eċċezzjoni ta' kawżi pendenti)?

Wara li jiġi ddikjarat falliment, il-kredituri fil-proċediment ta’ falliment jistgħu jippreżentaw biss il-pretensjonijiet tagħhom kontra d-debitur fil-proċediment ta’ falliment. It-trustee għandu jiġi notifikat dwar il-pretensjonijiet tiegħu kollha kontra d-debitur li kienu rriżultaw qabel ġie ddikjarat il-falliment, irrispettivament mir-raġunijiet jew mid-dati ta’ maturità għas-sodisfar tal-pretensjonijiet. Il-proċedura ta’ infurzar li tkun infetħet fir-rigward ta’ debitur tingħalaq jekk jiġi ddikjarat falliment, u l-kreditur għandu jippreżenta pretensjoni lir-riċevent f’falliment.

Fi proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni u fi proċedimenti ta’ ristrutturar tad-dejn, ma jistgħux jitressqu proċedimenti ġodda matul it-terminu tal-validità tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni u tal-pjan ta’ ristrutturar tad-dejn, rispettivament, sempliċiment minn dawk il-kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom jittratta l-pjan inkwistjoni. Fil-każ ta’ riorganizzazzjoni, il-proċedura ta’ infurzar tiġi sospiża, ħlief fil-każ ta’ proċedura ta’ infurzar li ssir biex tiġi sodisfatta pretensjoni li tkun qamet abbażi ta’ relazzjoni ta’ impjieg jew talba għall-ħlas ta’ manteniment. Fi proċediment ta’ ristrutturar tad-dejn, il-qorti tista’ tissospendi proċedura ta’ infurzar bħala miżura ta’ protezzjoni legali provviżorja anki qabel l-aġġudikazzjoni jew il-preżentata ta’ rikors. Meta rikors jiġi milqugħ, il-qorti tissospendi l-proċedura ta’ infurzar (jew infurzar obbligatorju) għall-ġbir ta’ flus mwettqa fir-rigward tal-assi tad-debitur sakemm jiġi approvat il-pjan ta’ ristrutturar tad-dejn jew jingħalaq il-proċediment.

8 X’inhu l-effett ta' proċediment ta’ insolvenza fuq il-kontinwazzjoni ta’ kawżi pendenti fil-mument tal-ftuħ ta’ proċediment ta’ insolvenza?

Il-proċedimenti ta’ falliment

F’tilwim dwar il-proprjetà tal-falliment jew l-assi li jistgħu jiġu inklużi fil-proprjetà tal-falliment, id-dritt li d-debitur ikun parti mill-proċediment tal-qorti jiġi ttrasferit lit-trustee. Jekk azzjoni jew xi rikors ieħor relatat mal-proprjetà tal-falliment ippreżentat mid-debitur kontra persuna oħra jkun qiegħed jinstema' fi proċedimenti tal-qorti li jkunu bdew qabel ġie ddikjarat il-falliment jew jekk id-debitur jipparteċipa fi proċediment tal-qorti bħala parti terza, it-trustee jista', skont id-dmirijiet tiegħu, jidħol fil-proċedimenti minflok id-debitur. Jekk it-trustee jkun konxju minn tali proċedimenti iżda ma jidħolx fihom, id-debitur jista’ jkompli bħala r-rikorrent, il-petizzjonant jew parti terza.

Jekk fi proċediment ġudizzjarju li jkun beda qabel ikun ġie ddikjarat il-falliment ikun hemm pretensjoni ta’ proprjetà kontra debitur, iżda ma tkun inqatgħet is-sentenza dwar il-pretensjoni, il-qorti ma tismax it-talba fil-proċedura dwar l-azzjoni. Il-qorti terġa’ tiftaħ il-proċedimenti abbażi ta’ rikors mir-rikorrent jekk qorti superjuri tkun annullat id-deċiżjoni dwar falliment u tkun daħlet fis-seħħ deċiżjoni li tiċħad ir-rikors għal falliment jew jekk il-proċedimenti ta’ falliment ikunu ntemmu permezz ta’ sospensjoni wara li jkun ġie ddikjarat il-falliment.

Jekk tkun ġiet ippreżentata talba għall-esklużjoni ta’ oġġett mill-proprjetà tal-falliment kontra d-debitur fi proċediment ġudizzjarju li jkun beda qabel ma jkun ġie ddikjarat falliment, il-qorti tisma’ t-talba. F’dan il-każ, ir-riċevent f’falliment jista' jidħol fil-proċedimenti minflok id-debitur. Bħala l-konvenut it-trustee għandu d-drittijiet u l-obbligi tad-debitur. Jekk it-trustee ma jidħolx fil-proċedimenti, fuq talba tar-rikorrent il-proċedimenti jistgħu jitkomplew.

Jekk fi proċediment ġudizzjarju tkun teżisti pretensjoni ta’ proprjetà kontra debitur fejn is-sentenza li tkun saret dwar il-pretensjoni tkun soġġetta għal appell, it-trustee jista' jippreżenta appell f’isem id-debitur wara li jiġi ddikjarat falliment. Id-debitur jista’ jippreżenta l-appell bil-kunsens tat-trustee.

Jekk strument amministrattiv kontra debitur ikun ġie kkontestat fil-qorti, it-terminu perentorju għall-kontestazzjoni ta’ dak l-istrument amministrattiv jiġi sospiż.

Il-proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni u l-proċedimenti ta’ ristrutturar tad-dejn

Wara li jiġi ppreżentat rikors għal riorganizzazzjoni, il-qorti li tkun qed tisma’ l-kawża tista', abbażi ta’ rikors minn impriża u bl-approvazzjoni tal-konsulent tar-riorganizzazzjoni, li hija mehmuża mar-rikors, tissospendi l-proċediment ġudizzjarju li jinvolvi pretensjoni finanzjarja kontra l-impriża sakemm jiġi approvat il-pjan ta’ riorganizzazzjoni jew jingħalqu l-proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni, ħlief fil-każ ta’ talba ppreżentata abbażi ta’ relazzjoni ta’ impjieg jew talba għall-ħlas ta’ manteniment li dwarha ma tkunx għadha nqatgħet is-sentenza. Meta taċċetta rikors għal ristrutturar tad-dejn, il-qorti tissospendi l-proċedimenti tal-qorti li jinvolvu pretensjoni finanzjarja kontra d-debitur li dwarha ma tkunx għadha nqatgħet is-sentenza sakemm jiġi approvat il-pjan ta’ riorganizzazzjoni jew jingħalqu l-proċedimenti.

9 Liema huma l-karatteristiċi ewlenin tal-parteċipazzjoni tal-kredituri fil-proċedimenti ta’ insolvenza?

Il-parteċipazzjoni ta’ kredituri fi proċedimenti ta’ falliment

Il-kreditur jirrappreżenta l-pretensjoni tiegħu fil-proċediment ta’ falliment. Il-kredituri huma meħtieġa jinnotifikaw lit-trustee dwar il-pretensjonijiet kollha tagħhom kontra d-debitur li kienu rriżultaw qabel ġie ddikjarat il-falliment, irrispettivament mir-raġunijiet jew mid-dati ta’ maturità għas-sodisfazzjon tal-pretensjonijiet, mhux aktar tard minn xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ falliment f’Ametlikud Teadaanded. It-trustee għandu jiġi nnotifikat dwar pretensjoni permezz ta’ rikors bil-miktub (prova ta’ pretensjoni). Il-kredituri għandhom jiddefendu l-pretensjonijiet tagħhom waqt laqgħa ġenerali tal-kredituri (laqgħa għad-difiża tal-pretensjonijiet). Id-drittijiet ta’ garanzija jiġu difiżi flimkien mal-pretensjonijiet li jiżguraw. Pretensjoni, il-klassifikazzjoni tagħha u d-dritt ta’ garanzija li tassigura l-pretensjoni jitqiesu li jkunu ġew milqugħa jekk la t-trustee u lanqas xi wieħed mill-kredituri ma joġġezzjona għalihom waqt il-laqgħa għad-difiża tal-pretensjonijiet. Pretensjoni jew il-klassifikazzjoni tagħha milqugħa f’laqgħa għad-difiża tal-pretensjonijiet ma tistax tiġi kkontestata aktar ’il quddiem.

Minbarra l-fatt li kull kreditur jirrappreżenta l-pretensjoni tiegħu u d-difiża tagħha, il-kredituri jipparteċipaw ukoll fit-tmexxija tal-proċediment ta’ falliment permezz tal-laqgħa ġenerali tal-kredituri. Laqgħa ġenerali tal-kredituri hija kompetenti sabiex fiha jiġi approvat it-trustee u jiġi elett kumitat dwar il-falliment, tittieħed deċiżjoni dwar il-kontinwazzjoni jew ix-xoljiment tal-intrapriża tad-debitur, tittieħed deċiżjoni dwar ix-xoljiment tad-debitur jekk id-debitur ikun persuna ġuridika, issir kompożizzjoni, tittieħed deċiżjoni dwar il-limitu previst mil-liġi dwar kwistjonijiet relatati mal-bejgħ tal-proprjetà tal-falliment, jiġu difiżi pretensjonijiet, jiġu riżolti lmenti li jkunu tressqu kontra l-attivitajiet tat-trustee, tittieħed deċiżjoni dwar ir-rimunerazzjoni tal-membri tal-kumitat dwar il-falliment u jiġu riżolti kwistjonijiet oħra li huma fil-kompetenza tal-laqgħa ġenerali tal-kredituri skont il-liġi. Jekk laqgħa ġenerali tal-kredituri tiddeċiedi li taħtar kumitat dwar il-falliment, huwa d-dmir ta’ dan tal-aħħar, fost affarijiet oħra, li jipproteġi l-interessi tal-kredituri kollha fil-proċediment ta’ falliment.

Il-parteċipazzjoni ta’ kredituri fi proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni

Il-konsulent tar-riorganizzazzjoni jinnotifika minnufih lill-kredituri dwar il-ftuħ ta’ proċediment ta’ riorganizzazzjoni u dwar id-daqs tal-pretensjonijiet li jkollhom kontra l-impriża skont il-lista tad-djun. Għal dan il-għan, il-konsulent jippreżenta avviż ta’ riorganizzazzjoni lill-kredituri. Jekk kreditur li l-pretensjoni tiegħu tkun intalbet li tiġi riorganizzata taħt pjan ta’ riorganizzazzjoni ma jaqbilx mal-informazzjoni fl-avviż ta’ riorganizzazzjoni, il-kreditur għandu, fit-terminu perentorju stabbilit fl-avviż ta’ riorganizzazzjoni, jippreżenta rikors bil-miktub lill-konsulent tar-riorganizzazzjoni li jistabbilixxi f’liema rigward ma jaqbilx mal-pretensjoni fl-avviż ta’ riorganizzazzjoni u jippreżenta evidenza bħala prova ta’ dawn iċ-ċirkostanzi. Jekk sad-data dovuta ma jiġi ppreżentat ebda rikors, il-kreditur jitqies li jkun qabel mad-daqs tal-pretensjoni. Jekk il-konsulent tar-riorganizzazzjoni ma jaqbilx ma’ allegazzjoni li tkun saret fir-rikors tal-kreditur, għandu fil-pront jippreżenta r-rikors flimkien ma’ evidenza lill-qorti u jissostanzja għaliex ma jaqbilx mal-informazzjoni fir-rikors. Il-konsulent tar-riorganizzazzjoni għandu jiġġustifika l-allegazzjonijiet tiegħu. Fuq il-bażi tal-allegazzjonijiet u tal-provi mressqa, il-qorti tiddeċiedi dwar id-daqs tal-pretensjoni prinċipali u dwar il-pretensjoni ta’ kollaterali tal-kreditur u dwar l-eżistenza u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-garanzija.

Il-parteċipazzjoni ta’ kredituri fi proċedimenti ta’ ristrutturar

Il-proċedimenti ta’ ristrutturar tad-dejn jikkonċernaw il-kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom kontra d-debitur ikunu saru dovuti saż-żmien li fih jiġi ppreżentat rikors għal ristrutturar tad-dejn. Id-deċiżjoni biex jiġi milqugħ rikors għal ristrutturar tittieħed mill-qorti, li tista’, fejn meħtieġ, tisma’ wkoll l-opinjoni tal-kreditur u titlob informazzjoni jew dokumenti addizzjonali. Id-deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà ta’ rikors tiġi trażmessa lid-debitur u lill-kredituri kollha li l-pretensjonijiet tagħhom id-debitur ikun qiegħed ifittex li jirristruttura. Jekk rikors jiġi milqugħ, kreditur ma jistax, billi jinvoka ksur ta’ obbligu finanzjarju li jkun seħħ qabel ma tressaq ir-rikors għal ristrutturar tad-dejn, jittermina kuntratt li jkun ġie konkluż mad-debitur u li jagħti lok għall-pretensjonijiet li d-debitur ikun qiegħed ifittex li jirristruttura, jew jirrifjuta li jwettaq l-obbligi tiegħu abbażi ta’ dawk ir-raġunijiet. Meta tagħti pjan ta’ ristrutturar lill-kreditur, il-qorti tagħti lill-kreditur terminu perentorju ta’ mill-inqas ġimgħatejn, iżda ta’ mhux aktar minn erba' ġimgħat, wara li jkun irċieva l-pjan ta’ ristrutturar biex jesprimi opinjoni lill-qorti jew lill-konsulent. Il-kreditur għandu jesprimi opinjoni dwar jekk il-kreditur jaqbilx mal-informazzjoni tad-debitur dwar il-pretensjoni u l-garanzija, il-kalkolu tad-dejn min-naħa tad-debitur u r-ristrutturar tad-dejn bil-mod mitlub mid-debitur. Jekk il-kreditur ma jaqbilx mar-ristrutturar tad-dejn bil-mod mitlub mid-debitur, il-kreditur għandu jindika jekk jaqbilx li d-dejn jiġi ristrutturat b’xi mod ieħor. Jekk il-kreditur li l-pretensjoni tiegħu tkun intalbet li tiġi riorganizzata ma jaqbilx mal-informazzjoni mogħtija mid-debitur fil-lista tad-djun, il-kreditur għandu jinnotifika lill-qorti jew, jekk jiġi stabbilit mill-qorti, lill-konsulent fit-terminu perentorju stabbilit mill-qorti f’liema rigward ma jaqbilx mal-pretensjoni u jippreżenta evidenza bħala prova ta’ dawn iċ-ċirkostanzi. Jekk ir-rikors ma jiġix ippreżentat sad-data dovuta, il-kreditur jitqies li jkun qabel mad-daqs tal-pretensjoni. Jekk id-debitur jew il-konsulent ma jaqbilx ma’ allegazzjoni li tkun saret fir-rikors tal-kreditur, għandu fil-pront jippreżenta rikors flimkien ma’ evidenza lill-qorti u jissostanzja għaliex ma jaqbilx mal-informazzjoni fir-rikors. Fuq il-bażi tal-allegazzjonijiet u tal-provi mressqa, il-qorti tiddeċiedi dwar id-daqs tal-pretensjoni prinċipali u dwar il-pretensjoni ta’ kollateral tal-kreditur u dwar l-eżistenza tal-garanzija.

10 B’liema mod jista’ l-prattikant tal-insolvenza juża jew jiddisponi minn assi tal-patrimonju?

L-assi tad-debitur isiru l-proprjetà tal-falliment abbażi ta’ deċiżjoni dwar falliment u jintużaw bħala assi maħsuba biex jiġu sodisfatti l-pretensjonijiet tal-kredituri u sabiex jitwettaq il-proċediment ta’ falliment. Il-proprjetà tal-falliment tfisser l-assi tad-debitur fil-mument li fih jiġi ddikjarat falliment, kif ukoll assi li jkunu ntalbu lura jew li ġew irkuprati u assi akkwistati mid-debitur matul il-proċediment ta’ falliment. L-assi tad-debitur li dwarhom, skont il-liġi, ma tista' ssir ebda talba għall-ħlas ma jiġux inklużi fil-proprjetà tal-falliment.

Meta jiġi ddikjarat falliment, id-dritt tad-debitur li jamministra u li jiddisponi mill-proprjetà tal-falliment jiġi ttrasferit lir-riċevent f’falliment. Wara li jiġi ddikjarat il-falliment, kwalunkwe disponiment mid-debitur fir-rigward ta’ oġġetti li jagħmlu parti mill-proprjetà tal-falliment huwa null u bla effett. Qabel jiġi ddikjarat falliment, il-qorti tista’ tipprojbixxi lil debitur milli jiddisponi minn assi jew minn sehem tal-assi mingħajr il-kunsens tat-trustee interim.

It-trustee għandu jieħu pussess tal-assi tad-debitur u jibda l-amministrazzjoni tal-proprjetà tal-falliment mingħajr dewmien wara li tinħareġ deċiżjoni dwar falliment. It-trustee għandu jitlob lura l-assi tad-debitur li jkunu fil-pussess ta’ parti terza għall-proprjetà tal-falliment, sakemm ma jiġix previst mod ieħor mil-liġi. L-amministrazzjoni ta’ proprjetà tal-falliment tinkludi l-eżekuzzjoni ta’ atti bil-proprjetà tal-falliment li huma meħtieġa għall-preservazzjoni tal-proprjetà tal-falliment u għall-eżekuzzjoni tal-proċediment ta’ falliment, kif ukoll il-ġestjoni tal-attivitajiet tad-debitur jekk id-debitur ikun persuna ġuridika jew l-organizzazzjoni tal-attivitajiet tan-negozju tad-debitur jekk id-debitur ikun jaħdem għal rasu. Fil-proċediment ta’ falliment ta’ debitur li jkun persuna ġuridika, it-trustee għandu tali drittijiet u obbligi tal-bord maniġerjali jew tal-korp li jissostitwixxi l-bord maniġerjali tal-persuna ġuridika li ma jmorrux kontra l-għan tal-proċediment ta’ falliment. Ir-responsabbiltà tat-trustee hija ugwali għar-responsabbiltà ta’ membru ta’ korp maniġerjali.

It-trustee jista’ jikkonkludi tranżazzjoni bil-proprjetà tal-falliment fi flus unikament bil-permess tal-qorti. It-trustee ma jagħmel ebda pagament lill-kredituri fi flus abbażi tal-proporzjon tad-distribuzzjoni. It-trustee jista’ jikkonkludi tranżazzjonijiet ta’ rilevanza partikolari għall-proċediment ta’ falliment unikament bil-kunsens tal-kumitat dwar il-falliment. It-tranżazzjonijiet ta’ rilevanza partikolari huma, qabel kollox, self u, fil-każ ta’ intrapriża li tkun inkluża fil-proprjetà tal-falliment, it-tranżazzjonijiet kollha li jmorru lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet regolari ta’ negozju tal-intrapriża. It-trustee ma jista’ jikkonkludi ebda tranżazzjoni miegħu nnifsu jew ma’ persuni relatati miegħu fir-rigward ta’ jew f’isem il-proprjetà tal-falliment jew jikkonkludi xi tranżazzjoni oħra ta’ natura simili jew li tinvolvi kunflitt ta’ interessi jew jitlob kumpens għall-ispejjeż imġarrba fi tranżazzjonijiet bħal dawn.

It-trustee jista’ jibda l-bejgħ tal-proprjetà tal-falliment wara l-ewwel laqgħa ġenerali tal-kredituri, ħlief jekk il-kredituri jkunu ddeċidew mod ieħor waqt il-laqgħa. Jekk id-debitur ikun appella kontra d-deċiżjoni dwar il-falliment, l-assi tad-debitur ma jistgħux jinbiegħu mingħajr il-kunsens tad-debitur qabel jinstema l-appell ippreżentat quddiem il-qorti distrettwali. Dawn ir-restrizzjonijiet ma japplikawx għall-bejgħ ta’ assi li jitħassru malajr ħafna, li jonqsu malajr fil-valur jew li l-ħżin jew il-preservazzjoni tagħhom hija eċċessivament għalja. Jekk l-attivitajiet tal-intrapriża tad-debitur ikomplu, l-assi ma jistgħux jinbiegħu jekk dan ifixkel it-tkomplija tal-attivitajiet tal-intrapriża. Jekk tiġi ppreżentata proposta għal kompożizzjoni, l-assi ma jistgħux jinbiegħu qabel issir il-kompożizzjoni, sakemm il-laqgħa ġenerali tal-kredituri ma tiddeċidix li jistgħu jinbiegħu, irrispettivament mill-proposta għal kompożizzjoni. Il-proprjetà tal-falliment tinbiegħ b’irkant skont il-proċedura prevista fil-Kodiċi ta’ Proċedura ta’ Infurzar.

11 Liema talbiet għandhom jiġu ppreżentati kontra l-patrimonju tal-insolvenza tad-debitur u kif għandhom jiġu ttrattati t-talbiet li jsiru wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza?

Il-pretensjonijiet li għandhom jiġu ppreżentati kontra l-proprjetà tal-falliment tad-debitur

Il-pretensjonijiet kollha li rriżultaw kontra d-debitur qabel ikun ġie ddikjarat il-falliment għandhom jiġu ppreżentati kontra l-proprjetà tal-falliment tad-debitur, irrispettivament mir-raġunijiet jew mid-dati ta’ maturità għas-sodisfar tal-pretensjonijiet. Meta jiġi ddikjarat falliment, il-pretensjonijiet kollha tal-kredituri kontra d-debitur jitqiesu li jkunu ġew dovuti, sakemm ma jiġix previst mod ieħor mil-liġi. Jekk kreditur ikun ressaq pretensjoni korrispondenti mal-qorti iżda ma tkun għadha ttieħdet l-ebda deċiżjoni ġudizzjarja, il-qorti tissospendi l-proċedura dwar l-azzjoni u l-kreditur għandu jippreżenta l-pretensjoni lir-riċevent f’falliment. Jekk kreditur ikun ippreżenta pretensjoni quddiem il-qorti u l-qorti tkun ħarġet sentenza li tkun daħlet fis-seħħ, il-kreditur għandu jippreżenta wkoll il-pretensjoni tiegħu lir-riċevent f’falliment, iżda tali pretensjoni titqies li tkun ġiet difiża. Jekk id-debitur seta’ kkontestata d-deċiżjoni ġudizzjarja, ir-riċevent f’falliment jista' jagħmel dan.

L-indirizzar ta’ pretensjonijiet li jirriżultaw wara l-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment

Wara li jiġi ddikjarat falliment, il-kredituri fil-proċediment ta’ falliment jistgħu jippreżentaw biss il-pretensjonijiet tagħhom kontra d-debitur skont il-proċedura prevista fl-Att dwar il-Fallimenti. Il-pretensjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati biss lir-riċevent f’falliment u jistgħu jiġi ppreżentati biss dawk il-pretensjonijiet li kienu rriżultaw qabel ġie ddikjarat il-falliment. Il-pretensjonijiet li jirriżultaw wara li jkun ġie ddikjarat il-falliment ma jistgħux jiġu ppreżentati qabel jingħalaq il-proċediment ta’ falliment. Għandu jittieħed kont tal-fatt li, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, f’ħafna każijiet l-għeluq ta’ proċedimenti ta’ falliment jinvolvi l-likwidazzjoni tal-persuna ġuridika, u bħala riżultat ma jkun hemm l-ebda persuna li kontriha jistgħu jiġu ppreżentati l-pretensjonijiet wara l-proċediment ta’ falliment. Għalhekk, hemm bżonn li tingħata attenzjoni u li jitqies dak ir-riskju meta jiġu konklużi tranżazzjonijiet ma’ persuna ġuridika li tkun falluta. Il-pretensjonijiet kontra persuna fiżika li jirriżultaw matul proċediment ta’ falliment jistgħu jiġu ppreżentati wara l-proċediment ta’ falliment skont il-proċedura ġenerali. L-obbligi ta’ kumpens għal danni kkawżati matul proċediment ta’ falliment minħabba l-azzjoni illegali ta’ debitur li jkun persuna ġuridika huma obbligi konsolidati, u għalhekk id-debitur jista’ jkun meħtieġ jeżegwihom matul il-proċediment ta’ falliment skont il-proċedura ġenerali. Sabiex jiġu eżegwiti l-obbligi tista' titwettaq ukoll proċedura ta’ infurzar fir-rigward tal-proprjetà tal-falliment.

Huwa possibbli wkoll li tinqala' sitwazzjoni fejn wara li jiġi ddikjarat falliment, id-debitur jiddisponi minn oġġett li jkun jappartjeni għall-proprjetà tal-falliment. Tali disponiment ikun null u bla effett peress li, meta jkun ġie ddikjarat il-falliment, id-dritt ta’ amministrazzjoni u ta’ disponiment tal-assi jiġi ttrasferit lir-riċevent f’falliment. Jekk madanakollu jkun hemm disponiment mid-debitur, l-assi trasferiti mill-parti l-oħra abbażi tad-disponiment jiġu rritornati lill-parti jekk l-assi jkunu baqgħu fil-proprjetà tal-falliment, jew jingħata kumpens jekk il-proprjetà tal-falliment tkun żdiedet bħala riżultat tat-trasferiment. Jekk id-debitur ikun iddispona mill-oġġett fil-jum li fih ikun ġie ddikjarat il-falliment, huwa preżunt li d-disponiment ikun sar wara li jkun ġie ddikjarat il-falliment. Jekk id-debitur ikun iddispona mill-pretensjonijiet futuri tiegħu qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment, id-disponiment isir null u bla effett fir-rigward tal-pretensjonijiet li jirriżultaw wara. Id-debitur li huwa persuna fiżika jista’ jiddisponi mill-proprjetà tal-falliment bil-kunsens tat-trustee. Kwalunkwe disponiment mingħajr il-kunsens tat-trustee huwa null u bla effett.

L-indirizzar ta’ pretensjonijiet li jirriżultaw wara l-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni u ta’ proċedimenti ta’ ristrutturar tad-dejn

Matul it-terminu ta’ validità ta’ pjan ta’ riorganizzazzjoni, ma jista’ jiġi ppreżentat ebda att promotur abbażi ta’ pretensjoni li għaliha japplika l-pjan ta’ riorganizzazzjoni. Atti promoturi jistgħu jiġu ppreżentati dwar pretensjonijiet oħra. Matul it-terminu ta’ validità ta’ pjan ta’ ristrutturar, fi proċedimenti dwar rikors ma jista’ jiġi ppreżentat ebda att promotur jew rikors abbażi ta’ pretensjoni li għaliha japplika l-pjan ta’ ristrutturar. Atti promoturi jistgħu jiġu ppreżentati dwar pretensjonijiet oħra. L-approvazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturar ma tillimitax id-dritt tal-kreditur sabiex fil-proċediment ġudizzjarju jikkontesta l-pretensjonijiet li ma jkunux ġew milqugħa fil-pjan ta’ ristrutturar. Fi proċediment ġudizzjarju kreditur jista’ jikkontesta wkoll id-daqs tal-pretensjoni sal-limitu tas-sehem li ma jkunx ġie aċċettat.

Il-preżentata ta’ rikors għal riorganizzazzjoni jew ta’ rikors għal ristrutturar tad-dejn minn debitur tissospendi l-perjodu ta’ limitazzjoni fir-rigward ta’ pretensjonijiet kontra d-debitur. Wara li jiġi ppreżentat rikors għal riorganizzazzjoni, il-qorti li tkun qed tisma’ l-kwistjoni tista', abbażi ta’ rikors minn impriża u bl-approvazzjoni tal-konsulent tar-riorganizzazzjoni, li hija mehmuża mar-rikors, tissospendi l-proċedimenti tal-qorti li jinvolvu pretensjoni finanzjarja kontra l-impriża sakemm jiġi approvat il-pjan ta’ riorganizzazzjoni jew jingħalqu l-proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni, ħlief fil-każ ta’ talba ppreżentata abbażi ta’ relazzjoni ta’ impjieg jew talba għall-ħlas ta’ manteniment li dwarha ma tkunx għadha nqatgħet is-sentenza. Meta taċċetta rikors għal ristrutturar tad-dejn, il-qorti tissospendi l-proċedimenti tal-qorti li jinvolvu pretensjoni finanzjarja kontra d-debitur li dwarha ma tkunx għadha nqatgħet is-sentenza sakemm jiġi approvat il-pjan ta’ riorganizzazzjoni jew jingħalqu l-proċedimenti.

Il-pjan ta’ riorganizzazzjoni ma jeħlisx lil persuna li tkun responsabbli in solidum għall-eżekuzzjoni ta’ obbligu ta’ impriża mill-eżekuzzjoni tal-obbligu ta’ dik il-persuna. Il-pjan ta’ ristrutturar ma jeħlisx lil persuna li tkun responsabbli in solidum għall-eżekuzzjoni tal-obbligu tad-debitur mill-eżekuzzjoni tal-obbligu ta’ dik il-persuna.

12 Liema huma r-regoli li jirregolaw il-preżentata, il-verifika u l-ammissjoni tat-talbiet?

Ir-regoli dwar il-preżentata, il-verifika u l-ammissjoni ta’ pretensjonijiet fi proċedimenti ta’ falliment

Il-kredituri huma meħtieġa jinnotifikaw lit-trustee dwar il-pretensjonijiet kollha tagħhom kontra d-debitur li kienu rriżultaw qabel ġie ddikjarat il-falliment, irrispettivament mir-raġunijiet jew mid-dati ta’ maturità għas-sodisfar tal-pretensjonijiet, mhux aktar tard minn xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ falliment f’Ametlikud Teadaanded. Meta jiġi ddikjarat falliment, il-pretensjonijiet kollha tal-kredituri kontra d-debitur jitqiesu li jkunu ġew dovuti. It-trustee għandu jiġi nnotifikat dwar pretensjoni permezz ta’ rikors bil-miktub (prova ta’ pretensjoni). Il-prova tal-pretensjoni tistabbilixxi l-kontenut, il-bażi u d-daqs tal-pretensjoni u dwar jekk il-pretensjoni tkunx assigurata permezz ta’ rahan. Id-dokumenti li jagħtu evidenza taċ-ċirkostanzi msemmija fil-prova tal-pretensjoni jiġu mehmuża magħha. It-trustee huwa meħtieġ jivverifika jekk il-pretensjonijiet ippreżentati humiex ġustifikati u jekk jeżistux id-drittijiet ta’ garanzija li jiggarantixxu l-pretensjonijiet. Il-kredituri u d-debitur jistgħu jippreżentaw oġġezzjonijiet bil-miktub dwar il-pretensjonijiet jew id-drittijiet ta’ garanzija li jiggarantixxu l-pretensjonijiet lit-trustee qabel il-laqgħa għad-difiża tal-pretensjonijiet.

Il-pretensjonijiet jiġu difiżi waqt laqgħa ġenerali tal-kredituri (laqgħa għad-difiża tal-pretensjonijiet). Id-drittijiet ta’ garanzija jiġu difiżi flimkien mal-pretensjonijiet li jiżguraw. Waqt laqgħa għad-difiża tal-pretensjonijiet, il-pretensjonijiet jinstemgħu fl-ordni li fih ikunu ġew ippreżentati. Pretensjoni, il-klassifikazzjoni tagħha u d-dritt ta’ garanzija li jiggarantixxi l-pretensjoni jitqiesu li jkunu ġew milqugħa jekk la t-trustee u lanqas xi wieħed mill-kredituri ma joġġezzjona għalihom waqt il-laqgħa għad-difiża tal-pretensjonijiet jew jekk it-trustee jew il-kreditur li jkun ippreżenta oġġezzjoni jirrinunzja għall-oġġezzjoni waqt il-laqgħa għad-difiża tal-pretensjonijiet. It-trustee huwa meħtieġ joġġezzjona għal pretensjoni jew għal dritt ta’ garanzija waqt il-laqgħa għad-difiża tal-pretensjonijiet jekk ikun hemm raġunijiet għal oġġezzjoni. Waqt il-laqgħa għad-difiża tal-pretensjonijiet, pretensjonijiet issodisfati b’deċiżjoni tal-qorti jew ta’ arbitraġġ li tkun daħlet fis-seħħ, id-drittijiet ta’ garanzija milqugħa b’deċiżjoni tal-qorti jew ta’ arbitraġġ li tkun daħlet fis-seħħ u d-drittijiet ta’ garanzija mniżżla fir-reġistru tal-artijiet, fir-reġistru ta’ bastiment, f’reġistru ta’ rahan kummerċjali jew fir-Reġistru Ċentrali Estonjan tat-Titoli jitqiesu li jkunu ġew milqugħa mingħajr difiża. Titħejja lista ta’ pretensjonijiet milqugħa.

Il-minuti ta’ laqgħa għad-difiża tal-pretensjonijiet jindikaw jekk kull pretensjoni separata jew id-dritt ta’ garanzija li jiggarantixxi l-pretensjoni jkunx ġie milqugħ jew le u min kien oġġezzjona għall-pretensjoni, għall-klassifikazzjoni tagħha jew għad-dritt ta’ garanzija li jiggarantixxi l-pretensjoni. Il-minuti jindikaw ukoll min irrinunzja għal oġġezzjoni li tkun ġiet ippreżentata. Jekk pretensjoni ta’ kreditur ma tkunx ġiet milqugħa u l-kreditur ma jkunx ippreżenta rikors għall-ammissjoni tal-pretensjoni jew il-qorti tkun ċaħdet ir-rikors, l-oġġezzjonijiet tal-kreditur għall-pretensjonijiet ta’ kreditur ieħor jiġu injorati. Jekk ma tkun ġiet ippreżentata ebda oġġezzjoni oħra għall-pretensjoni ta’ kreditur ieħor, il-pretensjoni titqies li ġiet milqugħa. Il-pretensjoni jew il-klassifikazzjoni tagħha milqugħa f’laqgħa għad-difiża tal-pretensjonijiet ma tistax tiġi kkontestata aktar ’il quddiem.

Ir-regoli dwar il-preżentata, il-verifika u l-ammissjoni ta’ pretensjonijiet fi proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni u fi proċedimenti ta’ ristrutturar tad-dejn

Fi proċediment ta’ riorganizzazzjoni, id-debitur jippreżenta lista ta’ djun li fiha jistabbilixxi l-pretensjonijiet kollha kontrih kif ukoll il-kredituri korrispondenti. Għalhekk, il-kredituri nfushom ma jippreżentaw ebda pretensjoni. Il-kreditur li l-pretensjoni tiegħu tkun intalbet li tiġi riorganizzata taħt pjan ta’ riorganizzazzjoni u li ma jaqbilx mad-daqs tal-pretensjoni tiegħu fil-proċediment ta’ riorganizzazzjoni jista' jippreżenta rikors bil-miktub lill-konsulent tar-riorganizzazzjoni li jistabbilixxi f’liema rigward ma jaqbilx mal-pretensjoni fl-avviż ta’ riorganizzazzjoni u jippreżenta evidenza bħala prova ta’ dawn iċ-ċirkostanzi. Jekk sad-data dovuta ma jiġi ppreżentat ebda rikors, il-kreditur jitqies li jkun qabel mad-daqs tal-pretensjoni. Id-debitur jista’ joġġezzjona għall-argumenti mressqa mill-kreditur, iżda d-debitur għandu jissostanzja l-pożizzjonijiet tiegħu. Fuq il-bażi tal-allegazzjonijiet u tal-provi mressqa, il-qorti tiddeċiedi dwar id-daqs tal-pretensjoni prinċipali u dwar il-pretensjoni ta’ kollaterali tal-kreditur u dwar l-eżistenza u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-garanzija.

Fi proċediment ta’ ristrutturar tad-dejn, id-debitur jippreżenta pjan ta’ ristrutturar tad-dejn li jindika l-obbligi li għandhom jiġu ristrutturati u l-mod ta’ ristrutturar mitlub mid-debitur. Bl-istess mod bħal fil-każ ta’ proċediment ta’ riorganizzazzjoni, il-kredituri nfushom ma jippreżentaw ebda pretensjoni. Jekk il-kreditur li l-pretensjoni tiegħu tkun intalbet li tiġi ristrutturata ma jaqbilx mal-informazzjoni mogħtija mid-debitur fil-lista tad-djun, il-kreditur għandu jinnotifika lill-qorti jew, jekk jiġi stabbilit mill-qorti, lill-konsulent fit-terminu perentorju stabbilit mill-qorti f’liema rigward ma jaqbilx mal-pretensjoni u jippreżenta evidenza bħala prova ta’ dawn iċ-ċirkostanzi. Jekk ir-rikors ma jiġix ippreżentat sad-data dovuta, il-kreditur jitqies li jkun qabel mad-daqs tal-pretensjoni. Jekk id-debitur jew il-konsulent ma jaqbilx ma’ allegazzjoni li tkun saret fir-rikors tal-kreditur, għandu fil-pront jippreżenta r-rikors flimkien ma’ evidenza lill-qorti u jissostanzja għaliex ma jaqbilx mal-informazzjoni fir-rikors. Fuq il-bażi tal-allegazzjonijiet u tal-provi mressqa, il-qorti tiddeċiedi dwar id-daqs tal-pretensjoni prinċipali u dwar il-pretensjoni ta’ kollateral tal-kreditur u dwar l-eżistenza tal-garanzija.

13 Liema huma r-regoli li jirregolaw it-tqassim tal-assi wara tmiem il-proċedimenti? Kif jiġu kklassifikati t-talbiet u d-drittijiet tal-kredituri?

Il-prinċipju applikabbli huwa li l-kredituri kollha jiġu trattati bl-istess mod. Madankollu, japplikaw ċerti eċċezzjonijiet li jipprovdu lil xi kredituri bi dritt preferenzjali.

Qabel jitħallsu flus abbażi ta’ proporzjonijiet ta’ distribuzzjoni, il-ħlasijiet relatati mal-proċediment ta’ falliment jsiru mill-proprjetà tal-falliment fl-ordni li ġejja:

1) pretensjonijiet li jirriżultaw mill-konsegwenzi tal-esklużjoni jew tal-irkupru ta’ assi;

2) manteniment pagabbli lid-debitur u lid-dipendenti tiegħu;

3) obbligi konsolidati;

4) il-kostijiet u l-ispejjeż imġarrba waqt il-proċediment ta’ falliment.

Wara li jkunu saru dawn il-pagamenti, il-pretensjonijiet tal-kredituri jiġu sodisfatti fl-ordni li ġejja:

1) pretensjonijiet milqugħa garantiti b’rahan;

2) pretensjonijiet oħra milqugħa li kienu ġew ippreżentati matul it-terminu perentorju stabbilit;

3) pretensjonijiet oħra li ma kinux ippreżentati fit-terminu perentorju stabbilit; iżda li ġew milqugħa.

Ir-responsabbiltà ta’ parti terza għall-obbligi tad-debitur hija possibbli fil-każ ta’ debituri in solidum. F’dan il-każ, id-debitur in solidum huwa responsabbli għall-kreditur, irrispettivament mill-insolvenza tad-debitur. Jekk debitur in solidum iħallas is-sehem tad-dejn li l-kreditur ikun ippreżenta wkoll kontra d-debitur, dak is-sehem jiġi dedott mill-pretensjoni.

Huwa possibbli wkoll li l-obbligu tad-debitur jiġi ttrasferit lil parti terza abbażi tal-liġi. Jekk impjegatur ikun sar insolventi, jiġifieri l-impjegatur ikun ġie ddikjarat fallut jew il-proċediment ta’ falliment ikun intemm f’sospensjoni, l-impjegat jiġi kkumpensat għal kull rimunerazzjoni li ma tkunx ingħatat qabel l-impjegatur ikun ġie ddikjarat insolventi, kwalunkwe leave imħallas li ma jkunx ingħata qabel l-impjegatur ikun ġie ddikjarat insolventi u kwalunkwe benefiċċju li ma jkunx ingħata qabel ikun ġie kkanċellat il-kuntratt ta’ impjieg qabel jew wara l-impjegatur ikun ġie ddikjarat insolventi. Jekk impjegatur ikun insolventi, il-kreditur fi proċediment ta’ falliment fir-rigward tal-primjums tal-assigurazzjoni tal-qgħad li ma jkunux ingħataw sad-data dovuta huwa l-istat.

Fi proċediment ta’ riorganizzazzjoni u fi proċediment ta’ ristrutturar tad-dejn, mhuwiex possibbli li tiġi diskussa l-proprjetà tal-falliment, u l-pretensjonijiet jiġu sodisfatti skont il-pjan ta’ riorganizzazzjoni jew ta’ ristrutturar tad-dejn. Il-pjan ta’ riorganizzazzjoni ma jeħlisx lil persuna li tkun responsabbli in solidum għall-eżekuzzjoni ta’ obbligu ta’ impriża mill-eżekuzzjoni tal-obbligu tal-persuna. Jekk il-persuna li tkun responsabbli in solidum għall-eżekuzzjoni ta’ obbligu ta’ impriża tkun eżegwiet l-obbligu, il-persuna jkollha biss id-dritt ta’ rikors kontra l-impriża sal-punt li l-impriża hija responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-obbligu skont il-pjan ta’ riorganizzazzjoni. L-approvazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturar ma jeħlisx lil persuna li tkun responsabbli in solidum għall-eżekuzzjoni tal-obbligu tad-debitur mill-eżekuzzjoni tal-obbligu tal-persuna. Jekk il-persuna li tkun responsabbli in solidum għall-eżekuzzjoni tal-obbligu tad-debitur tkun eżegwiet l-obbligu, il-persuna jkollha biss id-dritt ta’ rikors kontra d-debitur sal-punt li d-debitur huwa responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-obbligu skont il-pjan ta’ ristrutturar.

14 Liema huma l-kundizzjonijiet għal, u l-effetti tal-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza (b'mod partikolari b'miżura komposta)?

L-għeluq ta’ proċedimenti ta' falliment u l-effetti tal-għeluq

Il-proċedimenti ta’ falliment jintemmu biċ-ċaħda tar-rikors għal falliment, bis-sospensjoni tal-proċedimenti ta’ falliment, wara li r-raġunijiet għall-falliment ma jkunux għadhom jeżistu, bil-kunsens tal-kredituri, meta jiġi approvat ir-rapport finali, meta tiġi approvata kompożizzjoni jew għal raġunijiet oħra previsti mil-liġi.

Il-qorti ttemm il-proċedimenti b’sospensjoni permezz ta’ deċiżjoni mingħajr ma tiddikjara falliment, irrispettivament mill-insolvenza tad-debitur, jekk l-assi tad-debitur ma jkunux biżżejjed biex ikopru l-kostijiet u l-ispejjeż imġarrba fil-proċediment ta’ falliment u jekk ma jkunx possibbli li jiġu rkuprati jew li jintalbu lura l-assi jew tiġi ppreżentata pretensjoni kontra membru ta’ korp maniġerjali. Il-qorti tista' wkoll tagħlaq proċediment permezz ta’ sospensjoni mingħajr ma tiddikjara falliment, irrispettivament mill-insolvenza tad-debitur, jekk l-assi tad-debitur jikkonsistu primarjament fi pretensjonijiet għal irkupru jew pretensjonijiet kontra partijiet terzi u ma jkunx probabbli li dawn il-pretensjonijiet jiġu sodisfatti. Il-qorti ma tagħlaqx proċediment permezz ta’ sospensjoni jekk id-debitur, kreditur jew parti terza tittrasferixxi l-ammont stabbilit mill-qorti bħala depożitu sabiex jiġu koperti l-kostijiet u l-ispejjeż imġarrba fil-proċediment ta’ falliment fil-kont preskritt għal dan il-għan. Jekk il-proċediment ta’ falliment ta’ debitur li jkun persuna ġuridika tintemm f’sospensjoni, it-trustee interim jillikwida l-persuna ġuridika fi żmien xahrejn mid-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni dwar l-għeluq tal-proċediment mingħajr proċedura ta’ likwidazzjoni. Jekk, mas-sospensjoni tal-proċediment ta’ falliment, id-debitur ikollu xi assi, l-ewwel titħallas ir-rimunerazzjoni tat-trustee interim u jiġu koperti l-ispejjeż neċessarji.

Il-qorti tagħlaq il-proċedimenti ta’ falliment abbażi ta’ rikors mid-debitur jekk ir-raġunijiet għall-proċedimenti ta’ falliment ikunu waqfu milli jeżistu, sakemm id-debitur jagħti evidenza li mhuwiex insolventi jew li ma hemmx il-probabbiltà li jsir insolventi jekk jiġi ddikjarat falliment minħabba l-probabbiltà li d-debitur kien ser isir insolventi fil-futur. Jekk il-proċedimenti ta’ falliment jingħalqu minħabba li r-raġunijiet għall-proċedimenti ta’ falliment ma jkunux għadhom jeżistu, il-persuna ġuridika ma tiġix xolta.

Il-qorti tagħlaq il-proċedimenti ta’ falliment abbażi ta’ rikors mid-debitur jekk il-kredituri kollha li jkunu ppreżentaw il-pretensjonijiet tagħhom fit-terminu perentorju stabbilit ikunu taw il-kunsens tagħhom għall-għeluq tal-proċedimenti. Jekk debitur li huwa persuna ġuridika jkun permanentement insolventi, il-qorti għandha tiddeċiedi dwar il-likwidazzjoni tad-debitur li jkun persuna ġuridika permezz ta’ deċiżjoni dwar l-għeluq tal-proċedimenti.

Il-proċedimenti ta’ falliment jintemmu bl-approvazzjoni ta’ rapport finali, meta t-trustee jippreżenta r-rapport finali lill-kumitat dwar il-falliment u lill-qorti. Fir-rapport finali, it-trustee jipprovdi informazzjoni dwar il-proprjetà tal-falliment u l-flus riċevuti mill-bejgħ tagħha, pagamenti, pretensjonijiet milqugħa mill-kredituri, rikorsi ppreżentati u li għadhom ma ġewx ippreżentati, eċċ. il-kredituri jistgħu jippreżentaw oġġezzjonijiet għar-rapport finali quddiem il-qorti. Il-qorti tiddeċiedi dwar l-approvazzjoni tar-rapport finali u dwar l-għeluq tal-proċediment ta’ falliment. Il-qorti tirrifjuta li tapprova r-rapport finali u, permezz ta’ deċiżjoni, tirritornah lura lit-trustee sabiex jitkomplu l-proċedimenti ta’ falliment jekk ir-rapport finali juri li fil-proċedimenti ta’ falliment ikunu nkisru d-drittijiet tad-debitur jew tal-kredituri.

Il-proċediment ta’ falliment jista' jintemm ukoll b’dikjarazzjoni ta’ kompożizzjoni. Il-kompożizzjoni huwa ftehim bejn debitur u l-kredituri dwar il-ħlas tad-djun u tinvolvi tnaqqis tad-djun jew estensjoni tat-terminu għall-ħlas. Fi proċediment ta’ falliment, kompożizzjoni ssir fuq proposta tad-debitur jew tat-trustee wara li jkun ġie ddikjarat falliment. Riżoluzzjoni ta’ kompożizzjoni tiġi adottata waqt il-laqgħa ġenerali tal-kredituri. Il-qorti għandha tiddeċiedi dwar l-approvazzjoni tal-kompożizzjoni. Il-qorti tagħlaq il-proċediment ta’ falliment permezz ta’ deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-kompożizzjoni.

Jekk il-proċediment ta’ falliment ma jkunx ingħalaq fi żmien sentejn mid-dikjarazzjoni ta’ falliment, it-trustee jippreżenta rapport lill-kumitat dwar il-falliment u lill-qorti darba kull sitt xhur sakemm jingħalaq il-proċediment ta’ falliment. F’dak ir-rapport it-trustee għandu jesponi r-raġunijiet għaliex ma jkunx intemm il-proċediment ta’ falliment u jipprovdi informazzjoni dwar il-proprjetà tal-falliment li tkun inbiegħet u li ma tkunx inbiegħet u dwar l-amministrazzjoni tal-proprjetà tal-falliment. Il-qorti tirrilaxxa lit-trustee meta jingħalaq il-proċediment ta’ falliment, sakemm ma jiġix previst mod ieħor mil-liġi. Il-qorti tista' tirrifjuta li tirrilaxxa lit-trustee jekk, sakemm jingħalaq il-proċediment ta’ falliment, il-proprjetà tal-falliment ma tkunx inbiegħet kollha, ikun għad hemm flus li jridu jinġabru għall-proprjetà tal-falliment, ir-rikorsi ppreżentati mit-trustee ma jkunux instemgħu, jew it-trustee biħsiebu jew huwa meħtieġ jippreżenta rikors. F’dan il-każ, it-trustee jkompli jwettaq dmirijietu anke wara li jingħalaq il-proċediment ta’ falliment. Jekk, wara t-tmiem tal-proċediment ta’ falliment u r-rilaxx tat-trustee, jidħlu flus fil-proprjetà tal-falliment, jsiru disponibbli l-ammonti ta’ flus depożitati mad-distribuzzjoni jew isir evidenti li l-proprjetà tal-falliment tinkludi oġġetti li ma kinux ittieħdu inkunsiderazzjoni meta tħejjiet il-proposta dwar id-distribuzzjoni, il-qorti tiddeċiedi dwar id-distribuzzjoni sussegwenti fuq inizjattiva propja jew abbażi ta’ rikors mit-trustee jew minn kreditur.

L-għeluq ta’ proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni u l-effetti tal-għeluq

Il-proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni jintemmu jekk jingħalqu qabel id-data dovuta, jiġi annullat il-pjan ta’ riorganizzazzjoni, il-pjan ta’ riorganizzazzjoni jiġi implimentat qabel id-data dovuta, jew jekk jiskadi t-terminu perentorju għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni kif stabbilit fil-pjan ta’ riorganizzazzjoni. Meta pjan ta’ riorganizzazzjoni jiġi implimentat qabel id-data dovuta, il-proċediment ta’ riorganizzazzjoni jintemm jekk l-impriża tkun eżegwiet l-obbligi kollha li tkun assumiet taħt il-pjan ta’ riorganizzazzjoni qabel jiskadi t-terminu perentorju għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni.

Il-proċediment ta’ riorganizzazzjoni jista' jingħalaq qabel id-data dovuta biss qabel jiġi approvat il-pjan ta’ riorganizzazzjoni. Il-qorti tagħlaq proċediment ta’ riorganizzazzjoni qabel id-data dovuta jekk l-impriża tikser l-obbligu tagħha li tikkoopera jew tonqos milli tħallas l-ammont stabbilit mill-qorti bħala depożitu biex jiġu koperti r-rimunerazzjoni u l-ispejjeż tal-konsulent tar-riorganizzazzjoni jew tal-espert, ma jiġix approvat il-pjan ta’ riorganizzazzjoni, l-impriża tippreżenta rikors għal dan il-għan, ir-raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni ma jibqgħux jeżistu, l-assi tal-impriża jiġu mberbqa jew issir ħsara lill-interessi tal-kredituri, il-pjan ta’ riorganizzazzjoni ma jiġix ippreżentat sad-data dovuta, jew il-pretensjoni tkun ambigwa. Jekk il-qorti tagħlaq proċediment ta’ riorganizzazzjoni qabel id-data dovuta, kwalunkwe u kull konsegwenza tal-ftuħ tal-proċediment ta’ riorganizzazzjoni b’mod retroattiv ma tibqax teżisti.

Meta jiskadi t-terminu għall-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ riorganizzazzjoni, il-proċediment ta’ riorganizzazzjoni jingħalaq.

Il-proċediment ta’ riorganizzazzjoni jista' jintemm ukoll fl-annullament tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni. Il-pjan ta’ riorganizzazzjoni jiġi annullat jekk l-impriża tkun instabet ħatja ta’ reat marbut ma’ falliment jew ta’ reat kriminali relatat ma’ proċedura ta’ infurzar wara li jkun ġie approvat il-pjan ta’ riorganizzazzjoni, l-impriża tonqos milli teżegwixxi l-obbligi tagħha taħt il-pjan ta’ riorganizzazzjoni sa limitu materjali, jekk ikun evidenti, meta jkun għadda mill-inqas nofs it-terminu ta’ validità tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni, li l-impriża ma tistax teżegwixxi l-obbligi li tkun assumiet taħt il-pjan ta’ riorganizzazzjoni, abbażi ta’ rikors mill-konsulent tar-riorganizzazzjoni jekk ma tkunx tħallset it-tariffa għas-superviżjoni jew jekk l-intrapriża tonqos milli tipprovdi assistenza lill-konsulent tar-riorganizzazzjoni waqt l-eżekuzzjoni tal-obbligu superviżorju jew ma tipprovdix informazzjoni lill-konsulent tar-riorganizzazzjoni li dan tal-aħħar jeħtieġ sabiex jeżerċita superviżjoni, jekk l-impriża tippreżenta rikors għall-annullament tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni, jew jekk l-impriża tiġi ddikjarata falluta. Jekk jiġi annullat pjan ta’ riorganizzazzjoni, il-konsegwenzi tal-ftuħ tal-proċediment ta’ riorganizzazzjoni b’mod retroattiv ma jibqgħux jeżistu.

L-għeluq ta’ proċedimenti ta' ristrutturar tad-dejn u l-effetti tal-għeluq

Il-proċedimenti ta’ ristrutturar tad-dejn jintemmu meta jiġi miċħud jew rifjutat r-rikors għal ristrutturar tad-dejn, jiġi annullat il-pjan ta’ ristrutturar tad-dejn, jingħalqu l-proċedimenti jew jiskadi t-terminu għall-implimentazzjoni kif stabbilit fil-pjan ta’ ristrutturar tad-dejn. Meta pjan ta’ riorganizzazzjoni jiġi implimentat qabel id-data dovuta, il-proċediment jintemm jekk id-debitur ikun eżegwixxa l-obbligi kollha li jkun assuma taħt il-pjan ta’ ristrutturar qabel jiskadi t-terminu perentorju għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar.

Il-qorti tannulla pjan ta’ ristrutturar abbażi ta’ rikors mid-debitur u jekk id-debitur jiġi ddikjarat fallut. Il-qorti tista’ tannulla pjan ta’ ristrutturar jekk id-debitur jonqos milli jeżegwixxi l-obbligi taħt il-pjan ta’ ristrutturar sa limitu materjali, jekk ikun evidenti, meta jkun għadda mill-inqas nofs it-terminu ta’ validità tal-pjan ta’ ristrutturar, li d-debitur ma jistax jeżegwixxi l-obbligi assunti taħtu, id-debitur ma jkollux problemi ta’ solvenza jew ikun għelibhom, id-debitur ikun, intenzjonalment jew minħabba negliġenza serja, ippreżenta informazzjoni materjalment skorretta jew mhux kompluta dwar l-assi, id-dħul, il-kredituri jew l-obbligi tiegħu, id-debitur ikun għamel pagamenti lil kredituri li mhumiex imsemmija fil-pjan ta’ ristrutturar, u b’hekk ikun għamel ħsara lill-interessi tal-kredituri l-oħra ta’ portata materjali, id-debitur jonqos milli jipprovdi assistenza lill-qorti jew lill-konsulent waqt l-eżekuzzjoni tal-obbligu ta’ superviżjoni jew ma jipprovdix l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi eżerċitata superviżjoni, jew jekk id-debitur jonqos milli jħallas l-ammont stabbilit mill-qorti bħala depożitu biex jiġu koperti r-rimunerazzjoni u l-ispejjeż tal-konsulent u tal-espert. Jekk jiġi annullat pjan ta’ ristrutturar, il-konsegwenzi tal-ammissjoni tar-rikors għal ristrutturar tad-dejn b’mod retroattiv ma jibqgħux jeżistu.

15 X'inhuma d-drittijiet tal-kredituri wara l-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza?

Id-drittijiet tal-kredituri wara l-għeluq ta’ proċediment ta’ falliment

Wara l-għeluq ta’ proċediment ta’ falliment, pretensjonijiet li setgħu jiġi ppreżentati matul il-proċediment ta’ falliment iżda li ma jkunux ġew ippreżentati u pretensjonijiet li jkunu ġew ippreżentati, iżda ma kinux issodisfati, jew li kontrihom id-debitur ippreżenta oġġezzjoni jistgħu jiġu ppreżentati mill-kredituri kontra d-debitur skont il-ġenerali proċedura. F’dan il-każ, ma jiġux ikkalkulati l-imgħax u l-imgħax ta’ inadempjenza għall-perjodu tal-proċediment ta’ falliment.

Jekk debitur li huwa persuna fiżika jiġi rilaxxat mill-obbligi tiegħu li ma jkunux ġew eżegwiti matul il-proċediment ta’ falliment, il-pretensjonijiet tal-kredituri fil-proċediment ta’ falliment kontra d-debitur, inklużi l-pretensjonijiet tal-kredituri fil-proċediment ta’ falliment li ma jkunux ippreżentaw il-pretensjonijiet tagħhom waqt il-proċediment ta’ falliment, ħlief għal obbligi għal kumpens għad-danni kkawżati intenzjonalment permezz ta’ azzjoni illegali jew għall-ħlas ta’ manteniment għal wild jew ġenitur, jiġu eżawriti.

Wara l-għeluq ta’ proċediment ta’ falliment, il-kredituri jistgħu jippreżentaw ukoll pretensjonijiet li jirriżultaw minn obbligi konsolidati li ma jkunux ġew issodisfati fil-proċediment ta’ falliment kontra d-debitur. Il-pretensjonijiet li jirriżultaw matul il-proċediment ta’ falliment li ma setgħux jiġu ppreżentati fil-proċediment ta’ falliment jistgħu jiġu ppreżentati wkoll kontra d-debitur skont il-proċedura ġenerali. F’dan il-każ, il-perjodu ta’ limitazzjoni jibda jiddekorri mill-għeluq tal-proċediment ta’ falliment. Sal-punt li pretensjoni ta’ kreditur milqugħa fi proċediment ta’ falliment ma tkunx ġiet issodisfata fil-proċediment ta’ falliment, l-istrument ta’ infurzar huwa d-deċiżjoni sakemm id-debitur ma jkunx ippreżenta oġġezzjoni għall-pretensjoni jew il-qorti tkun ammettiet il-pretensjoni tal-kreditur.

Id-drittijiet tal-kredituri wara l-għeluq ta’ proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni

Jekk il-proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni jingħalqu meta jkun skada t-terminu perentorju għall-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ riorganizzazzjoni, kreditur jista’ jinforza pretensjoni ristrutturata taħt il-pjan ta’ riorganizzazzjoni biss sal-punt maqbul fil-pjan ta’ riorganizzazzjoni iżda li ma tkunx ġiet sodisfatta skont il-pjan ta’ riorganizzazzjoni.

Jekk pjan ta’ riorganizzazzjoni jiġi annullat jew jiġi tterminat b’mod prematur, il-konsegwenzi tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni b’mod retroattiv ma jibqgħux jeżistu. Id-dritt ta’ pretensjoni ta’ kreditur li l-pretensjoni tiegħu tkun ġiet ristrutturata taħt il-pjan ta’ riorganizzazzjoni jiġi restawrat kontra l-impriża fl-ammont inizjali. Għandu jitqies ukoll il-qligħ tal-kreditur matul l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni

Id-drittijiet tal-kredituri wara l-għeluq ta’ proċedimenti ta’ ristrutturar tad-dejn

Jekk rikors jiġi rifjutat jew miċħud jew jingħalqu l-proċedimenti, kwalunkwe u kull konsegwenza tal-ammissjoni tar-rikors b’mod retroattiv ma tibqax teżisti. Id-dritt ta’ pretensjoni ta’ kreditur li l-pretensjoni tiegħu tkun ġiet ristrutturata taħt il-pjan ta’ ristrutturar jiġi restawrat kontra d-debitur fl-ammont inizjali. Għandu jitqies ukoll il-qligħ tal-kreditur matul l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar

Wara li jkun skada t-terminu perentorju għall-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturar, kreditur jista’ jinforza pretensjoni ristrutturata taħt il-pjan ta’ ristrutturar biss sal-punt maqbul fil-pjan ta’ ristrutturar iżda li ma tkunx ġiet sodisfatta skont il-pjan ta’ riorganizzazzjoni.

16 Min għandu jagħmel tajjeb għall-kostijiet u l-ispejjeż involuti fil-proċedimenti ta' insolvenza?

Il-proċedimenti ta’ falliment

Jekk rikors għal falliment tiġi ssodisfata jew il-proċedimenti ta’ falliment jintemmu f’kompożizzjoni, il-kostijiet u l-ispejjeż imġarrbin matul il-proċedimenti ta’ falliment jitħallsu mill-proprjetà tal-falliment. Jekk il-qorti tiċħad jew tirrifjuta rikors ta’ kreditur dwar falliment jew jekk il-proċediment ikun ingħalaq minħabba li l-kreditur jirtira’ r-rikors għal falliment, il-kostijiet u l-ispejjeż imġarrbin matul il-proċedimenti ta’ falliment jiġu rimborżati mill-kreditur. Fil-każ ta’ sospensjoni ta’ proċediment ta’ falliment, il-qorti għandha tiddeċiedi dwar id-diviżjoni tal-kostijiet u tal-ispejjeż imġarrbin matul il-proċediment ta’ falliment skont iċ-ċirkostanzi.

Jekk proċediment li jkun infetaħ abbażi ta’ rikors tad-debitur jingħalaq permezz ta’ sospensjoni mingħajr ma jiġi ddikjarat falliment u l-assi tad-debitur ma jkunux biżżejjed biex isiru l-pagamenti meħtieġa, il-qorti tordna lid-debitur sabiex iħallas ir-rimunerazzjoni u l-ispejjeż tat-trustee interim soġġetti għal rimborż, iżda tista’ tordna li dawn jitħallsu lura minn fondi tal-istat. Kwalunkwe rimborż tar-rimunerazzjoni u tal-ispejjeż tat-trustee interim minn fondi tal-istat ma għandux jaqbeż it-397 euro (inklużi t-taxxi preskritti mil-liġi, ħlief għat-taxxa fuq il-valur miżjud). Il-qorti ma tordnax li r-rimunerazzjoni u l-ispejjeż tat-trustee interim jiġu rimborżati minn fondi tal-istat jekk id-debitur, kreditur jew parti terza tkun ittrasferiet l-ammont stabbilit mill-qorti bħala depożitu biex jiġu koperti r-rimunerazzjoni u l-ispejjeż tat-trustee interim soġġetti għal rimborż fil-kont preskritt għal dan il-għan.

Il-proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni

Jekk jinfetħu proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni, il-qorti tistabbilixxi terminu li matulu l-impriża għandha tittrasferixxi l-ammont stabbilit mill-qorti bħala depożitu biex jiġu koperti r-rimunerazzjoni inizjali u l-ispejjeż inizjali tal-konsulent tar-riorganizzazzjoni fil-kont preskritt għal dan il-għan. Jekk l-impriża ma tħallasx dan l-ammont, il-qorti tagħlaq il-proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni. L-ammont tar-rimunerazzjoni u tal-ispejjeż tal-konsulent tar-riorganizzazzjoni li għandu jiġi rimborżat jiġi deċiż mill-qorti meta l-konsulent tar-riorganizzazzjoni jiġi rilaxxat jew il-pjan ta’ riorganizzazzjoni jiġi approvat abbażi tar-rapport dwar l-attivitajiet u l-ispejjeż tal-konsulent tar-riorganizzazzjoni.

Jekk il-qorti tinvolvi esperti fi proċediment ta’ riorganizzazzjoni, l-esperti għandhom id-dritt li jiġu rimborżati għall-ispejjeż neċessarji u ġġustifikati imġarrbin waqt l-eżekuzzjoni tal-obbligi tagħhom u li jirċievu rimunerazzjoni għat-twettiq ta’ dmirijiethom. L-ammont tar-rimunerazzjoni u tal-ispejjeż ta’ espert li għandu jiġi rimborżat jiġi deċiż mill-qorti meta l-espert jiġi rilaxxat abbażi tar-rapport dwar l-attivitajiet u l-ispejjeż tal-espert li jkun ġie ppreżentat fit-terminu perentorju stabbilit mill-qorti. Meta tkun qed tistabbilixxi r-rimunerazzjoni tal-espert, il-qorti tista' tisma wkoll lill-impriża.

Il-proċedimenti ta’ ristrutturar tad-dejn

Id-debitur iħallas il-kostijiet u l-ispejjeż imġarrbin matul proċediment ta’ ristrutturar tad-dejn. L-ispejjeż proċedurali tal-kredituri jitħallsu mill-kredituri nfushom. Il-qorti tista’ tordna lid-debitur sabiex iħallas l-ispejjeż proċedurali tal-kredituri jekk id-debitur ikun konsapevolment ippreżenta rikors infondat għal ristrutturar tad-dejn jew ikun ikkawża spejjeż proċedurali għall-kredituri billi b’mod ieħor ikun konsapevolment ippreżenta informazzjoni falza jew konsapevolment ippreżenta rikors jew oġġezzjoni infondata. Id-debitur ma jingħata ebda għajnuna proċedurali mill-istat għall-ħlas tat-tariffa tal-istat. Jekk jiġi implimentat il-pjan ta’ ristrutturar tad-dejn, id-debitur ma jkollux iħallas lura l-ispejjeż tal-għajnuna proċedurali mogħtija mill-istat. Jekk jinħatar konsulent jew espert, il-qorti tiddetermina l-ammont li d-debitur għandu jittrasferixxi bħala depożitu biex jiġu koperti r-rimunerazzjoni u l-ispejjeż tal-konsulent jew tal-espert fil-kont preskritt għal dan il-għan.

17 X'inhuma r-regoli li għandhom x'jaqsmu man-nullità, l-annullabbiltà u n-nuqqas ta' eżekutorjetà ta' atti ġuridiċi detrimentali għall-korp ġenerali ta' kredituri?

Il-proċedimenti ta’ falliment

Meta jiġi ddikjarat falliment, id-dritt tad-debitur li jamministra u li jiddisponi mill-proprjetà tal-falliment jiġi ttrasferit lir-riċevent f’falliment. Wara li jiġi ddikjarat il-falliment, kwalunkwe disponiment mid-debitur fir-rigward ta’ oġġetti li jagħmlu parti mill-proprjetà tal-falliment huwa null u bla effett. Id-debitur li huwa persuna fiżika jista’ jiddisponi mill-proprjetà tal-falliment bil-kunsens tat-trustee. Kwalunkwe disponiment mingħajr il-kunsens tat-trustee huwa null u bla effett.

Permezz ta’ proċedura ta’ rkupru, il-qorti tirrevoka kull tranżazzjoni jew att ieħor mid-debitur li jkun ġie konkluż jew ġie eżegwit qabel ġie ddikjarat il-falliment u li jagħmel ħsara lill-interessi tal-kredituri. Jekk matul il-perjodu mill-ħatra ta’ trustee interim sad-dikjarazzjoni ta’ falliment tkun saret xi tranżazzjoni soġġetta għal irkupru jew xi att ieħor soġġett għal irkupru, it-tranżazzjoni jew l-att jitqies li jkun għamel ħsara lill-interessi tal-kredituri.

Id-debitur, kreditur jew it-trustee jista’ jitlob lill-qorti tirrevoka riżoluzzjoni tal-laqgħa ġenerali tal-kredituri jekk ir-riżoluzzjoni tmur kontra l-liġi jew tkun saret bi ksur tal-proċedura prevista mil-liġi jew jekk id-dritt għall-kontestazzjoni tar-riżoluzzjoni jkun direttament preskritt mil-liġi. Revoka ta’ riżoluzzjoni tal-laqgħa ġenerali tal-kredituri tista' tintalab ukoll jekk ir-riżoluzzjoni tagħmel ħsara lill-interessi komuni tal-kredituri.

Jekk ikun infetaħ proċediment għar-rilaxx ta’ debitur li jkun persuna fiżika mill-obbligi tiegħu, il-qorti tista’, fuq talba tal-kreditur, tannulla d-deċiżjoni għar-rilaxx tad-debitur mill-obbligi tiegħu li ma jkunux ġew eżegwiti matul il-proċediment ta’ falliment fi żmien sena mill-ħruġ tad-deċiżjoni jekk isir evidenti li d-debitur ikun intenzjonalment kiser l-obbligi tiegħu matul il-proċedura għar-rilaxx tad-debitur mill-obbligi tiegħu u b’hekk ikun fixkel materjalment l-issodisfar tal-pretensjonijiet tal-kredituri.

Jekk wara li jiġi ddikjarat falliment id-debitur u l-kredituri jaqblu li jidħlu f’kompożizzjoni, il-qorti tista' tannulla l-kompożizzjoni jekk id-debitur jonqos milli jeżegwixxi l-obbligi li jirriżultaw mill-kompożizzjoni, jinsab ħati ta’ reat marbut ma’ falliment jew ta’ reat kriminali relatat ma’ proċediment ta’ infurzar jew, meta jkun għadda mill-inqas nofs it-terminu ta’ validità tal-kompożizzjoni, ikun evidenti li d-debitur ma jistax jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-kompożizzjoni. L-annullament ta’ kompożizzjoni jaffettwa lill-kredituri kollha li jkunu pparteċipaw fil-kompożizzjoni u, għalhekk, jipproteġi l-korp ġenerali tal-kredituri.

Il-proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni

Il-qorti tannulla pjan ta’ riorganizzazzjoni jekk l-impriża tkun instabet ħatja ta’ reat marbut ma’ falliment jew ta’ reat kriminali relatat ma’ proċedura ta’ infurzar wara li jkun ġie approvat il-pjan ta’ riorganizzazzjoni, l-impriża tonqos milli teżegwixxi l-obbligi tagħha taħt il-pjan ta’ riorganizzazzjoni sa limitu materjali, jekk ikun evidenti, meta jkun għadda mill-inqas nofs it-terminu ta’ validità tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni, li l-impriża ma tistax teżegwixxi l-obbligi li tkun assumiet taħt il-pjan ta’ riorganizzazzjoni, abbażi ta’ rikors mill-konsulent tar-riorganizzazzjoni jekk ma tkunx tħallset it-tariffa għas-superviżjoni jew jekk l-intrapriża tonqos milli tipprovdi assistenza lill-konsulent tar-riorganizzazzjoni waqt l-eżekuzzjoni tal-obbligu superviżorju jew ma tipprovdix informazzjoni lill-konsulent tar-riorganizzazzjoni li dan tal-aħħar jeħtieġ sabiex jeżerċita superviżjoni, jew abbażi ta’ rikors mill-impriża, jew jekk l-impriża tiġi ddikjarata falluta. Id-dritt ta’ pretensjoni ta’ kreditur li l-pretensjoni tiegħu tkun ġiet ristrutturata taħt il-pjan ta’ riorganizzazzjoni jerġa’ jiġi restawrat kontra l-impriża fl-ammont inizjali, u għandu jitqies ukoll il-qligħ tal-kreditur matul l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni.

Il-proċedimenti ta’ ristrutturar tad-dejn

Il-qorti tannulla pjan ta’ ristrutturar abbażi ta’ rikors tad-debitur jew jekk id-debitur jiġi ddikjarat fallut, jew jekk id-debitur jonqos milli jeżegwixxi l-obbligi tiegħu taħt il-pjan ta’ ristrutturar sa limitu materjali, jekk ikun evidenti, meta jkun għadda mill-inqas nofs it-terminu ta’ validità tal-pjan ta’ ristrutturar, li d-debitur ma jistax jeżegwixxi l-obbligi assunti taħtu, id-debitur ma jkollux problemi ta’ solvenza jew ikun għelibhom u r-ristrutturar tal-pretensjonijiet tal-kredituri ma jkunx għadu ġust għall-kredituri minħabba tibdil materjali fiċ-ċirkostanzi, jekk id-debitur ikun, intenzjonalment jew minħabba negliġenza serja, ippreżenta informazzjoni materjalment skorretta jew mhux kompluta dwar l-assi, id-dħul, il-kredituri jew l-obbligi tiegħu, id-debitur ikun għamel pagamenti lil kredituri li mhumiex imsemmija fil-pjan ta’ ristrutturar, u b’hekk ikun għamel ħsara lill-interessi tal-kredituri l-oħra ta’ portata materjali, id-debitur jonqos milli jipprovdi assistenza lill-qorti jew lill-konsulent waqt l-eżekuzzjoni tal-obbligu ta’ superviżjoni jew ma jipprovdix l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi eżerċitata superviżjoni, jew jekk id-debitur jonqos milli jħallas l-ammont stabbilit mill-qorti bħala depożitu. Id-dritt ta’ pretensjoni ta’ kreditur li l-pretensjoni tiegħu tkun ġiet ristrutturata taħt il-pjan ta’ ristrutturar jiġi restawrat kontra d-debitur fl-ammont inizjali. Għandu jitqies ukoll il-qligħ tal-kreditur matul l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar.

L-aħħar aġġornament: 06/02/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Insolvenza - Greċja

1 Kontra min jistgħu jinfetħu proċedimenti ta' insolvenza?

Proċedimenti tal-insolvenza jistgħu jitressqu kontra kummerċjanti u kontra assoċjazzjonijiet ta’ persuni b’personalità ġuridika li jkollhom skop ekonomiku.

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza?

Sabiex jinfetħu l-proċedimenti, ir-rikors irid jiġi ppreżentat mid-debitur innifsu, minn kreditur li jkollu interess ġuridiku, jew mill-prosekutur pubbliku fil-qorti tal-prim’istanza (eisangeléas protodikón) jekk ikun hemm konsiderazzjonijiet ta’ interess pubbliku. Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-proċedimenti: (a) meta l-kreditur jagħmel ir-rikors, id-debitur irid ikun fi stat li waqqaf il-pagamenti; (b) meta d-debitur jagħmel ir-rikors ikun biżżejjed li jkun hemm probabbiltà li mhux se jkun jista’ jħallas id-djun tiegħu. Il-Qorti tiffissa d-data tal-waqfien tal-pagamenti, li ma tistax tkun aktar minn sentejn qabel id-data tal-pubblikazzjoni tas-sentenza. L-imħallef li jippresjedi l-qorti jista’, fuq talba minn kwalunkwe persuna li jkollha interess ġuridiku, tordna kwalunkwe miżura li titqies meħtieġa sabiex tiġi evitata kwalunkwe bidla fl-assi tad-debitur li tkun ta’ ħsara għall-kredituri. Awtomatikament malli tingħata sentenza li tiddikjara l-insolvenza dawn il-miżuri ma jibqgħux japplikaw.

3 Liema huma l-assi li jiffurmaw parti mill-patrimonju tal-insolvenza? Kif jiġu ttrattati l-assi li huma miksuba minn, jew li jiddevolvu lid-debitur wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza?

Il-proprjetà tal-insolvenza (ptocheutikí periousía) tinkludi l-assi kollha li jkunu proprjetà tad-debitur, irrispettivament minn fejn ikunu jinsabu, fid-data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza. Dan ma jinkludix (a) kwalunkwe assi ta’ natura eżenti, jiġifieri affarijiet li huma assolutament meħtieġa għas-sussistenza bażika tad-debitur u tal-familja tiegħu, u l-affarijiet li d-debitur jeħtieġ sabiex ikun jista’ jaqla’ l-għejxien tiegħu, jew (b) kwalunkwe assi li huma esklużi minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-liġi. Lanqas ma jinkludi assi akkwistati mid-debitur wara d-dikjarazzjoni tal-insolvenza.

4 X’setgħat għandhom id-debitur u l-prattikant tal-insolvenza, rispettivament?

B’effett mid-data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza d-debitur jiġi awtomatikament imċaħħda mid-dritt li jiġġestixxi, jiġifieri li jamministra u jiddisponi mill-assi tiegħu. Kull att ta’ ġestjoni min-naħa tad-debitur mingħajr il-kunsens tal-amministratur (sýndikos) ma jkunx infurzabbli. L-assi jiġu ġestiti mill-amministratur. Huwa biss f’każijiet eċċezzjonali, li huma speċifikati fil-liġi, li d-debitur jista’ jwettaq ġestjoni tal-assi tiegħu. L-amministratur appuntat irid ikun avukat li jkollu minn tal-inqas ħames snin esperjenza. Il-ħidma tal-amministratur tkun taħt is-superviżjoni tal-imħallef relatur tal-qorti (eisigitís dikastís). Xi atti tal-amministratur ikunu jeħtieġu permess mill-qorti li tkun qed tittratta l-insolvenza (il-“qorti tal-insolvenza”, ptocheutikó dikastírio). Il-qorti tal-insolvenza sservi bħala l-aħħar superviżur responsabbli biex jidderiġi l-proċedimenti tal-insolvenza.

5 Taħt liema kundizzjonijiet tiġi invokata t-tpaċija ?

Dikjarazzjoni ta’ insolvenza ma taffettwax id-dritt tal-kreditur li jinvoka tpaċija kontra kontrotalba tad-debitur, dment li l-kundizzjonijiet għat-tpaċija kienu ġew issodisfati qabel id-dikjarazzjoni tal-insolvenza. Kwalunkwe projbizzjoni ta’ tpaċija tapplika wkoll għall-insolvenza.

6 X’effett għandhom il-proċedimenti ta’ falliment fuq kuntratti kurrenti li d-debitur huwa parti tagħhom?

Kwalunkwe kuntratt bilaterali li jkun pendenti fid-data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza, u li d-debitur ikun parti fih, jibqa’ fis-seħħ sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor mill-Kodiċi tal-Insolvenza. Wara l-awtorizzazzjoni mill-imħallef relatur, l-amministratur ikollu d-dritt jeżegwixxi kwalunkwe kuntratt pendenti u li jeħtieġ lill-kontropartijiet biex iwettquhom. Kull kuntratt ta’ natura permanenti jibqa’ fis-seħħ, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor bil-liġi. Kwalunkwe kuntratt finanzjarju huwa eskluż. Id-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-insolvenza ma jaffettwawx id-dritt li l-kuntratt jiġi tterminat skont il-liġi jew skont il-kuntratt. Id-dikjarazzjoni tal-insolvenza tipprovdi raġuni għat-terminazzjoni tal-kuntratti ta’ natura personali li d-debitur ikun parti fihom. L-amministratur jista’ jittrasferixxi lil parti terza, relazzjoni kuntrattwali li fiha d-debitur ikun kontroparti. Relazzjoni ta’ impjieg tiġi tterminata mad-dikjarazzjoni tal-insolveza.

7 X'effetti għandhom il-proċedimenti ta' insolvenza fuq il-proċedimenti miġjuba minn kredituri individwali (bl-eċċezzjoni ta' kawżi pendenti)?

Malli ssir id-dikjarazzjoni tal-insolvenza, il-proċedimenti kollha miġjuba minn kredituri individwali kontra d-debitur biex jissodisfa l-pretensjonijiet fl-ambitu tal-insolvenza jiġu sospiżi b’mod awtomatiku, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-kredituri garantiti, li għalihom din is-sospensjoni ma tapplikax għal kollateral fil-proprejtà tal-insolvenza. Madankollu, għal dawn il-kredituri tista’ tapplika sospensjoni ta’ ftit xhur skont ċerti kundizzjonijiet. B’mod aktar speċifiku, mad-dikjarazzjoni tal-insolvenza, l-atti li ġejjin jiġu pprojbiti: li jitkompla infurzar, li jitressaq rikors għal prestazzjoni jew dikjarazzjoni, li tali kawżi jitkomplew, li jiġu ppreżentati jew jinstemgħu appelli, u li jinħarġu atti ta’ natura amministrattiva jew ta’ natura ta’ taxxa jew li jiġu infurzati fuq l-assi tal-proprjetà tal-insolvenza.

8 X’inhu l-effett ta' proċediment ta’ insolvenza fuq il-kontinwazzjoni ta’ kawżi pendenti fil-mument tal-ftuħ ta’ proċediment ta’ insolvenza?

Kwalunkwe kawża li tkun pendenti fid-data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza titkompla mill-amministratur jekk id-debitur ikun il-kreditur f’din il-kawża. Jekk ikun id-debitur, il-kawżi jiġu sospiżi u tiġi segwita l-proċedura għall-preżentazzjoni u l-verifika.

9 Liema huma l-karatteristiċi ewlenin tal-parteċipazzjoni tal-kredituri fil-proċedimenti ta’ insolvenza?

Il-kredituri jridu jressqu l-pretensjonijiet tagħhom kontra d-debitur quddiem ir-reġistratur tal-insolvenzi (grammatéas ton ptocheúseon). Il-kredituri kollha, irrispettivament mill-privileġġi jew il-garanzija, inklużi dawk li l-pretensjonijiet tagħhom ikunu kundizzjonali, jifformaw il-laqgħa tal-kredituri (synéleusi ton pistotón). L-ewwel laqgħa tissejjaħ mis-sentenza li tiddikjara l-insolvenza. Il-laqgħa tista’ teleġġi tliet membri tal-kumitat tal-kredituri (epitropí pistotón), li min-naħa tagħhom, jistgħu jaħtru rappreżentant komuni għall-membri kollha. Il-kumitat tal-kredituri bi tliet membri jimmonitorja l-andament tal-proċedimenti tal-insolvenza.

10 B’liema mod jista’ l-prattikant tal-insolvenza juża jew jiddisponi minn assi tal-patrimonju?

Malli jitlesta l-inventarju tal-assi mobbli u immobbli tad-debitur, l-amministratur jista’ jikkonsulta mal-imħallef relatur u jitlob permess biex ibigħ il-prodotti jew l-oġġetti mobbli li jiffurmaw parti mill-proprjetà, iżda biex ikopri l-ħtiġijiet attwali biss. Huwa biss meta tkun lesta l-verifika tal-kredituri, u dment li ma jiġi aċċettat jew ratifikat l-ebda pjan ta’ riorganizzazzjoni tal-intrapriża, jew jekk tali aċċettazzjoni jew ratifika tiġi kkanċellata, li l-amministratur jista’ jillikwida l-assi tad-debitur u jqassam ir-rikavat lill-kredituri billi jiddisponi jew mill-intrapriża kollha kemm hi jew mill-assi individwali tagħha. L-assi immobbli tad-debitur jistgħu jiġu disposti minnhom biss bil-permess tal-qorti tal-insolvenza, mogħti bi tweġiba għal talba mill-amministratur u wara rapport mill-imħallef relatur.

11 Liema talbiet għandhom jiġu ppreżentati kontra l-patrimonju tal-insolvenza tad-debitur u kif għandhom jiġu ttrattati t-talbiet li jsiru wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza?

Il-kredituri kollha tad-debitur, jistgħu jippreżentaw il-pretensjonijiet tagħhom u jissottomettu d-dokumenti tagħhom fir-reġistru tal-insolvenzi irrispettivament minn jekk il-pretensjonijiet tagħhom humiex privileġġati jew le u irrispettivament minn jekk ikunux iggarantiti b’kollateral jew le. Il-kredituri inklużi fi proċedimenti ta’ insolvenza huma dawk li, fid-data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza, ikollhom pretensjoni kuntrattwali monetarja kontra d-debitur li diġà ġiet iġġenerata u tista’ titressaq quddiem il-qorti. Kwalunkwe pretensjoni ġġenerata wara l-ftuħ tal-proċedimenti tal-insolvenza ma tistax tiġi ppreżentata. L-ispejjeż tal-amministratur tal-qorti mġarrba għall-ġestjoni tal-proprejtà tal-insolvenza, ir-rimunerazzjoni tal-amministratur u kwalunkwe pretensjoni fuq il-proprjetà nnifsha (omadiká pistómata) jitnaqqsu minn qabel, wara d-deċiżjoni li l-proprjetà tal-insolvenza tiġi likwidatà, u jiġu ssodisfati qabel il-klassifikazzjoni tal-kredituri tad-debitur.

12 Liema huma r-regoli li jirregolaw il-preżentata, il-verifika u l-ammissjoni tat-talbiet?

Il-pretensjonijiet iridu jiġu ppreżentati bil-miktub quddiem ir-reġistratur tal-insolvenzi, u jispeċifikaw it-tip, il-kaġun, id-data tal-ġenerazzjoni, eċċ., fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tas-sentenza li tiddikjara l-insolvenza fil-Bulletin tal-Atti Ġudizzjarji tal-Fond tal-Avukati (Deltío Dikastikón Dimosieúseon tou Tameíou Nomikón). Jekk dan il-limitu taż-żmien għall-preżentazzjoni jiskadi, kreditur xorta waħda jkun jista’ jippreżenta notifika ta’ oppożizzjoni (anakopí) u jitlob li l-pretensjoni tiegħu tiġi vverifikata mill-qorti tal-insolvenza. Dawn li ġejjin japplikaw għall-verifika: (a) titwettaq mill-amministratur fil-preżenza tal-imħallef relatur tlett ijiem wara li jiskadi l-perjodu ta’ żmien stabbilit għat-tressiq tal-pretensjonijiet; (b) kreditur li l-pretensjoni tiegħu tkun qed tiġi vverifikata jista’ jattendi l-verifika personalment jew permezz ta’ parti terza awtorizzata kif xieraq; (c) il-verifika titwettaq billi jitqabblu d-dokumenti tal-kreditur ma dawk tal-kotba u d-dokumenti tad-debitur; (d) l-imħallef relatur iħejji rapport dwar il-verifika tal-kredituri; (e) f’każ ta’ dubju, l-imħallef relatur jiddeċiedi jekk jaċċettax il-pretensjoni, u jista’ jaċċettaha b’mod provviżorju; (f) waqt il-verifika d-debitur, l-amministratur u l-kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom ikunu diġà ġew aċċettati, jistgħu jqajmu oġġezzjonijiet. Ma hemmx websajt apposta minn fejn wieħed jista’ jsib il-formoli speċifiċi għall-proċedura msemmija hawn fuq. Madankollu, huma disponibbli formoli speċifiċi mingħand ir-reġistratur tal-insolvenzi fil-qorti tal-prim’ istanza (protodikeío).

13 Liema huma r-regoli li jirregolaw it-tqassim tal-assi wara tmiem il-proċedimenti? Kif jiġu kklassifikati t-talbiet u d-drittijiet tal-kredituri?

Ladarba tittieħed deċiżjoni biex proprjetà tal-insolvenza tiġi likwidata, l-amministratur, mingħajr dewmien bla bżonn, iħejji lista ta’ distribuzzjoni u jressaqha għand l-imħallef relatur. L-imħallef relatur jiddikjara l-lista infurzabbli u jordna li tiġi ddepożitata fl-uffiċċju tiegħu. Fid-distribuzzjoni jitqiesu l-privileġġi ġenerali li ġejjin: (i) pretensjonijiet li jirriżultaw minn kull tip ta’ finanzjament ipprovdut sabiex l-attività tad-debitur tkun tista’ tkompli; (ii) pretensjonijiet għal trattament mediku tad-debitur u għal ispejjeż ta’ funeral; (iii) pretensjonijiet għall-provvediment tal-ħtiġijiet tal-ikel; (iv) pretensjonijiet min-naħa ta’ impjegati fir-rigward tal-impjieg tagħhom, onorarji tal-avukat; (v) pretensjonijiet min-naħa ta’ bdiewa; (vi) pretensjonijiet min-naħa tal-Istat Elleniku u awtoritajiet lokali; (vii) pretensjonijiet min-naħa tal-fond ta’ garanzija (synengyitikó), u l-privileġġi speċifiċi tal-kredituri, jiġifieri pretensjonijiet privileġġati fuq assi mobbli jew immobbli speċifiċi tad-debitur jew fuq xi ammont ta’ flus. Fejn ikun hemm trikkib ta’ privileġġi fil-każ ta’ rikavati mid-disponiment ta’ assi jew ammont ta’ flus, id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili japplikaw mutatis mutandis.

14 Liema huma l-kundizzjonijiet għal, u l-effetti tal-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza (b'mod partikolari b'miżura komposta)?

Pjan ta’ riorganizzazzjoni jista’ jiġi ppreżentat mid-debitur lill-qorti tal-insolvenza u lill-amministratur. Dan irid jinkludi informazzjoni dwar il-qagħda finanzjarja tad-debitur u kif qed jiġi propost li jiġu ssodisfati l-kredituri, deskrizzjoni tal-miżuri li jridu jittieħdu, bħal tibdil organizzazzjonali u pjanijiet ta’ negozju, il-formazzjoni ta’ drittijiet u l-klassifikazzjoni kumplessiva ta’ kull kreditur, eċċ. Il-qorti tal-insolvenza awtomatikament twettaq eżaminazzjoni preliminari tal-pjan fi żmien 20 jum mis-sottomissjoni tiegħu u tista’ tirrifjutah għal raġunijiet speċifiċi stipulati fil-liġi. Jekk il-qorti ma tirrifjutax il-pjan, tistabbilixxi limitu ta’ żmien ta’ mhux inqas minn tliet xhur għall-kredituri biex jaċċettawh jew le, u data biex jiltaqgħu l-kredituri. Id-deliberazzjoni u l-vot dwar il-pjan isiru fil-preżenza tal-imħallef relatur. Maġġoranza speċjali hija meħtieġa biex il-pjan jiġi aċċettat. Mal-approvazzjoni tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni mill-kredituri, il-pjan jiġi sottomess lill-qorti għal ratifika. Wara li tingħata s-sentenza finali dwar l-approvazzjoni tal-pjan, il-pjan isir jorbot fuq il-kredituri kollha, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tagħhom u mill-fatt jekk ikunux ippreżentaw il-pretensjonijiet tagħhom jew le. Il-proċedimenti tal-insolvenza jintemmu. Il-kredituri jistgħu jressqu proċedimenti individwalment.

15 X'inhuma d-drittijiet tal-kredituri wara l-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza?

Mad-dikjarazzjoni tat-tmiem tal-insolvenza, l-iżvestiment tad-debitur jitneħħa, id-debitur jerġa’ jibda jġestixxi l-assi tiegħu, u l-kredituri jistgħu jinbdew proċedimenti individwalment. B’mod aktar speċifiku, il-proċedimenti tal-insolvenza jispiċċaw mal-likwidazzjoni tal-assi, u l-amministratur jippreżenta rapport fi żmien xahar.

16 Min għandu jagħmel tajjeb għall-kostijiet u l-ispejjeż involuti fil-proċedimenti ta' insolvenza?

Il-kostijiet u l-ispejjeż tal-proċedimenti tal-insolvenza jiġu ddebitati lill-proprjetà tal-insolvenza.

17 X'inhuma r-regoli li għandhom x'jaqsmu man-nullità, l-annullabbiltà u n-nuqqas ta' eżekutorjetà ta' atti ġuridiċi detrimentali għall-korp ġenerali ta' kredituri?

Kwalunkwe att magħmul mid-debitur fil-perjodu minn meta jitwaqqfu l-pagamenti sad-dikjarazzjoni tal-insolvenza (“il-perjodu ta’ suspett”, ýpopti períodos) li jkun ta’ detriment għall-korp ġenerali tal-kredituri jista’ jiġi revokat (atti suġġetti għal revoka potenzjali, práxeis dynitikís anáklisis) jew irid jiġi revokat (atti suġġetti għal revoka mandatorja, práxeis ypochreotikís anáklisis), soġġett għat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-liġi tal-insolvenza. Azzjoni għal revoka tista’ titressaq quddiem il-qorti tal-insolvenza mill-amministratur jew, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet, minn kreditur. Kull persuna li tkun kisbet kwalunkwe assi tad-debitur fuq bażi ta’ att revokat trid tirritorna l-assi lill-proprjetà tal-insolvenza.

L-aħħar aġġornament: 13/02/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Insolvenza - Spanja

1 Kontra min jistgħu jinfetħu proċedimenti ta' insolvenza?

Il-proċedura ta’ insolvenza, imsejħa concurso de acreedores (“laqgħa tal-kredituri”), tapplika kemm għad-debituri ċivili kif ukoll għall-kummerċjanti, kemm jekk persuni fiżiċi jew persuni ġuridiċi. Il-Liġi 25/2015 tat-28 ta’ Lulju 2015 introduċiet speċifikazzjonijiet għal proċeduri ta’ insolvenza meta d-debitur ikun persuna fiżika, speċjalment sabiex id-debitur ikun jista’ jiġi rilaxxat minn djun li mhumiex imħallsa matul il-proċeduri.

Kwalunkwe debitur jista’ jiġi ddikjarat insolventi, kemm jekk persuna fiżika (inklużi minorenni jew persuni li m’għandhomx kapaċità legali) jew persuna ġuridika, intraprenditur jew konsumatur, għalkemm il-liġi fiha xi speċifikazzjonijiet fir-rigward tat-tip ta’ debitur inkwistjoni, speċjalment fil-każ ta’ kumpaniji kummerċjali jew konsumaturi.

Persuni ġuridiċi jistgħu jiġu ddikjarati insolventi, anke jekk ikunu qed jiġu stralċjati. Huwa irrelevanti jekk jiffurmawx parti minn grupp ta’ kumpaniji, minħabba li kumpanija waħda jew ħafna mill-kumpaniji li jiffurmawha jistgħu jiġu ddikjarati insolventi, iżda mhux il-grupp bħala tali.

Proċeduri ta’ insolvenza jistgħu jinfetħu fir-rigward ta’ wirt, sakemm ma jkunx ġie aċċettat inkondizzjonalment.

L-awtoritajiet li jiffurmaw l-organizzazzjoni territorjali tal-istat, il-korpi tas-settur pubbliku u korpi oħra tal-liġi pubblika ma jistgħux jiġu ddikjarati insolventi.

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza?

2.1 Kundizzjonijiet għall-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza:

Il-liġi tistabbilixxi ċerti prerekwiżiti suġġettivi u oġġettivi li għandhom jintlaħqu sabiex jinfetħu proċeduri ta’ insolvenza:

A) Prerekwiżit suġġettiv: kwalunkwe debitur jista’ jiġi ddikjarat insolventi, kemm jekk persuna fiżika jew ġuridika, intraprenditur jew konsumatur, għalkemm il-liġi fiha xi speċifikazzjonijiet fir-rigward tat-tip ta’ debitur inkwistjoni, speċjalment fil-każ ta’ kumpaniji kummerċjali jew konsumaturi .

L-awtoritajiet li jiffurmaw l-organizzazzjoni territorjali tal-istat, il-korpi tas-settur pubbliku u korpi oħra tal-liġi pubblika ma jistgħux jiġu ddikjarati insolventi.

B) Prerekwiżit tal-objettiv: l-insolvenza tad-debitur, definita bħala l-inkapaċità li jħallas l-obbligazzjonijiet tiegħu fuq bażi regolari.

2.2 Partijiet li jistgħu japplikaw għall-proċeduri miftuħa

Skont jekk l-applikazzjoni għal proċeduri ta’ insolvenza tkunx ippreżentata mid-debitur jew mill-kredituri, ir-rekwiżiti għas-sottomissjoni jvarjaw.

Jekk jintalbu proċeduri ta’ insolvenza mid-debitur (proċeduri volontarji), dan għandu jiġġustifika quddiem il-qorti li bħalissa huwa insolventi jew se jkun insolventi b’mod imminenti; jiġifieri, li ma jistax iħallas l-obbligazzjonijiet tiegħu fuq bażi regolari. Jekk l-insolvenza tkun kurrenti, id-debitur huwa obbligat japplika għal proċeduri ta’ insolvenza fi żmien xahrejn minn meta jsir jaf jew kellu jsir jaf bl-insolvenza tiegħu.

Madankollu, skont il-liġi, f’dan il-perjodu ta’ xahrejn, id-debitur jista’ jinnotifika lill-qorti li qed jinnegozja ftehim mal-kredituri biex jiffinanzja d-dejn mill-ġdid; f’liema każ, l-iskadenza tiġi sospiża matul in-negozjati u l-kredituri ma jistgħux jibdew proċeduri separati ta’ eżekuzzjoni kontra l-assi li jeħtieġ id-debitur għall-attività tiegħu għal tliet xhur. Wara li jkun għadda dan il-perjodu, jekk ma jilħqux ftehim mal-kredituri, id-debituri għandhom japplikaw għal proċeduri ta’ insolvenza fi żmien xahar.

Mal-applikazzjoni, id-debituri għandhom jissottomettu ċerti dokumenti, bħal rapport dwar l-attività ekonomika tagħhom, inventarju tal-assi, lista ta’ kredituri li jindikaw garanziji ta’ kreditu, lista ta’ impjegati u l-kontijiet tagħhom, jekk huma obbligati li jżommuhom.

Id-debituri, li jistgħu jkunu persuni fiżiċi jew ġuridiċi, huma meħtieġa japplikaw għal proċeduri ta’ insolvenza meta jkunu f’sitwazzjoni ta’ insolvenza attwali, definita bħal meta persuna ma tkunx tista’ tħallas l-obbligazzjonijiet tagħha fuq bażi regolari. Min-naħa l-oħra, jekk l-insolvenza hija imminenti (għadha ma teżistix iżda hija antiċipata), id-debituri huma sempliċement intitolati li japplikaw għal ordni ta’ insolvenza.

Sottomissjoni tal-applikazzjoni lill-qorti kummerċjali (juzgado de lo mercantil) għandha tikkonforma ma’ ċerti rekwiżiti obbligatorji previsti fl-Artikolu 6(2) tal-Liġi dwar l-Insolvenza (Ley Concursal): rapport dwar l-istorja finanzjarja u legali tad-debitur; indikazzjoni ta’ jekk dan huwiex involut f’attività ekonomika; jekk huwa persuna legali, għandu jidentifika lill-azzjonisti, l-amministraturi jew il-likwidaturi u l-awditur uffiċjali tiegħu; inventarju tal-assi u d-drittijiet, bl-informazzjoni li tikkorrispondi għall-identifikazzjoni tagħhom; lista alfabetika tal-kredituri, li tindika l-indirizz u l-ammont u l-maturità tal-pretensjonijiet, u l-garanziji eżistenti; fejn applikabbli, lista tal-impjegati; jekk id-debitur ikun obbligat li jżomm kontijiet, għandu jipprovdi l-kotba tal-kontijiet; u jekk jappartjeni għal grupp ta’ kumpaniji, huwa għandu jindika hekk u jissottometti l-kontijiet konsolidati tal-grupp.

Id-debituri għandhom obbligu li jikkollaboraw mal-imħallef inkarigat mill-proċeduri ta’ insolvenza u mal-amministraturi, mhux biss fis-sens passiv ta’ sottomissjoni għar-rekwiżiti magħmula minnhom, iżda fis-sens attiv ta’ komunikazzjoni ta’ punti importanti. Dan l-obbligu jinvolvi wkoll l-obbligu tad-dehra (quddiem il-qorti u quddiem l-amministraturi), tal-kollaborazzjoni u ta’ għoti ta’ informazzjoni. Dawn l-obbligi jaffettwaw id-debituri li huma persuni fiżiċi u d-diretturi de facto jew de jure ta’ persuni ġuridiċi, kemm jekk huma kurrenti kif ukoll jekk kellhom dik il-kariga fis-sentejn ta’ qabel. In-nonkonformità ma’ dan l-obbligu tirriżulta fil-preżunzjoni ta’ mġiba ħażina volontarja jew ta’ negliġenza gravi, għall-iskopijiet li tiġi ddikjarata insolvenza kolpevoli (fil-każijiet li tapplika għalihom it-taqsima ta’ kolpevolezza; jiġifieri, minħabba approvazzjoni ta’ arranġament detrimentali jew il-ftuħ ta’ proċeduri ta’ stralċ).

Id-debitur jista’ jiġi ddikjarat responsabbli għall-insolvenza u sanzjonat. Wieħed mill-iskopijiet tal-proċeduri ta’ insolvenza huwa li jiġu analizzati l-kawżi tal-insolvenza u, b’mod partikolari, jekk l-imġiba tad-debitur, jew persuni oħra marbutin miegħu direttament jew b’mod aċċessorju, ikkontribwixxietx sabiex tikkawżaha jew taggravaha. Dan jinvolvi l-kjarifika tal-obbligazzjonijiet korrispondenti bl-użu tat-tabella ta’ sanzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 172 u 172bis tal-Liġi dwar l-Insolvenza.

2.3 Il-ftuħ tal-proċeduri u l-ħin li fih il-proċeduri jidħlu fis-seħħ:

L-imħallef għandu jeżamina d-dokumentazzjoni sottomessa u jekk l-insolvenza jew insolvenza imminenti hijiex iġġustifikata, hu għandu jiddikjara lid-debitur insolventi fl-istess jum tal-applikazzjoni jew il-jum ta’ wara. Jekk id-dokumentazzjoni sottomessa mhix kompluta, l-imħallef jista’ jippermetti perjodu wieħed ta’ ħamest ijiem sabiex tiġi kompluta.

Il-proċeduri ta’ insolvenza jistgħu jiġu applikati wkoll minn xi wieħed mill-kredituri, f’liema każ huma proċeduri obbligatorji (concurso necesario). Il-kredituri li japplikaw għal ordni ta’ insolvenza għandhom jipprovdu evidenza tal-insolvenza kurrenti tad-debitur u jippreżentaw prova ta’ ordni ta’ eżekuzzjoni kontra d-debitur li turi li ma nkisbux biżżejjed assi għall-irkupru tad-dejn, jew għandhom jipprovdu evidenza ta’ ċerti fatti li jwasslu għal preżunzjoni ta’ insolvenza bħal: id-debitur waqaf iħallas l-obbligazzjonijiet tiegħu b’mod ġenerali; l-eżistenza ta’ sekwestru mifrux tal-assi tad-debitur; il-ħabi mgħaġġel jew il-likwidazzjoni tal-assi; jew in-nuqqas ta’ ħlas ta’ ċerti djun (taxxi, sigurtà soċjali, pretensjonijiet tal-ħaddiema).

Jekk issir applikazzjoni għal proċeduri ta’ insolvenza minn kreditur, id-debitur jiġi mħarrek u jista’ jikkontesta l-ordni ta’ insolvenza. F’każijiet bħal dawn, l-imħallef ilaqqa’ seduta fejn il-partijiet jistgħu jippreżentaw evidenza b’ċerti limitazzjonijiet, u l-imħallef għandu jiddeċiedi jekk id-debitur huwiex attwalment insolventi jew le u, fejn xieraq, joħroġ l-ordni ta’ insolvenza. Il-proċeduri jinfetħu wkoll jekk id-debitur jaċċetta l-ordni ta’ insolvenza, ma jikkontestahiex jew ma jidhirx għas-seduta.

Id-debituri li huma persuni fiżiċi f’sitwazzjonijiet ta’ insolvenza attwali jew imminenti li għandhom obbligazzjonijiet stmati ta’ mhux aktar minn ħames miljun euro jistgħu japplikaw għal proċedura biex jintlaħaq ftehim ta’ pagament straġudizzjarju. Persuni ġuridiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 231 tal-Liġi dwar l-Insolvenza jistgħu jagħmlu dan ukoll.

Id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza tidħol fis-seħħ meta tingħata, anki jekk jitressaq appell.

2.4 Pubblikazzjoni tal-ordni ta’ insolvenza:

L-ordni ta’ insolvenza għandha tiġi ppubblikata preferibbilment permezz ta’ mezzi elettroniċi, u estratt tad-deċiżjoni għandu jiġi ppubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Istat, għalkemm l-imħallef jista’ jordna l-pubblikazzjoni tiegħu f’iktar midja jekk hu jqis li dan huwa indispensabbli.

2.5 Miżuri provviżorji:

Fuq talba tal-persuna li tapplika għal proċeduri ta’ insolvenza u, jekk applikabbli, wara li tipprovdi garanzija biex tkopri obbligazzjonijiet potenzjali, ladarba l-imħallef jammetti l-applikazzjoni, jista’ jadotta l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-assi tad-debitur ma jitneħħewx, bil-mod ipprovdut taħt il-liġi proċedurali ġenerali.

3 Liema huma l-assi li jiffurmaw parti mill-patrimonju tal-insolvenza? Kif jiġu ttrattati l-assi li huma miksuba minn, jew li jiddevolvu lid-debitur wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza?

3.1 Assi li jiffurmaw parti mill-patrimonju ta’ insolvenza

L-assi u d-drittijiet kollha miżmuma mid-debitur fiż-żmien tal-ordni tal-insolvenza jiffurmaw parti mill-patrimonju ta’ insolvenza jew l-“assi koperti mill-proċeduri”, kif ukoll dawk kollha li d-debitur jakkwista jew li huma rkuprati matul il-proċeduri. Assi li l-liġi tiddikjara li ma jistgħux jiġu sekwestrati huma eżentati.

Il-kredituri bi drittijiet preferenzjali fuq vapuri jew inġenji tal-ajru jistgħu jisseparaw dawn l-assi mill-patrimonju ta’ insolvenza billi jieħdu l-azzjonijiet permessi mil-leġiżlazzjoni settorjali.

Fil-każ ta’ proċeduri ta’ insolvenza ma’ debituri li huma persuni fiżiċi u miżżewġin, l-assi separati tagħhom jiffurmaw parti mill-assi koperti mill-proċeduri, u jekk ikollhom arranġament ta’ proprjetà komunitarja, l-assi maqsuma jiġu inklużi wkoll, jekk ikunu meħtieġa biex ikopru l-obbligi tad-debitur.

Il-proċeduri ta’ insolvenza ma jeħtiġux interruzzjoni tal-attività tad-debitur u dan jista’ jkompli bl-operat tal-kumpanija tiegħu, skont l-arranġament miftiehem għall-awtorizzazzjoni jew is-sospensjoni tas-setgħat tiegħu. B’mod ġenerali, l-amministraturi jeħtieġu awtorizzazzjoni għal amministrazzjoni jew disponiment ta’ assi f’każijiet ta’ superviżjoni tas-setgħat tad-debitur, iżda huwa possibbli li ċerti atti ta’ natura ġenerali jiġu awtorizzati jekk jagħmlu parti mill-attività normali tal-kumpanija. Fil-prinċipju, sakemm jiġi approvat l-arranġament mal-kredituri jew il-ftuħ ta’ proċeduri ta’ stralċ, l-assi ma jistgħux jiġu gravati sabiex jiffinanzjaw il-kumpanija insolventi mingħajr awtorizzazzjoni mill-imħallef. It-taqsima li ġejja tispjega l-arranġamenti għas-sospensjoni jew is-superviżjoni tas-setgħat tad-debitur.

Nofs il-finanzjament permezz ta’ dħul fi flus ġdid fil-kuntest ta’ proċess ta’ rifinanzjament jitqies bħala pretensjoni kontra l-patrimonju ta’ insolvenza.

4 X’setgħat għandhom id-debitur u l-prattikant tal-insolvenza, rispettivament?

4.1 Is-setgħat tad-debitur

Fil-prinċipju, il-punt tat-tluq huwa d-distinzjoni bejn il-proċeduri volontarji u l-proċeduri obbligatorji (l-Artikolu 22). Fl-ewwel każ, id-debitur ikompli jamministra u jiddisponi mill-assi tiegħu u huwa suġġett għas-superviżjoni tal-amministratur, billi jeħtieġ l-awtorizzazzjoni jew il-kunsens tiegħu. Għal proċeduri obbligatorji, is-setgħat tad-debitur biex jamministra u jiddisponi mill-assi tiegħu huma sospiżi, u d-debitur jiġi sostitwit mill-amministratur. Ir-regolament m’għandux l-intenzjoni li jissanzjona lid-debitur, iżda l-għan tiegħu huwa li jippreserva l-assi u jissalvagwardja r-riżultat tal-proċeduri.

Il-kriterju, madankollu, huwa tkomplija tal-attività ekonomika tad-debitur, li għalih l-Artikolu 44 jippermetti lill-amministratur jistabbilixxi katalogu ta’ attivitajiet li, minħabba n-natura u l-ammont tagħhom, huma eżonerati mill-kontroll meħtieġ. Is-sistema hija flessibbli minħabba li l-imħallef jista’, permezz ta’ deċiżjoni motivata, jordna s-sospensjoni ta’ setgħat f’każ ta’ proċeduri volontarji u jordna s-superviżjoni sempliċi, taħt arranġament ta’ awtorizzazzjoni jew kunsens, fil-każ ta’ proċeduri obbligatorji, li jindika r-riskji li jittama li jiġu evitati u l-vantaġġi li jixtieq li jinkisbu.

Bl-istess mod, fuq talba tal-amministratur, l-arranġament inizjali għal-limitazzjoni jew skambju tas-setgħat jista’ jiġi mmodifikat fi kwalunkwe stadju aktar tard, ukoll b’deċiżjoni motivata u wara li jinstema’ d-debitur (il-bidla mhix awtomatika), bir-rekwiżit li din il-bidla tingħata l-istess pubbliċità li ngħatat lill-ordni ta’ insolvenza.

Ladarba l-proċeduri jkunu spiċċaw, il-limitazzjoni tal-poter tintemm ukoll. Inkella, din tiġi mtawla sakemm jiġi approvat l-arranġament mal-kredituri, li jista’ jistabbilixxi miżuri li jillimitaw jew jipprojbixxu s-setgħat tad-debitur. Jekk il-proċeduri ta’ insolvenza jingħalqu b’sospensjoni tas-setgħat tad-debitur.

Il-Liġi dwar l-Insolvenza, bħala regola ġenerali, għandha l-għan li l-assi tad-debitur koperti mill-proċeduri ta’ insolvenza jibqgħu l-istess; madankollu, f’ċerti każijiet, huwa possibbli li xi wħud mill-assi tad-debitur jinbiegħu waqt proċeduri ta’ insolvenza bl-awtorizzazzjoni tal-imħallef, li ma tkunx meħtieġa f’xi każijiet. Il-bejgħ ta’ unitajiet ta’ produzzjoni matul il-proċeduri ta’ insolvenza huwa possibbli wkoll, bil-mod stabbilit fl-Artikolu 146bis.

Bħala eċċezzjoni għar-regola ġenerali tal-kontinwità tal-attività tad-debitur, huwa stabbilit li fuq talba tal-amministratur, u wara li jiġi mismugħ id-debitur u r-rappreżentanti tal-ħaddiema, l-uffiċċji tad-debitur jistgħu jingħalqu jew l-attività tiegħu tista’ tiġi sospiża. Meta dan jinvolvi t-terminazzjoni, sospensjoni jew emenda kollettiva ta’ kuntratti ta’ impjieg, l-imħallef għandu jaġixxi skont regoli speċjali.

Il-liġi tistabbilixxi wkoll obbligi speċifiċi fir-rigward tal-kontijiet tad-debitur u l-effetti ta’ proċeduri ta’ insolvenza fuq il-korpi governattivi ta’ persuni legali insolventi huma rregolati separatament.

4.2 Ħatra u setgħat ta’ amministraturi tal-insolvenza:

L-amministratur huwa persuna jew korp neċessarju li jassisti lill-imħallef u huwa fdat bil-ġestjoni tal-proċeduri ta’ insolvenza. Ladarba jkunu nfetħu proċeduri ta’ insolvenza, l-imħallef jordna l-bidu tat-tieni fażi tal-proċeduri, li tinkludi kollox rigward il-ħatra, id-dispożizzjonijiet regolatorji, is-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-amministratur.

L-amministratur jintgħażel minn fost il-persuni fiżiċi u ġuridiċi rreġistrati volontarjament fir-Reġistru Pubbliku tal-Insolvenza (Registro Público Concursa), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti bil-liġi. Għal dawn l-għanijiet, issir distinzjoni bejn proċeduri ta’ insolvenza fuq skala żgħira, medja u kbira. L-ewwel appuntament mil-lista jintgħażel bix-xorti u wara, skont min ikun imissu, bl-eċċezzjoni ta’ proċeduri fuq skala kbira, fejn l-imħallef jista’ jaħtar l-amministratur li hu jqis l-iktar xieraq, filwaqt li jiddikjara r-raġunijiet u jsegwi l-kriterji stabbiliti mil-liġi. Fil-każ ta’ proċeduri ta’ insolvenza li jinvolvu istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-imħallef għandu jaħtar lill-amministratur minn fost dawk proposti mill-Fond għar-Ristrutturar Xieraq tal-Banek (Fondo de Reestructuración Ordenada Bancaria). L-imħallef għandu jaħtar amministraturi minn fost dawk proposti mill-Kummissjoni Nazzjonali tas-Suq tat-Titoli (Comisión Nacional del Mercado de Valores) meta jittratta proċeduri li jinvolvu istituzzjonijiet suġġetti għas-superviżjoni tagħha jew mill-Konsorzju tal-Kumpens tal-Assigurazzjoni (Consorcio de Compensación de Seguros) fil-każ ta’ kumpaniji tal-assigurazzjoni.

Normalment, jinħatar amministratur wieħed biss. Bħala eċċezzjoni, fi proċeduri ta’ insolvenza fejn hemm raġunijiet ta’ interess pubbliku li jiġġustifikawha, l-imħallef tal-insolvenza jista’ jaħtar kreditur tal-amministrazzjoni pubblika jew kreditur tal-korp irregolat bil-liġi pubblika marbut jew iwieġeb għal dik l-amministrazzjoni pubblika bħala t-tieni amministratur.

L-Artikolu 33 tal-Liġi dwar l-Insolvenza jispjega fid-dettall id-dmirijiet tal-amministraturi, billi jikklassifikahom bħala: dmirijiet ta’ natura proċedurali; dmirijiet relatati mad-debitur jew il-korpi governattivi tiegħu; dmirijiet dwar materji tax-xogħol; dmirijiet relatati mad-drittijiet tal-kredituri; dmirijiet ta’ rapport u evalwazzjoni; dmirijiet relatati mar-realizzazzjoni jew likwidazzjoni ta’ assi; u dmirijiet segretarjali. L-iktar dmir importanti tagħhom huwa li jissottomettu r-rapport previst fl-Artikolu 75, u miegħu għandhom iżidu l-proposta tal-inventarju tal-assi u l-lista tal-kredituri.

Il-ħlas tal-amministraturi huwa stabbilit mill-imħallef skont skala ta’ tariffi, kif stabbilit fid-Digriet Irjali 1860/2004 tas-6 ta’ Settembru 2004.

L-amministratur maħtur għandu jaċċetta r-rwol u jista’ jiġi miċħud jew rifjutat mill-imħallef jekk ikun hemm kawża ġusta. L-amministraturi jistgħu jaħtru wkoll assistenti delegati biex jgħinuhom fid-dmirijiet tagħhom.

4.3 L-imħallef tal-insolvenza

Il-kompetenza biex jinstemgħu l-proċeduri ta’ insolvenza tikkorrispondi mal-qasam tal-ġustizzja kummerċjali, bħala fergħa speċjalizzata tal-ġustizzja ċivili. L-imħallef jiddikjara insolvenza u jmexxi l-proċeduri. L-Artikolu 86ter tal-Liġi Organika 6/1985 tal-1 ta’ Lulju 1985 dwar il-ġudikatura (Ley Orgánica del Poder Judicial) jistabbilixxi katalogu tal-kompetenzi tal-imħallfin tal-qorti kummerċjali, inkluż, b’mod partikolari, kwalunkwe kwistjonijiet li jinqalgħu fil-qasam tal-proċeduri ta’ insolvenza.

Fl-ordni tal-insolvenza, jew minn qabel bħala miżura ta’ prekawzjoni, l-imħallef jista’ jillimita d-drittijiet fundamentali tad-debitur. Dawn il-limitazzjonijiet jistgħu jinvolvu:(a) interċettazzjoni ta’ komunikazzjonijiet postali u tat-telefon; (b) l-obbligu ta’ residenza fl-istess żona bħall-indirizz tiegħu, bil-possibbiltà ta’ arrest domiċiljari; u (c) id-dħul u t-tfittxija fir-residenza. Jekk id-debitur ikun persuna ġuridika, dawn il-miżuri jistgħu wkoll jiġu adottati fir-rigward tad-diretturi jew likwidaturi attwali kollha jew uħud minnhom, u dawk li wettqu r-rwol fis-sentejn ta’ qabel.

Min-naħa tiegħu, l-Artikolu 8 tal-Liġi dwar l-Insolvenza jagħti kompetenza “esklussiva u esklużjonarja” lill-imħallef tal-insolvenza fuq sett ta’ kwistjonijiet li jkopru, b’mod ġenerali, l-azzjonijiet kollha li huma diretti lejn jew li għandhom relazzjoni diretta mal-assi tad-debitur. L-imħallef huwa wkoll kompetenti biex jieħu deċiżjonijiet dwar sospensjoni kollettiva ta’ kuntratti ta’ impjieg meta l-impjegatur jiġi ddikjarat insolventi u biex jisma’ azzjonijiet ta’ responsabbiltà kontra d-diretturi jew likwidaturi tal-kumpanija insolventi.

Għal sentenzi preliminari, u għall-finijiet tal-proċess ta’ insolvenza biss, il-kompetenza tal-imħallef testendi wkoll għal kwistjonijiet amministrattivi jew soċjali relatati direttament mal-proċeduri ta’ insolvenza.

Il-Liġi dwar l-Insolvenza tistabbilixxi regoli dwar ġurisdizzjoni internazzjonali u territorjali u regoli speċifiċi dwar il-perkors proċedurali li għandu jiġi segwit, li jieħdu preċedenza fuq dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni proċedurali ġenerali.

5 Taħt liema kundizzjonijiet tiġi invokata t-tpaċija ?

Ladarba jinfetħu proċeduri ta’ insolvenza, ma jista’ jkun hemm l-ebda tpaċija ta’ pretensjonijiet jew djun tad-debitur. Madankollu, it-tpaċija hija permessa jekk ir-rekwiżiti tagħha ġew sodisfatti qabel l-ordni ta’ insolvenza, anke jekk id-deċiżjoni ttieħdet aktar tard. Dawn ir-rekwiżiti huma stabbiliti b’mod ġenerali fl-Artikolu 1196 tal-Kodiċi Ċivili (Código Civil) (reċiproċità tal-pretensjonijiet, uniformità tad-djun u li huma dovuti u pagabbli).

Proċeduri ta’ insolvenza b’element barrani huma eżentati minn din ir-regola jekk il-liġi applikabbli għall-pretensjoni reċiproka tad-debitur tippermetti dan f’sitwazzjonijiet ta’ insolvenza.

6 X’effett għandhom il-proċedimenti ta’ falliment fuq kuntratti kurrenti li d-debitur huwa parti tagħhom?

6.1 Effetti fuq il-kuntratti li d-debitur huwa parti minnhom:

Il-Liġi dwar l-Insolvenza tirregola l-effetti tal-proċeduri ta’ insolvenza fuq il-kuntratti konklużi mid-debitur ma’ partijiet terzi li għandhom jiġu ssodisfati qabel l-ordni ta’ insolvenza. Il-kwistjoni hija kkunsidrata fir-rigward ta’ kuntratti bilaterali, billi l-kuntratti unilaterali se jiddeterminaw ir-rikonoxximent tal-pretensjonijiet ta’ kredituri terzi jew id-domanda biex il-pretensjonijiet tagħhom jiġu inklużi fl-assi koperti mill-proċeduri, kif espress fl-Artikolu 61. Il-kuntratti li jsiru mal-amministrazzjonijiet pubbliċi huma rregolati b’liġi amministrattiva speċjali.

Bħala prinċipju ġenerali, l-Artikolu 61(2) jistabbilixxi li l-ordni tal-insolvenza waħedha ma taffettwax il-kuntratti b’obbligi reċiproċi li għandhom jiġu ssodisfati mid-debitur jew mill-parti l-oħra. L-obbligi tad-debitur huma imposti kontra l-patrimonju ta’ insolvenza. Kwalunkwe kumpens li jirriżulta mit-terminazzjoni jitqies ukoll bħala pretensjoni kontra l-patrimonju ta’ insolvenza.

B’tisħiħ tal-validità ta’ dawn il-kuntratti, il-liġi tqis li kwalunkwe klawżola li tistabbilixxi s-setgħa li kuntratt jiġi kkanċellat jew jintemm dovut biss għall-fatt li waħda mill-partijiet hija ddikjarata insolventi, hija invalida.

Jekk ikun fl-interess tal-proċeduri ta’ insolvenza, l-amministratur (fil-każ ta’ sospensjoni) jew id-debitur (fil-każ ta’ sorveljanza) jista’ jitlob terminazzjoni tal-kuntratt mill-imħallef tal-insolvenza. F’każijiet bħal dawn, l-imħallef għandu jibgħat ċitazzjoni lid-debitur, lill-amministratur u lill-parti l-oħra fil-kuntratt biex jidhru quddiem il-qorti. Jekk jintlaħaq ftehim bejn dawk li jidhru quddiem il-qorti, l-imħallef għandu joħroġ ordni sabiex jintemm il-kuntratt. Inkella, it-tilwima se tkun ipproċessata permezz ta’ proċedura ta’ insolvenza inċidentali u l-imħallef jiddeċiedi dwar kwalunkwe ħaġa li għandha x’taqsam mar-ritorn tal-pagamenti u l-kumpens, li se jkunu imposti kontra l-patrimonju ta’ insolvenza, u jistgħu jkunu sinifikanti b’mod ċar jekk l-ammont ikun konsiderevoli.

6.2 Terminazzjoni minħabba ksur tal-kuntratt

Skont l-Artikolu 62, ordni ta’ insolvenza ma taffettwax it-terminazzjoni ta’ kuntratti bilaterali minħabba ksur sussegwenti minn kwalunkwe parti. Fil-każ ta’ kuntratti ta’ prestazzjoni kontinwa, is-setgħa ta’ terminazzjoni tista’ tiġi eżerċitata wkoll jekk il-ksur seħħ qabel l-ordni ta’ insolvenza. Madankollu, anke jekk ikun hemm raġunijiet għal terminazzjoni, l-imħallef, filwaqt li jżomm f’moħħu l-interessi tal-proċeduri ta’ insolvenza, jista’ jordna li l-kuntratt jiġi ssodisfat, bil-pagamenti dovuti jew li għandu jitwettaq mid-debitur li jkun akkużat kontra l-patrimonju ta’ insolvenza.

L-azzjonijiet sabiex jiġu tterminati l-kuntratti għandhom jitressqu quddiem l-imħallef tal-insolvenza, permezz tal-kanal ta’ proċeduri ta’ insolvenza inċidentali. Ladarba tiġi milqugħa t-talba (u, għalhekk, ikun hemm qbil li l-kuntratt jiġi tterminat), kwalunkwe obbligazzjonijiet pendenti ma jibqgħux validi. Rigward l-obbligazzjonijiet dovuti, il-proċeduri ta’ insolvenza jinkludu l-pretensjonijiet ta’ kredituri li ssodisfaw l-obbligi kuntrattwali tagħhom, jekk il-ksur tad-debitur kien qabel l-ordni tal-insolvenza; jekk kien wara din l-ordni, il-pretensjonijiet tal-partijiet li ssodisfaw l-obbligi tagħhom jiġu imposti kontra l-patrimonju ta’ insolvenza. Il-pretensjonijiet se jinkludu kwalunkwe kumpens għad-danni (l-Artikolu 62(4)).

L-Artikolu 64 tal-liġi jipprovdi dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw l-effetti fuq kuntratti ta’ impjieg, u l-artikolu li ġej jirregola l-effetti fuq il-kuntratti ta’ maniġment superjuri.

7 X'effetti għandhom il-proċedimenti ta' insolvenza fuq il-proċedimenti miġjuba minn kredituri individwali (bl-eċċezzjoni ta' kawżi pendenti)?

7.1 Projbizzjoni ta’ azzjonijiet ġodda ta’ sentenza dikjaratorja

L-imħallfin tal-qorti ċivili u tat-tribunal industrijali ma jistgħux jaċċettaw azzjonijiet li għandhom jinstemgħu mill-imħallef tal-insolvenza (essenzjalment, dawk diretti kontra l-assi tad-debitur).

Jekk, bi żball, tiġi ammessa waħda minn dawn l-azzjonijiet, jiġi ordnat l-għeluq tal-proċeduri kollha u kull azzjoni meħuda tkun invalida. L-imħallfin tal-qorti kummerċjali għandhom ukoll jastjenu milli jaċċettaw kwalunkwe azzjonijiet ippreżentati wara l-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza u sakemm jitlestew, jekk dawk l-azzjonijiet jinvolvu pretensjonijiet relatati ma’ obbligi korporattivi kontra d-diretturi ta’ kumpaniji b’kapital insolventi li jkunu kisru d-dmirijiet tagħhom jekk ikun hemm raġunijiet għall-istralċ.

7.2 Effetti tal-ordni ta’ insolvenza fuq proċeduri ta’ eżekuzzjoni u ġbir kontra l-assi tad-debitur:

Ir-regola ġenerali hija li ladarba jinfetħu proċeduri ta’ insolvenza, proċeduri ta’ eżekuzzjoni individwali, ġudizzjarji jew straġudizzjarji ma jistgħux jinbdew, u lanqas ma jistgħu jitkomplew proċeduri amministrattivi jew ta’ ġbir ta’ taxxa kontra l-assi tad-debitur. Jekk tinkiser din il-projbizzjoni, is-sanzjoni tkun li l-azzjoni tkun iddikjarata nulla u bla effett. Ir-regola tistabbilixxi żewġ eċċezzjonijiet fejn l-eżekuzzjoni tista’ tkompli minkejja l-ordni ta’ insolvenza u sakemm tingħata l-approvazzjoni tal-pjan ta’ stralċ:(a) proċeduri ta’ eżekuzzjoni amministrattiv li fihom ingħataw ordnijiet ta’ sekwestru; u (b) proċeduri ta’ eżekuzzjoni relatati max-xogħol li jinvolvu sekwestru ta’ assi li jappartjenu lid-debitur qabel l-ordni, u sakemm is-sekwestru l-assi ma jkunux meħtieġa sabiex jitkompla l-kummerċ jew l-attività professjonali tad-debitur.

Għal proċeduri pendenti ta’ eżekuzzjoni, l-Artikolu 55(2) jistipula li l-azzjonijiet li jinsabu għaddejjin għandhom jiġu sospiżi mid-data tal-ordni tal-insolvenza, għalkemm il-pretensjonijiet korrispondenti jistgħu jiġu pproċessati fil-proċeduri ta’ insolvenza.

Hemm regoli speċjali għall-eżekuzzjoni tal-kollateral, li huma stabbiliti fit-taqsima li jmiss, peress li dan jinvolvi l-indirizzar tal-effetti fuq ċerti pretensjonijiet.

8 X’inhu l-effett ta' proċediment ta’ insolvenza fuq il-kontinwazzjoni ta’ kawżi pendenti fil-mument tal-ftuħ ta’ proċediment ta’ insolvenza?

8.1 Effetti fuq proċeduri dikjaratorji pendenti fiż-żmien tal-ordni ta’ insolvenza

Il-proċeduri dikjaratorji li jinvolvu d-debitur li jkunu pendenti fiż-żmien tal-ordni tal-insolvenza se jkomplu sakemm tingħata s-sentenza finali, għalkemm, minkejja dan, proċeduri ta’ persuni ġuridiċi li jitolbu danni kontra d-diretturi, l-istralċjarji jew l-awdituri tagħhom se jingħaqdu fil-proċeduri ta’ insolvenza u jkomplu l-perkors proċedurali tagħhom.

Proċeduri ta’ arbitraġġ: ftehimiet ta’ arbitraġġ li jinvolvu d-debitur isiru invalidi matul proċeduri ta’ insolvenza (l-Artikolu 52); għalhekk, il-bidu ta’ proċeduri ta’ arbitraġġ huwa pprojbit wara l-ordni ta’ insolvenza. Dawk li jkunu diġà għaddejjin ikomplu sal-għoti finali ta’ arbitraġġ.

8.2 Id-dritt tad-debitur li jressaq l-azzjonijiet (l-Artikolu 54):

Il-liġi tiddetermina l-legalità tad-debitur li jressaq azzjonijiet skont is-setgħat tiegħu. F’termini ġenerali, jekk id-debitur ikun taħt amministrazzjoni, l-amministratur għandu d-dritt li jressaq azzjonijiet ta’ natura mhux personali; jekk id-debitur huwa taħt superviżjoni, għandu d-dritt li jressaq azzjonijiet bl-awtorizzazzjoni xierqa mill-amministratur jekk l-azzjonijiet jaffettwaw l-assi tad-debitur. Fil-każ ta’ superviżjoni, jekk l-amministratur iqis li t-tressiq ta’ azzjoni huwa rakkomandabbli fl-interess tal-proċeduri ta’ insolvenza u d-debitur ma jagħmilx hekk, l-imħallef jista’ jawtorizza lill-amministratur biex jagħmel dan.

9 Liema huma l-karatteristiċi ewlenin tal-parteċipazzjoni tal-kredituri fil-proċedimenti ta’ insolvenza?

9.1 Parteċipazzjoni tal-kredituri fi proċeduri ta’ insolvenza

Il-kredituri jistgħu japplikaw lill-imħallef għal proċeduri ta’ insolvenza u d-debitur jista’ jikkontesta l-applikazzjoni, f’liema każ tinżamm seduta u l-imħallef joħroġ deċiżjoni permezz ta’ ordni. Jekk l-imħallef jiftaħ proċeduri ta’ insolvenza, dawn ikunu kkunsidrati bħala “obbligatorji”, li normalment ifisser li d-debitur huwa sospiż mill-amministrazzjoni u d-disponiment tal-assi tiegħu u jiġi sostitwit mill-amministratur.

Meta jinfetħu proċeduri ta’ insolvenza, il-kredituri jingħataw perjodu ta’ xahar mill-pubblikazzjoni tal-ordni fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Istat biex jagħmlu l-pretensjonijiet tagħhom, u l-amministratur għandu jinforma lil kull wieħed mill-kredituri identifikati fid-dokumentazzjoni tad-debitur dwar ir-responsabbiltà sabiex jikkomunikaw il-pretensjonijiet tagħhom. Il-perjodu mhuwiex differenti għall-kredituri domiċiljati barra l-pajjiż. Din il-komunikazzjoni għandha tkun miktuba u indirizzata lill-amministratur, u għandha tidentifika l-pretensjoni bl-informazzjoni meħtieġa dwar l-ammont, id-dati li fihom inħolqot il-pretensjoni u saret dovuta, karatteristiċi u klassifikazzjoni mistennija, u jekk jiġi allegat dritt preferenzjali speċjali, l-assi jew id-drittijiet suġġetti għal pagament u d-dettalji tar-reġistru tagħhom għandhom jiġu indikati. Id-dokumentazzjoni ta’ sostenn għandha tiġi inkluża wkoll. Dawn il-komunikazzjonijiet jistgħu jitwettqu elettronikament.

L-amministratur għandu jiddeċiedi dwar l-inklużjoni jew l-esklużjoni ta’ kull pretensjoni u l-ammont tagħha, kif ukoll dwar il-klassifikazzjoni tagħha, f’lista ta’ kredituri li takkumpanja r-rapport tagħhom. Il-kredituri li ma jkunux sodisfatti bil-klassifikazzjoni jew l-ammont tal-pretensjoni jew dawk li ma ġewx inklużi jistgħu jikkontestaw ir-rapport f’perjodu ta’ 10 ijiem billi japplikaw għal proċedura ta’ insolvenza inċidentali, li l-imħallef għandu jagħti sentenza dwarha. Qabel ma jippreżenta r-rapport (fl-10 ijiem qabel is-sottomissjoni tiegħu), l-amministratur jibgħat komunikazzjoni elettronika lill-kredituri li jkollu l-indirizz tagħhom fejn jgħarrafhom bl-abbozz tal-lista tal-kredituri u l-inventarju. Il-kredituri li ma jkunux sodisfatti jistgħu jiktbu lill-amministratur bl-iskop li jirrettifika kwalunkwe żball jew jipprovdi kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa.

Il-kredituri jieħdu sehem ukoll fl-arranġament u l-fażijiet ta’ stralċ. Fil-fażi tal-arranġament, huma jistgħu jissottomettu proposta ta’ arranġament u jistgħu wkoll joffru l-aderenza tagħhom mal-proposta ta’ arranġament bikri mressqa mid-debitur. Fi kwalunkwe każ, dawn jiġu mħarrka għal laqgħa tal-kredituri fejn l-arranġament jiġi diskuss u ssir votazzjoni dwar l-approvazzjoni tiegħu. Dan jeħtieġ l-attendenza tal-maġġoranzi previsti fl-Artikolu 124 tal-Liġi dwar l-Insolvenza. Dan il-proċess jista’ jseħħ ukoll bil-miktub meta l-ammont ta’ kredituri jaqbeż tliet mija.

Xi kredituri jistgħu jikkontestaw l-approvazzjoni tal-arranġament (dawk li ma jattendux il-laqgħa jew dawk li huma illegalment imċaħħda mid-dritt tagħhom li jivvotaw) u, ladarba jiġu approvati, il-kredituri jistgħu jitolbu nonkonformità mal-arranġament.

Fil-fażi tal-istralċ, il-kredituri jistgħu jissottomettu kummenti dwar il-pjan ta’ stralċ ippreżentat mill-amministratur u dwar ir-rapport finali, qabel ma l-proċeduri ta’ insolvenza jiġu ddikjarati magħluqa.

Fil-fażi ta’ klassifikazzjoni, il-kredituri għandhom stat ta’ parti u jistgħu jissottomettu kummenti dwar ir-rapport mill-amministratur u dwar l-opinjoni tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku, għalkemm ma jistgħux leġittimament jagħmlu pretensjonijiet ta’ klassifikazzjoni indipendenti.

Fl-aħħarnett, fir-rigward tal-għeluq tal-proċeduri tal-insolvenza, il-kredituri jistgħu wkoll jissottomettu kummenti li jikkontestaw l-għeluq f’ċerti każijiet.

10 B’liema mod jista’ l-prattikant tal-insolvenza juża jew jiddisponi minn assi tal-patrimonju?

10.1 Disponiment tal-assi tal-patrimonju ta’ insolvenza fil-fażi inizjali

Peress li l-proċeduri ta’ insolvenza ma jissospendux l-attività tad-debitur, meta tiġi ddikjarata l-insolvenza, id-debitur jista’ jkompli jiddisponi mill-assi tiegħu skont l-arranġament ta’ superviżjoni stabbilit: jekk ikun taħt superviżjoni, ikun suġġett għall-awtorizzazzjoni jew il-kunsens tal-amministratur, u jekk ikun taħt amministrazzjoni, l-amministratur ikun responsabbli għad-disponiment tal-assi tiegħu.

Sakemm l-arranġament jiġi approvat jew sakemm tibda l-fażi tal-istralċ, fil-prinċipju, l-assi tal-patrimonju ta’ insolvenza ma jistgħux jiġu eliminati jew gravati mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-imħallef. Dan ma jinkludix:(a) il-bejgħ ta’ assi li l-amministratur iqis li huma indispensabbli biex tiġi garantita l-vijabbiltà tal-kumpanija jew il-ħtiġiet ta’ flus meħtieġa mill-proċeduri; (b) il-bejgħ ta’ assi li mhumiex meħtieġa sabiex titkompla l-attività tad-debitur, bl-assigurazzjoni li l-prezz jikkorrispondi sostanzjalment għall-valur assenjat lill-assi fl-inventarju; u (c) disponiment ta’ assi li huma intrinsiċi għall-kontinwazzjoni tal-attività tad-debitur.

F’dan l-aħħar każ, meta d-debitur ma jiġix sospiż mill-amministrazzjoni u d-disponiment tal-assi tiegħu, l-amministratur jista’ jiddetermina minn qabel l-azzjonijiet jew operazzjonijiet inerenti għan-negozju jew il-kummerċ tal-kumpanija, li d-debitur jista’ jwettaq hu skont in-natura u l-ammont tagħhom. Id-debitur jista’ wkoll iwettaq dawn l-azzjonijiet mill-ħin tal-ordni tal-insolvenza sakemm l-amministratur jibda jwettaq il-kariga tiegħu.

10.2 Disponiment tal-assi tal-patrimonju ta’ insolvenza fil-fażi tal-istralċ:

Hemm żewġ fażijiet prinċipali fil-proċess tal-istralċ:

(a) It-trattament tal-operazzjonijiet ta’ stralċ skont pjan imħejji mill-amministratur, li huwa suġġett għal kummenti mid-debitur, il-kredituri u r-rappreżentanti tal-ħaddiema, u li huwa suġġett għall-approvazzjoni tal-qorti. Il-liġi timmira, kull fejn ikun possibbli, li tissalvagwardja l-kumpanija u għal dan l-iskop tistabbilixxi regoli speċjali għall-bejgħ ta’ unitajiet ta’ produzzjoni. Il-pjan jista’ jiġi kkontestat quddiem l-imħallef, u l-operazzjonijiet ta’ stralċ għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet tal-pjan. Jekk il-pjan ma jiġix approvat, il-liġi tipprovdi regoli ta’ inadempjenza.

(b) Il-ħlas ta’ kredituri, bil-kundizzjoni li l-ħlas jista’ jibda anke jekk l-operazzjonijiet ta’ stralċ ma jkunux spiċċaw.

Madankollu, għandu jiġi speċifikat li mhux l-operazzjonijiet kollha ta’ stralċ iseħħu f’dan l-istadju tal-proċeduri. Ċerti assi jistgħu jiġu realizzati matul il-fażi inizjali għal skopijiet oħra barra l-ħlas tal-kredituri, bħal fil-każijiet li ġejjin: assi koperti mill-proċeduri jistgħu jiġu ppreservati bil-għan li tinżamm l-attività ekonomika tad-debitur; il-kredituri bi drittijiet preferenzjali fuq vapuri jew inġenji tal-ajru jistgħu jisseparaw dawk l-assi mill-patrimonju ta’ insolvenza bħala parti mill-azzjonijiet li huma intitolati għalihom skond leġiżlazzjoni speċjali; u, fl-aħħar, ċerti proċeduri ta’ eżekuzzjoni mibdija minn kredituri preferenzjali individwali qabel il-proċeduri ta’ insolvenza jistgħu jkomplu l-proċess tagħhom, kif ukoll proċeduri amministrattivi ta’ eżekuzzjoni jekk l-ordni ta’ sekwestru tkun inħarġet qabel l-ordni ta’ insolvenza.

Il-bejgħ tal-assi matul l-istralċ isir, fil-prinċipju, b’libertà konsiderevoli, skont id-dispożizzjonijiet tal-pjan ta’ stralċ approvat mill-imħallef. L-amministratur jista’ wkoll iqabbad entità speċjalizzata biex tbigħ ċerti assi, normalment billi jħallas ir-remunerazzjoni tagħha hu stess. Madankollu, ir-riforma bħala riżultat tal-Liġi 9/2015 tal-25 ta’ Mejju 2015 stabbilixxiet regoli obbligatorji, speċjalment fir-rigward ta’ assi u drittijiet suġġetti għal pretensjonijiet preferenzjali. Fi kwistjonijiet mhux koperti mill-pjan, se jiġu applikati r-regoli dwar id-disponiment tal-assi f’azzjonijiet ta’ eżekuzzjoni individwali fi proċeduri ċivili. Normalment, l-assi jinbiegħu permezz ta’ sistema ta’ bejgħ dirett, b’ċerti garanziji ta’ pubbliċità skont in-natura tal-assi inkwistjoni. Assenjament fi ħlas jew lejn il-ħlas ta’ kredituri mhux pubbliċi huwa permess ukoll.

Il-liġi tistabbilixxi regoli speċifiċi għall-bejgħ ta’ unitajiet ta’ produzzjoni matul il-fażijiet tal-proċeduri ta’ insolvenza (immexxija mill-prinċipju tas-salvagwardja tal-kumpanija), sabiex b’kuntratt ta’ bejgħ wieħed jiġu trasferiti l-assi kollha u b’regoli speċjali għat-trasferiment tal-obbligazzjonijiet tal-attività inkwistjoni.

Fil-prinċipju, il-bejgħ tal-unitajiet ta’ produzzjoni jfisser it-trasferiment tal-kuntratti kollha li huma marbuta b’mod strumentali mal-attività, iżda mhux it-teħid ta’ djun minn qabel il-proċeduri ta’ insolvenza, ħlief jekk ix-xerrejja jkunu marbutin mad-debitur jew japplikaw ir-regoli tax-xogħol fuq is-suċċessjoni tal-intrapriża. F’każijiet bħal dawn, l-imħallef jista’ jagħti l-kunsens tiegħu biex ix-xerrej ma jiħux l-ammont tal-pagi jew kumpens sakemm isir il-ħlas qabel id-disponiment u sabiex dan jiġi kopert mill-Fond ta’ Garanzija tas-Salarju (Fondo de Garantía Salarial). Sabiex tkun żgurata s-sopravivenza tal-kumpanija, ix-xerrej il-ġdid u l-ħaddiema jistgħu jidħlu fi ftehimiet biex jimmodifikaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol kollettivi.

11 Liema talbiet għandhom jiġu ppreżentati kontra l-patrimonju tal-insolvenza tad-debitur u kif għandhom jiġu ttrattati t-talbiet li jsiru wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza?

Ladarba jinfetħu proċeduri ta’ insolvenza, il-pretensjonijiet tal-kredituri kollha, kemm jekk mhux garantiti jew preferenzjali, u irrispettivament min-nazzjonalità u d-domiċilju tagħhom, huma inklużi fost ir-responsabbiltajiet tad-debitur. L-għan hawnhekk, ibbażat fuq il-prinċipji ta’ par condicio creditorum u l-konformità mal-“liġi dwar id-dividendi” (ley del dividendo), huwa li l-pretensjonijiet kollha jingħataw l-istess trattament fil-kuntest tal-insolvenza vverifikata tad-debitur u fir-rigward tal-ħlas tad-djun kollha tiegħu (l-Artikoli 49 u 76).

Hemm distinzjoni essenzjali inizjali bejn il-kredituri tal-insolvenza u l-kredituri li mhumiex affettwati mill-proċeduri tal-insolvenza: il-kredituri tal-patrimonju ta’ insolvenza.

Il-pretensjonijiet kontra l-patrimonju ta’ insolvenza huma mniżżla fl-Artikolu 84(2) tal-Liġi dwar l-Insolvenza b’lista ristretta, li jfisser li pretensjonijiet li mhumiex inklużi huma kkunsidrati bħala pretensjonijiet ta’ insolvenza. Fil-prinċipju, u fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, dawn huma pretensjonijiet iġġenerati wara l-ordni ta’ insolvenza, bħala riżultat tal-proċeduri jew tal-kontinwazzjoni tal-attività tad-debitur, jew pretensjonijiet li jinħolqu minħabba responsabbiltà mhux kuntrattwali. Madankollu, każijiet oħra huma inklużi wkoll, bħal pretensjonijiet ta’ pagi għall-aħħar 30 jum tax-xogħol qabel l-ordni ta’ insolvenza u f’ammont li ma jaqbiżx id-doppju tal-paga minima garantita interprofessjonali, u pretensjonijiet ta’ manteniment tad-debitur jew tan-nies li hu legalment obbligat li jipprovdi manteniment għalihom.

F’każijiet oħra, dawn il-pretensjonijiet jirriżultaw minn deċiżjonijiet maħruġa matul il-proċeduri; pereżempju, fid-determinazzjoni tal-konsegwenzi ta’ atti revokatorji jew bħala riżultat tat-terminazzjoni tal-kuntratti.

Nofs l-ammont tal-pretensjonijiet li jirriżultaw minn dħul ġdid ta’ flus mogħti fil-qafas ta’ ftehim ta’ rifinanzjament, taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 71bis jew ir-raba’ dispożizzjoni addizzjonali, jistgħu wkoll jitqiesu bħala pretensjonijiet kontra l-patrimonju ta’ insolvenza.

Fil-każ ta’ proċeduri ta’ stralċ, pretensjonijiet mogħtija lid-debitur fil-kuntest ta’ arranġament u skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 100(5) huma wkoll pretensjonijiet kontra l-patrimonju tal-insolvenza.

Pretensjonijiet kontra l-patrimonju tal-insolvenza huma “deduċibbli minn qabel”; jiġifieri, għandhom preferenza fuq il-pretensjonijiet l-oħra kollha u mhumiex affettwati mis-sospensjoni tal-akkumulazzjoni tal-imgħax.

Il-pretensjonijiet tas-salarji għall-aħħar 30 jum tax-xogħol għandhom jitħallsu immedjatament. Il-bqija tal-pretensjonijiet kontra l-patrimonju ta’ insolvenza jitħallsu meta jsiru dovuti, iżda l-amministratur jista’ jibdel din ir-regola jekk dan ikun meħtieġ fl-interessi tal-proċeduri ta’ insolvenza u jekk ikun hemm biżżejjed assi għall-ħlas tal-pretensjonijiet kollha kontra l-patrimonju tal-insolvenza.

Madankollu, il-liġi tistabbilixxi regoli speċifiċi (l-Artikolu 176bis) għal każijiet fejn l-assi tad-debitur preżumibbilment ma jkunux biżżejjed biex iħallsu l-pretensjonijiet kontra l-patrimonju ta’ insolvenza. F’każijiet bħal dawn, l-għeluq tal-proċeduri ta’ insolvenza huwa obbligatorju. Jekk l-amministratur jantiċipa dan, għandu jinforma lill-imħallef u jipproċedi għall-ħlas tal-pretensjonijiet kontra l-patrimonju ta’ insolvenza skont ordni speċifika, kif previst fl-Artikolu 176bis(2).

12 Liema huma r-regoli li jirregolaw il-preżentata, il-verifika u l-ammissjoni tat-talbiet?

Meta jinfetħu proċeduri ta’ insolvenza, il-kredituri jingħataw perjodu ta’ xahar mill-pubblikazzjoni tal-ordni fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Istat biex jagħmlu l-pretensjonijiet tagħhom, u l-amministratur għandu jinforma lil kull wieħed mill-kredituri identifikati fid-dokumentazzjoni tad-debitur dwar ir-responsabbiltà sabiex jikkomunikaw il-pretensjonijiet tagħhom. Ma’ hemm l-ebda forma speċjali għal dan. Il-perjodu mhuwiex differenti għall-kredituri domiċiljati barra mill-pajjiż, għalkemm japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 53 u 55 tar-Regolament (UE) Nru 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’  Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza.

Il-komunikazzjoni tal-pretensjoni għandha tkun miktuba u indirizzata lill-amministratur, u għandha tidentifika l-pretensjoni bl-informazzjoni meħtieġa dwar l-ammont, id-dati li fihom inħolqot il-pretensjoni u saret dovuta, karatteristiċi u klassifikazzjoni mistennija, u jekk jiġi allegat dritt preferenzjali speċjali, l-assi jew id-drittijiet suġġetti għal pagament u d-dettalji tar-reġistru tagħhom għandhom jiġu indikati. Id-dokumentazzjoni ta’ sostenn għandha tiġi inkluża wkoll. Dawn il-komunikazzjonijiet jistgħu jitwettqu elettronikament.

L-amministratur għandu jiddeċiedi dwar l-inklużjoni jew l-esklużjoni ta’ kull pretensjoni u l-ammont tagħha, kif ukoll dwar il-klassifikazzjoni tagħha, f’lista ta’ kredituri li takkumpanja r-rapport tagħhom. Il-kredituri li ma jkunux sodisfatti bil-klassifikazzjoni jew l-ammont tal-pretensjoni jew dawk li ma ġewx inklużi jistgħu jikkontestaw ir-rapport f’perjodu ta’ 10 ijiem billi japplikaw għal proċedura ta’ insolvenza inċidentali, li l-imħallef għandu jagħti sentenza dwarha. Qabel ma jippreżenta r-rapport (fl-10 ijiem qabel is-sottomissjoni tiegħu), l-amministratur jibgħat komunikazzjoni elettronika lill-kredituri li jkollu l-indirizz tagħhom fejn jgħarrafhom bl-abbozz tal-lista tal-kredituri u l-inventarju. Il-kredituri li ma jkunux sodisfatti jistgħu jiktbu lill-amministratur bl-iskop li jirrettifika kwalunkwe żball jew jipprovdi kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa.

Jekk il-kredituri ma jikkomunikawx it-talbiet tagħhom fil-ħin, xorta jistgħu jkunu inklużi fil-lista mill-amministratur jew mill-imħallef meta jiddeċiedu dwar l-isfidi għal-lista tal-kredituri, iżda jkollhom status subordinat. Madankollu, il-pretensjonijiet fl-Artikolu 86(3), pretensjonijiet li jirriżultaw mid-dokumentazzjoni tad-debitur, pretensjonijiet li huma rreġistrati f’dokument infurzabbli, pretensjonijiet garantiti b’kollateral irreġistrati f’reġistru pubbliku, pretensjonijiet li huma rreġistrati b’mod ieħor fi proċeduri ta’ insolvenza jew fi proċeduri legali oħra, u pretensjonijiet li l-verifika tagħhom hija meħtieġa mill-amministrazzjonijiet pubbliċi mhumiex se jkunu subordinati għal dawn ir-raġunijiet u se jiġu kklassifikati kif meħtieġ.

Pretensjonijiet li ma jissodisfawx lanqas dawn il-kriterji għall-inklużjoni fil-lista, minħabba li ġew ikkomunikati wara l-iskadenza, jitilfu kull possibbiltà li jitħallsu fil-proċeduri ta’ insolvenza.

13 Liema huma r-regoli li jirregolaw it-tqassim tal-assi wara tmiem il-proċedimenti? Kif jiġu kklassifikati t-talbiet u d-drittijiet tal-kredituri?

Il-liġi tikklassifika l-pretensjonijiet ta’ insolvenza fi tliet kategoriji (l-Artikolu 89): preferenzjali, mhux garantiti u subordinati. Il-pretensjonijiet preferenzjali, min-naħa tagħhom, huma suddiviżi fi speċjali u ġenerali u mbagħad fi klassijiet differenti bil-mod ipprovdut fl-Artikolu 94(2) il-ġdid. Il-klassifikazzjoni tal-pretensjonijiet fil-Liġi dwar l-Insolvenza taħdem billi jiġi segwit approċċ awtomatiku. Il-kategorija ta’ pretensjonijiet mhux garantiti hija residwa: il-pretensjonijiet kollha li ma jidħlux fiż-żewġ kategoriji l-oħra ta’ preferenzjali jew subordinati mhumiex assigurati.

A) Pretensjonijiet bi preferenza speċjali (Artikolu 90) jinkludu:

1. Pretensjonijiet garantiti b’ipoteka immobbli, ipoteka fuq beni korporali, jew b’garanzija reġistrata fuq l-assi jew id-drittijiet ipotekati jew imwiegħda.

2. Pretensjonijiet garantiti permezz ta’ wegħda ta’ dħul minn proprjetà gravata.

3. Pretensjonijiet ta’ self fuq assi fissi, inklużi l-pretensjonijiet ta’ ħaddiema fuq l-oġġetti manifatturati minnhom waqt li jkunu l-proprjetà jew fil-pussess tad-debitur.

4. Pretensjonijiet fuq ħlasijiet ta’ kera finanzjarja jew xiri b’pagamenti bin-nifs fuq assi mobbli jew immobbli, għall-benefiċċju tal-lokaturi jew tal-bejjiegħa u, jekk applikabbli, il-finanzjaturi, fuq assi mikrija jew mibjugħa b’riżerva ta’ titolu, bi projbizzjoni fuq id-disponiment jew b’kundizzjoni sussegwenti fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas.

5. Pretensjonijiet garantiti b’titoli rappreżentati f’entrati fil-kontijiet, fuq it-titoli gravati.

6. Pretensjonijiet garantiti minn rahan stabbilit f’dokumenti pubbliċi, fuq assi mwiegħda jew drittijiet li huma fil-pussess tal-kreditur jew ta’ parti terza. Fil-każ ta’ pretensjonijiet garantiti, huwa biżżejjed li dawn jiġu rreġistrati f’dokument ċertifikat u datat sabiex igawdu preferenza fuq l-assi mwiegħda. Il-wegħdiet li jiżguraw pretensjonijiet futuri se jipprovdu biss preferenza speċjali għal pretensjonijiet li jinqalgħu qabel l-ordni ta’ insolvenza u pretensjonijiet li jinqalgħu wara jekk, skont l-Artikolu 68, jerġgħu jiddaħħlu jew meta l-wegħda tiġi rreġistrata f’reġistru pubbliku qabel l-ordni ta’ insolvenza.

Preferenza speċjali taffettwa biss il-parti tal-pretensjoni li ma taqbiżx il-valur tal-garanzija rispettiva rreġistrata fil-lista tal-kredituri. L-ammont tal-pretensjoni li jaqbeż l-ammont rikonoxxut bħala li għandu preferenza speċjali se jiġi kklassifikat skont in-natura tiegħu.

B) Pretensjonijiet bi preferenza ġenerali (l-Artikolu 91) jinkludu:

1. Pretensjonijiet tal-pagi li ma’ għandhomx preferenza speċjali, tal-ammont li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tripla tal-paga minima garantita interprofessjonali bin-numru ta’ ġranet ta’ pagi b’pagament pendenti; kumpens li jirriżulta mit-terminazzjoni tal-kuntratti, tal-ammont li jikkorrispondi għall-minimu legali kkalkulat fuq bażi ta’ mhux aktar mit-triplu tal-paga minima garantita interprofessjonali; kumpens li jirriżulta minn inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard ikkaġunat mix-xogħol, akkumulat qabel l-ordni ta’ insolvenza.

2. L-ammonti li jikkorrispondu għal retenzjonijiet fiskali u ta’ sigurtà soċjali dovuti mid-debitur f’konformità ma’ obbligu legali.

3. Pretensjonijiet ta’ persuni fiżiċi li jirriżultaw minn xogħol freelance u dawk li jikkorrispondu għal awturi għall-assenjazzjoni tad-drittijiet ta’ użu ta’ xogħlijiet suġġetti għall-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, akkumulati matul is-sitt xhur qabel l-ordni ta’ insolvenza.

4. Pretensjonijiet tat-taxxa u pretensjonijiet oħra tad-dritt pubbliku, kif ukoll pretensjonijiet ta’ sigurtà soċjali li ma jgawdux preferenza speċjali. Dan id-dritt preferenzjali jista’ jiġi applikat lil sa 50 % tal-pretensjonijiet globali tal-awtorità tat-taxxa u l-pretensjonijiet ġenerali tas-sistema tas-sigurtà soċjali, rispettivament.

5. Pretensjonijiet għal responsabbiltà ċivili mhux kuntrattwali.

6. Pretensjonijiet li jirriżultaw minn dħul ġdid fi flus mogħti fil-kuntest ta’ ftehim ta’ rifinanzjament li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 71(6) u tal-ammont mhux rikonoxxut bħala pretensjoni kontra l-patrimonju ta’ insolvenza.

7. Sa 50 % tal-ammont tal-pretensjonijiet miżmuma mill-kreditur li applikaw għall-proċeduri ta’ insolvenza u li mhumiex ikkunsidrati subordinati.

C) Pretensjonijiet subordinati jinsabu fl-Artikolu 92:

1. Pretensjonijiet li, peress li ġew ikkomunikati tard, huma inklużi fil-lista ta’ kredituri mill-amministratur u dawk li, peress li ma ġewx ikkomunikati, jew ġew ikkomunikati tard, huma inklużi fil-lista fuq il-bażi ta’ komunikazzjonijiet sussegwenti jew mill-imħallef meta jiddeċiedi fuq il-kontestazzjonijiet magħmula kontra l-lista. Il-pretensjonijiet fl-Artikolu 86(3), pretensjonijiet li jirriżultaw mid-dokumentazzjoni tad-debitur, pretensjonijiet li huma rreġistrati f’dokument infurzabbli, pretensjonijiet garantiti b’kollateral irreġistrati f’reġistru pubbliku, pretensjonijiet li huma rreġistrati b’mod ieħor fi proċeduri ta’ insolvenza jew fi proċeduri legali oħra, u pretensjonijiet li l-verifika tagħhom hija meħtieġa mill-amministrazzjonijiet pubbliċi mhumiex se jkunu subordinati għal dawn ir-raġunijiet u se jiġu kklassifikati kif meħtieġ.

2. Pretensjonijiet li, fuq il-bażi ta’ ftehim kuntrattwali, huma subordinati fir-rigward tal-pretensjonijiet l-oħra kollha kontra d-debitur.

3. Pretensjonijiet għal ħlasijiet addizzjonali u imgħax ta’ kwalunkwe tip, inkluż għal ħlas tard, ħlief dawk li jikkorrispondu għal pretensjonijiet b’kollateral, u suġġett għal-limitu tal-garanzija rispettiva.

4. Pretensjonijiet għal multi u penali monetarji oħra.

5. Pretensjonijiet miżmuma minn kwalunkwe persuna b’relazzjoni speċjali mad-debitur kif imsemmi fl-artikolu li ġej, ħlief għal dawk inklużi fl-Artikolu 91(1) meta d-debitur huwa persuna fiżika, u pretensjonijiet differenti minn dawk li jirriżultaw minn self jew arranġamenti finanzjarji simili li huma miżmuma mill-azzjonisti msemmija fl-Artikoli 93(2)(1) u 93(2)(3) li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni azzjonarja indikata fihom. Pretensjonijiet ta’ manteniment li nqalgħu u kienu dovuti qabel l-ordni ta’ insolvenza huma eżentati minn din ir-regola u huma kkunsidrati bħala pretensjonijiet mhux garantiti.

6. Pretensjonijiet li jirriżultaw minn atti revokatorji favur persuna ddikjarata li aġixxiet in mala fede fl-att ikkontestat.

7. Pretensjonijiet li jirriżultaw minn kuntratti b’obbligi reċiproċi msemmija fl-Artikoli 61, 62, 68 u 69, jekk l-imħallef, wara rapport mill-amministratur, isib li l-kreditur ripetutament ostakola t-twettiq tal-kuntratt għad-detriment tal-interessi tal-proċeduri ta’ insolvenza.

13.1 Ħlas tal-pretensjonijiet

Il-ħlas ta’ pretensjonijiet bi preferenza speċjali huwa ddebitat lill-assi u d-drittijiet koperti mill-proċeduri, kemm jekk suġġetti għal eżekuzzjoni individwali kif ukoll kollettiv. Hemm regoli speċjali fir-rigward ta’ dawn il-pretensjonijiet, li jawtorizzaw lill-amministratur iħallashom mill-patrimonju ta’ insolvenza mingħajr ir-realizzazzjoni ta’ assi speċifiċi, li jillibera l-gravami. Huwa possibbli wkoll li l-assi jinbiegħu bl-eżistenza kontinwa tal-garanzija, u bl-assunzjoni tal-obbligazzjonijiet tad-debitur mix-xerrej. Għall-bejgħ ta’ dawn l-assi, il-liġi tistabbilixxi regoli speċifiċi fl-Artikolu 155.

Pretensjonijiet bi preferenza ġenerali jitħallsu skont l-ordni tagħhom u fuq bażi pro rata f’kull kategorija. Wara, jitħallsu pretensjonijiet mhux garantiti, għalkemm l-ordni tal-ħlas tista’ tinbidel mill-imħallef fuq talba tal-amministratur u taħt ċerti kundizzjonijiet (l-Artikolu 157). Pretensjonijiet mhux garantiti jitħallsu fuq bażi pro rata u skont il-likwidità tal-assi tal-patrimonju ta’ insolvenza.

Pretensjonijiet subordinati jitħallsu l-aħħar u skont l-ordni pprovduta fl-Artikolu 92.

14 Liema huma l-kundizzjonijiet għal, u l-effetti tal-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza (b'mod partikolari b'miżura komposta)?

14.1 Proċeduri ta’ riorganizzazzjoni

Proċeduri ta’ riorganizzazzjoni” tista’ tirreferi għal żewġ sitwazzjonijiet differenti: l-arranġament tal-kredituri bħala mod kif jiġu riżolti l-proċeduri ta’ insolvenza, u l-possibbiltà li d-debitur jevita proċeduri ta’ insolvenza permezz ta’ ftehim ta’ riorganizzazzjoni jew ristrutturar tad-dejn mal-kredituri tiegħu. Iż-żewġ sitwazzjonijiet huma regolati fil-Liġi dwar l-Insolvenza.

(A) L-arranġament tal-kredituri

Wara l-fażi inizjali tal-proċeduri ta’ insolvenza, meta l-assi u l-obbligazzjonijiet koperti bil-proċeduri jkunu ġew definittivament stabbiliti, hemm żewġ soluzzjonijiet possibbli: arranġament tal-kredituri jew stralċ. Il-kisba ta’ arranġament tal-kredituri tieħu preċedenza, peress li l-liġi tistabbilixxi li l-fażi ta’ arranġament għandha dejjem tinfetaħ sakemm id-debitur ma jkunx talab proċeduri ta’ stralċ.

Kemm id-debitur kif ukoll il-kredituri li jkollhom iktar minn parti minn ħamsa tal-obbligazzjonijiet tiegħu jistgħu jissottomettu proposta ta’ arranġament ladarba l-fażi inizjali tkun intemmet. Id-debitur huwa wkoll awtorizzat li jissottometti proposta ta’ arranġament bikri, għalkemm xi debituri huma esklużi minn din l-għażla (debituri ħatja ta’ ċerti reati u dawk li ma jissottomettux kontijiet annwali meta jkunu obbligati jagħmlu dan).

Il-proposta ta’ arranġament bikri hija mmirata lejn id-debitur u l-kredituri tiegħu li jagħmlu arranġament malajr u mingħajr ma jeżawrixxu l-fażijiet kollha tal-proċeduri ta’ insolvenza. Sabiex tiġi pproċessata l-proposta, għandha tkun sottoskritta minn ċertu perċentwal ta’ kredituri. Ladarba l-proposta tiġi sottomessa, għandha tiġi evalwata mill-amministratur u l-bqija tal-kredituri jistgħu jissottoskrivu għaliha; jekk jilħqu l-maġġoranzi meħtieġa, l-imħallef joħroġ sentenza li tapprova l-arranġament ippreżentat.

L-ipproċessar normali tal-fażi tal-arranġament jibda b’deċiżjoni tal-qorti li ttemm il-fażi inizjali; fiha, l-imħallef jistabbilixxi data għal-laqgħa tal-kredituri, għalkemm jekk in-numru ta’ kredituri jaqbeż tliet mija, il-proċess jista’ jsir bil-miktub. Minn dan il-punt, jibda perjodu għad-debitur u l-kredituri sabiex jissottomettu l-proposti tal-arranġament tagħhom, li għandu jkollhom kontenut minimu bażiku. Jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha, l-imħallef jaċċetta l-proposti u dawn jintbagħtu lill-amministratur għall-evalwazzjoni.

Il-laqgħa tal-kredituri tkun ippreseduta mill-imħallef u sabiex titqies li tkun imsejħa b’mod validu, għandhom jidhru l-kredituri li jirrappreżentaw aktar minn nofs it-talbiet mhux garantiti. Id-debitur u l-amministratur huma obbligati jattendu. Waqt il-laqgħa, il-proposti ta’ arranġament se jiġu diskussi u vvutati, u sabiex jiġu approvati, għandhom jiksbu l-maġġoranzi previsti fl-Artikolu 124 tal-liġi, skont il-kontenut tagħhom. Imbagħad, l-imħallef joħroġ sentenza li tapprova l-proposta aċċettata mil-laqgħa, u hemm proċedura minn qabel għall-amministratur u l-kredituri li ma attendewx jew li ġew imċaħħda mid-drittijiet tagħhom li jikkontestaw il-proposta.

L-arranġament jidħol fis-seħħ mill-jum tas-sentenza li tapprovah u minn dak il-mument l-effetti tal-proċeduri ta’ insolvenza jintemmu u huma sostitwiti minn dawk stabbiliti fl-arranġament. Ir-rwol tal-amministratur jintemm ukoll. L-arranġament jorbot lid-debitur u lill-kredituri mhux garantiti u subordinati, kif ukoll lill-kredituri preferenzjali li vvutaw favur. Huwa jista’ jorbot ukoll lill-kredituri preferenzjali skont il-maġġoranzi milħuqa fl-approvazzjoni tiegħu. Ladarba l-arranġament ikun ġie implimentat, l-imħallef jiddikjara dan il-fatt u jordna l-għeluq tal-proċeduri ta’ insolvenza.

Jekk l-arranġament ma jiġix imħares, kwalunkwe kreditur jista’ jitlob dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità mill-imħallef.

(B) Riorganizzazzjoni tad-dejn permezz ta’ ftehimiet ta’ rifinanzjament biex jiġu evitati proċeduri ta’ insolvenza

L-esperjenza miksuba mill-pubblikazzjoni tal-Liġi dwar l-Insolvenza wriet in-nuqqas ta’ proċeduri ta’ insolvenza bħala mezz biex tinkiseb kontinwità tan-negozju fuq il-bażi tas-soluzzjoni miftiehma. Għalhekk, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta Marzu 2014 dwar strateġija ġdida għall-falliment tan-negozju u l-insolvenza ħeġġet lill-Istati Membri jadottaw miżuri biex jevitaw proċeduri ta’ insolvenza permezz ta’ ftehim ta’ rifinanzjament tad-dejn bejn id-debitur u l-kredituri. Fir-riformi l-iktar reċenti tal-Liġi dwar l-Insolvenza, il-leġiżlatur Spanjol introduċa erba’ tipi ta’ miżuri f’dan ir-rigward:(a) it-twaqqif ta’ sistema ta’ komunikazzjoni minn qabel għad-debitur biex jinforma lill-imħallef tal-qorti kummerċjali li jkun beda negozjati mal-kredituri tiegħu sabiex jilħaq ftehim ta’ rifinanzjament, li jissospendi l-obbligu li japplika għal proċeduri ta’ insolvenza u jippermetti s-sospensjoni ta’ azzjonijiet ta’ eżekuzzjoni individwali f’ċerti każijiet u għal ċertu perjodu ta’ żmien; (b) l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’ protezzjoni biex jissalvagwardjaw ftehimiet ta’ rifinanzjament kontra azzjonijiet revokatorji; (c) l-istabbiliment ta’ proċedura ta’ approvazzjoni uffiċjali għal ftehim ta’ rifinanzjament sabiex jissaħħu l-effetti tagħhom; u (d) miżuri ta’ inċentivi għall-konverżjoni tad-dejn f’ekwità. F’din it-taqsima, niffukaw fuq ir-regolamentazzjoni tal-approvazzjoni tal-qorti ta’ ftehimiet ta’ rifinanzjament, li jinsabu fir-raba’ dispożizzjoni addizzjonali tal-Liġi dwar l-Insolvenza.

Il-ftehimiet ta’ rifinanzjament iffirmati minn kredituri li jirrappreżentaw mill-inqas 51 % tal-obbligazzjonijiet finanzjarji jistgħu jiġu approvati mill-qorti. Il-liġi tistabbilixxi regoli speċifiċi dwar il-kalkolu tal-perċentwali tal-obbligazzjonijiet finanzjarji u dwar self sindakat.

Il-proċess jinvolvi l-preżentazzjoni, mid-debitur jew mill-kredituri, ta’ applikazzjoni akkumpanjata b’ċertifikat mill-awditur li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-maġġoranzi meħtieġa f’kull każ, skont il-livell ta’ protezzjoni mitluba, bl-inqas 51 % tal-obbligazzjonijiet finanzjarji. L-imħallef jeżamina l-applikazzjoni u jekk tiġi ammessa, joħroġ ordni li tiddikjara sospensjoni tal-azzjonijiet individwali ta’ eżekuzzjoni matul il-proċedura ta’ approvazzjoni.

Meta tiġi ppubblikata l-ordni ta’ approvazzjoni, jibda perjodu ta’ 15-il jum sabiex kwalunkwe kreditur finanzjarju li ma jaqbilx, jikkontestaha. L-uniċi raġunijiet għall-kontestazzjoni huma jew nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti formali, jew in-natura sproporzjonata tas-sagrifiċċju mitlub. Il-kontestazzjonijiet jiġu pproċessati fi proċeduri ta’ insolvenza inċidentali li jinvolvu d-debitur u l-bqija tal-kredituri li huma parti għall-ftehim, u tingħata sentenza mhux appellabbli. Huwa wkoll espressament stipulat li, fir-rigward tal-effetti tal-ftehim approvat mill-qorti, li huma validi mill-jum wara l-pubblikazzjoni tas-sentenza fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Istat, l-imħallef jista’ jordna t-tħassir ta’ kull sekwestru magħmul permezz ta’ proċeduri ta’ eżekuzzjoni fuq djun affettwati mill-ftehim ta’ rifinanzjament.

L-effetti tal-approvazzjoni tal-qorti mhumiex limitati biex jestendu l-effetti tal-estensjoni miftiehma, meta jersqu lil hinn mill-prinċipju ta’ relattività tal-kuntratti. L-effett ġenerali huwa protezzjoni kontra azzjonijiet revokatorji, iżda l-estensjoni tal-effetti għall-kredituri li ma jaqblux tiddependi fuq il-perċentwal tal-approvazzjoni. Għalhekk:(a) il-protezzjoni tal-kredituri bil-kollateral titneħħa; (b) l-effetti tal-ftehim huma aġġustati fuq il-bażi tal-maġġoranzi milħuqa fl-approvazzjoni tiegħu u fir-rigward ta’ jekk il-pretensjoni hijiex effettivament koperta mill-kollateral jew le.

Il-kredituri bi pretensjonijiet finanzjarji li ma ffirmawx il-ftehim iżda li huma affettwati mill-approvazzjoni tal-qorti għandhom iżommu d-drittijiet tagħhom fuq dawk miżmuma in solidum mad-debitur u fuq avalli jew garanti, li ma jistgħux jinvokaw aċċettazzjoni tal-ftehim ta’ rifinanzjament jew l-effetti tal-approvazzjoni tal-qorti. Fir-rigward ta’ kredituri finanzjarji li ffirmaw il-ftehim, iż-żamma tal-effetti tiegħu għall-avalli jew garanti tiddependi fuq dak li ġie miftiehem fir-relazzjonijiet legali rispettivi tagħhom.

Kwalunkwe kreditur, kemm jekk iffirma l-ftehim u kemm jekk le, jista’ jitlob dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità quddiem l-imħallef li approvah, permezz tal-kanal tal-proċedura ta’ insolvenza inċidentali. Is-sentenza ma tistax tiġi appellata. Jekk jiġi ddikjarat nuqqas ta’ konformità, il-kredituri jistgħu jitolbu proċeduri ta’ insolvenza jew jibdew proċeduri ta’ eżekuzzjoni individwali.

Jekk drittijiet kollaterali jiġu infurzati fuq pretensjonijiet affettwati mill-ftehim, u sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, il-kreditur jista’ jieħu pussess tal-ammonti miksuba taħt ċerti kundizzjonijiet.

14.2 Eżenzjoni minn pretensjonijiet mhux imħallsa għal debituri li huma persuni fiżiċi

Il-Liġi 25/2015 tat-28 ta’ Lulju 2015 introduċiet dak li hu magħruf bħala l-mekkaniżmu ta’ “it-tieni opportunità” tal-Liġi dwar l-Insolvenza, fl-Artikolu 178bis il-ġdid.

Id-dispożizzjoni teżenta lil persuni fiżiċi mir-regola ġenerali tal-Artikolu 178(2), skont liema, f’każijiet ta’ għeluq ta’ proċeduri ta’ insolvenza minħabba stralċ jew minħabba insuffiċjenza tal-assi koperti mill-proċeduri, id-debituri li huma persuni fiżiċi huma responsabbli għall-ħlas tal-pretensjonijiet li jifdal.

Sabiex jibbenefika minn din l-eżenzjoni, id-debitur għandu jkun aġixxa in bona fede, u li japplikaw għalih ir-rekwiżiti li ġejjin:

1. li l-insolvenza ma ġietx iddikjarata ta’ ħtija;

2. li d-debitur ma jkunx ġie kkundannat b’sentenza finali ta’ kriminalità fuq proprjetà, frodi jew delitt tal-kullar abjad, falsifikazzjoni, delitti kontra l-awtorità tat-taxxa u s-sistema tas-sigurtà soċjali jew kontra d-drittijiet tal-ħaddiema fl-10 snin qabel l-ordni ta’ insolvenza;

3. li, filwaqt li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 231, id-debitur ikun daħal jew għall-inqas ipprova jidħol fi ftehim ta’ pagament straġudizzjarju;

4. li d-debitur ikun ħallas il-pretensjonijiet kontra l-patrimonju ta’ insolvenza u l-pretensjonijiet preferenzjali tal-insolvenza b’mod sħiħ u, jekk ma ppruvax jilħaq ftehim ta’ pagament straġudizzjarju, mill-inqas 25 % tal-ammont tal-pretensjonijiet ta’ insolvenza mhux garantiti;

5. li, bħala alternattiva għall-punt ta’ qabel:

i) id-debitur jippreżenta pjan ta’ pagament;

ii) ma naqasx milli jikkonforma mal-obbligi li jikkollabora mal-imħallef u l-amministratur;

iii) ma bbenefikatx minn din l-eżenzjoni fl-aħħar 10 snin;

iv) ma rrifjutatx offerta ta’ impjieg adattata għall-kapaċitajiet tiegħu fl-erba’ snin li jippreċedu l-ordni ta’ insolvenza;

v) b’mod espliċitu jaċċetta, fl-applikazzjoni għal eżenzjoni minn pretensjonijiet mhux imħallsa, li l-aċċess tiegħu għall-eżenzjoni se jiġi rreġistrat fit-taqsima speċjali tar-Reġistru Pubbliku tal-Insolvenza għal perjodu ta’ ħames snin.

L-għoti ta’ din l-eżenzjoni jeħtieġ proċeduri mibdija fuq talba tad-debitur u li jinvolvu l-parteċipazzjoni tal-amministratur u l-kredituri li huma parti għall-azzjoni. Id-debitur huwa meħtieġ li jissottometti pjan ta’ ħlas għall-pretensjonijiet li huma esklużi mill-eżenzjoni, li għandhom jitħallsu fi żmien massimu ta’ ħames snin.

Ladarba l-perjodu stabbilit għall-konformità mal-pjan ta’ ħlas ikun skada, u l-eżenzjoni ma tkunx ġiet irrevokata, l-imħallef tal-insolvenza, fuq talba tad-debitur, joħroġ ordni li tagħti eżenzjoni b’mod definittiv minn pretensjonijiet mhux imħallsa matul il-proċeduri ta’ insolvenza. L-imħallef jista’ wkoll, skont iċ-ċirkostanzi tal-każ u wara li jisma’ lill-kredituri, jordna eżenzjoni definittiva mill-pretensjonijiet mhux imħallsa ta’ debituri li ma jkunux kompletament konformi mal-pjan ta’ ħlas imma allokaw għalih mill-inqas nofs id-dħul riċevut (u li mhux meqjus bħala li ma jistax jiġi sekwestrat) matul il-perjodu ta’ ħames snin mill-għoti proviżorju tal-eżenzjoni jew kwart ta’ dak id-dħul meta d-debitur jissodisfa ċ-ċirkostanzi previsti fil-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni ta’ ipotekaturi li m’għandhomx riżorsi, fir-rigward tad-dħul tal-unità tal-familja u ċirkostanzi familjari partikolarment vulnerabbli.

Il-pretensjonijiet kollha mhux garantiti u subordinati li huma pendenti fid-data tal-għeluq tal-proċeduri tal-insolvenza se jkunu affettwati mill-eżenzjoni, ħlief għal pretensjonijiet tad-dritt pubbliku u ta’ manteniment. Fir-rigward tal-pretensjonijiet bi preferenza speċjali, din taffettwa l-parti ta’ dawk il-pretensjonijiet li ma setgħux jiġu solvuti bl-eżekuzzjoni tal-kollateral.

L-eżenzjoni tista’ tiġi revokata fuq talba ta’ kwalunkwe kreditur tal-insolvenza jekk, matul il-ħames snin wara li tingħata, tkun ivverifikata l-eżistenza ta’ dħul, assi jew drittijiet mhux żvelati li jappartjenu lid-debitur.

Tista’ ssir applikazzjoni għal revoka wkoll jekk matul il-perjodu stabbilit għall-konformità mal-pjan tal-ħlas:(a) id-debitur isib ruħu f’waħda miċ-ċirkostanzi li, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 178bis(3), jipprevjenu l-għoti tal-eżenzjoni minn pretensjonijiet mhux imħallsa; (b) fejn applikabbli, ma jkunx imħares l-obbligu li jitħallsu d-djun mhux eżentati skont il-kontenut tal-pjan ta’ ħlas; jew (c) is-sitwazzjoni finanzjarja tad-debitur tittejjeb sostanzjalment minħabba wirt, legat jew donazzjoni, jew logħob ta’ fortuna jew ċans, b’tali mod li jkun jista’ jħallas id-djun pendenti kollha mingħajr detriment għall-obbligi ta’ manteniment tiegħu.

Jekk l-imħallef jordna r-revoka tal-eżenzjoni, il-kredituri jirkupraw bis-sħiħ id-dritt tagħhom li jieħdu azzjonijiet kontra d-debitur sabiex jinfurzaw pretensjonijiet li jibqgħu mhux imħallsa fl-għeluq tal-proċeduri ta’ insolvenza.

14.3 Għeluq tal-proċeduri ta’ insolvenza

Ir-raġunijiet għall-għeluq tal-proċeduri ta’ insolvenza huma stabbiliti fl-Artikolu 176 tal-Liġi dwar l-Insolvenza. Bażikament, il-proċeduri ta’ insolvenza jingħalqu minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

(a) l-ordni ta’ insolvenza tiġi revokata mill-Qorti Provinċjali (Audiencia Provincial);

(b) tiġi ddikjarata konformità mal-arranġament;

(c) jiġi vverifikat li l-assi koperti mill-proċeduri mhumiex biżżejjed biex iħallsu l-pretensjonijiet kontra l-patrimonju ta’ insolvenza;

(d) il-ħlas tal-pretensjonijiet rikonoxxuti kollha jew is-sodisfazzjon sħiħ tal-kredituri b’mezzi oħra huwa vverifikat;

(e) ladarba l-fażi inizjali tkun intemmet, il-kredituri kollha jabbandunaw jew jirtiraw mill-proċeduri.

L-għeluq għandu jiġi approvat mill-imħallef u hemm proċedura sabiex il-partijiet ikkonċernati jikkontestah. Il-liġi għandha dispożizzjonijiet speċjali għall-każ tal-għeluq ta’ proċeduri ta’ insolvenza minħabba l-insuffiċjenza tal-assi tad-debitur fir-rigward tal-ħlas tal-pretensjonijiet kontra l-patrimonju ta’ insolvenza. Dan jista’ jiġi vverifikat bl-applikazzjoni tad-debitur stess għal proċeduri, f’liema każ, l-imħallef jiddikjara l-proċeduri ta’ insolvenza u l-għeluq tagħhom fl-istess deċiżjoni u fl-istess ħin.

Meta jiġi ddikjarat l-għeluq tal-proċeduri ta’ insolvenza, il-limitazzjonijiet kollha fuq is-setgħat tad-debitur jintemmu. Jekk id-debitur ikun persuna fiżika, il-liġi tistabbilixxi regoli speċjali sabiex id-debitur igawdi eżenzjoni mill-ħlas ta’ pretensjonijiet li ma ġewx solvuti matul il-proċeduri ta’ insolvenza. Ir-rekwiżiti għal din l-eżenzjoni huma stabbiliti fl-Artikolu 178bis. Id-debitur għandu jkun aġixxa in bona fede u għandu jissodisfa ċerti obbligi. Id-debitur innifsu għandu japplika għal din l-eżenzjoni u kemm l-amministratur kif ukoll il-kredituri jistgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet. L-eżenzjoni tista’ tiġi rrevokata f’ċerti każijiet, bħal, pereżempju, jekk id-debitur itejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu jew jekk ma jikkonformax mal-pjan ta’ pagament li kkommetta ruħu għalih sabiex iħallas id-djun mhux affettwati mill-eżenzjoni.

15 X'inhuma d-drittijiet tal-kredituri wara l-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza?

Fil-każ tal-għeluq tal-proċeduri ta’ insolvenza ta’ persuni ġuridiċi minħabba stralċ, jitilfu l-personalità ġuridika tagħhom.

Jekk l-għeluq iseħħ minħabba l-implimentazzjoni tal-arranġament, il-kredituri jkollhom il-pretensjonijiet tagħhom imħallsa skont id-dispożizzjonijiet tiegħu. Il-kredituri preferenzjali li ma ffirmawx l-arranġament tal-kredituri jistgħu jkomplu jew jibdew proċeduri ta’ eżekuzzjoni individwali, taħt ċerti ċirkostanzi.

Matul l-implimentazzjoni tal-arranġament tal-kredituri, huwa possibbli wkoll li d-debitur jitlef il-personalità ġuridika tiegħu permezz ta’ proċess ta’ modifika strutturali, li jirriżulta fl-assunzjoni tar-responsabbiltajiet minn kumpanija ġdida jew kumpanija akkwirenti.

Fil-każ ta’ debituri li huma persuni fiżiċi, l-għeluq tal-proċeduri ta’ insolvenza minħabba stralċ jew insuffiċjenza tal-assi tfisser li l-kredituri jistgħu jibdew azzjonijiet ta’ eżekuzzjoni individwali kontra d-debitur, sakemm ma jkunx ġie eżentat minn pretensjonijiet mhux imħallsa bil-mod ipprovdut fl-Artikolu 178bis.

15.1 Il-ftuħ mill-ġdid tal-proċeduri ta’ insolvenza

Jekk tinħareġ ordni ta’ insolvenza għal debitur li jkun persuna fiżika fi żmien ħames snin wara l-għeluq ta’ proċeduri ta’ insolvenza preċedenti minħabba stralċ jew insuffiċjenza tal-assi, dan jitqies bħala ftuħ mill-ġdid tal-proċeduri preċedenti.

Fil-każ ta’ debituri li huma persuni ġuridiċi, il-ftuħ mill-ġdid ta’ proċeduri ta’ insolvenza li ngħalqu minħabba stralċ jew insuffiċjenza tal-assi jiġi ordnat mill-istess qorti li semgħet l-ewwel proċeduri, jiġi pproċessat fl-istess proċeduri u se jkun limitat għall-fażi tal-likwidazzjoni tal-assi u d-drittijiet li dehru sussegwentement.

Fis-sena ta’ wara d-data tad-deċiżjoni tal-għeluq tal-proċeduri ta’ insolvenza minħabba insuffiċjenza tal-assi, il-kredituri jistgħu japplikaw għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċeduri bil-għan li jinbdew azzjonijiet ta’ rkupru, filwaqt li jindikaw l-azzjonijiet speċifiċi li għandhom jinbdew jew jipprovdu, bil-miftuħ, fatti rilevanti li jistgħu jwasslu għall-klassifikazzjoni tal-insolvenza bħala ta’ ħtija, ħlief jekk tkun inħarġet sentenza dwar il-klassifikazzjoni fi proċeduri magħluqa ta’ insolvenza.

16 Min għandu jagħmel tajjeb għall-kostijiet u l-ispejjeż involuti fil-proċedimenti ta' insolvenza?

Skont l-Artikolu 84(2)(2) tal-Liġi dwar l-Insolvenza, l-ispejjeż legali kollha meħtieġa biex issir applikazzjoni għal proċeduri ta’ insolvenza u biex dawn jitwettqu, huma pretensjonijiet kontra l-patrimonju ta’ insolvenza. B’mod partikolari, dan jinkludi l-pretensjonijiet kollha li jirriżultaw minn ħlasijiet legali u spejjeż meħtieġa biex issir applikazzjoni għal proċeduri ta’ insolvenza u ordni ta’ dawn il-proċeduri, l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ prekawzjoni, il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet previsti f’din il-liġi, u l-attendenza u r-rappreżentazzjoni tad-debitur u tal-amministratur matul il-proċeduri ta’ insolvenza u l-proċeduri inċidentali, meta l-parteċipazzjoni tagħhom tkun legalment obbligatorja jew fl-interess tal-patrimonju ta’ insolvenza, sakemm l-arranġament jidħol fis-seħħ jew, inkella, sakemm jingħalqu l-proċeduri ta’ insolvenza, ħlief għal pretensjonijiet li jirriżultaw minn appelli ppreżentati kontra deċiżjonijiet tal-qorti meta dawn jiġu miċħuda totalment jew parzjalment b’ordni espressa ta’ ħlas tal-ispejjeż.

Huma Inklużi wkoll bħala pretensjonijiet kontra l-patrimonju ta’ insolvenza, skont l-Artikolu 84(2)(3), il-ħlasijiet u l-ispejjeż legali li jirriżultaw mill-attendenza u r-rappreżentanza tad-debitur, l-amministratur jew il-kredituri leġittimi fi proċeduri li, fl-interessi tal-patrimonju ta’ insolvenza, ikomplu jew jinbdew skont il-kontenut ta’ din il-liġi, ħlief għad-dispożizzjonijiet relatati ma’ każijiet ta’ rtirar, aċċettazzjoni, ħlas jew difiża separata tad-debitur u, jekk applikabbli, sal-limiti kwantitattivi stabbiliti hemmhekk.

F’każijiet ta’ għeluq ta’ proċeduri ta’ insolvenza minħabba insuffiċjenza tal-patrimonju ta’ insolvenza, pretensjonijiet għal ħlasijiet legali u spejjeż jitħallsu qabel il-bqija tal-pretensjonijiet kontra l-patrimonju ta’ insolvenza, bl-eċċezzjoni ta’ pretensjonijiet tal-ħaddiema u ta’ manteniment (l-Artikolu 176a(2)).

It-tariffi tal-amministratur jintalbu kontra l-patrimonju ta’ insolvenza u huma stabbiliti mill-imħallef skont skala ta’ tariffi legalment approvata; bħalissa, l-iskala tat-tariffi approvata mid-Digriet Irjali 1860/2004 tas-6 ta’ Settembru 2004 għadha valida. L-Artikolu 34 jistabbilixxi regoli speċjali għad-determinazzjoni u l-effett tagħhom.

Il-liġi tipprovdi għall-possibbiltà li jinħatru assistenti delegati biex jgħinu lill-amministratur u r-remunerazzjoni tagħhom tkun koperta minn dan tal-aħħar.

17 X'inhuma r-regoli li għandhom x'jaqsmu man-nullità, l-annullabbiltà u n-nuqqas ta' eżekutorjetà ta' atti ġuridiċi detrimentali għall-korp ġenerali ta' kredituri?

Ir-regolamentazzjoni ta’ atti revokatorji f’proċeduri ta’ insolvenza tinsab fl-Artikoli 71 sa 73 tal-Liġi dwar l-Insolvenza. Dawn id-dispożizzjonijiet għaddew minn emendi suċċessivi, prinċipalment fir-rigward tan-natura tal- “mekkaniżmi protettivi” tal-ftehimiet ta’ rifinanzjament.

L-Artikolu 71 fih is-sistema legali għal azzjonijiet ta’ rkupru, fuq il-bażi ta’ klawżola ġenerali li tiddikjara l-atti kollha mwettqa mid-debitur li huma “ta’ detrimenti għall-assi koperti mill-proċeduri” bħala “revokabbli”, kemm jekk kien hemm “intenzjoni ta’ diżgwid” jew le. Sabiex jiġu salvagwardjati l-effetti tar-revoka, jiġi stabbilit perjodu speċifiku ta’ żmien: is-sentejn qabel id-data tal-ordni ta’ insolvenza.

(A) Perjodu ta’ revoka

Il-liġi tagħżel li jiġi stabbilit perjodu ta’ revoka speċifiku: sentejn li jmorru lura mid-data tal-ordni ta’ insolvenza.

(B) Il-kunċett ta’ “detriment monetarju”

L-azzjonijiet imwettqa matul il-“perjodu suspettat” mid-debitur huma revokabbli jekk ikunu ta’ detriment għall-assi koperti mill-proċeduri. Għandha tingħata prova sodisfaċenti ta’ detriment monetarju mill-parti li tagħmel l-ilment. Madankollu, minħabba d-diffikultajiet li ġeneralment huma involuti fl-għoti ta’ prova ta’ atti detrimentali, il-Liġi dwar l-Insolvenza tiffaċilita t-tressiq ta’ azzjonijiet permezz tal-istabbiliment ta’ serje ta’ preżunzjonijiet. Kif jiġri f’partijiet oħra tal-liġi, il-preżunzjonijiet jistgħu jkunu inkonfutabbli jew konfutabbli. Għalhekk:(a) detriment monetarju huwa preżunt inkonfutabbli f’żewġ każijiet:(i) meta jiġi trattat id-disponiment liberu ta’ assi, ħlief donazzjonijiet għall-użu, u (ii) meta jiġu trattati pagamenti u atti oħra li jħallsu obbligazzjonijiet li jkunu dovuti wara l-ordni ta’ insolvenza, sakemm ma jkunux garantiti b’kollateral, f’liema każ il-preżunzjoni tippermetti li tingħata prova kuntrarja; (b) detriment monetarju huwa preżunt konfutabbli fi tliet każijiet:(i) meta jiġi trattat id-disponiment ta’ assi bi ħlas lil persuni b’relazzjoni speċjali mad-debitur tal-insolvenza, (ii) meta jiġi trattat il-ħolqien ta’ imposti fuq propjetà favur obbligazzjonijiet li kienu jeżistu qabel jew favur obbligazzjonijiet ġodda mġarrba biex jissostitwixxu dawk tal-ewwel, u (iii) pagamenti jew atti oħra li jħallsu obbligazzjonijiet assigurati b’kollateral u li jkunu dovuti wara l-ordni ta’ insolvenza.

(C) Proċedura

Il-locus standi sabiex jitressqu azzjonijiet ta’ revoka fi proċeduri ta’ insolvenza huwa tal-amministratur. Madankollu, sabiex tipproteġi lill-kredituri kontra n-nuqqas ta’ attività tal-amministraturi, il-liġi tipprovdi locus standi sussidjarja jew tat-tieni grad għall-kredituri li ħeġġu lill-amministratur bil-miktub biex iressaq azzjoni ta’ revoka, jekk fi żmien xahrejn mid-data tat-talba l-azzjoni ma titressaqx mill-amministratur. Il-liġi fiha regoli mmirati biex jiżguraw li l-amministraturi effettivament iwettqu r-rwol li jiżguraw li ma jsirx disponiment tal-assi koperti mill-proċeduri. Għal azzjonijiet kontra ftehimiet ta’ rifinanzjament, il-locus standi hija esklussiva għall-amministratur, eskluża kwalunkwe pożizzjoni sussidjarja.

Sabiex jiġu protetti l-ftehimiet ta’ rifinanzjament, hemm regoli speċjali li jirriżultaw minn emendi leġiżlattivi riċenti, li jiddefinixxu mekkaniżmi protettivi li jagħmlu dawn il-ftehimiet (approvati taħt ċerti kundizzjonijiet) reżistenti għal azzjonijiet ta’ revoka (l-Artikolu 71bis).

L-aħħar aġġornament: 29/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Insolvenza - Franza

1 Kontra min jistgħu jinfetħu proċedimenti ta' insolvenza?

Kull persuna li teżerċita xi attività kummerċjali jew sengħa, kull bidwi, kull persuna fiżika oħra li teżerċita attività professjonali indipendenti, inkluża professjoni libera soġġetta għal statut legali jew regolatorju jew b’titlu protett, u kull persuna ġuridika irregolata bid-dritt privat, tista’ tkun soġġetta għal proċedimenti ta’ salvagwardja, ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja jew ta’ likwidazzjoni ġudizzjarja.

Imprenditur li jaħdem għal rasu jista’ jibbenefika mill-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment.

Persuna attiva biss tista’ tibbenefika mill-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment. Fil-każ ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja jew likwidazzjoni ġudizzjarja, il-persuna tista’ tkun diġà temmet l-attività tagħha meta jiftħu l-proċedimenti.

Il-persuni ġuridiċi irregolati mid-dritt privat li jistgħu jkunu soġġetti għal proċedimenti ta’ falliment huma l-kumpaniji kummerċjali, is-soċjetajiet ċivili, il-gruppi ta’ interess ekonomiku, l-assoċjazzjonijiet, it-trade unions kif ukoll il-kunsilli tax-xogħol.

Il-gruppi irregolati bid-dritt privat li ma jkollhomx personalità ġuridika, bħall-impriżi konġunti jew kumpaniji li jkunu għadhom qed jiġu ffurmati, ma jistgħux jibbenefikaw mill-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment.

Il-persuni ġuridiċi kollha irregolati bid-dritt pubbliku wkoll huma esklużi.

Salvagwardja aċċelerata u salvagwardja finanzjarja aċċelerata:

Debitur jista’ jirrikorri għal proċedimenti ta’ salvagwardja aċċelerata jew għal proċedimenti ta’ salvagwardja finanzjarja aċċelerata, jekk il-kontijiet tiegħu jkunu ġew iċċertifikati minn awditur jew imħejjija minn espert tal-kontabilità u jekk ikollu aktar minn 20 impjegat jew dħul ta’ aktar minn tliet miljun euro wara t-taxxa jew karta tal-bilanċ totali ta’ aktar minn EUR 1,5 miljun. Il-proċedimenti ta’ salvagwardja aċċelerata u ta’ salvagwardja finanzjarja aċċelerata huma miftuħin ukoll għal debitur li jkun ħejja kontijiet konsolidati.

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza?

Il-proċedimenti ta’ salvagwardja jinfetħu meta d-debitur ikollu diffikultajiet li ma jistgħux jiġu megħluba u fin-nuqqas ta’ waqfien tal-ħlasijiet.

Ir-riorganizzazzjoni ġudizzjarja tinbeda meta d-debitur, minħabba li ma jkunx jista’ jlaħħaq mal-obbligazzjonijiet kurrenti tiegħu bl-assi disponibbli tiegħu, jieqaf iħallas.

Ir-riorganizzazzjoni ġudizzjarja hija maħsuba biex tippermetti l-issuktar tal-attività ta’ impriża, iż-żamma tal-impjiegi u l-ikklerjar tal-obbligazzjonijiet. L-imprenditur irid jitlob li tinfetaħ din il-proċedura fi żmien 45 jum mill-waqfien tal-ħlasijiet.

Il-likwidazzjoni ġudizzjarja tinfetaħ meta l-impriża tieqaf tħallas u meta r-riorganizzazzjoni ġudizzjarja tkun evidentement impossibbli.

Id-debitur biss jista’ jitlob il-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ salvagwardja.

Iżda t-talba għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja jew ta’ likwidazzjoni ġudizzjarja tista’ ssir, apparti mid-debitur, minn kreditur jew mill-prosekutur pubbliku, diment li ma jkunux għaddejjin xi proċedimenti ta’ konċilazzjoni (proċedimenti ta’ qabel il-falliment).

Is-sentenza tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment tidħol fis-seħħ mid-data tagħha. Għaldaqstant tkun effettiva f’nofsillejl tal-jum li fih tingħata.

Is-sentenza tal-ftuħ tiġi nnotifikata lid-debitur fi żmien tmint ijiem mid-data tagħha, u tiġi kkomunikata lill-prattikanti tal-insolvenza u lill-prosekutur pubbliku, anki fl-Istati Membri l-oħrajn fejn id-debitur ikollu stabbiliment.

Is-sentenza tipproduċi minnufih l-effetti tagħha fil-konfront ta’ kulħadd.

Fi żmien ħmistax-il jum mid-data tas-sentenza, tiddaħħal referenza għas-sentenza tal-ftuħ fir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpaniji, fir-reġistru tas-snajja’ jew f’reġistru speċjali miżmum fir-reġistru tal-Qorti Reġjonali.

Silta mis-sentenza tiddaħħal fil-Bodacc (Gazzetta uffiċjali tal-Avviżi Ċivili u Kummerċjali) u fil-gazzetta tal-avviżi legali tal-post tas-sit jew tal-indirizz tan-negozju tad-debitur.

Il-proċedimenti ta’ salvagwardja aċċelerati u salvagwardja finanzjarja aċċelerati

Jeżistu wkoll proċedimenti ta’ salvagwardja aċċelerati u proċedimenti ta’ salvagwardja finanzjarja aċċelerati.

Il-proċedimenti ta’ salvagwardja aċċelerati jistgħu jinfetħu fuq talba ta’ debitur involut fi proċedimenti ta’ konċiljazzjoni u li jiġġustifika li ħejja abbozz ta’ pjan immirat li jiżgura s-sostenibbiltà tal-kumpanija.

Il-fatt li d-debitur ikun waqqaf il-ħlasijiet ma jostakolax il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ salvagwardja aċċelerati jekk dik is-sitwazzjoni ma tiġix aktar minn 45 jum qabel id-data tat-talba għall-ftuħ tal-proċedimenti ta’ konċilazzjoni.

Il-proċedimenti ta’ salvagwardja finanzjarja aċċelerati jistgħu jinfetħu taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk tal-proċedimenti ta’ salvagwardja aċċelerati u meta l-kontijiet tad-debitur juru li d-dejn tiegħu jista’ jagħti lok għall-adozzjoni ta’ pjan mill-kredituri li huma membri tal-kumitat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu biss.

3 Liema huma l-assi li jiffurmaw parti mill-patrimonju tal-insolvenza? Kif jiġu ttrattati l-assi li huma miksuba minn, jew li jiddevolvu lid-debitur wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza?

L-assi kollha tad-debitur huma soġġetti għall-proċedimenti ta’ falliment.

Jekk id-debitur ikun imprenditur individwali, il-ġid personali tiegħu wkoll ikun inkluż.

Madankollu, ir-residenza prinċipali ta’ imprenditur individwali involut f’attività kummerċjali, industrijali, artiġjanali, agrikola jew libera ma tistax tinqabad mill-kredituri professjonali.

Tista’ ssir dikjarazzjoni biex ma jinqabdux artijiet oħrajn żviluppati jew mhux żviluppati li ma jkunux allokati għall-użu professjonali. Din id-dikjarazzjoni, li trid issir permezz ta’ dikjarazzjoni notarili ppubblikata, hija effettiva biss fir-rigward tal-kredituri professjonali li d-drittijiet tagħhom jinħolqu wara l-pubblikazzjoni.

Il-fatt li r-residenza prinċipali tad-debitur ma tistax tinqabad mill-kredituri professjonali huwa maħsub biex jipproteġi lid-debitur u lill-familja tiegħu.

4 X’setgħat għandhom id-debitur u l-prattikant tal-insolvenza, rispettivament?

L-iżvestiment tas-setgħa tad-debitur li jiddisponi mill-proprjetà tiegħu

Salvagwardja u riorganizzazzjoni ġudizzjarja

F’każ li jinfetħu proċedimenti ta’ salvagwardja jew ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja, id-debitur ma jiġix żvestit u jkompli jmexxi l-impriża tiegħu.

Abbażi tal-proċedimenti ta’ salvagwardja, amministratur ġudizzjarju jissorvelja jew jassisti lid-debitur fil-ġestjoni tal-impriża tiegħu skont il-missjoni stabbilita mill-qorti.

Fir-riorganizzazzjoni ġudizzjarja, l-amministratur ġudizjarju jassisti lid-debitur fil-ġestjoni tiegħu jew jieħu f’idejh parti minnha jew kollha kemm hi huwa stess, minflok id-debitur.

Il-likwidazzjoni ġudizzjarja

F’każ li jinfetħu proċedimenti ta’ likwidazzjoni ġudizzjarja, id-debitur jiġi żvestit mill-ġestjoni u mid-dispożizzjoni tal-proprjetà tiegħu. Id-drittijiet u l-azzjonijiet tiegħu relatati mal-assi tan-negozju tiegħu jiġu eżerċitati mil-likwidatur. Għaldaqstant il-likwidatur jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tal-proprjetà tiegħu.

Il-prattikanti fl-insolvenza

Il-prattikanti fl-insolvenza huma aġenti tal-ġustizzja taħt is-superviżjoni tal-prosekutur pubblikuli jappartjenu għal professjonijiet irregolati.

Dawn il-professjonisti liberi speċjalizzati jridu jkunu rreġistrati f’listi nazzjonali u jissodisfaw kundizzjonijiet stretti ta’ kapaċità u moralità.

Jistgħu jinħatru wkoll persuni li mhumiex irreġistrati fil-listi iżda li għandhom esperjenza jew kwalifika partikolari fir-rigward tal-każ.

Il-prattikanti fl-insolvenza jinħatru mill-qorti li tkun fetħet il-proċedimenti.

Il-prattikanti fl-insolvenza huma soġġetti għal responsabbiltà ċivili taħt il-kundizzjonijiet tad-dritt komuni.

Il-ħlas lill-prattikanti huwa stabbilit skont rati ffissati b’digriet; l-imħallef imbagħad jimponi dan l-ammont ta’ remunerazzjoni fuq id-debitur.

Is-setgħat tal-prattikanti fl-insolvenza u tad-debitur

L-amministratur maħtur mill-qorti

Fil-prinċipju, il-qorti li tiftaħ il-proċedimenti ta’ salvagwardja jew ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja taħtar amministratur, li jista’ jkun propost mid-debitur fil-proċedimenti ta’ salvagwardja, jew mill-prosekutur pubbliku.

Mhux bilfors jinħatar amministratur jekk id-debitur ikollu inqas minn għoxrin impjegat u jekk il-fatturat tiegħu jkun ta’ inqas minn tliet miljun euro esklużi t-taxxi.

F’każ ta’ proċedimenti ta’ salvagwardja aċċelerata u ta’ salvagwardja finanzjarja aċċelerata, il-ħatra ta’ amministratur hija dejjem obbligatorja.

Fis-salvagwardja, l-amministratur maħtur mill-qorti jissorvelja jew jassisti lid-debitur fil-ġestjoni tal-impriża tiegħu skont il-missjoni stabbilita mill-qorti.

Fir-riorganizzazzjoni ġudizzjarja, l-amministratur maħtur mill-qorti jassisti lid-debitur fil-ġestjoni tiegħu jew jieħu f’idejh parti minnha jew kollha kemm hi huwa stess, minflok id-debitur.

L-amministratur maħtur mill-qorti jrid jagħmel l-atti meħtieġa biex jippreżerva d-drittijiet tal-impriża kontra d-debituri tagħha u l-atti meħtieġa biex jippreżerva l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni, jew iqabbad lid-debitur jagħmilhom.

L-amministratur maħtur mill-qorti għandu setgħat speċifiċi bħal dik li jattiva l-kontijiet bankarji tad-debitur bil-firma tiegħu meta dan tal-aħħar ma jistax joħroġ ċekkijiet, li jiżgura l-kontinwazzjoni tal-kuntratti kurrenti, u li jagħti s-sensji meħtieġa.

Ir-riċevitur uffiċjali

Ir-riċevitur uffiċjali jinħatar bilfors mill-qorti fi kwalunkwe proċediment kollettiv.

Huwa għandu l-kompitu li jirrappreżenta lill-kredituri u l-interess kollettiv tagħhom.

Dan jagħmel lista ta’ pretensjonijiet iddikjarati, inklużi pagi, bil-proposti tiegħu ta’ ammissjoni, ta’ rifjut jew ta’ rinviju quddiem il-qorti kompetenti, u jibgħat il-lista lill-imħallef tal-falliment.

Il-likwidatur

Fis-sentenza ta’ likwidazzjoni ġudizzjarja, il-qorti taħtar likwidatur.

Il-likwidatur irid jivverifika l-pretensjonijiet u jwettaq l-operazzjonijiet ta’ tisrif tal-assi tad-debitur sabiex iqassam l-assi li jkun fadal bejn il-kredituri.

Huwa jieħu ħsieb jagħti s-sensji u jista’ jagħżel li jkompli l-kuntratti kurrenti.

Huwa jirrappreżenta lid-debitur żvestit u b’hekk jeżerċita l-parti l-kbira tad-drittijiet u tal-azzjonijiet ekonomiċi tiegħu waqt il-proċedimenti ta’ likwidazzjoni ġudizzjarja. Madankollu, ma jistax jeżerċita d-drittijiet mhux ekonomiċi tad-debitur.

5 Taħt liema kundizzjonijiet tiġi invokata t-tpaċija?

It-tpaċija hija mod ta’ kumpens għall-obbligi reċiproċi sal-inqas waħda.

Tista’ taħdem biss bejn żewġ persuni simetrikament kredituri u debituri ta’ xulxin.

Dan il-kumpens b’hekk joħloq pagament doppju abbrevjat bejn pretensjonijiet reċiproċi.

Fil-prinċipju huwa pprojbit li d-debitur iħallas il-pretensjonijiet kollha li joriġinaw qabel is-sentenza tal-ftuħ tas-salvagwardja jew tar-riorganizzazzjoni ġudizzjarja.

Madankollu, il-projbizzjoni tal-pagament ta’ pretensjonijiet preċedenti ma tapplikax għall-ħlas bi tpaċija għal pretensjonijiet relatati. Huma meqjusa bħala relatati l-pretensjonijiet reċiproċi li ġew jew ġejjin mit-twettiq jew in-nuqqas ta’ twettiq tal-istess kuntratt.

Jekk pretensjoni relatata ma’ pretensjoni preċedenti tinħoloq wara s-sentenza tal-ftuħ, din tista’ titħallas, bi tpaċija għall-pretensjoni preċedenti, diment li din tal-aħħar tkun ġiet iddikjarata.

Il-pretensjonijiet reċiproċi huma meqjusa relatati meta jkunu rriżultaw jew ikunu ġejjin mit-twettiq jew min-nuqqas ta’ twettiq tal-istess kuntratt jew ta’ grupp ta’ kuntratti.

6 X’effett għandhom il-proċedimenti ta’ falliment fuq kuntratti kurrenti li d-debitur huwa parti tagħhom?

Il-proċedura ta’ kontinwazzjoni tal-kuntratti kurrenti

Il-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment ma għandux jaffettwa l-eżistenza ta’ kuntratti bejn id-debitur u l-imsieħba tiegħu (fornituri, klijenti) validi fil-jum tal-ftuħ.

Il-kuntratt kurrenti huwa kuntratt li jeżisti u li qed jitwettaq meta jinfetħu l-proċedimenti, kuntratt b’eżekuzzjoni suċċessiva li ma ntemmx f’dik id-data jew kuntratt b’eżekuzzjoni immedjata li għadha ma seħħitx iżda li hija diġà konkluża.

Il-parti l-oħra għall-kuntratt kurrenti tista’ tkun privileġġata u titħallas qabel il-kredituri l-oħrajn.

Salvagwardja u riorganizzazzjoni ġudizzjarja

Il-kuntratt jitkompla awtomatikament a priori; il-prattikant fl-insolvenza għandu l-għażla pubblika li jista’ jitlob li jissokta l-kuntratt ta’ ħlas ta’ servizzi li jiġu pprovduti lilu.

Fin-nuqqas ta’ prattikant fl-insolvenza, id-debitur jista’ jitlob l-eżekuzzjoni tal-kuntratti kurrenti, wara l-approvazzjoni tar-riċevitur uffiċjali.

Il-kuntratt li jissokta jiġi eżegwit b’mod normali, skont id-dispożizzjonijiet kuntrattwali.

Il-prattikant fl-insolvenza jista’ jittermina l-kuntratt għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni antiċipata tad-debitur, meta jsib li dan ma għandux biżżejjed fondi biex jissodisfa l-obbligi tiegħu.

Il-kuntratt kurrenti jiġi tterminat awtomatikament jekk sa xahar wara, il-prattikant fl-insolvenza ma jkunx talab b’mod espliċitu l-eżekuzzjoni tal-kuntratt kurrenti.

L-istess japplika jekk ma jsirx ħlas u jekk il-parti l-oħra għall-kuntratt ma tkunx trid tkompli r-relazzjoni kuntrattwali.

Il-prattikant fl-insolvenza jista’ wkoll jitlob lill-imħallef jordna t-terminazzjoni tal-kuntratt kurrenti, jekk it-terminazzjoni tkun meħtieġa għas-salvagwardja jew għar-riorganizzazzjoni ġudizzjarja tad-debitur, u diment li ma tippreġudikax b’mod eċċessiv l-interessi tal-parti l-oħra għall-kuntratt.

Il-likwidazzjoni ġudizzjarja

Fil-prinċipju l-kuntratti kurrenti kollha jibqgħu jinżammu.

Huwa biss il-likwidatur li għandu d-dritt li jitlob l-eżekuzzjoni tal-kuntratti kurrenti billi jingħata s-servizz imwiegħed lid-debitur.

Il-kuntratt kurrenti jiġi tterminat awtomatikament jekk sa xahar wara, il-likwidatur ma jkunx talab b’mod espliċitu l-eżekuzzjoni tal-kuntratt kurrenti.

L-istess japplika meta l-prestazzjoni tad-debitur tinvolvi l-ħlas ta’ somma flus, fil-jum li l-parti l-oħra għall-kuntratt tkun informata bid-deċiżjoni tal-likwidatur li jwaqqaf il-kuntratt, kif ukoll jekk ma jsirx ħlas.

Il-likwidatur jista’ wkoll jittermina l-kuntratt għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni antiċipata tad-debitur, meta jsib li dan ma għandux biżżejjed fondi biex jissodisfa l-obbligi tiegħu.

Jekk il-prestazzjoni tkun xi ħaġa oħra minbarra l-ħlas ta’ somma flus, il-likwidatur jista’ wkoll jitlob lill-qorti tordna t-terminazzjoni tal-kuntratt jekk tkun meħtieġa għall-operazzjonijiet ta’ likwidazzjoni u ma tippreġudikax eċċessivament l-interessi tal-parti kontraenti l-oħra.

It-trasferiment tal-kuntratti kurrenti

F’każ ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja, jekk il-pjan ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja jipprovdi għat-trasferiment tal-impriża lil parti terza, il-qorti tista’ tordna t-trasferiment tal-kuntratti li huma utli għall-impriża (kera, kuntratt ta’ provvista, konċessjoni, lokazzjoni, liċenzja).

7 X'effetti għandhom il-proċedimenti ta' insolvenza fuq il-proċedimenti miġjuba minn kredituri individwali (bl-eċċezzjoni ta' kawżi pendenti)?

Fil-każ ta’ proċedimenti ta’ falliment, il-kredituri huma mitluba li jasserixxu d-drittijiet tagħhom kontra d-debitur esklussivament fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ falliment u ma jistgħux jaġixxu b’mod individwali bi ħlas kontra d-debitur.

Is-sentenza tal-għeluq tal-proċedimenti ta’ likwidazzjoni ġudizzjarja minħabba insuffiċjenza ta’ assi ma tagħtix id-dritt lill-kredituri li jieħdu azzjonijiet individwali kontra d-debitur.

Hemm eċċezzjoni għal din ir-regola:

- Fil-każ ta’ azzjonijiet li jinvolvu proprjetà akkwistata taħt suċċessjoni miftuħa matul il-proċedimenti ta’ likwidazzjoni ġudizzjarja;

- Meta l-pretensjoni toriġina minn ksur li għalih id-debitur ikun instab ħati jew meta tinvolvi drittijiet marbuta mal-persuna tal-kreditur;

- Meta l-pretensjoni toriġina minn prattiċi frodulenti mwettqa kontra l-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali. L-oriġini frodulenti tal-pretensjoni tiġi stabbilita jew b’deċiżjoni tal-qorti, jew minn piena imposta minn awtorità tas-sigurtà soċjali.

Il-kredituri jirkupraw ukoll id-dritt tagħhom ta’ proċedimenti individwali fil-każijiet li ġejjin:

- Jiġi ddikjarat il-falliment personali tad-debitur;

- Id-debitur kien rikonoxxut ħati ta’ falliment;

- Id-debitur, abbażi ta’ kwalunkwe mill-patrimonji tiegħu, jew persuna ġuridika mmexxija minnu bħala direttur, kien soġġett għal proċedimenti ta’ likwidazzjoni ġudizzjarja preċedenti magħluqa għal nuqqas ta’ assi inqas minn ħames snin qabel il-ftuħ ta’ dawk li għalihom huwa soġġett, kif ukoll id-debitur li, matul il-ħames snin qabel din id-data, ibbenefika minn kanċellazzjoni ta’ dejn;

- Il-proċedimenti nfetħu bħala proċedimenti territorjali fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar il-proċedimenti ta’ falliment.

Barra minn hekk, f’każ ta’ frodi fir-rigward ta’ kreditur jew diversi kredituri, il-qorti tawtorizza l-issoktar tal-azzjonijiet individwali ta’ kwalunkwe kreditur kontra d-debitur. Il-qorti tiddeċiedi waqt l-għeluq tal-proċedimenti wara li tkun semgħet jew debitament ħarrket lid-debitur, lil-likwidatur u lill-kontrolluri. Din tista’ tiddeċiedi wara l-għeluq, fuq talba ta’ kwalunkwe parti interessata taħt l-istess kundizzjonijiet.

8 X’inhu l-effett ta' proċediment ta’ insolvenza fuq il-kontinwazzjoni ta’ kawżi pendenti fil-mument tal-ftuħ ta’ proċediment ta’ insolvenza?

Is-sentenza tal-ftuħ ta’ proċediment ta’ falliment tinterrompi jew tipprojbixxi l-proċedimenti mibdija kontra d-debitur għall-ħlas ta’ somma flus jew it-terminazzjoni ta’ kuntratt għal inadempjenza fil-ħlas ta’ somom ta’ flus.

Il-proċeduri ta’ implimentazzjoni u l-miżuri ta’ preżervazzjoni huma wkoll sospiżi.

L-azzjoni tal-kredituri li aġixxew qabel il-ftuħ tal-proċedimenti kollettivi tiġi interrotta jew sospiża.

Għaldaqstant il-kredituri kollha preċedenti huma kkonċernati, kemm jekk jibbenefikaw jew le minn garanziji.

L-interruzzjoni u l-projbizzjoni tal-proċedimenti japplikaw għall-proċedimenti kollha ta’ falliment.

Il-kawżi pendenti jiġu interrotti sakemm il-kreditur li jkun qed jipproċedi jkun iddikjara l-pretensjoni tiegħu.

Dawn imbagħad jissoktaw iżda biss għall-konstatazzjoni tal-pretensjoni u għall-iffissar tal-ammont tagħha, u mhux biex tingħata kundanna lid-debitur.

L-azzjonijiet u l-proċediment ta’ infurzar apparti minn dawk imsemmija hawn fuq jipproċedu matul il-perjodu ta’ osservazzjoni tad-debitur, wara n-notifika lil partijiet terzi mir-riċevitur uffiċjali, u mill-prattikant fl-insolvenza meta jkollu missjoni ta’ assistenza jew ta’ rappreżentanza tad-debitur, jew wara t-tkomplija ta’ kawża fuq inizjattiva tar-riċevitur uffiċjali jew tal-prattikant fl-insolvenza.

9 Liema huma l-karatteristiċi ewlenin tal-parteċipazzjoni tal-kredituri fil-proċedimenti ta’ insolvenza?

Salvagwardja u riorganizzazzjoni ġudizzjarja

Fid-dawl tal-adozzjoni tal-pjan ta’ salvagwardja, il-kredituri jiġu kkonsultati dwar it-termini tal-ħlas jew il-kanċellazzjoni tad-dejn.

Il-proposti jintbagħtu mill-prattikant fl-insolvenza lir-riċevitur uffiċjali, li jirrappreżenta lill-kredituri.

Ir-riċevitur uffiċjali jiġbor individwalment jew kollettivament il-kunsens ta’ kull kreditur li ddikjara l-pretensjoni tiegħu.

Ir-riċevitur uffiċjali mhuwiex obbligat li jikkonsulta lill-kredituri li t-termini tal-ħlas tagħhom mhumiex ser ikunu affettwati mill-pjan propost jew li l-pjan jipprovdilhom ħlas sħiħ fi flus kontanti malli jiġi ordnat il-pjan jew jiġu ammessi l-pretensjonijiet.

Il-kumitati tal-kredituri

Meta debitur ikollu aktar minn 150 ħaddiem u l-fatturat tiegħu ikun ta’ aktar minn EUR 20 miljun, jiġu maħluqa kumitati ta’ kredituri li jiddeċiedu dwar l-abbozz tal-pjan ta’ approvazzjoni tal-obbligazzjonijiet.

Il-kumitati tal-kredituri jiġbru f’laqgħat separati diversi kategoriji ta’ kredituri li jiġu ppreżentati bi proposti li jkunu jistgħu jiddiskutu dwarhom u li fuqhom jiddeċiedu b’mod kollettiv, jiġifieri l-minoranzi jkollhom joqogħdu għad-deċiżjoni tal-maġġoranza.

Jeżisti kumitat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, magħmul mill-kumpaniji ta’ finanzjament u minn istituzzjonijiet ta’ kreditu u simili, u kumitat magħmul mill-fornituri ewlenin ta’ oġġetti jew servizzi. Meta jkun hemm detenturi ta’ bonds, jitlaqqa’ grupp ġenerali magħmul mill-kredituri kollha li jkollhom bonds maħruġa fi Franza jew f’pajjiż barrani biex jiddeliberaw dwar l-abbozz tal-pjan adottat mill-kumitati tal-kredituri.

Il-kumitati tal-kredituri jridu jkunu kkonsultati mill-prattikant fl-insolvenza dwar l-abbozz tal-pjan u jivvutaw favur pjan qabel il-qorti tieħu d-deċiżjoni tagħha.

Fil-preżenza tal-kumitati tal-kredituri, kwalunkwe kreditur membru ta’ kumitat jista’ jagħmel proposti alternattivi għall-abbozz tal-pjan ippreżentat mid-debitur.

L-abbozz ta’ pjan jista’ b’hekk jiġi mid-debitur jew, f’riorganizzazzjoni ġudizzjarja, mill-prattikant flimkien mad-debitur, iżda jista’ wkoll jiġi minn inizjattiva tal-kredituri membri ta’ dawn il-kumitati. Il-pjan adottat mill-kumitati u, jekk ikun differenti, dak imfassal mid-debitur jew mill-prattikant fl-insolvenza, jistgħu mbagħad jiġu ppreżentati lill-qorti fl-istess ħin.

Il-proċedimenti ta’ salvagwardja aċċelerati

F’każ ta’ ftuħ ta’ proċedimenti ta’ salvagwardja aċċelerati, il-kumitati tal-kredituri- il-kumitat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-kumitat tal-fornituri ta’ oġġetti u servizzi- u jekk ikun il-każ, anki l-laqgħa ġenerali tad-detenturi tal-bonds, għandhom jiġu stabbiliti b’mod obbligatorju.

Il-kredituri li mhumiex fil-kumitati wkoll jiġu kkonsultati individwalment.

Il-proċedimenti ta’ salvagwardja finanzjarja aċċelerati

F’każ ta’ ftuħ ta’ proċedimenti ta’ salvagwardja finanzjarja aċċelerati, il-kumitat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu biss, u jekk ikun il-każ, anki l-laqgħa ġenerali tad-detenturi tal-bonds, jeħtieġu li jiġu stabbiliti.

10 B’liema mod jista’ l-prattikant tal-insolvenza juża jew jiddisponi minn assi tal-patrimonju?

11 Liema talbiet għandhom jiġu ppreżentati kontra l-patrimonju tal-insolvenza tad-debitur u kif għandhom jiġu ttrattati t-talbiet li jsiru wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza?

Il-pretensjonijiet kollha li nħolqu qabel is-sentenza tal-ftuħ tal-proċedimenti jridu jiġu ddikjarati, tkun xi tkun in-natura jew ikun xi jkun il-karattru tagħhom: kummerċjali, ċivili, amministrattiv (Teżor, istituzzjonijiet providenti u tas-sigurtà soċjali) jew kriminali (multi). Ma tagħmilx differenza jekk il-pretensjoni ma tkunx assigurata jew jekk hix superjuri, pagabbli jew limitata, indiskutibbli jew kontinġenti.

Il-pretensjonijiet li jinħolqu b’mod regolari wara s-sentenza tal-ftuħ għall-ħtiġijiet ta’ twettiq tal-proċedimenti jew bħala korrispettiv għal servizz ipprovdut lid-debitur għall-attività professjonali tiegħu, jitħallsu fid-data tal-maturità tagħhom.

12 Liema huma r-regoli li jirregolaw il-preżentata, il-verifika u l-ammissjoni tat-talbiet?

Il-kredituri kollha li l-pretensjoni tagħhom tkun inħolqot qabel is-sentenza tal-ftuħ għandhom jiddikjaraw il-pretensjonijiet tagħhom lir-riċevitur uffiċjali f’każ ta’ salvagwardja jew riorganizzazzjoni ġudizzjarja, jew lil-likwidatur fil-każ ta’ likwidazzjoni.

Il-limitu ta’ żmien għad-dikjarazzjoni huwa ta’ xahrejn mill-pubblikazzjoni legali tas-sentenza tal-ftuħ.

Id-debitur jista’ wkoll jiddikjara huwa stess il-pretensjoni minn wieħed mill-kredituri tiegħu taħt l-istess kundizzjonijiet.

Id-dikjarazzjoni tirrigwarda wkoll ċerti pretensjonijiet li jinħolqu wara s-sentenza tal-ftuħ, dawk li ma jibbenefikawx minn preferenza ta’ ħlas bħall-pretensjonijiet meħtieġa għall-impriża jew relatati mal-bżonnijiet tal-proċedimenti.

Il-pretensjoni ddikjarata trid tindika l-ammont tas-somom dovuti u li se jimmaturaw, id-dati tal-maturità, it-tip ta’ garanzija jew sigurtà eżistenti u l-metodi tal-kalkolu tal-imgħaliexijiet.

Id-dikjarazzjoni tal-pretensjoni ma għandha ebda forma partikolari imposta. Fil-fatt id-dikjarazzjoni trid tesprimi, minnha nfisha u b’mod inekwivoku, ix-xewqa tal-kreditur li jitlob il-ħlas tal-pretensjoni tiegħu, li jidher fid-dikjarazzjoni tal-pretensjonijiet u li jipparteċipa fil-proċedimenti.

Wara li jkun ikkonsulta lid-debitur, ir-riċevitur uffiċjali jfassal il-lista ta’ pretensjonijiet iddikjarati flimkien mal-proposti tiegħu ta’ ammissjoni, rifjut jew referenza lill-qorti kompetenti.

Din il-lista tintbagħat lill-imħallef u lill-prattikant fl-insolvenza.

Qabel ma jaċċetta jew jirrifjuta pretensjoni, l-imħallef jivverifika l-eżistenza, l-ammont u t-tip tagħha, skont l-evidenza li jressaq l-awtur tad-dikjarazzjoni u possibbilment ukoll skont l-evidenza ta’ dawk li jinstemgħu u tar-riċevitur uffiċjali.

Il-kredituri li ma jkunux iddikjaraw il-pretensjonijiet tagħhom fil-ħin jiġu esklużi u għaldaqstant ma jistgħux jieħdu sehem fit-tqassim u lanqas jippretendu dividendi f’każ li jiġi adottat pjan jew jissarrfu l-assi tad-debitur jekk l-imħallef ma jħassarx l-esklużjoni tagħhom.

F’każ li titneħħa l-esklużjoni, dawn jistgħu jieħdu sehem fit-tqassim wara t-talba tagħhom.

Salvagwardja aċċelerata u salvagwardja finanzjarja aċċelerata

Id-debitur ifassal il-lista ta’ pretensjonijiet ta’ kull kreditur li ħa sehem fil-konċilazzjoni u li jridu jitniżżlu fid-dikjarazzjoni tal-pretensjonijiet. Il-lista tiġi ċċertifikata mill-awditur tad-debitur u ddepożitata fir-reġistru tal-qorti.

Ir-riċevitur uffiċjali jibgħat lil kull kreditur is-silta tal-lista li tirrigwarda l-pretensjoni tiegħu.

13 Liema huma r-regoli li jirregolaw it-tqassim tal-assi wara tmiem il-proċedimenti? Kif jiġu kklassifikati t-talbiet u d-drittijiet tal-kredituri?

Kreditur privileġġat jibbenefika minn garanzija li tassiguralu l-prijorità tal-ħlas mid-debitur tiegħu fuq il-kredituri ordinarji l-oħrajn li mhumiex garantiti, f’każ li jinfetħu proċedimenti ta’ falliment fil-konfront tad-debitur.

Għalhekk kreditur jista’ jkun privileġġat:

- għaliex għandu garanzija mingħand id-debitur tiegħu jew li kiseb fil-qorti, jew

- għaliex il-liġi tagħtih il-privileġġ minħabba l-kwalità tiegħu.

Il-kredituri privileġġati mhumiex kollha l-istess. Meta jkun hemm diversi kredituri privileġġati li qed jikkompetu, dawn jitħallsu f’ordni stabbilita bil-liġi, imma dejjem qabel il-kredituri mhux garantiti.

Il-kredituri mhux garantiti jitħallsu mill-assi li jifdal tad-debitur wara li jkunu tħallsu l-kredituri privileġġati. It-tqassim isir proporzjonalment.

Il-gradi ta’ privileġġi

Il-proċedimenti ta’ salvagwardja u riorganizzazzjoni ġudizzjarja

Il-likwidazzjoni tal-prezz tal-bejgħ ta’ proprjetà immobbli bejn il-kredituri ssir fl-ordni li ġejja:

  1. Pretensjonijiet “super privileġġati” tal-pagi: il-ħlas tar-rimunerazzjoni tal-aħħar sittin jum ta’ xogħol qabel id-deċiżjoni tal-ftuħ;
  2. L-ispejjeż tal-qorti li nħolqu b’mod regolari wara s-sentenza tal-ftuħ għall-ħtiġijiet tat-twettiq tal-proċedimenti: spejjeż relatati mal-konservazzjoni, il-likwidazzjoni tal-assi u t-tqassim tal-prezz bejn il-kredituri (spejjeż ta’ inventarju u ta’ reklamar, kumpens għar-riċevituri uffiċjali…) ;
  3. Pretensjonijiet iggarantiti mill-privileġġ tal-konċilazzjoni: tgħodd għall-kredituri li jagħtu kontribut ġdid fi flus jew jipprovdu oġġett jew servizz ġdid, sabiex l-impriża tkompli l-attività tagħha u tibqa’ sostenibbli;
  4. Il-privileġġ tal-pretensjonijiet ta’ wara s-sentenza tal-ftuħ: pretensjonijiet li jinħolqu għall-ħtiġijiet tat-twettiq tal-proċedimenti jew biex l-impriża tkompli l-attività tagħha temporanjament, jew pretensjonijiet li jinħolqu bħala korrispettiv għal servizz ipprovdut lid-debitur waqt iż-żamma tal-attività jew it-twettiq ta’ kuntratt kurrenti li jkun żamm il-likwidatur, jew pretensjonijiet maħluqa għall-ħtiġijiet tal-ħajja ta’ kuljum tad-debitur individwali;
  5. Pretensjonijiet garantiti mill-privileġġ ġenerali tal-ħaddiema: il-ħlas tar-rimunerazzjoni tal-aħħar sitt xhur ta’ xogħol qabel id-deċiżjoni tal-ftuħ;
  6. Pretensjonijiet garantiti minn privileġġ speċjali jew minn ipoteka;
  7. Pretensjonijiet mhux garantiti.

Il-likwidazzjoni tal-prezz tal-bejgħ ta’ proprjetà mobbli bejn il-kredituri ssir fl-ordni li ġejja:

  1. Pretensjonijiet garantiti minn garanzija speċjali trasferibbli bi dritt ta’ rahan;
  2. Pretensjonijiet “super privileġġati” tal-pagi: il-ħlas tar-rimunerazzjoni tal-aħħar sittin jum ta’ xogħol qabel id-deċiżjoni tal-ftuħ.
  3. L-ispejjeż tal-qorti li nħolqu b’mod regolari wara s-sentenza tal-ftuħ għall-ħtiġijiet tat-twettiq tal-proċedimenti: spejjeż relatati mal-konservazzjoni, il-likwidazzjoni tal-assi u t-tqassim tal-prezz bejn il-kredituri (spejjeż ta’ inventarju u ta’ reklamar, kumpens għar-riċevituri uffiċjali…) ;
  4. Pretensjonijiet iggarantiti mill-privileġġ tal-konċilazzjoni: tgħodd għall-kredituri li jagħtu kontribut ġdid fi flus jew jipprovdu oġġett jew servizz ġdid, sabiex l-impriża tkompli l-attività tagħha u tibqa’ sostenibbli;
  5. Il-privileġġ tal-pretensjonijiet ta’ wara s-sentenza tal-ftuħ: pretensjonijiet li jinħolqu għall-ħtiġijiet tat-twettiq tal-proċedimenti jew biex l-impriża tkompli l-attività tagħha temporanjament, jew pretensjonijiet li jinħolqu bħala korrispettiv għal servizz ipprovdut lid-debitur waqt iż-żamma tal-attività jew it-twettiq ta’ kuntratt kurrenti li jkun żamm il-likwidatur, jew pretensjonijiet maħluqa għall-ħtiġijiet tal-ħajja ta’ kuljum tad-debitur individwali;
  6. Il-privileġġ tat-Teżor;
  7. Pretensjonijiet garantiti minn privileġġ speċjali trasferibbli mingħajr dritt ta’ rahan;
  8. Pretensjonijiet garantiti minn privileġġi ġenerali trasferibbli oħrajn;
  9. Pretensjonijiet mhux garantiti.

Il-likwidazzjoni

Il-likwidazzjoni tal-prezz tal-bejgħ ta’ proprjetà immobbli bejn il-kredituri ssir fl-ordni li ġejja:

  1. Pretensjonijiet “super privileġġati” tal-pagi: il-ħlas tar-rimunerazzjoni tal-aħħar sittin jum ta’ xogħol qabel id-deċiżjoni tal-ftuħ;
  2. L-ispejjeż tal-qorti li nħolqu b’mod regolari wara s-sentenza tal-ftuħ għall-ħtiġijiet tat-twettiq tal-proċedimenti: spejjeż tal-inventarju u ta’ reklamar, rimunerazzjoni tar-riċevituri uffiċjali;
  3. Pretensjonijiet garantiti mill-privileġġ tal-konċilazzjoni: tgħodd għall-kredituri li jagħtu kontribut ġdid fi flus jew jipprovdu oġġett jew servizz ġdid, sabiex l-impriża tkompli l-attività tagħha u tibqa’ sostenibbli;
  4. Pretensjonijiet garantiti minn kollaterali immobiljari speċjali;
  5. Il-privileġġ tal-pretensjonijiet ta’ wara s-sentenza tal-ftuħ: pretensjonijiet li jinħolqu għall-ħtiġijiet tat-twettiq tal-proċedimenti jew biex l-impriża tkompli l-attività tagħha temporanjament, jew pretensjonijiet li jinħolqu bħala korrispettiv għal servizz ipprovdut lid-debitur waqt iż-żamma tal-attività jew it-twettiq ta’ kuntratt kurrenti li jkun żamm il-likwidatur, jew pretensjonijiet maħluqa għall-ħtiġijiet tal-ħajja ta’ kuljum tad-debitur individwali;
  6. Pretensjonijiet mhux garantiti.

Il-likwidazzjoni tal-prezz tal-bejgħ ta’ proprjetà mobbli bejn il-kredituri ssir fl-ordni li ġejja:

  1. Pretensjonijiet garantiti minn garanzija speċjali trasferibbli bi dritt ta’ rahan;
  2. Pretensjonijiet “super privileġġati” tal-pagi: il-ħlas tar-rimunerazzjoni tal-aħħar sittin jum ta’ xogħol qabel id-deċiżjoni tal-ftuħ;
  3. L-ispejjeż tal-qorti li nħolqu b’mod regolari wara s-sentenza tal-ftuħ għall-ħtiġijiet tat-twettiq tal-proċedimenti: spejjeż tal-inventarju u ta’ reklamar, rimunerazzjoni tar-riċevituri uffiċjali;
  4. Pretensjonijiet garantiti mill-privileġġ tal-konċilazzjoni:
  5. Il-privileġġ tal-pretensjonijiet ta’ wara s-sentenza tal-ftuħ: pretensjonijiet li jinħolqu għall-ħtiġijiet tat-twettiq tal-proċedimenti jew biex l-impriża tkompli l-attività tagħha temporanjament, jew pretensjonijiet li jinħolqu bħala korrispettiv għal servizz ipprovdut lid-debitur waqt iż-żamma tal-attività jew it-twettiq ta’ kuntratt kurrenti li jkun żamm il-likwidatur, jew pretensjonijiet maħluqa għall-ħtiġijiet tal-ħajja ta’ kuljum tad-debitur individwali;
  6. Pretensjonijiet garantiti minn ipoteka trasferibbli jew pretensjonijiet garantiti permezz ta’ rahan fuq it-tagħmir jew l-għodda;
  7. Il-privileġġ tat-Teżor;
  8. Pretensjoni garantita minn garanzija speċjali trasferibbli mingħajr dritt ta’ rahan;
  9. Privileġġi trasferibbli oħrajn (l-Artikolu 2331 tal-Kodiċi Ċivili) u l-privileġġ ġenerali tal-pagi;
  10. Pretensjonijiet mhux garantiti.

14 Liema huma l-kundizzjonijiet għal, u l-effetti tal-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza (b'mod partikolari b'miżura komposta)?

Il-proċedimenti ta’ salvagwardja u riorganizzazzjoni ġudizzjarja

Il-proċedimenti ta’ salvagwardja u ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja ġew imposti biex, permezz ta’ pjan, il-kumpanija tiġi salvagwardjata, l-attività u l-impjiegi jinżammu u d-djun jiġu kklerjati. Pjan ta’ salvagwardja jew ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja jista’ jiġi deċiż biss jekk dawn il-kundizzjonijiet ikunu ssodisfati.

Id-debitur f’każ ta’ salvagwardja, jew il-prattikant fl-insolvenza, f’każ ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja, ifassal l-abbozz tal-pjan jekk ikun hemm il-possibbiltà serja li l-impriża tiġi salvagwardjata. Dan jinkludi tliet komponenti:

— komponent ekonomiku u finanzjarju li jiddetermina l-prospetti ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja skont il-possibbiltajiet u l-forom ta’ attivitajiet, il-kundizzjonijiet tas-suq u l-mezzi finanzjarji disponibbli;

— definizzjoni tat-termini tas-saldu tad-dejn u tal-garanziji eventwali li l-kap tal-impriża jrid jieħu biex jiżgura l-implimentazzjoni tiegħu;

— komponent soċjali, li fih huwa jiddeskrivi u jiġġustifika l-livell u l-prospetti ta’ impjiegi kif ukoll il-kundizzjonijiet soċjali previsti għall-issoktar tal-attività. Meta l-abbozz tal-pjan jinvolvi sensji għal raġunijiet ekonomiċi, għandu jfakkar il-miżuri li diġà ttieħdu u jispjega l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu biex jiffaċilitaw it-tibdil fl-impjiegi u l-kumpens lill-ħaddiema li l-impjieg tagħhom jinsab f’riskju.

Il-pjan għandu jsemmi l-impenji kollha meħuda mill-persuni responsabbli għat-twettiq tar-riorganizzazzjoni ġudizzjarja tal-impriża u li huma meħtieġa għaliha.

Il-qorti mbagħad tiddeċiedi dwar l-abbozz tal-pjan ippreżentat lilha mid-debitur jew minn kreditur.

Id-deċiżjoni tal-qorti li tistabbilixxi pjan ta’ salvagwardja jew ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja jew pjan ta’ bejgħ hija deċiżjoni ġudizzjarja. Il-pjan għandu jippreżenta wkoll aspett kuntrattwali, jekk ikunu ġew iffurmati kumitati ta’ kredituri.

Pjan ma jistax idum aktar minn għaxar snin, u minn ħmistax-il sena fil-każ tal-bdiewa.

Il-qorti taħtar lill-prattikant fl-insolvenza jew lir-riċevitur uffiċjali għat-terminu tal-pjan bħala kummissarju li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjan.

L-ordni tal-pjan ittemm il-perjodu ta’ osservazzjoni. Id-debitur jerġa’ jieħu l-pussess tal-proprjetà tiegħu, u jista’ jerġa’ jmexxi l-impriża tiegħu, soġġett għal miżuri li l-qorti tkun imponietlu fil-pjan.

Fil-fatt id-debitur irid jirrispetta d-dispożizzjonijiet tal-pjan fl-aspetti kollha tiegħu.

Inkella, f’każ ta’ nuqqas ta’ twettiq tal-impenji tiegħu jew f’każ li jieqfu l-pagamenti waqt l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ salvagwardja jew ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja, id-debitur ikun f’riskju li l-pjan jiġi kkanċellat u jerġgħu jibdew il-proċedimenti.

Konverżjoni f’likwidazzjoni

Il-likwidazzjoni tista’ tiġi deċiża waqt jew wara l-perjodu ta’ osservazzjoni mibdi permezz ta’ sentenza ta’ salvagwardja jew sentenza ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja.

Il-qorti trid tordna l-likwidazzjoni, meta jkun impossibbli li l-impriża tkompli jew meta pjan ta’ bejgħ ma jistax jiġi ordnat fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja.

Tmiem tal-obbligi tad-debitur individwali f’likwidazzjoni

L-iżvestiment tad-debitur jiddekorri mill-jum li fih tiġi ddikjarata l-likwidazzjoni sal-għeluq tal-likwidazzjoni. Huwa minn dakinhar li jirkupra d-drittijiet tiegħu u jista’ jeżerċita l-attività tiegħu mill-ġdid.

15 X'inhuma d-drittijiet tal-kredituri wara l-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza?

It-tmiem tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ salvagwardja jew ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja ma jippermettix lill-kredituri li ma kinux iddikjaraw il-pretensjoni tagħhom li jipproċedu kontra d-debitur.

L-issoktar eċċezzjonali tal-proċedimenti individwali huwa previst biss speċifikament meta tagħlaq il-likwidazzjoni minħabba li ma jkunx hemm biżżejjed assi.

Meta l-proċedimenti ta’ falliment jitqiesu magħluqa

Il-perjodu ta’ osservazzjoni jindika l-perjodu bejn id-data tas-sentenza tal-ftuħ sad-data tas-sentenza li tordna l-pjan ta’ salvagwardja jew ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja, jew li tħabbar il-likwidazzjoni.

Fi proċedimenti ta’ salvagwardja bħal fi proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja, l-attività tkompli matul il-perjodu ta’ osservazzjoni u d-debitur ikompli fil-prinċipju jmexxi l-impriża, b’ċerti restrizzjonijiet.

Meta jkun hemm il-possibbiltà serja li impriża tista’ tiġi salvagwardjata, il-perjodu ta’ osservazzjoni jkun maħsub li jintemm bi pjan ta’ salvagwardja jew ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja.

L-adozzjoni ta’ pjan ta’ salvagwardja jew ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja tippermetti lid-debitur jirkupra l-kontroll tan-negozju tiegħu, madankollu ma tfissirx li jintemmu l-proċedimenti.

Fil-fatt, l-għeluq tal-proċedimenti jseħħ meta r-rapport tat-tmiem tal-missjoni tal-prattikant fl-insolvenza u tar-riċevitur uffiċjali ikun approvat mill-imħallef. Il-president tal-qorti mbagħad jagħti ordni ta’ għeluq li tkun miżura ta’ amministrazzjoni ġudizzjarja definittiva.

Il-proċedimenti b’hekk jingħalqu legalment meta jiġi ordnat l-għeluq.

Madankollu, l-effetti tal-proċedimenti ma jiqfux mal-ordni tal-għeluq peress li l-pjan ta’ salvagwardja jew ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja ikun għadu għaddej.

Id-debitur irid jirrispetta d-dispożizzjonijiet tal-pjan fl-aspetti kollha tiegħu.

Inkella, f’każ ta’ nuqqas ta’ twettiq tal-impenji tiegħu jew f’każ li jieqfu l-pagamenti waqt l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ salvagwardja jew ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja, id-debitur ikun f’riskju li l-pjan jiġi kkanċellat u jerġgħu jibdew il-proċedimenti.

16 Min għandu jagħmel tajjeb għall-kostijiet u l-ispejjeż involuti fil-proċedimenti ta' insolvenza?

L-ispejjeż u l-ispejjeż tal-proċedimenti għandhom jitħallsu mill-impriża soġġetta għall-proċedimenti ta’ falliment.

17 X'inhuma r-regoli li għandhom x'jaqsmu man-nullità, l-annullabbiltà u n-nuqqas ta' eżekutorjetà ta' atti ġuridiċi detrimentali għall-korp ġenerali ta' kredituri?

Meta l-qorti tiftaħ proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja jew ta’ likwidazzjoni ġudizzjarja, id-data tal-waqfien tal-ħlasijiet tad-debitur bħala prinċipju titqies li sseħħ fid-data tas-sentenza tal-ftuħ tal-proċedimenti.

Madankollu l-qorti għandha l-possibbiltà li tiffissa d-data ta’ sospensjoni tal-ħlasijiet għal data preċedenti sa 18-il xahar mid-data tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment.

Il-perjodu ta’ bejn id-data tal-waqfien tal-ħlasijiet u d-data tal-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja jew ta’ likwidazzjoni ġudizzjarja f’dan il-każ jissejjaħ “perjodu ta’ suspett”.

Ċerti atti mwettqa mid-debitur fil-perjodu ta’ suspett li jidhru frodulenti jiġu kkanċellati.

L-azzjoni ta’ invalidità tal-atti li seħħew waqt il-perjodu ta’ suspett hija fil-kompetenza esklussiva tal-qorti responsabbli mill-proċedimenti.

Il-ftuħ tal-azzjoni huwa riżervat għall-prattikant fl-insolvenza, għar-riċevitur uffiċjali, għal-likwidatur u għall-prosekutur pubbliku.

Il-kredituri jistgħu wkoll individwalment, jew b’mod kollettiv permezz tar-riċevitur uffiċjali, jiftħu azzjoni ta’ annullament tal-atti mwettqa mid-debitur.

L-att huwa invalidu fir-rigward ta’ kulħadd u jitħassar b’mod retroattiv.

Jeżistu tnax-il każ ta’ invalidità obbligatorja għal atti mhux normali.:

  • L-atti kollha bla ħlas li jassenjaw proprjetà trasferibbli jew immobbli;
  • Kwalunkwe kuntratt kommutattiv li fih l-obbligi tad-debitur jeċċedu b’mod sinifikanti dawk tal-parti l-oħra;
  • Kwalunkwe ħlas, kien x’kien il-metodu tiegħu, għal djun mhux dovuti fil-jum tal-ħlas;
  • Kwalunkwe ħlas għal djun pendenti, magħmula b’mod ieħor għajr fi flus, kambjali ta’ negozju, trasferimenti ta’ kreditu, noti ta’ debitu ta’ bejgħ jew kwalunkwe metodu ieħor ta’ pagament normalment aċċettat fir-relazzjonijiet ta’ negozju;
  • Kull depożitu u kull kunsinna ta’ somom magħmula wara rahan ta’ proprjetà fl-assenza ta’ deċiżjoni tal-qorti li tkun saret res judicata;
  • Kull ipoteka konvenzjonali, kull ipoteka ġudizzjarja kif ukoll kull ipoteka legali tal-konjuġi u kull dritt ta’ ipotekazzjoni jew rahan magħmula fuq il-proprjetà tad-debitur għal djun ikkuntrattati qabel;
  • Kull miżura ta’ konservazzjoni, sakemm ir-reġistrazzjoni jew l-att ta’ sekwestru ma jkunx preċedenti għad-data tas-sospensjoni tal-pagament;
  • Kull awtorizzazzjoni u tneħħija ta’ għażliet mill-impjegati tal-impriża;
  • Kull trasferiment ta’ proprjetà jew ta’ drittijiet f’patrimonju fiduċjarju, sakemm dan it-trasferiment ma sarx bħala garanzija ta’ dejn ikkuntrattat fl-istess ħin;
  • Kwalunkwe emenda għal ftehim fiduċjarju li taffettwa lid-drittijiet jew lill-proprjetà diġà ttrasferiti f’patrimonju fiduċjarju għall-garanzija ta’ djun ikkuntrattati qabel din l-emenda;
  • Meta d-debitur ikun imprenditur individwali b’responsabbiltà limitata, kwalunkwe allokazzjoni jew emenda fl-allokazzjoni ta’ proprjetà, bla ħsara għall-ħlas tad-dħul mhux allokat għall-attività professjonali, li minnha rriżulta t-tnaqqis tal-patrimonju kkonċernat mill-proċedimenti għall-benefiċċju ta’ patrimonju ieħor ta’ dan l-imprenditur;
  • Id-dikjarazzjoni notarili mid-debitur ta’ nuqqas ta’ sekwestru.

Dawn l-atti għandhom jiġu annullati mill-qorti, kemm jekk il-partijiet ikunu in bona fede kif ukoll jekk ikunu in mala fede.

Barra minn hekk il-qorti tista’ tikkanċella l-atti bla ħlas li jassenjaw proprjetà trasferibbli jew immobbli u d-dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ sekwestru, magħmula fis-sitt xhur qabel id-data tas-sospensjoni tal-pagamenti. Dawn il-każijiet huma soġġetti għal invalidità fakultattiva.

L-aħħar aġġornament: 13/02/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Insolvenza - il-Kroazja

1 Kontra min jistgħu jinfetħu proċedimenti ta' insolvenza?

Il-proċedimenti ta’ qabel il-falliment u ta’ falliment jistgħu jitressqu kontra persuni ġuridiċi kif ukoll kontra l-assi ta’ debitur individwali sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor bil-liġi. Debitur individwali għall-finijiet tal-Att dwar il-Fallimenti (Stečajni zakon) – "SZ") huwa persuna fiżika soġġetta għal taxxa fuq id-dħul minn attività ta’ persuna li taħdem għal rasha taħt id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul (Zakon o porezu na dohodak) jew persuna fiżika soġġetta għat-taxxa korporattiva fuq id-dħul skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar it-Taxxa Korporattiva fuq id-Dħul (Zakon o porezu na dobit).

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza?

a) Il-proċedimenti ta’ qabel il-falliment jistgħu jinfetħu jekk il-qorti tistabbilixxi l-eżistenza ta’ insolvenza imminenti, jiġifieri l-qorti tikkonkludi li d-debitur ma jkunx jista’ jissodisfa l-obbligazzjonijiet eżistenti fid-data li jkunu dovuti fiha.

L-insolvenza titqies li tkun imminenti jekk ikunu għadhom ma nqalgħux iċ-ċirkostanzi li minħabba fihom id-debitur ikun jitqies insolventi u jekk:

- fir-Reġistru tal-ordni ta’ prijorità tal-obbligazzjonijiet tal-ħlas miżmumu mill-Aġenzija Finanzjarja (Financijska agencija), id-debitur ikollu obligazzjoni waħda jew aktar mhux issodisfati rreġistrati li għalihom kien hemm bażi valida għall-ħlas u li kien jenħtieġ li jinġabru, mingħajr approvazzjoni oħra mid-debitur, minn kwalunkwe wieħed mill-kontijiet tiegħu, jew

- id-debitur ikun aktar minn 30 jum tard bil-ħlas ta’ salarji lill-impjegati skont kuntratt ta’ xogħol, regolamenti tax-xogħol, ftehim kollettiv jew regolamenti speċjali, jew dokument ieħor li jirregola l-obbligi ta’ min iħaddem lejn l-impjegati, jew

- id-debitur jonqos milli jħallas il-kontribuzzjonijiet u t-taxxi fi żmien 30 jum għas-salarji msemmija fis-subparagrafu preċedenti, li jibdew jgħoddu mid-data meta kien meħtieġ iħallas is-salarji lill-impjegati.

b) Il-proċedimenti ta’ falliment jistgħu jinbdew jekk il-qorti tistabbilixxi l-eżistenza ta’ raġunijiet għall-falliment, jiġifieri insolvenza jew dejn żejjed.

L-insolvenza tkun teżisti jekk b’mod kontinwu d-debitur ma jkunx kapaċi jissodisfa l-obbligazzjonijiet finanzjarji pendenti tiegħu. Il-fatt li d-debitur ikun issodisfa jew ikun jista’ jissodisfa b’mod sħiħ jew b’mod parzjali l-pretensjonijiet ta’ wħud mill-kredituri ma jikkwalifikax lid-debitur bħala solventi.

Id-debitur jitqies insolventi:

− jekk, fir-Reġistru tal-ordni ta’ prijorità tal-obbligazzjonijiet tal-ħlas miżmum mill-Aġenzija Finanzjarja, ikollu obbligazzjoni waħda jew aktar mhux issodisfati rreġistrati, dovuti għal aktar minn 60 jum, li għalihom ikun hemm bażi valida għall-ħlas u li kien jenħtieġ li jinġabru, mingħajr approvazzjoni oħra mid-debitur, minn kwalunkwe wieħed mill-kontijiet tiegħu

− jekk ma jkunx ħallas tliet salarji konsekuttivi lill-impjegati tiegħu taħt kuntratt ta’ xogħol, regolamenti tax-xogħol, ftehim kollettiv jew regolamenti speċjali jew dokument ieħor li jirregola l-obbligi ta’ min iħaddem lejn l-impjegati.

Id-dejn żejjed jitqies li jkun jeżisti jekk l-assi tad-debitur, bħala persuna ġuridika, ma jibqgħux ikopru l-obbligazzjonijiet eżistenti tiegħu.

3 Liema huma l-assi li jiffurmaw parti mill-patrimonju tal-insolvenza? Kif jiġu ttrattati l-assi li huma miksuba minn, jew li jiddevolvu lid-debitur wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza?

Fil-proċedimenti tal-falliment, il-patrimonju tal-falliment jinkludi l-assi totali li huma proprjetà tad-debitur meta jkunu nfetħu l-proċedimenti ta’ falliment u l-assi akkwistati mid-debitur matul il-proċedimenti ta’ falliment. Il-patrimonju tal-falliment jintuża biex jissodisfa l-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ falliment u pretensjonijiet tal-kredituri tad-debitur u pretensjonijiet li s-saldu tagħhom ikun ġie garantit b’ċerti drittijiet fuq l-assi tad-debitur.

L-użu liberu tal-assi mill-patrimonju tal-falliment minn persuni li qabel kienu awtorizzati biex jirrappreżentaw lid-debitur skont il-liġi, jew mid-debitur individwali wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, ma għandu l-ebda effett legali, ħlief għall-użu li huwa rregolat mir-regoli ġenerali li jżommu l-prinċipju ta’ fiduċja fir-reġistri pubbliċi. Il-korrispettiv jiġi rritornat lill-kontroparti mill-patrimonju tal-falliment jekk ikun żied il-valur tal-patrimonju tal-falliment.

Jekk id-debitur individwali jkun akkwista wirt jew legat qabel il-ftuħ jew matul il-proċedimenti ta’ falliment, id-debitur biss huwa intitolat li jaċċetta jew jirrinunzja l-wirt jew il-legat.

Jekk debitur jifforma koproprjetà jew kwalunkwe relazzjoni legali oħra jew sħubija ma’ persuna terza, id-distribuzzjoni tal-assi ssir barra mill-proċedimenti ta’ falliment. Jista’ jintalab saldu separat mis-sehem tad-debitur għas-saldu ta’ obbligazzjonijiet li joħorġu minn dik ir-relazzjoni.

4 X’setgħat għandhom id-debitur u l-prattikant tal-insolvenza, rispettivament?

a) Proċediment ta’ qabel il-falliment – ir-rekwiżiti għall-ħatra ta’ fidjuċjarju huma l-istess bħal dawk għall-ħatra ta’ likwidatur. Jekk tqis li jkun meħtieġ, il-qorti taħtar fiduċjarju bid-deċiżjoni tagħha dwar il-bidu tal-proċedimenti ta’ qabel il-falliment. Id-dmirijiet tal-fiduċjarju jieqfu fid-data tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar il-konferma ta’ ftehim ta’ qabel il-falliment, fid-data tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment jew bis-saħħa ta’ deċiżjoni tal-kredituri.

Il-fiduċjarju fil-proċedimenti ta’ qabel il-falliment huwa meħtieġ li:

1. jeżamina l-operazzjonijiet tan-negozju tad-debitur

2. jeżamina l-lista tal-assi u obbligazzjonijiet tad-debitur

3. jeżamina l-kredibbiltà tal-pretensjonijiet irreġistrati

4. jikkontesta l-pretensjonijiet jekk, fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet maħruġa mill-kredituri jew xi raġunijiet oħra, ikollu dubji dwar il-veraċità tagħhom

5. jissorvelja l-operazzjonijiet tan-negozju tad-debitur, b’mod partikolari l-operazzjonijiet finanzjarji tagħhom, l-istabbiliment tal-obbligazzjonijiet lejn partijiet terzi, il-ħruġ ta’ strumenti ta’ assigurazzjoni tal-ħlas u l-attivitajiet tan-negozju fil-bejgħ ta’ oġġetti jew servizzi, filwaqt li jiġi żgurat li ma ssirx ħsara lill-assi tad-debitur

6. iressaq ilment quddiem il-qorti jekk id-debitur jaġixxi bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 67 tal-SZ

7. joħroġ ordnijiet u ċertifikati skont l-Artikoli 69 u 71 tal-SZ

8. jiżgura li l-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ qabel il-falliment jiġu ssodisfati kompletament u fil-ħin

9. imexxi attivitajiet oħra skont l-SZ.

Mid-data meta jinfetħu l-proċedimenti ta’ qabel il-falliment sal-konklużjoni tagħhom, id-debitur jista’ jagħmel ħlasijiet biss li huma meħtieġa għall-operazzjonijiet regolari tiegħu tan-negozju. F’dan il-perjodu, id-debitur ma jistax jissodisfa l-obbligazzjonijiet li kienu mġarrba u saru dovuti qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ qabel il-falliment ħlief obbligazzjonjiet ta’ ħlass gross lejn l-impjegati u l-eks impjegati tad-debitur li jirriżultaw mir-relazzjoni tax-xogħol fejn il-pretensjonijiet ikunu saru dovuti sad-data ta’ meta nfetħu l-proċedimenti ta’ qabel il-falliment, il-ħlas tat-terminazzjoni sal-ammont stipulat mil-liġi u l-ftehimiet kollettivi, il-pretensjonijiet ta’ ħsara minħabba korriment imġarrab fuq ix-xogħol jew mard relatat max-xogħol, u l-pretensjonijiet ibbażati fuq is-salarji tal-impjegati miżjuda bl-ammont ta’ kontribuzzjonijiet bażi u drittijiet sostantivi oħra tal-impjegati skont kuntratti ta’ xogħol u ftehimiet kollettiv li jkunu saru dovuti wara t-tressiq tal-proposta biex jinfetħu l-proċedimenti ta’ qabel il-falliment, kif ukoll ħlasijiet oħra meħtieġa għall-operazzjonijiet regolari tan-negozju kif stabbiliti b’liġi speċjali.

Mid-data meta titressaq il-proposta biex jinfetħu proċedimenti ta’ qabel il-falliment sakemm tinħareġ id-deċiżjoni dwar il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ qabel il-falliment, id-debitur ma jistax ineħħi jew jaggrava l-assi tiegħu ħlief fuq il-bażi ta’ approvazzjoni minn qabel mill-fiduċjarju, jew il-qorti jekk ma jkunx inħatar fiduċjarju.

b) Proċedimenti ta’ falliment – il-likwidatur fil-proċedimenti ta’ falliment jintgħażel b’mod każwali mil-lista "A" tal-likwidaturi għat-territorju kopert mill-qorti kompetenti, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fl-SZ. Fuq il-bażi ta’ din l-għażla, il-qorti taħtar il-likwidatur fid-deċiżjoni dwar il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment. Bħala eċċezzjoni, jekk ikun inħatar fiduċjarju fil-proċedimenti ta’ falliment qabel il-proċedimenti ta’ falliment jew jekk ikun inħatar likwidatur proviżorju fil-proċedimenti ta’ falliment, il-qorti taħtar il-fiduċjarju, jew il-likwidatur proviżorju, bħala l-likwidatur.

Il-likwidatur ikun involut fid-drittijiet u l-obbligi tal-korpi korporattivi tad-debitur, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-SZ Jekk id-debitur ikompli jmexxi l-operazzjonijiet tan-negozju matul il-proċedimenti ta’ falliment skont l-Artikolu 217(2) tal-SZ, il-likwidatur jimmaniġġja l-operazzjonijiet tan-negozju.

Il-likwidatur jirrappreżenta lid-debitur. Il-likwidatur jimmaniġġja biss dawk l-operazzjonijiet ta’ debitur individwali li jikkonċernaw il-patrimonju tal-falliment u jirrappreżenta lid-debitur bis-setgħat ta’ rappreżentant legali.

Il-likwidatur huwa obbligat li jaġixxi b’kuxjenza u b’mod ordnat, u b’mod partikolari

1. jorganizza r-rekords tal-kontabbilità sad-data tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment

2. jiġbor stima preliminari tal-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ falliment u li jwassalha lill-kumitat tal-kredituri għall-approvazzjoni

3. li jistabbilixxi kumitat għall-inventarju tal-assi

4. li jiġbor bilanċ inizjali tal-assi tad-debitur

5. li jimmaniġġja bid-diliġenza dovuta l-konklużjoni tal-operazzjonijiet mibdija iżda mhux mitmuma tad-debitur u l-operazzjonijiet meħtieġa għall-prevenzjoni tal-ħsara lill-assi tad-debitur

6. li jiżgura t-twettiq tal-pretensjonijiet tad-debitur

7. li jwettaq b’kuxjenza l-operazzjonijiet tan-negozju tad-debitur imsemmija fl-Artikolu 217(2) tal-SZ

8. li jwassal lill-Istitut Kroat għall-Assigurazzjoni tal-Pensjonijiet id-dokumenti relatati mal-istatus tal-liġi dwar ix-xogħol tal-benefiċjarji

9. li jwettaq jew jiġbor bid-diliġenza dovuta l-proprjetà u d-drittijiet tad-debitur li jiffurmaw parti mill-patrimonju tal-falliment

10. li jipprepara t-tqassim għall-kredituri u jesegwixxi t-tqassim wara l-approvazzjoni

11. li jagħti kont finali lill-kumitat tal-kredituri

12. li jagħmel distribuzzjonijiet sussegwenti lill-kredituri

13. li wara l-konklużjoni tal-proċedimenti ta’ falliment jirrappreżenta l-patrimonju tal-falliment skont l-SZ.

Il-likwidatur irid jippreżenta rapporti bil-miktub dwar il-kors tal-proċedimenti ta’ falliment u dwar il-bilanċ tal-patrimonju tal-falliment, fuq formola standard mill-inqas darba kull tliet xhur.

5 Taħt liema kundizzjonijiet tiġi invokata t-tpaċija?

Jekk, fil-mument tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, il-kreditur, skont il-liġi jew kuntratt, kien intitolat għal tpaċija, il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment ma jkollu l-ebda effett fuq dak id-dritt.

Jekk, fil-ħin tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, ikun hemm pretensjoni waħda jew aktar li jkollhom jiġu mpaċija taħt kundizzjoni sospensiva, jew ma jkunux dovuti jew ma jkunux maħsuba li jitwettqu bl-istess mod, it-tpaċija sseħħ meta jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet meħtieġa. Għat-tpaċija ma tapplikax ir-regola li tistipula li l-pretensjonijiet pendenti jsiru dovuti mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, u li pretensjonijiet mhux finanzjarji jew pretensjonijiet għal ammont monetarju mhux speċifikat ikunu stabbiliti bil-valur monetarju li jkunu ġew stmati bih dak iż-żmien meta jkunu nfetħu l-proċedimenti ta’ falliment. Jekk il-pretensjoni li jkollha tintuża għat-tpaċija ssir inkondizzjonata u dovuta qabel ma tkun possibbli t-tpaċija, it-tpaċija tiġi eskluża.

It-tpaċija mhijiex eskluża għal pretensjonijiet iddenominati f’muniti jew unitajiet tal-kontijiet differenti sakemm dawn il-muniti jew unitajiet tal-kontijiet jistgħu jiġu skambjati faċilment fil-post tas-saldu tal-pretensjoni użata għat-tpaċija. Il-konverżjoni titwettaq skont ir-rata tal-kambju valida fil-post tas-saldu fil-mument meta tasal id-dikjarazzjoni dwar it-tpaċija.

It-tpaċija tkun inammissibbli:

1. jekk l-obbligazzjoni tal-kreditur lejn il-patrimonju tal-falliment tkun seħħet biss wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment

2. jekk il-pretensjoni tkun ġiet ċeduta lill-kreditur minn kreditur ieħor biss wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment

3. jekk il-kreditur ikun akkwista l-pretensjoni tiegħu b’assenjazzjoni fl-aħħar sitt xhur qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, jew jekk il-proċedimenti ta’ qabel il-falliment ma jkunux infetħu fl-aħħar sitt xhur qabel il-jum tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment u l-kreditur kien jaf jew kellu jkun jaf li d-debitur kien sar insolventi, jew li kienet ġiet ippreżentata proposta biex jinfetħu l-proċedimenti ta’ qabel il-falliment jew proċedimenti ta’ falliment kontra d-debitur. B’deroga, it-tpaċija tkun permessa jekk il-pretensjoni tkun ġiet assenjata fir-rigward tas-sodisfar ta’ kuntratt li ma jkunx ġie ssodisfat jew jekk id-dritt li tiġi ssodisfata l-pretensjoni jkun reġa’ ġie akkwistat minn sfida ta’ suċċess kontra tranżazzjoni legali ta’ debitur.

4. jekk il-kreditur ikun akkwista d-dritt tat-tpaċija permezz ta’ att legali annullabbli.

6 X’effett għandhom il-proċedimenti ta’ falliment fuq kuntratti kurrenti li d-debitur huwa parti tagħhom?

Jekk, fil-ħin tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, id-debitur u l-kontroparti tiegħu għall-kuntratt ma jkunux wettqu jew ma jkunux wettqu b’mod sħiħ kuntratt bilateralment vinkolanti, il-likwidatur jista’ jwettaq il-kuntratt minflok id-debitur u jesiġi li l-parti l-oħra twettaq il-kuntratt. Jekk il-likwidatur jirrifjuta li jwettaq il-kuntratt, il-parti l-oħra tista’ twettaq il-pretensjoni tagħha minħabba inadempjenza bħala kreditur tal-falliment biss. Jekk il-parti l-oħra għall-kuntratt issejjaħ il-likwidatur biex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu dwar id-dritt tiegħu li jagħżel, il-likwidatur irid minnufih, u mhux aktar tard minn wara s-smigħ tar-rappurtar, jinnotifika lill-parti l-oħra permezz ta’ posta rreġistrata dwar jekk ikollux il-ħsieb jitlob it-twettiq tal-kuntratt. B’deroga, jekk il-parti l-oħra tkun sofriet ħsara sinifikanti mill-ħin tas-smigħ tar-rappurtar u tkun infurmat lil-likwidatur dwar dan, il-likwidatur huwa obbligat jinnotifika lill-parti l-oħra fi żmien tmint ijiem permezz ta’ posta rreġistrata jekk ikunx se jitlob li jitwettaq il-kuntratt. Jekk jonqos milli jagħmel dan, il-likwidatur ma jkunx awtorizzat jitlob it-twettiq tal-kuntratt.

Jekk il-prestazzjonijiet dovuti jkunu diviżibbli, u jekk il-parti l-oħra tkun issodisfat b’mod parzjali l-obbligi ta’ prestazzjoni tagħha fil-ħin tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, dik il-parti tkun intitolata teżerċita d-dritt tagħha għal korrispettiv li jikkorrispondi għat-twettiq parzjali bħala kreditur ta’ falliment anki jekk il-likwidatur ikun talab it-twettiq tal-parti li jkun fadal. Minħabba n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tad-dritt tagħha għal korrispettiv, il-parti l-oħra ma tkunx intitolata titlob ir-ritorn tal-valur miżjud lill-assi tad-debitur permezz tat-twettiq parzjali tagħha.

Jekk tkun iddaħlet riżerva f’reġistru tal-artijiet bil-għan li tiġi garantita l-pretensjoni għal akkwist jew revoka ta’ drittijiet fuq waħda mill-proprjetajiet tad-debitur, jew fuq wieħed mid-drittijiet imdaħħla favur debitur, jew biex tiġi garantita l-pretensjoni għal bidla fil-kontenut jew il-prijorità ta’ dak id-dritt, il-kreditur jista’ jissodisfa l-pretensjoni tiegħu bħala kreditur mill-patrimonju tal-falliment. Dan japplika wkoll jekk id-debitur ikun assuma l-obbligazzjonijiet l-oħra kollha lejn il-kreditur fejn wara jkun naqas milli jissodisfahom b’mod sħiħ jew b’mod parzjali. Din id-dispożizzjoni tapplika b’analoġija għar-riżervi fir-reġistru tal-bastimenti, ir-reġistru tal-vapuri li jkunu qed jinbnew jew ir-reġistru tal-ajruplani.

Jekk, qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, id-debitur ikun biegħ il-proprjetà mobbli tiegħu biż-żamma tat-titolu u jkun ta l-proprjetà fil-pussess tax-xerrej, ix-xerrej jista’ jitlob it-twettiq tal-kuntratt tax-xiri u l-bejgħ. Dan japplika wkoll jekk id-debitur ikun assuma aktar obbligazzjonijiet favur ix-xerrej li ma jkunx għadu ssodisfa b’mod sħiħ jew li jkun issodisfa b’mod parzjali biss. Jekk, qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, id-debitur ikun xtara proprjetà immobbli biż-żamma tat-titolu u jkun rċeviha fil-pussess mill-bejjiegħ, il-likwidatur ikollu d-dritt tal-għażla skont l-Artikolu 181 tal-SZ.

Il-kiri ta’ proprjetà immobbli jew bini ma jiqafx bil-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment. Dan japplika wkoll għar-relazzjonijiet tal-kiri li d-debitur ikun ikkonkluda bħala kerrej relatati ma’ oġġetti li għal skopijiet ta’ assigurazzjoni jkunu ġew trasferiti lil persuna terza li tkun iffinanzjat l-akkwist jew il-produzzjoni tagħhom. Id-drittijiet li jirrelataw mal-ħin qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, kif ukoll għad-dannu mġarrab mit-terminazzjoni bikrija tal-kuntratt, jistgħu jiġu eżerċitati biss mill-parti l-oħra bħala kreditur tal-falliment.

Il-likwidatur jista’ jikkanċella l-kiri ta’ proprjetà immobbli jew bini li d-debitur ikun ikkuntratta bħala kerrej irrispettivament mit-terminu kuntrattat u soġġett għall-perjodu ta’ avviż legali. Jekk il-likwidatur jiddikjara l-kanċellazzjoni, il-parti l-oħra, bħala kreditur tal-falliment, tista’ titlob kumpens minħabba t-terminazzjoni bikrija tal-kuntratt. Jekk fil-mument tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment id-debitur ma jkunx ħa f’idejh il-proprjetà immobbli jew bini, il-likwidatur u l-parti l-oħra jistgħu jirtiraw mill-kuntratt. Jekk jirtira l-likwidatur, il-parti l-oħra tista’, bħala kreditur tal-falliment, titlob kumpens għad-danni minħabba t-terminazzjoni bikrija tal-kuntratt. Kull parti hija obbligata, fuq talba tal-parti l-oħra u fi żmien 15-il jum, li tinforma lill-parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li tirtira mill-kuntratt. F’każ ta’ nuqqas ta’ dan, il-parti titlef id-dritt tagħha għall-irtirar.

Jekk id-debitur, bħala l-kerrej tal-proprjetà immobbli jew bini qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, kellu pretensjonijiet relatati ma’ relazzjonijiet tal-kiri għal perjodu ta’ żmien futur, dan ikollu effett legali safejn jirrigwarda l-kiri għax-xahar kalendarju attwali fil-ħin tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment. Jekk il-proċedimenti ta’ falliment jinfetħu wara l-ħmistax-il jum tax-xahar, iż-żamma tal-pretensjonijiet wkoll ikollha effett legali għax-xahar kalendarju li jmiss u tirrelata speċifikament mal-ħlas tal-kiri u tal-lokazzjoni. Il-pretensjonijiet miżmuma fuq il-bażi ta’ infurzar huma ekwivalenti għal pretensjonijiet kuntrattwali.

F’isem id-debitur bħala l-lokatur, il-likwidatur jista’ jikkanċella r-relazzjoni tal-kiri jew tal-lokazzjoni f’perjodu ta’ avviż legali irrispettivament mill-perjodu tal-avviż ikkuntrattat.

Il-parti terza li l-likwidatur ikun ttrasferixxa lilha l-proprjetà immobbli jew il-bini li kienu mikrija mid-debitur, u li għalhekk tidħol f’kuntratt tal-kiri minflok id-debitur, tista’ tikkanċella dak il-kuntratt f’perjodu ta’ avviż definit legalment.

Jekk id-debitur ikun il-kerrej, il-parti l-oħra fil-kuntratt ma tistax tikkanċella l-kuntratt tal-kiri wara li tkun ġiet ippreżentata l-proposta biex jinbdew proċedimenti ta’ falliment:

1. minħabba dewmien fil-ħlas tal-kiri mġarrab qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment

2. minħabba deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja tad-debitur.

Il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment ma jirriżultax fit-terminazzjoni ta’ kuntratti tax-xogħol jew kuntratti ta’ servizz mad-debitur. Il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment huwa raġuni speċjali ġustifikabbli għall-kanċellazzjoni tal-kuntratt tax-xogħol. Wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, il-likwidatur, f’isem id-debitur (bħala min iħaddem), u l-impjegat jista’ jikkanċella l-kuntratt tax-xogħol, irrispettivament mit-terminu kuntrattat tal-kuntratt u irrispettivament minn dispożizzjonijiet legali jew kuntrattwali dwar il-protezzjoni tal-impjegati. Il-perjodu ta’ avviż huwa ta’ xahar sakemm il-liġi ma tipprovdix għal terminu iqsar. Jekk l-impjegati jqisu li l-kanċellazzjoni tal-kuntratt tax-xogħol tagħhom ma tkunx skont il-liġi, jistgħu jitolbu protezzjoni tad-drittijiet tagħhom skont l-Att dwar ix-Xogħol (Zakon o radu).

Il-likwidatur jista’, abbażi tal-approvazzjoni tal-qorti, jikkonkludi kuntratti ġodda tax-xogħol ta’ żmien fiss mingħajr ir-restrizzjonijiet li huma stabbiliti fir-regoli ġenerali dwar ix xogħol għal kuntratti tax-xogħol ta’ żmien fiss sabiex jispiċċa l-operazzjonijiet tan-negozju li jkunu diġà bdew u biex tiġi evitata xi ħsara possibbli. Il-likwidatur jispeċifika s-salarji u benefiċċji oħra mill-impjieg, abbażi tal-approvazzjoni tal-qorti u skont il-liġi u l-ftehim kollettiv. Is-salarji u l-benefiċċji mill-impjieg li l-impjegati jkunu saru intitolati għalihom wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment jiġu ssodisfata bħala obbligazzjonijiet tal-patrimonju tal-falliment.

Id-dritt ta’ parteċipazzjoni tal-impjegati jieqaf bil-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment. Il-ftehimiet mal-kunsill tal-ħaddiema mhumiex vinkolanti fuq il-likwidatur.

L-ordnijiet tad-debitur relatati mal-assi li jiffurmaw parti mill-patrimonju tal-falliment ma jibqgħux validi mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment. Jekk il-persuna li tirċievi ordni ma kinitx taf bil-proċedimenti ta’ falliment mingħajr ħtija u tkompli bl-attivitajiet tagħha, l-ordni titqies li tkun għadha fis-seħħ. Il-pretensjonijet ta’ persuna li tirċievi l-ordni fir-rigward ta’ attivitajiet kontinwi bħal dawn jiġu ssodisfati bħala pretensjonijiet tal-kreditur tal-falliment. Bl-iskop li tirrimedja l-ħsara, il-persuna li tirċievi l-ordni trid tkompli bl-attivitajiet tagħha wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment sakemm il-likwidatur jassumi l-attivitajiet. ll-pretensjonijiet tal-persuna li tirċievi l-ordni relatata ma’ dawn l-attivitajiet jiġu ssodisfati bħala pretensjonijiet tal-kredituri mill-patrimonju tal-falliment.

L-offerti magħmula lid-debitur jew offerti magħmula mid-debitur ma jibqgħux validi fil-jum tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment ħlief jekk ikunu ġew aċċettati qabel dak il-jum.

Fir-rigward tal-kuntratti tan-negozju li bihom xi ħadd ikun impenja ruħu li jwettaq ċerti servizzi f’isem id-debitur u fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tad-debitur fir-rigward tal-assi li jidħlu fil-patrimonju tal-falliment u fejn dik l-awtorizzazzjoni ma tibqax valida mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, bl-iskop li tirrimedja l-ħsara, il-persuna li tirċievi l-ordni trid tkompli bit-twettiq tal-attivitajiet anki wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment sakemm il-likwidatur jassumi t-twettiq tal-attivitajiet. Il-pretensjonijiet tal-persuna li tirċievi l-ordni li jirriżultaw mill-attivitajiet kontinwi jiġu ssodisfati bħala t-talbiet tal-kredituri mill-proprjetà tal-falliment.

Id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li minn qabel ikunu jeskludu jew jillimitaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-SZ ma għandhom l-ebda effett legali.

7 X'effetti għandhom il-proċedimenti ta' insolvenza fuq il-proċedimenti miġjuba minn kredituri individwali (bl-eċċezzjoni ta' kawżi pendenti)?

a) Proċedimenti ta’ qabel il-falliment – l-ebda proċedimenti ta’ infurzar, amministrattivi jew ta’ sigurtà ma jistgħu jitressqu kontra d-debitur mill-jum tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ qabel il-falliment sal-għeluq tagħhom. Kwalunkwe proċedimenti bħal dawn li huma pendenti jiġu sospiżi fil-jum li fih jinfetħu l-proċedimenti ta’ qabel il-falliment. Il-proċedimenti sospiżi jkomplu mal-proposta tal-kredituri:

- wara l-konklużjoni ta’ ftehim ta’ qabel il-falliment – fir-rigward ta’ pretensjonijiet jew parti minn pretensjonijiet li ġew ikkontestati fil-proċedimenti ta’ qabel il-falliment

- wara deċiżjoni finali li twaqqaf il-proċedimenti ta’ qabel il-falliment.

Dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għall-proċedimenti mhux affettwati mill-proċedimenti ta’ qabel il-falliment, jew għall-proċedimenti għas-saldu ta’ pretensjonijiet li jkunu saru wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ qabel il-falliment.

Fil-proċedimenti ta’ quddiem qorti li fihom tkun ġiet ordnata s-sospensjoni tal-proċedimenti minħabba l-ftuħ tal-proċeduri ta’ qabel il-falliment u li, sussegwentement, tkun ingħatat deċiżjoni finali li tikkonferma l-ftehim ta’ qabel il-falliment li jkun kopra l-pretensjoni tal-kreditur, il-qorti tkompli l-proċedimenti u tiċħad l-azzjoni jew twaqqaf il-proċedimenti ta’ infurzar jew ta’ sigurtà, ħlief fir-rigward ta’ pretensjonijiet jew parti mill-pretensjonijiet li kienu ġew ikkontestati fil-proċedimenti ta’ qabel il-falliment.

b) proċedimenti ta’ falliment – wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, il-kredituri individwali ma jistgħux ifittxu infurzar jew sigurtà kontra d-debitur fir-rigward ta’ dawk il-partijiet tal-assi tagħhom li jiffurmaw parti mill-patrimonju tal-falliment, jew kontra assi oħra tad-debitur. Il-kredituri li ma jkunux kredituri tal-falliment mhumiex awtorizzati jitolbu infurzar jew sigurtà kontra pretensjonijiet futuri ta’ debituri individwali fuq il-bażi tar-relazzjoni tax-xogħol tagħhom jew servizz ieħor, jew il-pretensjonijiet tagħhom fuq dik il-bażi fil-proċedimenti ta’ falliment, ħlief infurzar jew sigurtà għas-saldu tal-pretensjonijiet ta’ manteniment u pretensjonijiet oħra li jistgħu jiġu ssodisfati mill-parti tad-dħul tad-debitur mill-impjieg li minnu l-pretensjonijiet ta’ kredituri oħra ma jkunux jistgħu jiġu ssodisfati. Tali proċedimenti ta’ infurzar u ta’ sigurtà pendenti fil-mument tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment jiġu interrotti. Ladarba jitkomplew dawn il-proċedimenti, il-qorti tal-infurzar twaqqaf il-proċedimenti.

Wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, bl-iskop li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, il-kredituri intitolati li jfittxu li l-partijiet tal-assi tad-debitur ikunu eżentati mill-patrimonju tal-insolvenza (g id="194) jistgħu jibdew proċedimenti ta’ infurzar u ta’ sigurtà kontra d-debitur skont ir-regoli ġenerali tal-proċedimenti ta’ infurzar. Il-proċedimenti ta’ infurzar u ta’ sigurtà sospiżi li l-kredituri jkunu bdew qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment ikomplu u jiġu eżegwiti minn qorti tal-infurzar skont ir-regoli tal-proċedimenti ta’ infurzar.

Wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, il-kredituri bid-dritt li jfittxu sodisfazzjon separat (razlučni vjerovnici) ma jkunux awtorizzati jibdew proċedimenti ta’ infurzar jew sigurtà. Il-proċedimenti ta’ infurzar jew sigurtà pendenti fil-mument tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment jiġu sospiżi. Il-proċedimenti ta’ infurzar u ta’ sigurtà sospiżi jitkomplew mill-qorti li twettaq il-proċedimenti ta’ falliment bl-applikazzjoni tar-regoli dwar ir-realizzazzjoni tal-punti li għalihom ikun hemm dritt għal sodisfazzjon separat fil-proċedimenti ta’ falliment.

Wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, id-dħul f’reġistri pubbliċi jkun permess jekk il-prerekwiżiti għad-dħul ikunu ntlaħqu qabel ma jkunu daħlu fis-seħħ il-konsegwenzi legali tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment.

L-infurzar għas-saldu ta’ pretensjonijiet mill-patrimonju tal-falliment li mhumiex ibbażati fuq atti legali tal-likwidatur mhuwiex permess għal sitt xhur wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment.

Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal:

1. obbligazzjonijiet tal-patrimonju tal-falliment minn kuntratt bilateralment vinkolanti li l-likwidatur jkun ntrabat li jwettaq

2. obbligazzjonijiet minn relazzjoni kuntrattwali permanenti wara l-iskadenza tal-ewwel skadenza sa meta l-likwidatur seta’ jikkanċella l-kuntratt

3. obbligazzjonijiet minn relazzjoni kuntrattwali permanenti jekk il-likwidatur ikun irċieva korrispettiv favur il-patrimonju tal-falliment.

8 X’inhu l-effett ta' proċediment ta’ insolvenza fuq il-kontinwazzjoni ta’ kawżi pendenti fil-mument tal-ftuħ ta’ proċediment ta’ insolvenza?

a) Proċedimenti ta’ qabel il-falliment - mill-jum tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ qabel il-falliment sal-għeluq tagħhom, ma jistgħux jinbdew proċedimenti ċivili kontra d-debitur. Kwalunkwe proċedimenti bħal dawn li jkunu pendenti jiġu sospiżi fil-jum tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ qabel il-falliment. Il-proċedimenti sospiżi jitkomplew fuq proposta tal-kreditur:

- wara l-konklużjoni ta’ ftehim ta’ qabel il-falliment – fir-rigward ta’ pretensjonijiet jew parti minn pretensjonijiet li ġew ikkontestati fil-proċedimenti ta’ qabel il-falliment

- wara deċiżjoni finali li twaqqaf il-proċedimenti ta’ qabel il-falliment.

Dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għall-proċedimenti mhux affettwati mill-proċedimenti ta’ qabel il-falliment, jew għall-proċedimenti għas-saldu ta’ pretensjonijiet li jkunu saru wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ qabel il-falliment.

Fil-proċedimenti ta’ quddiem qorti li fihom tkun ġiet ordnata s-sospensjoni tal-proċedimenti minħabba l-ftuħ tal-proċeduri ta’ qabel il-falliment u li, sussegwentement, tkun ingħatat deċiżjoni finali li tikkonferma l-ftehim ta’ qabel il-falliment li jkun kopra l-pretensjoni tal-kreditur, il-qorti tkompli l-proċedimenti u tiċħad l-azzjoni jew twaqqaf il-proċedimenti ta’ infurzar jew ta’ sigurtà, ħlief fir-rigward ta’ pretensjonijiet jew parti mill-pretensjonijiet li kienu ġew ikkontestati fil proċedimenti ta’ qabel il-falliment.

b) Proċediment ta’ falliment - il-likwidatur jieħu f’idejh il-kawżi, inklużi proċedimenti ta’ arbitraġġ, dwar assi li jagħmlu parti mill-patrimonju tal-falliment li kienu għadhom għaddejjin fil-ħin tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, li jaġixxu f’isem u għad-debitur. Il-kawżi relatati ma’ pretensjonijiet li huma ppreżentati fil-proċedimenti ta’ falliment ma jistgħux jitkomplew qabel jiġu eżaminati fis-seduti ta’ smigħ tar-reviżjoni.

Il-kawżi pendenti fil-ħin tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment kontra d-debitur għandhom imorru f’idejn il-likwidatur f’ismu fejn ikollhom x’jaqsmu ma:

1. esklużjoni ta’ assi mill-patrimonju tal-falliment

2. saldu separat

3. obbligazzjonijiet tal-patrimonju tal-falliment.

9 Liema huma l-karatteristiċi ewlenin tal-parteċipazzjoni tal-kredituri fil-proċedimenti ta’ insolvenza?

a) Proċedimenti ta’ qabel il-falliment - il-kredituri tad-debitur fil-proċedimenti ta’ qabel il-falliment huma l-persuni li, fil-ħin tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ qabel il-falliment, ikollhom pretensjonijiet pekunjarji kontra d-debitur. Ir-regoli tal-SZ li jistabbilixxu d-dritt tal-vot f’arranġamenti ta’ falliment jiġu applikati skont id-dritt tal-kredituri li jivvutaw fuq il-pjan ta’ ristrutturar.

Il-kredituri jesprimu l-vot tagħhom bil-miktub fuq il-formola tal-votazzjoni preskritta. Il-formola tal-votazzjoni trid tiġi ppreżentata lill-qorti mhux aktar tard mill-bidu tas-seduta ta’ smigħ tal-votazzjoni u għandha tkun iffirmata u ċċertifikata minn persuna awtorizzata. Jekk, sal-bidu tas-seduta ta’ smigħ il-kredituri ma jissottomettux il-formola tal-votazzjoni jew jissottomettu formola ta’ votazzjoni li minnha ma jkunx jista’ jiġi determinat mingħajr ambigwità kif ivvotaw, dawn jitqiesu li ma jkunux ivvutaw kontra l-pjan ta’ ristrutturar.

Il-kredituri preżenti waqt is-seduta ta’ smigħ jivvotaw bl-użu tal-formola tal-votazzjoni preskritta. Jekk il-kredituri intitolati li jivvutaw ma jivvutawx waqt din is-seduta ta’ smigħ, dawn jitqiesu li jkunu vvotaw kontra l-pjan ta’ ristrutturar.

Kull grupp ta’ kredituri huwa intitolat li jivvota separatament fuq il-pjan ta’ ristrutturar. Ir-regoli dwar il-klassifikazzjoni tal-parteċipanti fl-arranġamenti ta’ falliment jiġu applikati skont il-klassifikazzjoni tal-kredituri fi proċedimenti ta’ qabel il-falliment.

Il-kredituri jitqiesu li jkunu aċċettaw il-pjan ta’ ristrutturar jekk il-maġġoranza tal-kredituri kollha tkun ivvutat favur tiegħu u jekk, f’kull grupp, is-somma tal-pretensjonijiet kollha tal-kredituri li jkunu vvutaw favur il-pjan tkun mill-inqas id-doppju tas-somma tal-pretensjonijiet tal-kredituri li jkunu vvutaw kontra l-aċċettazzjoni tal-pjan.

Il-kredituri li jkollhom dritt konġunt jew li d-drittijiet tagħhom iffurmaw dritt uniku magħqud sakemm joħorġu r-raġunijiet għal qabel il-falliment jgħoddu bħala kreditur wieħed fil-votazzjoni. Id-detenturi ta’ drittijiet separati jew drittijiet ta’ użufrutt jiġu ttrattati kif xieraq.

b) Proċedimenti ta’ falliment - kumitat tal-kredituri – sabiex tipproteġi l-interessi tal-kredituri fil-proċedimenti ta’ falliment qabel l-ewwel seduta ta’ smigħ tal-kredituri, il-qorti tista’ tistabbilixxi kumitat tal-kredituri u taħtar il-membri tiegħu.

Il-kredituri bil-pretensjonijiet fl-ogħla ammont u l-kredituri bi pretensjonijiet żgħar għandhom ikunu rrappreżentatati t-tnejn li huma fil-kumitat tal-kredituri. Barra minn hekk, fil-kumitat tal-kredituri għandu jkun irrappreżentat rappreżentant tal-impjegati preċedenti tad-debitur sakemm dawn bħala kreditur ma jkunux jipparteċipaw fil-proċedimenti bi pretensjonijiet insinifikanti.

Il-kredituri bid-dritt li jfittxu sodisfazzjon separat (razlučni vjerovnici) u persuni li ma jkunux kredituri, iżda li jistgħu jikkontribwixxu għax-xogħol tal-kumitat bl-għarfien espert tagħhom, jistgħu jinħatru membri tal-kumitat tal-kredituri.

Il-kumitat tal-kredituri għandu jkollu numru fard ta’ membri u l-aktar huwa dak ta’ disgħa. Jekk in-numru ta’ kredituri jkun inqas minn ħamsa, il-kredituri kollha jingħataw is-setgħat tal-kumitat tal-kredituri.

Jekk waqt is-seduta ta’ smigħ tar-reviżjoni l-pretensjonijiet rikonoxxuti tal-kredituri jkunu ġew determinati f’valur li jkun jaqbeż HRK 50 miljun, u d-debitur fil-jum tal-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment ikollu kuntratti tax-xogħol ma’ aktar minn 20 impjegat, il-qorti tkun responsabbli sabiex tippermetti lill-kredituri jieħdu deċiżjoni dwar it-twaqqif ta’ kumitat tal-kredituri.

Il-kumitat tal-kredituri irid jissorvelja l-likwidatur u jgħinu fit-twettiq tal-attivitajiet tan-negozju, kif ukoll jimmonitorja l-operazzjonijiet skont l-Artikolu 217 tal-SZ, jeżamina l-kotba u rekords oħra relatati man-negozju, u jordna verifika tal-fatturat u l-ammont tal-flus kontanti. Il-kumitat tal-kredituri jista’ jawtorizza membri individwali tal-kumitat biex iwettqu attivitajiet individwali fi ħdan l-isfera tar-responsabbiltajiet tiegħu.

Fl-isfera tar-responsabbiltajiet tiegħu, il-kumitat tal-kredituri b’mod partikolari għandu:

1. jeżamina r-rapporti mil-likwidatur waqt il-proċedimenti ta’ falliment u bil-kundizzjoni tal-patrimonju tal-falliment

2. jirrevedi l-kontijiet tan-negozju u d-dokumentazzjoni kollha li tkun ittieħdet mil-likwidatur

3. iressaq oġġezzjonijiet mal-qorti kontra l-atti tal-likwidatur

4. jagħti l-approvazzjoni tal-istimi tal-ispejjeż għall-proċedimenti ta’ falliment

5. jagħti lill-qorti opinjoni dwar il-likwidazzjoni tal-assi tad-debitur, fuq talba tal-qorti

6. jagħti opinjoni lill-qorti dwar il-kontinwazzjoni tal-operazzjonijiet tan-negozju li jkunu għaddejjin jew dwar l-attivitajiet tad-debitur, fuq talba tal-qorti

7. jagħti opinjoni lill-qorti dwar ir-rikonoxximent ta’ telf ġustifikat li kien stabbilit fl-inventarju tal-assi, fuq talba tal-qorti

(3) Il-kumitat tal-kredituri għandu jinnotifika lill-kredituri matul il-proċedimenti u bil-kundizzjoni tal-patrimonju tal-falliment.

L-assemblea tal-kredituri

Il-qorti tlaqqa’ assemblea tal-kredituri. Id-dritt tal-parteċipazzjoni jingħata lill-kredituri kollha tal-falliment, il-kredituri kollha tal-falliment bid-dritt ta’ saldu separat, il-likwidatur u d-debitur individwali.

Waqt is-seduta ta’ smigħ ta’ rappurtar jew kwalunkwe seduta ta’ smigħ sussegwenti, l-assemblea tal-kredituri hija awtorizzata li:

1. twaqqaf kumitat tal-kredituri, jekk dan ma jkunx għadu twaqqaf, jew li tbiddel il-kompożizzjoni tiegħu jew li tiċħad il-kumitat

2. taħtar likwidatur ġdid

3. tiddeċiedi dwar il-kontinwazzjoni jew it-twaqqif tal-attivitajiet tad-debitur u dwar il-mod u t-termini għal-likwidazzjoni tal-assi tad-debitur

4. tordna lil-likwidatur ifassal arranġament ta’ falliment

5. tadotta kull deċiżjoni li taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-kumitat tal-kredituri

6. tiddeċiedi dwar kwistjonijiet oħra rilevanti għall-implimentazzjoni u l-għeluq tal-proċedimenti ta’ falliment skont l-SZ.

L-assemblea tal-kredituri jkollha d-dritt titlob lil-likwidatur jippreżenta notifiki u rapporti dwar is-sitwazzjoni u l-operazzjonijiet tan-negozju. Jekk ma jitwaqqaf l-ebda kumitat tal-kredituri l-assemblea tal-kredituri tista’ tordna verifika tal-fatturat u l-ammonti ta’ flus kontanti mmaniġġjati mil-likwidatur.

10 B’liema mod jista’ l-prattikant tal-insolvenza juża jew jiddisponi minn assi tal-patrimonju?

Mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, id-drittijiet tad-debitur bħala persuna ġuridika jiskadu u jiġu ttrasferiti lil-likwidatur. Mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, id-drittijiet ta’ debitur individwali li jamministra u jiddisponi minn assi li jagħmlu parti mill-patrimonju tal-falliment jiġu ttrasferiti lil-likwidatur.

Wara li jkunu nfetħu l-proċedimenti ta’ falliment, il-likwidatur irid jassumi immedjatament il-pussess u l-amministrazzjoni tal-assi kollha tal-patrimonju tal-falliment.

Abbażi ta’ infurzar tad-deċiżjoni dwar il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, il-likwidatur jista’ jitlob lill-qorti tordna lid-debitur jgħaddi l-assi u jistabbilixxi miżuri ta’ infurzar għall-eżekuzzjoni ta’ trasferiment tal-ordni.

Ladarba d-deċiżjoni dwar il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment issir finali, il-likwidatur jista’ jitlob lill-qorti tordna partijiet terzi li jkollhom pussess ta’ assi mill-patrimonju tal-falliment biex iċedu dawk l-assi. Flimkien mat-talba msemmija, il-likwidatur għandu jipproduċi dokument li juri s-sjieda tal-assi. Il-qorti tieħu deċiżjoni dwar il-proposta tal-likwidatur wara li tisma’ lill-persuni li jkollhom pussess ta’ assi mill-patrimonju tal-falliment.

Il-likwidatur jiġbor lista ta’ assi individwali mill-patrimonju tal-falliment. Id-debitur individwali u l-persuni li qabel kienu awtorizzati jirrappreżentaw lid-debitur bil-liġi għandhom jikkooperaw mal-likwidatur dwar din il-kwistjoni. L-istralċjarju għandu jiġbor l-informazzjoni meħtieġa mill-persuni msemmija sakemm dan ma jikkawżax id-dewmien bla bżonn tal-proċedimenti.

Il-likwidatur jiġbor lista tal-kredituri kollha tad-debitur li jkunu konxji mill-kontijiet tan-negozju u d-dokumentazzjoni tan-negozju tad-debitur, informazzjoni oħra mingħand id-debitur, preżentazzjoni ta’ pretensjonijiet jew mod ieħor.

Il-likwidatur jiġbor ħarsa sistematika fir-rigward tal-ħin tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment fejn jiddikjara u jqabbel l-assi mill-patrimonju tal-falliment u l-obbligazzjonijiet tad-debitur u l-valutazzjoni tagħhom.

L-inventarju tal-patrimonju tal-falliment, il-lista ta’ kredituri u l-ħarsa ġenerali tal-assi u l-obbligazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati fir-reġistru tal-qorti mhux aktar tard minn tmint ijiem qabel is-sedut ta’ smigħ tar-rappurtar.

Id-dmir tad-debitur taħt il-liġi kummerċjali u tat-taxxa biex iżomm u jforni l-kontijiet ma jinbidilx bil-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment. Il-likwidatur irid iwettaq dawk id-dmirijiet relatati mal-patrimonju tal-falliment.

Mhux aktar tard minn 15-il jum qabel is-seduta ta’ smigħ tar-rappurtar, il-likwidatur irid jagħti lill-qorti rapport dwar il-qagħda ekonomika tad-debitur u r-raġunijiet għal dik il-qagħda, li jiġi ppubblikat fuq il-bord tal-bullettin elettroniku tal-qorti (e-Oglasna ploča suda) mhux aktar tard minn tmint ijiem qabel is-seduta ta’ smigħ tar-rappurtar.

Wara s-seduta ta’ smigħ ta’ rappurtar, mingħajr dewmien, il-likwidatur irid jillikwida l-assi li jagħmlu parti mill-patrimonju tal-falliment, jekk dan ma jkunx kontra d-deċiżjoni tal-assemblea tal-kredituri.

Il-likwidatur irid jillikwida l-assi mill-proċedimenti ta’ falliment skont id-deċiżjonijiet tal-assemblea tal-kredituri u l-kumitat tal-kredituri.

11 Liema talbiet għandhom jiġu ppreżentati kontra l-patrimonju tal-insolvenza tad-debitur u kif għandhom jiġu ttrattati t-talbiet li jsiru wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza?

Mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, id-drittijiet tad-debitur bħala persuna ġuridika jiskadu u jiġu ttrasferiti lil-likwidatur. Mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, id-drittijiet ta’ debitur individwali li jamministra u jiddisponi minn assi li jagħmlu parti mill-patrimonju tal-falliment jiġu ttrasferiti lil-likwidatur.

Wara li jkunu nfetħu l-proċedimenti ta’ falliment, il-likwidatur irid jassumi immedjatament il-pussess u l-amministrazzjoni tal-assi kollha tal-patrimonju tal-falliment.

Abbażi tal-bażi ta’ infurzar tad-deċiżjoni dwar il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, il-likwidatur jista’ jitlob lill-qorti tordna lid-debitur jgħaddi l-assi u jistabbilixxi miżuri ta’ infurzar għall-eżekuzzjoni ta’ trasferiment tal-ordni.

Ladarba d-deċiżjoni dwar il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment issir finali, il-likwidatur jista’ jitlob lill-qorti biex tordna lill-partijiet terzi li jkollhom pussess ta’ assi mill-patrimonju tal-falliment biex iċedu dawn l-assi. Flimkien mat-talba msemmija, il-likwidatur irid jipproduċi dokument li juri s-sjieda tal-assi. Il-qorti tieħu deċiżjoni dwar il-proposta tal-likwidatur wara li tisma’ lill-persuni li jkollhom pussess ta’ assi mill-patrimonju tal-falliment.

Il-likwidatur jiġbor lista ta’ assi individwali mill-patrimonju tal-falliment. Id-debitur individwali u l-persuni li qabel kienu awtorizzati jirrappreżentaw lid-debitur bil-liġi jridu jikkooperaw mal-likwidatur dwar din il-kwistjoni. Il-likwidatur irid jiġbor l-informazzjoni meħtieġa mill-persuni msemmija sakemm dan ma jikkawżax id-dewmien bla bżonn fil-proċedimenti.

Il-likwidatur jiġbor lista tal-kredituri kollha tad-debitur li jkunu konxji mill-kontijiet tan-negozju u d-dokumentazzjoni tan-negozju tad-debitur, informazzjoni oħra mingħand id-debitur, preżentazzjoni ta’ pretensjonijiet jew mod ieħor.

Il-likwidatur jikkompila sommarju sistematika fir-rigward tal-ħin tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment fejn jiddikjara u jqabbel l-assi mill-patrimonju tal-falliment u l-obbligazzjonijiet tad-debitur u l-valutazzjoni tagħhom.

L-inventarju tal-patrimonju tal-falliment, il-lista ta’ kredituri u l-ħarsa ġenerali tal-assi u l-obbligazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati fir-reġistru tal-qorti mhux aktar tard minn tmint ijiem qabel is-sedut ta’ smigħ tar-rappurtar.

Id-dmir tad-debitur taħt il-liġi kummerċjali u tat-taxxa biex iżomm u jforni l-kontijiet ma jinbidilx bil-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment. Il-likwidatur għandu jwettaq dawk id-dmirijiet relatati mal-patrimonju tal-falliment.

Mhux aktar tard minn 15-il jum qabel is-seduta ta’ smigħ tar-rappurtar, il-likwidatur għandu jagħti lill-qorti rapport dwar il-qagħda ekonomika tad-debitur u r-raġunijiet għal dik il-qagħda, li jiġi ppubblikat fuq il-bord tal-bullettin elettroniku tal-qorti (e-Oglasna ploča suda) sa mhux aktar tard minn tmint ijiem qabel is-seduta ta’ smigħ tar-rappurtar.

Wara s-seduta ta’ smigħ ta’ rappurtar, mingħajr dewmien, il-likwidatur irid jillikwida l-assi li jagħmlu parti mill-patrimonju tal-falliment, jekk dan ma jkunx kontra d-deċiżjoni tal-assemblea tal-kredituri.

Il-likwidatur irid jillikwida l-assi mill-proċedimenti ta’ falliment skont id-deċiżjonijiet tal-assemblea tal-kredituri u l-kumitat tal-kredituri.

12 Liema huma r-regoli li jirregolaw il-preżentata, il-verifika u l-ammissjoni tat-talbiet?

a) Proċedimenti ta’ qabel il-falliment – il-preżentazzjoni tal-pretensjonjiet issir lill-unità kompetenti tal-Aġenzija Finanzjarja fuq formola standard akkumpanjata minn kopji tad-dokumenti li tirriżulta minnhom il-pretensjoni jew li jagħtu prova tal-pretensjoni.

Il-Ministeru tal-Finanzi – l-Amministrazzjoni tat-Taxxa (Ministarstvo financija – Porezna uprava) jista’ jippreżenta pretensjonijiet li jirriżultaw minn taxxa, soprataxxa, kontribuzzjonijiet għal assigurazzjoni obbligatorja li bil-liġi iridu jittieħdu mill-qligħ u s-salarji, kif ukoll pretensjonijiet oħra li jkunu awtorizzati li jiġbru fuq il-bażi ta’ regolamenti speċjali, apparti minn pretensjonijiet li jirriżultaw minn taxxa u soprataxxa fuq dħul minn impjieg u kontribuzzjonijiet mill-ammont bażiku għal persuni assigurati taħt relazzjoni tax-xogħol.

Fil-proċedimenti ta’ qabel il-falliment, l-impjegati tad-debitur u l-impjegati preċedenti u l-Ministeru tal-Finanzi – l-Amministrazzjoni tat-Taxxa ma jistgħux jippreżentaw pretensjonijiet minn relazzjoni tax-xogħol, indennità ta’ ħlas sal-ammont stipulat mil-liġi jew ftehim kollettiv u pretensjonijiet fuq il-bażi ta’ kumpens għal ħsara minħabba korrimenti mġarrba fuq ix‑xogħol jew mard relatat max xogħol; dawn il-pretensjonijiet ma jistgħux ikunu s-suġġett tal-proċedimenti ta’ qabel il-falliment. Jekk l-applikant ikun naqas milli jiddikjara dawn il-pretensjonijiet fil-proposta għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ qabel il-falliment jew jekk ikun iddikjarahom bi żball, l-impjegati tad-debitur u l-impjegati preċedenti u l-Ministeru tal-Finanzi – l-Amministrazzjoni tat-Taxxa għandha d-dritt li tressaq oġġezzjoni.

Fil-preżentazzjoni tal-pretensjonijiet tagħhom, il-kredituri bid-dritt li jfittxu sodisfazzjon separat (razlučni vjerovnici) huma meħtieġa li jipprovdu informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom, il-bażi legali għal sodisfazzjon separat u l-parti tal-assi tad-debitur li għalihom japplika d-dritt tagħhom ta’ sodisfazzjon separat u li jagħmlu dikjarazzjoni dwar jekk jirrinunzjawx għad-dritt għal saldu separat jew le.

Fil-preżentazzjoni tal-pretensjonijiet tagħhom, il-kredituri intitolati li jfittxu li partijiet mill-assi tad-debitur ikunu eżentati mill-patrimonju tal-insolvenza (izlučni vjerovnici) huma meħtieġa jipprovdu informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom, il-bażi legali għad-dritt ta’ eżenzjoni u l-parti tal-assi tad-debitur li japplika għaliha d-dritt tagħhom ta’ eżenzjoni.

Fil-preżentazzjoni tal-pretensjonijiet tagħhom, dawn iż-żewġ tipi ta’ kredituri (razlučni vjerovnici u izlučni vjerovnici) iridu joħorġu dikjarazzjoni dwar il-kunsens tagħhom jew iċ-ċaħda ta’ kunsens għal sospensjoni ta’ saldu mill-assi li japplika għalihom id-dritt tagħhom għal sodisfazzjon separat, jew sospensjoni tas-segregazzjoni tal-assi li japplika għalihom id-dritt tagħhom ta’ eżenzjoni, għall-finijiet ta’ implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar.

Ftehim ta’ qabel il-falliment m’għandux jinterferixxi mad-dritt tal-kredituri għal saldu separat mill-assi li għalihom japplika d-dritt ta’ saldu separat, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’dak il-ftehim. Jekk il-ftehim ta’ qabel il-falliment ma jistipulax espressament mod ieħor, dan għandu jispeċifika liema parti tad-drittijiet ta’ dawn il-kredituri għandha titnaqqas, għal kemm żmien ikun se jiġi ddifferit is-saldu u liema dispożizzjonijiet oħra tal-proċedimenti ta’ falliment ikunu japplikaw għal dawk id-drittijiet.

Jekk il-kreditur jonqos milli jippreżenta pretensjoni iżda l-pretensjoni tkun ġiet iddikjarata fil-proposta biex jinfetħu proċediment ta’ qabel ilfalliment, pretensjoni bħal din titqies bħala ppreżentata.

Jekk jinħatru, id-debitur u l-fiduċjarju jridu jiddikjaraw pożizzjoni fuq il-pretensjonijiet ippreżentati mill-kredituri. Din l-osservazzjoni tiġi ppreżentata lill-unità kompetenti tal-Aġenzija Finanzjarja fuq formola standard li għal kull pretensjoni jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

1. in-numru tal-pretensjoni mit-tabella tal-pretensjonijiet ippreżentati

2. informazzjoni għall-identifikazzjoni tal-kredituri

3. l-ammont tal-pretensjoni ppreżentata

4. id-dikjarazzjoni mid-debitur u mill-fiduċjarju, jekk jinħatar, li tirrikonoxxi jew tikkontesta l-pretensjoni

5. l-ammont ikkontestat tal-pretensjoni

6. il-fatti li jsostnu n-nuqqas ta’ eżistenza tal-pretensjoni kkontestata jew parti mill-pretensjoni.

Mal-iskadenza tal-limitu ta’ żmien biex jiddikjaraw il-pożizzjoni fuq il-pretensjonijiet ippreżentati, id-debitur u l-fiduċjarju, jekk jinħatar, ma jistgħux jopponu aktar għall-pretensjonijiet li jkunu rrikonoxxew.

Il-kreditur jista’ jikkontesta pretensjoni ppreżentata minn kreditur ieħor.

Il-kontestazzjoni tal-pretensjoni tiġi ppreżentata lill-unità kompetenti tal-Aġenzija Finanzjarja fuq il-formola standard u għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

1. informazzjoni għall-identifikazzjoni tal-kreditur li jkun qed jikkontesta l-pretensjoni

2. in-numru ta’ referenza tal-pretensjoni kkontestata mit-tabella tal-pretensjonijiet ippreżentati

3. informazzjoni għall-identifikazzjoni tal-kreditur li jkun ippreżenta l-pretensjoni kkontestata

4. l-ammont tal-pretensjoni ppreżentata li tkun qed tiġi kkontestata

5. dikjarazzjoni mill-kreditur li jkun qed jikkontesta l-pretensjoni

6. l-ammont ikkontestat tal-pretensjoni

7. il-fatti li jsostnu n-nuqqas ta’ eżistenza tal-pretensjoni kkontestata jew parti mill-pretensjoni.

L-Aġenzija Finanzjarja tiġbor tabella tal-pretensjonijiet ippreżentati u tabella tal-pretensjonijiet ikkontestati fuq formola standard.

b) Proċediment ta’ falliment – il-preżentazzjoni tal-pretensjonijiet issir lill-likwidatur fuq formola standard f’żewġ kopji akkumpanjata minn kopji tad-dokumenti li tirriżulta minnhom il-pretensjoni jew li jagħtu prova tal-pretensjoni.

Il-likwidatur jfassal lista tal-pretensjonijiet kollha tal-impjegati tad-debitur u l-eks impjegati sal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, li jridu jiġu rrappurtati f’ammonti grossi u netti; iridu jiġu ppreżentati żewġ kopji tal-preżentazzjoni tal-pretensjonijiet għall-firma.

Il-pretensjonijiet ta’ kredituri ta’ prijorità aktar baxxa jiġu ppreżentati biss fl-istedina speċjali tal-qorti. Il-preżentazzjoni ta’ pretensjonijiet bħal dawn jenħtieġ li tindika li huma ta’ prijorità baxxa u l-klassifikazzjoni li jkun intitolat għaliha l-kreditur.

Il-kredituri intitolati li jfittxu eżenzjoni (izlučni vjerovnici) iridu jinfurmaw lil-likwidatur bid-dritt tagħhom ta’ eżenzjoni u l-bażi ġuridika għal dan id-dritt, u jindikaw l-assi li għalihom japplika dan id-dritt, jew jindikaw fin-notifika tagħhom id-dritt tagħhom għal kumpens għad-dritt ta’ eżenzjoni.

Il-kredituri intitolati għal sodisfazzjon separat (razlučni vjerovnici) huma meħtieġa li jinfurmaw lil-likwidatur dwar id-dritt tagħhom għal sodisfazzjon separat u l-bażi ġuridika għal dak id-dritt, u li jindikaw l-assi li għalihom japplika dak id-dritt. Jekk dawk il-kredituri jippreżentaw ukoll pretensjoni bħala kredituri ta’ falliment, fil-preżentazzjoni tagħhom għandhom jindikaw il-parti tal-assi tad-debitur tal-falliment li għalih japplika d-dritt tagħhom għas-sodisfazzjon separat u l-ammont li bih il-pretensjoni tagħhom ma tkunx issodisfata b’mod prevedibbli minn dak id-dritt ta’ separazzjoni.

Il-kredituri intitolati għal sodisfazzjon separat li ma jinfurmawx b’mod xieraq lil-likwidatur dwar dak id-dritt ma jitilfux id-dritt għal saldu separat. Bħala eċċezzjoni, il-kredituri intitolati għal sodisfazzjon separat jitilfu d-dritt tagħhom għal saldu separat u ma jkunux intitolati li jfittxu kumpens għad-danni jew kwalunkwe kumpens ieħor minn debitur jew kreditur tal-falliment jekk l-oġġett tad-dritt għal sodisfazzjon separat ikun ġie realizzat fil-proċedimenti ta’ falliment mingħajrhom, u d-dritt ta’ separazzjoni ma jkunx iddaħħal f’reġistru pubbliku jew il-likwidatur ma kellu l-ebda għarfien jew ma setax ikun jaf b’dan.

Il-pretensjonijiet ippreżentati jiġu eżaminati fir-rigward tal-ammonti u l-ordni ta’ prijorità tagħhom waqt is-seduta ta’ smigħ ta’ reviżjoni.

Il-likwidatur irid iwieġeb speċifikament dwar jekk jirrikonoxxix jew jikkontestax kull pretensjoni ppreżentata.

Il-pretensjonijiet ikkontestati mil-likwidatur, id-debitur individwali jew wieħed mill-kredituri tal-falliment għandhom jiġu riveduti separatament. Id-drittijiet ta’ eżenzjoni u d-drittijiet għal sodisfazzjon separat mhumiex soġġetti għal eżami.

Pretensjoni titqies stabbilita jekk, fis-seduta ta’ smigħ ta’ reviżjoni tiġi rikonoxxuta mil-likwidatur u ma tkunx ikkontestata minn kreditur tal-falliment, jew jekk kontestazzjoni ddikjarata tiġi miċħuda. Jekk id-debitur individwali jikkontesta pretensjoni, dan ma jipprevjenix l-istabbiliment tal-pretensjoni.

Il-qorti tifformula tabella tal-pretensjonijiet li jkunu ġew eżaminati fejn, għal kull pretensjoni ppreżentata, hija ddaħħal l-ammont li fih tkun ġiet stabbilita l-pretensjoni, l-ordni ta’ prijorità tagħha u l-persuna li tkun kkontestat it-talba. Il-kontestazzjonijiet tal-pretensjonijiet minn debitur individwali jiġu indikati fit-tabella wkoll. L-istabbiliment tal-pretensjoni jiġi indikat mill-qorti fuq kambjali u dokumenti oħra dwar id-dejn ukoll.

Fuq il-bażi tat-tabella tal-pretensjonijiet eżaminati, il-qorti tieħu deċiżjoni li tiddetermina l-ammont u l-klassifikazzjoni tal-pretensjonijiet individwali stabbiliti jew ikkontestati. Bis-saħħa ta’ din id-deċiżjoni, il-qorti tiddeċiedi wkoll dwar ir-riferiment għal azzjoni biex tistabbilixxi jew tikkontesta l-pretensjonijiet.

Jekk il-likwidatur ikun ikkontesta l-pretensjoni, il-qorti tirreferi lill-kreditur li jressaq kawża kontra d-debitur għall-istabbiliment tal-pretensjoni kkontestata.

Jekk wieħed mill-kredituri tal-falliment jkun ikkontesta pretensjoni li tkun ġiet rikonoxxuta mil-likwidatur, il-qorti tirreferi lil dak il-kreditur biex iressaq kawża biex tiġi stabbilita l-pretensjoni kkontestata. F’dik il-kawża, il-persuna li topponi l-pretensjoni taġixxi f’isem u għad-debitur.

Jekk il-pretensjonijiet tal-impjegati u tal-eks impjegati tad-debitur ikunu ġew ikkontestati, il-kawża biex jiġu stabbiliti l-pretensjonijiet ikkontestati titressaq skont id-dispożizzjonijiet ġenerali fil-proċedimenti quddiem il-qorti u dispożizzjonijiet speċjali għal proċedimenti f’tilwim dwar ix-xogħol.

Jekk ikun hemm ordni ta’ infurzar għall-pretensjoni kkontestata, il-qorti tirreferi lill-parti li tkun qed tikkontesta biex tressaq kawża biex tagħti prova tal-merti tal-kontestazzjoni tagħha.

13 Liema huma r-regoli li jirregolaw it-tqassim tal-assi wara tmiem il-proċedimenti? Kif jiġu kklassifikati t-talbiet u d-drittijiet tal-kredituri?

Is-saldu tal-kredituri jsir fuq il-bażi tal-fluss ta’ flus. Il-kredituri subordinati ma jitqisux fid-distribuzzjoni parzjali. Id-distribuzzjoni titwettaq mil-likwidatur. Qabel kull distribuzzjoni, il-likwidatur irid jikseb il-kunsens tal-kumitat tal-kredituri jew ta’ qorti, jekk ma jkun twaqqaf l-ebda kumitat tal-kredituri.

Il-pretensjonijiet għolja tal-ogħla grad jinkludu pretensjonijiet mill-impjegati u l-eks impjegati tad-debitur imġarrba sal-jum tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment minn relazzjoni tax-xogħol, għall-ammont gross totali, indennità tal-ħlas fl-ammont stipulat mil-liġi jew ftehim kollettiv u pretensjonijiet li jirriżultaw minn kumpens ta’ danni minħabba korriment imġarrab fuq ix-xogħol jew mard relatat max-xogħol.

Il-pretensjonijiet għolja tat-tieni grad jinkludu l-pretensjonijiet l-oħra kollha kontra d-debitur minbarra l-pretensjonijiet ikklassifikati bħala subordinati.

Wara s-saldu tal-pretensjonijiet għolja, il-pretensjonijiet kklassifikati bħala subordinati jiġu ssodisfati fl-ordni li ġejja:

1. imgħax fuq pretensjonijiet ta’ kredituri tal-falliment mill-bidu tal-proċedimenti ta’ falliment

2. spejjeż ta’ kredituri individwali mġarrba bil-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċedimenti

3. multi maħruġa għal reati kriminali jew ksur u spejjeż li jirriżultaw minn proċedimenti kriminali jew ta’ ksur

4. pretensjonjiet li jitolbu l-forniment liberu ta’ servizzi ta’ debitur

5. pretensjonijiet għal ħlas lura ta’ self biex jissostitwixxi kapital ta’ membru ta’ kumpanija jew pretensjoni korrispondenti.

Il-pretensjonijiet pendenti jsiru dovuti mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment.

Il-pretensjonijiet relatati ma’ kundizzjoni deċiżiva li tidħol fis-seħħ mal-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment jiġu kkunsidrati bħala pretensjonijiet inkundizzjonati sakemm tidħol fis-seħħ dik il-kundizzjoni.

L-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ falliment u l-obbligi l-oħra tal-patrimonju tal-falliment jiġu ssodisfati l-ewwel mill-patrimonju tal-falliment. Il-likwidatur jissodisfa l-pretensjonijiet fl-ordni tal-maturità tagħhom.

Qabel id-distribuzzjoni, il-likwidatur ifassal lista tal-pretensjonijiet li jkunu se jiġu kkunsidrati għad-distribuzzjoni (lista tad-distribuzzjoni). Il-pretensjonijiet tal-impjegati tad-debitur u l-eks impjegati minn relazzjoni tax-xogħol imġarrba sal-jum tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment jitqiesu fl-ammont gross. Il-lista trid tinkludi s-somma tal-pretensjonijiet u l-ammont disponibbli mill-patrimonju tal-falliment li għandu jiġi distribwit fost il-kredituri.

Kreditur intitolat għal sodisfazzjon separat li d-debitur ukoll ikun personalment responsabbli għalih, jenħtieġ li fi żmien 15-il jum mit-tħabbir tal-lista tad-distribuzzjoni jippreżenta evidenza lil-likwidatur li jkun irrinunzja d-dritt għal saldu separat – u għal liema ammont – jew li ma kien hemm l-ebda saldu separat. Jekk jonqos milli jippreżenta l-evidenza fi żmien xieraq, il-pretensjoni tiegħu ma titiqiesx fid-distribuzzjoni parzjali.

Il-pretensjonijiet b’kundizzjoni sospensiva jitqiesu fl-ammont sħiħ tagħhom waqt distribuzzjoni parzjali. Il-porzjon relatat ma’ dawn il-pretensjonijiet jiġi riżervat matul id-distribuzzjoni.

Matul id-distribuzzjoni finali, il-pretensjonijiet b’kundizzjoni sospensiva ma jitqisux jekk il-possibbiltà ta’ sodisfazzjon tal-kundizzjoni tkun tant remota li fil-ħin tad-distribuzzjoni ma jkollhiex valur materjali. F’dan il-każ, l-ammonti riservati għas-sodisfazzjon ta’ din il-pretensjoni matul id-distribuzzjonijiet preċedenti jiġu inklużi fil-patrimonju li ssir minnu d-distribuzzjoni finali.

Il-kredituri esklużi mid-distribuzzjoni parzjali u li sussegwentement jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 275 u 276 tal-SZ jitħallsu ammont ugwali għal kredituri oħra mill-bilanċ tal-patrimonju tal-falliment matul id-distribuzzjoni li jkun imiss. Hemmhekk biss ikun possibbli li jitkompla s-saldu tal-pretensjonijiet ta’ kredituri oħra.

Id-distribuzzjoni finali tibda hekk kif jitlesta t-twettiq tal-patrimonj tal-falliment. Id-distribuzzjoni finali tista’ tinbeda biss bil-kunsens tal-qorti.

Jekk il-pretensjonijiet tal-kredituri kollha jkunu jistgħu jiġi ssodisdati fl-ammont sħiħ fid-distribuzzjoni finali, il-likwidatur jittrasferixxi kwalunkwe bilanċ favorevoli li jkun fadal lid-debitur individwali. Jekk id-debitur ikun persuna ġuridika, il-likwidatur jassenja lil kull persuna li jkollha interess fid-debitur il-parti tal-bilanċ favorevoli li din il-persuna jkollha d-dritt għalih fil-każ ta’ proċedimenti ta’ stralċ barra mill-proċedimenti ta’ falliment.

14 Liema huma l-kundizzjonijiet għal, u l-effetti tal-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza (b'mod partikolari b'miżura komposta)?

a) Proċedimenti ta’ qabel il-falliment – jekk il-kredituri jaċċettaw il-pjan ta’ ristrutturar, il-qorti, permezz ta’ deċiżjoni, tirrikonoxxi l-approvazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar u tikkonferma arranġament ta’ qabel il-falliment, sakemm:

- b’ċertezza suffiċjenti, wieħed mill-kredituri jistabbilixxix li l-pjan ta’ ristrutturar ikun inaqqas id-drittijiet taħt dak li jkun raġonevolment mistenni li jiġi riċevut fin-nuqqas tar-ristrutturar

- ma jkunx jidher probabbli mill-pjan ta’ ristrutturar li l-implimentazzjoni tiegħu tkun se tippermetti lid-debitur li jsir solventi fil-perjodu sal-aħħar tas-sena kurrenti u fis-sentejn kalendarji sussegwenti

- il-pjan ta’ ristrutturar ma jkunx iddefinixxa s-saldu ta’ ammonti li l-kredituri jirċievu kieku l-pretensjoni tagħhom ma kinitx ġiet ikkontestata jew

- il-pjan ta’ ristrutturar ma jkunx ippropona kapitalizzazzjoni ta’ pretensjonijiet ta’ kreditur wieħed jew aktar u l-membri tad-debitur ma jkunux ħarġu deċiżjoni li tawtorizza tali attività skont l-Att dwar il-Kumpaniji (Zakon o trgovačkim društvima).

Jekk ma jkunux ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għall-konferma tal-arranġament ta’ qabel il-falliment, il-qorti, permezz ta’ deċiżjoni, tiddetermina li l-konferma tal-arranġament ta’ qabel il-falliment tinżamm u jiġu sospiżi l-proċedimenti.

Ftehim ikkonfermat ta’ qabel il-falliment għandu effett legali għall-kredituri li ma jkunux ipparteċipaw fil-proċedimenti u l-kredituri li jkunu pparteċipaw fil-proċedimenti, u l-pretensjonijiet ikkontestati tagħhom jiġu sussegwentement stabbiliti.

Debitur li jkun għamel profitt minn obbligazzjonijiet li jitħassru taħt ftehim ikkonfermat ta’ qabel il-falliment irid iżomm dak il-profitt akkwistat sal-iskadenza tat-terminu biex jissodisfa l-obbligazzjonijiet kollha li jirriżultaw minn ftehim ta’ qabel il-falliment.

Meta kreditur iħassar pretensjoni ta’ debitur skont ftehim ikkonfermat ta’ qabel il-falliment, l-ammont tal-pretensjoni mħassra jiġi rikonoxxut bħala nefqa li tista’ titnaqqas mit-taxxa tal-kreditur.

b) Proċedimenti ta’ falliment - immedjatament wara li tkun ġiet konkluża d-distribuzzjoni finali, il-qorti toħroġ deċiżjoni li tagħlaq il-proċedimenti ta’ falliment li tingħata lill-awtorità li timmaniġġja r-reġistru li jkun irreġistrat fih id-debitur. Malli jitneħħa mir-reġistru, debitur li jkun persuna ġuridika ma jibqax jeżisti u debitur li jkun persuna fiżika jiġi mċaħħad mill-istatus tiegħu bħala negozjant individwali, intraprenditur jew persuna li taħdem għal rasha.

15 X'inhuma d-drittijiet tal-kredituri wara l-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza?

Wara l-għeluq tal-proċedimenti ta’ falliment kontra debitur individwali, il-kredituri tal-fallimenti jistgħu jkomplu bl-insegwiment illimitat tal-pretensjonijiet li jifdal tagħhom.

Il-kredituri tal-falliment jistgħu jinfurzaw il-pretensjonijiet tagħhom kontra d-debitur permezz ta’ deċiżjoni li tistabbilixxi l-istabbiliment tal-pretensjonijiet tagħhom, sakemm ikunu ġew stabbiliti l-pretensjonijiet u ma jkunux ġew ikkontestati mid-debitur waqt is-seduta ta’ smigħ tar-reviżjoni. Pretensjoni li tkun ġiet ikkontestata bla suċċess hija ekwivalenti għal pretensjoni mhux ikkontestata.

Fuq proposta mil-likwidatur jew kwalunkwe wieħed mill-kredituri, jew li jaġixxi ex officio, il-qorti tordna t-tkomplija tal-proċedimenti għall-finijiet ta’ distribuzzjoni sussegwenti jekk, wara s-seduta ta’ smigħ finali:

1. il-prerekwiżiti jiġu ssodisfati għall-ammonti riżervati li għandhom jiġu distribwiti lill-kredituri

2. l-ammonti li jkunu tħallsu mill-patrimonju tal-falliment jerġgħu jiġu assorbiti fil-patrimonju tal-falliment

3. jinstabu assi li jiffurmaw parti mill-patrimonju tal-falliment

Il-qorti tordna t-tkomplija tal-proċedimenti għall-finijiet ta’ distribuzzjoni sussegwenti irrispettivament mill-fatt li l-proċedimenti jkunu ngħalqu.

Il-qorti tista’ toqgħod lura mid-distribuzzjoni sussegwenti u tittrasferixxi l-ammont disponibbli għad-distribuzzjoni lill-kredituri jew tittrasferixxi l-oġġett li jkun instab lid-debitur individwali jekk tqis li jkun xieraq minħabba l-ammont insinifikanti involut jew il-valur żgħir tal-oġġett u l-ispejjeż tat-tkomplija tal-proċedimenti għad-distribuzzjoni sussegwenti. Il-qorti tista’ tkompli l-proċedimenti għad-distribuzzjoni sussegwenti bil-kundizzjoni ta’ pagament bil-quddiem li jissodisfa l-ispejjeż ta’ dawk il-proċedimenti.

Wara l-implimentazzjoni tad-distribuzzjoni sussegwenti, il-qorti toħroġ deċiżjoni dwar l-għeluq tal-proċedimenti ta’ falliment.

Wara li tkun ġiet ordnata d-distribuzzjoni sussegwenti, skont il-lista finali, il-likwidatur jiddistribwixxi l-ammont li jkun jista’ jiġi dispost b’mod ħieles jew l-ammont riċevut mit-twettiq tal-parti tal-patrimonju tal-falliment li tkun instabet sussegwentament. Il-likwidatur jagħti l-kont finali lill-qorti.

Il-kredituri mill-patrimonju tal-falliment li l-likwidatur ikun sar jaf bil-pretensjonijiet tagħhom:

1. matul id-distribuzzjoni parzjali, wara li tkun ġiet determinata l-parti għad-distribuzzjoni,

2. matul id-distribuzzjoni finali, wara li tkun ingħalqet is-seduta ta’ smigħ finali,

3. matul id-distribuzzjoni sussegwenti, wara li tkun ġiet ippubblikata l-lista għal dik id-distribuzzjoni,

jistgħu jitolbu saldu biss mill-bilanċ li jifdal tal-patrimonju tal-falliment wara li sseħħ id-distribuzzjoni.

16 Min għandu jagħmel tajjeb għall-kostijiet u l-ispejjeż involuti fil-proċedimenti ta' insolvenza?

Kull kreditur iġorr l-ispejjeż tiegħu tal-proċedimenti fi proċedimenti ta’ qabel il-falliment u f’dawk ta’ falliment, ħlief kif provdut mod ieħor fl-SZ.

17 X'inhuma r-regoli li għandhom x'jaqsmu man-nullità, l-annullabbiltà u n-nuqqas ta' eżekutorjetà ta' atti ġuridiċi detrimentali għall-korp ġenerali ta' kredituri?

L-atti legali adottati qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment li jfixklu l-arranġament uniformi ta’ kredituri ta’ falliment (li jikkawżaw ħsara lill-kredituri) jew li jiffavorixxu ċerti kredituri fuq oħrajn (trattament preferenzjali tal-kredituri) jistgħu jiġu kkontestati mil-likwidatur f’isem id-debitur, u l-kredituri f’falliment, skont id-dispożizzjonijiet tal-SZ. L-omissjonijiet li jkunu wasslu biex id-debitur jitlef dritt, jew li fuq il-bażi tagħhom ikunu ġew stabbiliti, miżmuma jew garantiti l-pretensjonijiet pekunjarji kontra tiegħu, jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk l-atti legali.

Att legali li jipprovdi jew jippermetti garanzija jew sodisfazzjon lil kreditur b’mod u fi żmien li jkun kongruwenti mas-sustanza tad-drittijiet tiegħu (saldu kongruwenti), u li jkun ġie adottat fl-aħħar tliet xhur qabel il-preżentazzjoni ta’ proposta għall-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, jista’ jiġi kkontestat jekk, fiż-żmien tal-att, id-debitur kien insolventi u l-kreditur kien jaf b’din l-insolvenza.

Att legali li jipprovdi jew jippermetti garanzija jew sodisfazzjon lil kreditur skont is-sustanza tad-drittijiet tiegħu jista’ jiġi kkontestat jekk ikun ġie adottat wara l-preżentazzjoni tal-proposta għall-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment u jekk il-kreditur, fiż-żmien tal-att, kien jaf dwar l-insolvenza jew dwar il-proposta biex jinbdew il-proċedimenti ta’ falliment.

Il-kreditur jitqies li jaf dwar l-insolvenza jew dwar il-proposta biex jinbdew il-proċedimenti ta’ falliment jekk kien jaf jew kellu jkun jaf dwar ċirkostanzi li minnhom kien jidher li kien hemm insolvenza jew li tkun ġiet ippreżentata proposta għall-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment.

Persuni li kienu f’relazzjoni mill-qrib mad-debitur fiż-żmien tal-att jitqiesu li kienu jafu dwar l-insolvenza u dwar il-proposta għall-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment.

Att legali li jipprovdi jew jippermetti garanzija jew sodisfazzjon lil kreditur li ma kellux id-dritt li jagħmel pretensjoni, jew li ma kellu l-ebda dritt jagħmel pretensjoni b’dak il-mod jew f’dak iż-żmien, jista’ jiġi kkontestat:

1. jekk ikun ġie adottat fl-aħħar xahar qabel il-preżentazzjoni tal-proposta għall-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment jew wara li kienet ġiet ippreżentata l-proposta, jew

2. jekk ikun ġie adottat fit-tielet jew fit-tieni xahar qabel il-preżentazzjoni tal-proposta għall-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment u f’dak iż-żmien id-debitur kien insolventi, jew

3. jekk l-att ikun ġie adottat fit-tielet jew it-tieni xahar qabel il-preżentazzjoni tal-proposta għall-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment u fiż-żmien li jkun ġie adottat l-att il-kreditur kien jaf li kien se jikkawża ħsara lill-kredituri tal-falliment.

Il-kreditur jitqies li kien jaf li l-att kien se jikkawża ħsara lil kredituri oħra jekk dak il-kreditur kien jaf, jew kellu jkun jaf, dwar ċirkostanzi li minnhom kien jidher li l-kredituri kienu se jġarrbu xi ħsara. Persuni li kienu f’relazzjoni mill-qrib mad-debitur fiż-żmien tal-att jitqiesu li kienu jafu li kienet se ssir ħsara lill-kredituri tal-falliment.

Att legali tad-debitur li jirriżulta direttament fi ħsara għall-kredituri tal-falliment jista’ jiġi kkontestat:

1. jekk ikun ġie adottat fi żmien tliet xhur qabel il-preżentazzjoni tal-proposta għall-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, jekk id-debitur kien insolventi fiż-żmien tal-att u jekk il-parti l-oħra kienet taf dwar l-insolvenza jew

2. jekk ikun ġie adottat wara li l-preżentazzjoni tal-proposta għall-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment u jekk il-persuna l-oħra kienet taf jew kellha tkun taf, fiż-żmien tal-att legali, dwar l-insolvenza jew dwar il-proposta għall-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment.

Kwalunkwe att legali tad-debitur li jirriżulta fit-telf ta’ xi wieħed mid-drittijiet tad-debitur, jew li jipprevjeni l-affermazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed mid-drittijiet ta’ debitur, jew kwalunkwe att li fuq il-bażi tiegħu tkun tista’ tinżamm valida jew infurzata pretensjoni pekunarja kontra d-debitur, jiġi ttrattat l-istess bħal att li jirriżulta fi ħsara diretta li tkun ikkawżata lill-kredituri.

Att legali adottat mid-debitur matul l-aħħar għaxar snin qabel il-preżentazzjoni tal-proposta għall-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, jew wara, bl-intenzjoni li jikkawża ħsara lill-kredituri, jista’ jiġi kkontestat jekk il-parti l-oħra kienet taf bl-intenzjoni tad-debitur fiż-żmien tal-att. L-għarfien tal-intenzjoni jkun preżunt jekk il-parti l-oħra tkun taf li d-debitur kien mhedded b’insolvenza u li dan l-att kien se jikkawża ħsara lill-kredituri.

Il-kreditur jitiqies li kien jaf li d-debitur kien taħt theddida ta’ insolvenza u li dak l-att kien se jkun ta’ ħsara għall-kredituri jekk dak il-kreditur kien jaf jew kellu jkun jaf dwar ċirkostanzi li minnhom kellu jkun jidher li d-debitur kien insolventi u li att bħal dak seta’ jikkawża ħsara lill-kredituri.

Il-kuntratti għal interess pekunjarju li jidħol fihom id-debitur u persuni qrib id-debitur jistgħu jiġu kkontestati jekk jikkawżaw ħsara diretta lill-kredituri. Dak il-kuntratt ma jistax jiġi kkontestat jekk ikun ġie konkluż aktar minn sentejn qabel il-preżentazzjoni tal-proposta għall-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment jew jekk il-parti l-oħra tagħti prova li fiż-żmien tal-konklużjoni tal-kuntratt ma kellhiex għarfien dwar l-intenzjonijiet tad-debitur li jikkawża ħsara lill-kredituri.

Att legali tad-debitur mingħajr kumpens jew b’kumpens insinifikanti jista’ jiġi kkontestat sakemm ma jkunx ġie adottat erba’ snin qabel il-preżentazzjoni tal-proposta għall-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment. Fil-każ ta’ rigal okkażjonali ta’ valur insinifikanti, l-att ma jistax jiġi kkontestat.

Att legali li bih membru tal-kumpanija jagħmel pretensjoni għal ħlas lura ta’ self użat biex jissostitwixxi l-kapital, jew xi pretensjoni simili jsir null:

1. jekk ikun jipprovdi garanzija u jekk l-att ikun ġie adottat fl-aħħar ħames snin qabel il-preżentazzjoni tal-proposta għall-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment jew minn hemm ’il quddiem

2. jekk ikun jiggarantixxi s-saldu u jekk l-att ikun ġie adottat fl-aħħar sena qabel il-preżentazzjoni tal-proposta għall-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment jew minn hemm ’il quddiem.

Att legali li bih l-interess tas-sieħeb passiv tal-kumpanija jiġi rritornat lilu b’mod sħiħ jew b’mod parzjali, jew li bih is-sehem tiegħu tat-telf imġarrab jiġi rrinunzjat, b’mod sħiħ jew b’mod parzjali, jista’ jiġi kkontestat jekk il-kuntratt li jkun ibbażat fuqu dak l-att ikun ġie konkluż matul l-aħħar sena qabel il-preżentazzjoni tal-proposta għall-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment kontra l-kumpanija jew wara. L-istess japplika jekk is-sieħeb passiv jiġi stralċjat skont il-kuntratt.

Fil-każ ta’ saldu kongruwenti, il-ħlasijiet mid-debitur issodisfati permezz ta’ kambjala ma jistgħux jiġu rreklamati mingħand min jirċevihom jekk, skont il-liġi dwar l-istrumenti negozjabbli, ir-riċevitur, ladarba jirrifjuta li jaċċetta l-ħlas, jitlef pretensjoni lejn debituri oħra.

Att legali jitqies li jkun ġie adottat fiż-żmien meta jseħħu l-effetti legali tiegħu.

Jekk tkun meħtieġa entrata f’kont, reġistru jew fajl pubbliku għall-validità legali ta’ att legali, l-att legali jitqies li jkun ġie adottat hekk kif jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet l-oħra għall-validità, l-intenzjoni tad-debitur li jagħmel tali entrata ssir vinkolanti, u l-parti l-oħra tressaq talba għad-dħul ta’ bidla legali. Din id-dispożizzjoni tapplika wkoll għal talbiet għal dħul bil-quddiem biex jiġi żgurat id-dritt għal bidla legali.

Jekk att legali jkun soġġett għal kundizzjoni jew skadenza, jitqies iż-żmien meta jkun ġie adottat u mhux iż-żmien meta sseħħ il-kundizzjoni jew tinqabeż l-iskadenza.

Att legali li għalih tkun inkisbet ordni ta’ eżekuzzjoni u att legali li jkun ġie adottat waqt il-proċess ta’ infurzar jistgħu jiġu kkontestati.

Jekk id-debitur ikun aċċetta korrispettiv tal-istess valur għat-twettiq tiegħu li jkun sar direttament parti mill-assi tiegħu, l-att legali li jkun ibbażat fuqu t-twettiq jista’ jiġi kkontestat biss taħt il-kundizzjoni ta’ ħsara intenzjonali.

F’isem id-debitur, il-likwidatur jista’ jikkontesta l-atti legali tad-debitur fuq il-bażi tal-approvazzjoni tal-qorti. L-ilment jitressaq kontra l-persuna li għaliha jkun ġie adottat l-att ikkontestat.

Il-likwidatur jista’ jressaq ilment biex jikkontesta atti legali fi żmien sena u nofs mill-jum tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment.

Kull kreditur tal-falliment jista’ jressaq azzjoni biex jikkontesta atti legali f’ismu stess u bl-ispejjeż għalih jekk:

- il-likwidatur ma jkunx ressaq azzjoni biex jikkontesta l-atti legali fil-limitu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 212(3) SZ – fi żmien tliet xhur mill-iskadenza tal-limitu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 212(3) SZ.

- il-likwidatur jirtira azzjoni biex jikkontesta l-atti legali – fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni finali li tikkonferma l-irtirar tal-azzjoni fuq il-bord tal-bullettin elettroniku tal-qorti (e-Oglasna ploča suda)

- qabel ikun talab dikjarazzjoni mil-likwidatur u l-likwidatur ikun iddikjara li ma jkunx se jressaq azzjoni biex jikkontesta l-atti legali - fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-likwidatur fuq il-bord tal-bullettin elettroniku tal-qorti

- qabel ikun talab dikjarazzjoni mil-likwidatur u l-likwidatur ma jkunx iddikjara fi żmien tliet xhur jekk dan hux se jressaq azzjoni biex jikkontesta l-atti legali - fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni tas-sejħa biex issir dikjarazzjoni bħal din.

Jekk tkun ġiet issodisfata t-talba biex jiġi kkontestat atti legali, l-att legali kkontestat ma jkollu l-ebda effett legali kontra l-patrimonju tal-falliment, u l-parti l-oħra hija meħtieġa li tagħti lura lill-patrimonju tal-falliment il-benefiċċji materjali kollha miksuba permezz tat-tranżazzjoni kkontestata, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-SZ. Tista’ tiġi ppreżentata proposta ta’ infurzar ibbażata fuq id-deċiżjoni li taċċetta t-talba biex tikkontesta atti legali mil-likwidatur f’isem u għad-debitur jew tal-patrimonju tal-falliment, u minn kreditur tal-falliment f’ismu stess u favur id-debitur tal-falliment jew il-patrimonju tal-falliment.

Persuna li taċċetta twettiq mingħajr kumpens, jew b’kumpens insinifikanti, trid tirritorna dak li rċeviet biss jekk dan ikun stagħna minnu, sakemm ma kinitx taf jew kellha tkun taf li twettiq bħal dan kien se jikkawża ħsara lill-kredituri.

Deċiżjoni finali mogħtija f’azzjoni biex tikkontesta atti legali hija applikabbli għad-debitur tal-falliment, il-patrimonju tal-falliment u l-kredituri kollha tal-falliment, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-SZ.

Jekk il-qorti tkun aċċettat it-talba biex tikkontesta att legali, il-parti li tkun qed topponi hija meħtieġa li treġġa’ lura fil-patrimonju tal-falliment il-benefiċċji materjali kollha miksuba matul it-tranżazzjoni kkontestata. Ladarba dawn il-benefiċċji jkunu ġew irritornati lill-patrimonju tal-falliment, il-kredituri li huma atturi huma intitolati għal saldu preferenzjali minn dawk il-benefiċċji fi proporzjon għall-ammont tal-pretensjonijiet stabbiliti tagħhom.

L-atti legali tad-debitur jistgħu jiġu kkontestati billi titressaq oġġezzjoni f’kawża mingħajr ebda limitu ta’ żmien.

Att legali jista’ jiġi kkontestat anki kontra l-werriet jew suċċessur legali universali ieħor tal-parti li tkun qed topponi.

Tranżazzjoni legali tista’ tiġi kkontestata kontra suċċessuri legali oħra tal-parti li tkun qed topponi:

1. jekk is-suċċessur legali, fiż-żmien tal-akkwist, kien jaf bil-kundizzjonijiet li fuqhom hija bbażata n-nullità tal-akkwist tal-predeċessur legali tiegħu

2. jekk is-suċċessur legali, fiż-żmien tal-akkwist, kien persuna f’relazzjoni mill-qrib mad-debitur, sakemm ma jagħtix prova li f’dak iż-żmien ma kienx jaf dwar iċ-ċirkostanzi li hija bbażata fuqhom in-nullità tal-akkwist tal-predeċessur legali tiegħu

3. jekk dak li ġie akkwistat kien ġie ttrasferit lis-suċċessur legali mingħajr kumpens, jew b’kumpens indeterminat.

Att legali li jkun ġie adottat wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, li jibqa’ validu skont ir-regoli dwar il-protezzjoni tal-fiduċja fir-reġistri pubbliċi, jista’ jiġi kkontestat skont ir-regoli dwar il-kontestazzjoni tal-atti legali adottati qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment.

L-aħħar aġġornament: 23/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Insolvenza - Italja

1 Kontra min jistgħu jinfetħu proċedimenti ta' insolvenza?

Proċedimenti ta’ insolvenza jistgħu jitressqu kontra operaturi kummerċjali (individwi jew kumpaniji) dment li jkollhom jew:

a) assi ta’ EUR 300 000.00 jew iktar fuq perjodu ta’ tliet snin qabel ir-rikors għall-insolvenza jew il-ftehim preventiv

b) dħul gross annwali ta’ EUR 200 000.00 jew iktar fuq perjodu ta’ tliet snin qabel ir-rikors għall-insolvenza jew il-ftehim preventiv

c) djun totali (fid-data tar-rikors għall-insolvenza jew il-ftehim preventiv) ta’ EUR 500 000.00 jew iktar (irrispettivament mid-data li nħolqu fiha)

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza?

a) l-insolvenza teħtieġ li l-impriża tkun fi stat insolventi u tista’ jintalab minn:

- id-debitur

- kreditur

- il-Prosekutur Pubbliku

b) ftehim mal-kredituri (concordato preventivo) jeħtieġ li l-impriża tkun f’diffikultà (jiġifieri qed tesperjenza diffikultajiet finanzjarji li mhumiex kbar biżżejjed biex jikkawżaw insolvenza); jista’ jsir rikors għalih mid-debitur.

3 Liema huma l-assi li jiffurmaw parti mill-patrimonju tal-insolvenza? Kif jiġu ttrattati l-assi li huma miksuba minn, jew li jiddevolvu lid-debitur wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza?

L-assi kollha li jiffurmaw parti mill-proprjetà tal-insolvenza, ħlief għal dan li ġej:

1) proprjetà u drittijiet strettament personali;

2) allowances għall-manteniment, pagi, pensjonijiet, salarji u dak li jaqilgħu l-insolventi fil-ħidma tagħhom fil-limiti ta’ dak li huwa meħtieġ biex imantnu lilhom infushom u l-familja tagħhom;

3) introjtu mill-assi tat-tfal tal-insolventi, disponibbli għalih b’operazzjoni tal-liġi, assi f’fondi mwarrba għall-bżonnijiet tal-familja (fondo patrimoniale) u introjtu minnhom, ħlief kif previst fl-Artikolu 170 tal-Kodiċi Ċivili;

4) l-affarijiet li ma jistgħux jiġu sekwestrati bil-liġi.

Il-proprejtà tal-insolvenza tinkludi wkoll l-assi kollha akkwistati mill-insolventi wara li nfetħu l-proċedimenti, iżda ma jinkludux l-obbligazzjonijiet imġarrba biex inkisbu u jinżammu dawk l-assi.

4 X’setgħat għandhom id-debitur u l-prattikant tal-insolvenza, rispettivament?

Il-prattikant tal-insolvenza (l-amministratur) għandu s-setgħa/id-dover li jimmaniġġja l-assi, ibigħhom, u jqassam ir-rikavat lill-kredituri.

L-insolvent jista’ jintalab mill-amministratur biex jiżvela informazzjoni u jista’ jikkontesta l-miżuri li jieħu l-amministratur u l-imħallef delegat, iżda biss jekk dawn kienu ġew adottati bi ksur tal-liġi (għaldaqstant, mhux għal sempliċi raġunijiet ta’ konvenjenza).

5 Taħt liema kundizzjonijiet tiġi invokata t-tpaċija ?

Kull min għandu jħallas flus lill-prattikant tal-insolvenza jista’ jpaċi dan id-dejn ma’ pretensjoni (controcredito) fir-rigward tal-istess proċediment, iżda biss jekk kemm id-dejn kif ukoll il-pretensjoni jkunu nħolqu qabel il-ftuħ tal-proċediment.

6 X’effett għandhom il-proċedimenti ta’ falliment fuq kuntratti kurrenti li d-debitur huwa parti tagħhom?

L-amministratur jista’ jiddeċiedi jekk il-kuntratti fis-seħħ meta nfetaħ il-proċediment tal-insolvenza għandhomx jitkomplew jew jiġu tterminati.

7 X'effetti għandhom il-proċedimenti ta' insolvenza fuq il-proċedimenti miġjuba minn kredituri individwali (bl-eċċezzjoni ta' kawżi pendenti)?

Il-kredituri jistgħu jieħdu azzjoni legali wara l-ftuħ tal-proċedimenti tal-insolvenza biss jekk l-amministratur jonqos milli jaġixxi, jiġifieri li (intenzjonalment jew b’negliġenza) ma jiħux azzjoni.

8 X’inhu l-effett ta' proċediment ta’ insolvenza fuq il-kontinwazzjoni ta’ kawżi pendenti fil-mument tal-ftuħ ta’ proċediment ta’ insolvenza?

Kawżi mibdija minn kreditur kontra persuna li sussegwentement tiġi ddikjarata insolventi jistgħu jitkomplew biss mill-amministratur.

9 Liema huma l-karatteristiċi ewlenin tal-parteċipazzjoni tal-kredituri fil-proċedimenti ta’ insolvenza?

Il-kumitat tal-kredituri huwa magħmul minn tliet jew ħames kredituri u għandu s-setgħat importanti li:

- jawtorizza t-transazzjonijiet, il-kompromessi, l-abbandun ta’ kawżi, ir-rikonoxximent ta' drittijiet ta’ partijiet terzi, il-kanċellazzjoni ta’ ipoteki, ir-ritorn ta’ titoli, il-ħruġ ta’ bonds, l-aċċettazzjoni ta’ wirt u rigali, u l-atti l-oħra kollha tal-amministrazzjoni speċjali

- jirrikorri għand il-qorti biex jibdel lill-amministratur

- japprova l-pjan tal-likwidazzjoni

- jawtorizza lill-amministratur biex jieħu f’idejh il-kuntratti fis-seħħ fid-data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza

- jieħu sehem fl-operazzjonijiet tal-inventarju tal-assi tal-insolvent

- jaċċessa d-dokumenti kollha relatati mal-proċedimenti

- jawtorizza lill-amministratur biex jeskludi mill-assi, jew li jabbanduna l-likwidazzjoni ta’, assi wieħed jew iktar, jekk il-likwidazzjoni tkun manifestament ta’ żvantaġġ

- jirrikorri għand l-imħallef delegat għas-sospensjoni ta’ bejgħ ta’ assi.

Barra mis-setgħat amministrattivi attivi t’hawn fuq, il-kumitat tal-kredituri jesprimi opinjonijiet dwar il-miżuri meħuda mill-Imħallef delegat jew mill-qorti, jiġifieri:

- jawtorizza lil kredituri garantiti jbigħu l-assi miżmuma bħala garanzija

- jawtorizza lill-Imħallef delegat ikompli jmexxi temporanjament il-kumpanija (il-kumitat tal-kredituri jrid japprova l-kontinwazzjoni)

- jawtorizza lill-Imħallef delegat jikri b’lokazzjoni l-kumpanija (il-kumitat tal-kredituri jrid japprova l-lokazzjoni)

10 B’liema mod jista’ l-prattikant tal-insolvenza juża jew jiddisponi minn assi tal-patrimonju?

L-amministratur jista’ (soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel):

- ikomplu jmexxi l-kumpanija

- jagħti l-kumpanija b’lokazzjoni

- ibigħ l-assi kollha sabiex iqassam ir-rikavat lill-kredituri

- jiddeċiedi li ma jbigħx assi ta’ ftit valur.

11 Liema talbiet għandhom jiġu ppreżentati kontra l-patrimonju tal-insolvenza tad-debitur u kif għandhom jiġu ttrattati t-talbiet li jsiru wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza?

Kwalunkwe kreditur jista’ jirrikorri għand il-qorti biex id-debitur jiġi ddikjarat insolventi. Il-kreditur ma hemmx għalfejn ikollu ordni ta’ infurzar; l-importanti huwa li jkun hemm prova dokumentata għall-pretensjoni.

Il-kredituri kollha (għalhekk inklużi dawk li għamlu rikors għal dikjarazzjoni ta’ insolvenza u kisbuha) iridu jitlobu li l-pretensjonijiet tagħhom jiġu ammessi wara l-ftuħ tal-proċedimenti tal-insolvenza.

12 Liema huma r-regoli li jirregolaw il-preżentata, il-verifika u l-ammissjoni tat-talbiet?

Il-kredituri jistgħu jiddepożitaw il-pretensjonijiet tagħhom mingħajr rappreżentanza legali.

Ir-rikorsi tagħhom iridu jinkludu provi dokumentarji tal-pretensjoni u jridu jiġu ddepożitati b’mod elettroniku (permezz ta’ posta elettronika ċertifikata)

13 Liema huma r-regoli li jirregolaw it-tqassim tal-assi wara tmiem il-proċedimenti? Kif jiġu kklassifikati t-talbiet u d-drittijiet tal-kredituri?

Ir-rikavat mill-bejgħ tal-assi jiġi distribwit bejn il-kredituri kollha skont l-ordni ta’ prijorità. Il-liġi tagħti d-dritt ta’ prijorità lil ħafna pretensjonijiet (ipoteki, garanziji, pretensjonijiet preferenzjali ġenerali jew speċjali) fuq l-assi kollha jew xi wħud minnhom.

Jekk (kif kważi dejjem jiġri) ir-rikavat mid-disponiment ma jkunx biżżejjed biex jissodisfa l-pretensjonijiet kollha, dan ma jitqassamx proporzjonalment mal-ammont tal-pretensjoni iżda skont l-ordni ta’ prijorità stabbilita mill-Kodiċi Ċivili.

14 Liema huma l-kundizzjonijiet għal, u l-effetti tal-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza (b'mod partikolari b'miżura komposta)?

Il-proċedimenti tal-insolvenza jingħalqu meta:

- ma tkun ġiet iddepożitata l-ebda pretensjoni

- jiġu ssosdisfati l-pretensjonijiet kollha

- ir-rikavat kollu mill-bejgħ tal-assi jkun tqassam

- ikun aċċertat li ma jkunx hemm aktar assi x’inbiegħu jew rikavat ieħor.

Ladarba l-proċedimenti tal-insolvenza jingħalqu, l-insolvent jerġa’ jikseb il-kapaċità li jagħti bidu u jirrispondi għal azzjoni legali, u jista’ jakkwista assi mingħajr ma jgħarraf lill-amministratur.

L-arranġamenti mal-kredituri jingħalqu meta jiġi approvat il-ftehim bejn id-debitur u l-kredituri iżda, meta l-ftehim jesiġi d-disponiment tal-assi (concordato liquidatorio), il-proċedura titkompla sal-bejgħ u, għalhekk, tiġi konkluża ladarba l-assi kollha jkunu nbiegħu u r-rikavat tqassam lill-kredituri.

Ladarba arranġament mal-kredituri jingħalaq, l-insolvent jinħeles mid-djun kollha tiegħu.

15 X'inhuma d-drittijiet tal-kredituri wara l-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza?

Wara li l-proċedimenti tal-insolvenza jingħalqu, il-kredituri jkunu jistgħu jieħdu azzjoni kontra d-debitur biex jirkupraw id-dejn li jifdal (jiġifieri l-parti tad-dejn li ma tħallasx lura mill-amministratur), sakemm ma tkunx saret proċedura ta’ kwittanza, f’liema każ, il-kredituri ma jistax ikollhom aktar pretensjonijiet kontra l-insolventi.

Ladarba arranġament mal-kredituri jingħalaq, il-kredituri ma jistax ikollhom aktar pretensjonijiet kontra d-debitur. Madankollu, jekk id-debitur ma jissodisfax l-obbligi tiegħu, il-kredituri jistgħu jagħmlu rikors biex l-arranġament jintemm; ir-rikors irid isir fi żmien sena.

16 Min għandu jagħmel tajjeb għall-kostijiet u l-ispejjeż involuti fil-proċedimenti ta' insolvenza?

L-ispejjeż tal-proċedimenti tal-insolvenza jiġġarrbu mill-proċedimenti tal-insolvenza stess, u jitħallsu mir-rikavati tal-bejgħ tal-assi.

Jekk ma jkunx hemm assi, l-amministratur u l-ispejjeż imġarrba mill-amministratur jitħallsu mill-Istat.

17 X'inhuma r-regoli li għandhom x'jaqsmu man-nullità, l-annullabbiltà u n-nuqqas ta' eżekutorjetà ta' atti ġuridiċi detrimentali għall-korp ġenerali ta' kredituri?

Atti legali mwettqa mill-insolvent qabel il-ftuħ tal-proċedimenti tal-insolvenza jistgħu jiġu revokati jekk ikun saru f’ċertu perjodu (sena jew sitt xhur) qabel il-ftuħ tal-proċedimenti.

Atti legali mwettqa mill-insolvent wara l-bidu tal-proċedimenti tal-insolvenza huma nulli.

Atti ta’ amministrazzjoni speċjali mwettqa matul l-arranġamenti mal-kredituri u mingħajr l-permess tal-qorti huma nulli.

L-aħħar aġġornament: 03/01/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Insolvenza - Ċipru

1 Kontra min jistgħu jinfetħu proċedimenti ta' insolvenza?

Falliment (ptóchevsi): Ordni ta’ falliment (diátagma ptóchevsis) issir biss kontra persuna fiżika li tkun insolventi.

Stralċ (ekkathárisi): Ordni ta’ stralċ (diátagma ekkathárisis) issir fir-rigward ta’ kwalunkwe persuna ġuridika. Stralċ volontarju (ekoúsia ekkathárisi), barra mill-qorti jew soġġett għal superviżjoni mill-qorti, japplika wkoll għal persuna ġuridika.

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza?

Falliment: Id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi dwar il-falliment ta’ persuni fiżiċi jinsabu fil-Liġi dwar il-Falliment (perí Ptóchevsis Nómos, il-Kapitolu 5) li ġiet emendata sostanzjalment fl-aħħar sentejn sabiex tirrifletti s-sitwazzjoni ekonomika u soċjali li qed tinbidel.

Tista’ tiġi ppreżentata petizzjoni ta’ falliment jew minn kreditur jew mid-debitur innifsu, għal dejn ta’ aktar minn EUR 15 000, dment li jkun sar att ta’ falliment u li d-debitur kien f’Ċipru personalment jew kien residenti abitwali f’Ċipru jew mexxa negozju f’Ċipru jew kien membru ta’ ditta jew sħubija li kienet tmexxi negozju f’Ċipru.

Debitur jikkommetti att ta’ falliment (práxi ptóchevsis), fost oħrajn, meta:

(a) kreditur jiżgura sentenza finali kontra tiegħu, għal kwalunkwe ammont, u d-debitur jonqos milli jħallas;

(b) jissottometti dikjarazzjoni ta’ inabbiltà li jħallas id-djun tiegħu;

(c) jissottometti petizzjoni ta’ falliment;

(d) pjan ta’ ħlas lura personali li kien parti għalih jitqies li jkun falla jew li ġie tterminat skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar l-Insolvenza ta’ Persuni Fiżiċi (perí Aferengyótitas Fysikón Prosópon Nómos).

Stralċ ta’ kumpaniji: Kumpanija tista’ tiġi stralċjata jew għax ma tkunx tista’ tħallas id-djun tagħha jew permezz ta’ riżoluzzjoni speċjali tal-kumpanija biex din tiġi xolta bil-likwidazzjoni tal-proprjetà tagħha u l-ħlas lura tad-dejn kollu jew parti minnu. Ordni ta’ stralċ tista’ ssir jekk kumpanija ma tkunx tista’ tħallas id-djun tagħha. L-ammont dovut għandu jaqbeż il-EUR 5 000. Petizzjoni għall-istralċ tiġi ppreżentata lill-qorti minn kreditur jew mill-azzjonisti.

Stralċ volontarju:

Hemm tliet tipi ta’ stralċ volontarju:

  • Stralċ volontarju tal-kredituri (ekoúsia ekkathárisi apó pistotés): Dan huwa stralċ barra mill-qorti li jseħħ jekk il-kumpanija tkun insolventi u l-bord tad-diretturi tagħha jiddeċiedi li jistralċjaha. L-istralċ volontarju tal-kredituri jibda bis-sejħa għal laqgħa tal-kredituri biex jikkunsidraw riżoluzzjoni speċjali għal stralċ volontarju li jkun għadda mil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti tal-kumpanija.
  • Stralċ volontarju tal-Membri (ekoúsia ekkathárisi apó méli): Dan ukoll huwa stralċ barra mill-qorti, li jinbeda b’riżoluzzjoni speċjali tal-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti meta l-kumpanija tkun solventi.
  • Stralċ volontarju soġġett għas-superviżjoni tal-qorti (ekoúsia ekkathárisi ypó tin epopteía tou Dikastiríou): Meta kumpanija tkun għaddiet minn riżoluzzjoni għal stralċ volontarju, il-qorti tista’ tordna li l-istralċ għandu jipproċedi taħt is-superviżjoni tal-qorti.

3 Liema huma l-assi li jiffurmaw parti mill-patrimonju tal-insolvenza? Kif jiġu ttrattati l-assi li huma miksuba minn, jew li jiddevolvu lid-debitur wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza?

Falliment: Il-patrimonju tal-falliment jikkonsisti fil-proprjetà kollha li tappartjeni lil jew hija involuta fil-falliment fil-bidu tal-proċedimenti ta’ falliment jew li tkun akkwistata minn jew tgħaddi fuq il-fallut qabel il-kwittanza tiegħu, għajr il-proprjetà indispensabbli għas-sopravivenza tal-fallut u dik tal-familja tiegħu.

Il-proprjetà akkwistata wara l-bidu tal-proċedimenti ta’ falliment u qabel il-kwittanza minn falliment jew l-annullament tal-falliment tifforma parti mill-patrimonju tal-falliment.

Stralċ: Il-proprjetà fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-likwidazzjoni hija l-proprjetà li kienet tappartjeni lill-kumpanija qabel saret l-ordni tal-istralċ jew qabel id-data tar-riżoluzzjoni speċjali għall-istralċ volontarju.

4 X’setgħat għandhom id-debitur u l-prattikant tal-insolvenza, rispettivament?

Falliment: Meta ssir ordni ta’ falliment, ir-riċevitur uffiċjali (epísimos paralíptis) isir l-amministratur tal-proprjetà tal-fallut. Fi stadju aktar tard, kwalunkwe prattikant liċenzjat tal-insolvenza (adeiodotiménos sýmvoulos aferengyótitas) jista’ jinħatar amministratur (diacheiristís). Il-kompitu tal-amministratur huwa li jbigħ il-proprjetà tal-fallut u li jiddistribwixxi r-rikavat lill-kredituri. Meta r-riċevitur uffiċjali jew kwalunkwe prattikant tal-insolvenza jwettaq id-dmirijiet ta’ amministratur, il-fallut iżomm is-sjieda tal-proprjetà kollha involuta fih, li madankollu tiġi immaniġġjata biss mill-amministratur mid-data tal-bidu tal-proċedimenti ta’ falliment.

Stralċ: Meta ssir ordni ta’ stralċ, jekk ma jinħatar l-ebda likwidatur mill-kredituri, ir-riċevitur uffiċjali awtomatikament isir likwidatur (ekkatharistís), sakemm ma jinħatarx prattikant liċenzjat tal-insolvenza bħala likwidatur fuq l-applikazzjoni tar-riċevitur uffiċjali lill-qorti, jew wara deċiżjoni mil-laqgħat tal-kredituri u l-kontributuri tal-kumpanija. Il-kompitu tal-likwidatur huwa li jillikwida l-proprjetà tal-kumpanija li tkun qed tiġi xolta u li jiddistribwixxi r-rikavat lill-kredituri u l-kontributorji tagħha. Ladarba r-riċevitur uffiċjali jew il-prattikant tal-insolvenza jwettaq id-dmirijiet tal-likwidatur tal-proprjetà tal-entità ġuridika fil-likwidazzjoni, anke jekk il-kumpanija żżomm is-sjieda tal-proprjetà kollha involuta fiha, il-proprjetàt tiġi mmaniġġjata biss mil-likwidatur, bl-iskop li tiġi rrealizzata, mid-data tal-bidu tal-proċedimenti ta’ stralċ.

Stralċ volontarju: Fil-każ ta’ stralċ volontarju, mill-bidu tal-proċedimenti ta’ stralċ, il-kumpanija twaqqaf in-negozju tagħha, ħlief safejn ikun meħtieġ għall-istralċ ta’ benefiċċju tagħha. Il-kompitu tal-likwidatur huwa li jillikwida l-proprjetà tal-kumpanija likwidata u jiddistribwixxi r-rikavat lill-kredituri u l-kontributorji.

  • Stralċ volontarju tal-kredituri: Il-kredituri u l-kumpanija jinnominaw, fil-laqgħat separati tagħhom, il-prattikant tal-insolvenza li jixtiequ jaħtru bħala likwidatur tal-kumpanija, iżda f’każ ta’ nuqqas ta’ ftehim bejn iż-żewġ laqgħat il-persuna maħtura bħala likwidatur tkun il-prattikant tal-insolvenza nominat mill-kredituri.
  • Stralċ volontarju tal-membri: Il-kumpanija taħtar bħala likwidatur, b’deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali, prattikant tal-liċenzjat tal-insolvenza, li jieħu r-responsabbiltà għar-riżoluzzjoni tal-affarijiet tal-kumpanija u jiddistribwixxi l-proprjetà tagħha. Mal-ħatra ta’ likwidatur is-setgħat tad-diretturi jieqfu, ħlief meta f’laqgħa ġenerali tal-kumpanija jew il-likwidatur japprova l-kontinwazzjoni tagħhom.
  • Stralċ volontarju soġġett għas-superviżjoni tal-qorti: Meta tagħmel ordni għall-istralċ soġġett għas-superviżjoni, b’din l-ordni jew b’ordni sussegwenti, il-qorti tista’ taħtar likwidatur addizzjonali. Likwidatur maħtur mill-qorti għandu l-istess setgħat, huwa soġġett għall-istess obbligi u jinsab fl-istess pożizzjoni bħal likwidatur maħtur b’riżoluzzjoni speċjali jew b’deċiżjoni tal-kredituri kif deskritt hawn fuq.

5 Taħt liema kundizzjonijiet tiġi invokata t-tpaċija ?

Falliment: Il-leġiżlazzjoni tipprevedi li tpaċija tista’ tiġi invokata fejn ikun hemm krediti reċiproċi jew djun reċiproċi jew negozjar reċiproku ieħor bejn il-fallut u kwalunkwe persuna oħra qabel issir l-ordni ta’ falliment, sakemm fil-mument li jingħata l-kreditu l-persuna l-oħra ma kinitx konxja mill-att ta’ falliment imwettaq mill-fallut.

6 X’effett għandhom il-proċedimenti ta’ falliment fuq kuntratti kurrenti li d-debitur huwa parti tagħhom?

Falliment: Il-kuntratti legali eżistenti li l-fallut ikun parti għalihom jibqgħu fis-seħħ u l-fallut jibqa’ personalment responsabbli li jikkonforma mat-termini tagħhom.

Stralċ: Il-kuntratti legali eżistenti li kumpanija f’likwidazzjoni tkun parti għalihom jibqgħu fis-seħħ. L-istess japplika għal kuntratti legali konklużi minn kumpaniji li qed jiġu stralċjati volontarjament.

7 X'effetti għandhom il-proċedimenti ta' insolvenza fuq il-proċedimenti miġjuba minn kredituri individwali (bl-eċċezzjoni ta' kawżi pendenti)?

Falliment: Meta titressaq azzjoni kontra fallut wara li ssir ordni ta’ falliment, għandu jinkiseb il-permess tal-qorti biex l-azzjoni titħalla tipproċedi.

Stralċ: Meta titressaq azzjoni kontra fallut wara li ssir ordni ta’ -, għandu jinkiseb il-permess tal-qorti biex l-azzjoni titħalla tipproċedi.

8 X’inhu l-effett ta' proċediment ta’ insolvenza fuq il-kontinwazzjoni ta’ kawżi pendenti fil-mument tal-ftuħ ta’ proċediment ta’ insolvenza?

Falliment: Azzjonijiet diġà pendenti kontra l-fallut ikomplu b’mod normali mingħajr ma jkollhom bżonn il-permess tal-qorti biex jitħallew jipproċedu.

Stralċ: Azzjonijiet diġà pendenti kontra kumpanija f’likwidazzjoni jistgħu jipproċedu biss bil-permess tal-qorti. L-immaniġġjar ta’ dawn l-azzjonijiet isir b’mod sħiħ kwistjoni għar-riċevitur uffiċjali jew il-likwidatur tal-kumpanija.

9 Liema huma l-karatteristiċi ewlenin tal-parteċipazzjoni tal-kredituri fil-proċedimenti ta’ insolvenza?

Falliment: Biex jieħu sehem fi proċedimenti ta’ falliment kreditur irid ikun mela l-formoli għall-prova tad-dejn (epalíthevsi chréous) u pprovda l-evidenza kollha ta’ sostenn. Ir-riċevitur uffiċjali jew il-prattikant tal-insolvenza li jaġixxi bħala amministratur imbagħad jiddeċiedi li jaċċetta jew jirrifjuta l-provi. Sussegwentement, jitħallas dividend lill-kredituri skont l-ordni ta’ prijorità stabbilita fil-Liġi dwar il-Falliment. Ladarba l-provi tagħhom ikunu ddaħħlu, il-kredituri jistgħu jipparteċipaw f’laqgħat imsejħa mir-riċevitur uffiċjali jew mill-prattikant tal-insolvenza li jillikwida l-kumpanija.

Stralċ: Biex jieħu sehem fi proċediment ta’ stralċ kreditur irid ikun mela l-formoli għall-prova tad-dejn u pprovda l-evidenza kollha ta’ sostenn. L-istess proċeduri japplikaw bħal fil-każ ta’ falliment, ħlief li hawnhekk id-dividend jiġi distribwit skont id-Dritt tal-Kumpaniji (perí Etaireión Nómos, perj 113).

L-istess japplika għall-istralċ volontarju, u b’mod partikolari għall-istralċ volontarju tal-kredituri, fejn il-kredituri jipparteċipaw direttament mill-bidu tal-proċedimenti, meta jiġu msejħa biex jipproponu likwidatur tal-għażla tagħhom.

10 B’liema mod jista’ l-prattikant tal-insolvenza juża jew jiddisponi minn assi tal-patrimonju?

Falliment: L-amministratur għandu s-setgħa u l-awtorità li jbigħ proprjetà immobbli bi kwalunkwe mod li huwa jqis xieraq u fl-interess tal-proċedimenti. Sussegwentement, jitħallas dividend lill-kredituri skont l-ordni ta’ prijorità stabbilita fil-Liġi dwar il-Falliment. Fil-każ ta’ proprjetà ipotekata, trid tinkiseb ordni tal-qorti.

Stralċ: Il-likwidatur ta’ kumpanija f’likwidazzjoni jista’ jbigħ il-proprjetà immobbli tal-kumpanija bi kwalunkwe mod li huwa jqis li jkun fl-interess tal-proċedimenti. Sussegwentement, jitħallas dividend lill-kredituri skont l-ordni ta’ prijorità stabbilita fid-Dritt tal-Kumpaniji. Fil-każ ta’ proprjetà ipotekata, trid tinkiseb ordni tal-qorti. L-istess regoli japplikaw għall-istralċ volontarju.

11 Liema talbiet għandhom jiġu ppreżentati kontra l-patrimonju tal-insolvenza tad-debitur u kif għandhom jiġu ttrattati t-talbiet li jsiru wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza?

Falliment: Meta ssir ordni ta’ falliment, il-kredituri jistgħu jibagħtu prova tad-djun li jkunu saru sad-data tal-ordni ta’ falliment jew ta’ stralċ u li jkollhom x’jaqsmu ma’ pretensjonijiet ta’ ammont fiss. Talbiet li jsiru wara li ssir l-ordni ta’ falliment jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-proċedimenti ta’ falliment u l-kredituri għandhom jieħdu azzjoni kontra l-fallut innifsu.

Stralċ: Wara li ssir ordni ta’ stralċ jew li tgħaddi riżoluzzjoni speċjali għal stralċ volontarju, il-kredituri jistgħu jibagħtu prova tad-djun li jkunu saru sad-data tal-ordni ta’ stralċ jew riżoluzzjoni speċjali u li jkollhom x’jaqsmu ma’ pretensjonijiet ta’ ammont fiss. Talbiet li jsiru wara li ssir l-ordni ta’ stralċ jew riżoluzzjoni speċjali jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-proċedimenti ta’ stralċ u l-kredituri iridu jieħdu azzjoni kontra l-uffiċjali tal-kumpanija f’likwidazzjoni.

12 Liema huma r-regoli li jirregolaw il-preżentata, il-verifika u l-ammissjoni tat-talbiet?

Falliment: Meta ssir ordni ta’ falliment, fi żmien 35 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-ordni, kull kreditur għandu jibgħat prova tad-dejn lir-riċevitur jew l-amministratur uffiċjali bil-miktub. Il-prova trid tagħti dettalji tad-dejn, tiddikjara l-ismijiet tal-garanti kollha u tindika jekk il-kreditur għandux garanzija. Ir-riċevitur jew l-amministratur uffiċjali irid, fi żmien għaxart ijiem, jaċċetta jew jirrifjuta l-prova, bil-miktub, għall-finijiet tad-dividend. Kreditur jew garanti li ma jkunx kuntent bid-deċiżjoni tar-riċevitur jew l-amministratur uffiċjali jista’ jikkontestaha fil-qorti fi żmien 21 jum.

Stralċ: Meta ssir ordni ta’ stralċ, fi żmien 35 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-ordni, kull kreditur għandu jibgħat prova tad-dejn lir-riċevitur jew il-likwidatur uffiċjali bil-miktub. Il-prova trid tagħti dettalji tad-dejn, tiddikjara l-ismijiet tal-garanti kollha u tindika jekk il-kreditur għandux garanzija. Ir-riċevitur jew il-likwidatur uffiċjali għandu, fi żmien għaxart ijiem, jaċċetta jew jirrifjuta l-prova, bil-miktub, għall-finijiet tad-dividend. Kreditur jew garanti li ma jkunx kuntent bid-deċiżjoni tar-riċevitur jew il-likwidatur uffiċjali jista’ jikkontestaha fil-qorti fi żmien 21 jum. L-istess regoli japplikaw għall-istralċ volontarju.

13 Liema huma r-regoli li jirregolaw it-tqassim tal-assi wara tmiem il-proċedimenti? Kif jiġu kklassifikati t-talbiet u d-drittijiet tal-kredituri?

Falliment: Meta jiġi mqassam il-patrimonju tal-falliment id-djun jiġu kklassifikati ugwalment u b’mod proporzjonali f’kull kategorija (ir-"regola pari passu"), sakemm il-patrimonju ma jkunx biżżejjed biex iħallas totalment lil kulħadd. Il-pretensjonijiet huma kklassifikati kif ġej:

  • Infiq u remunerazzjoni reali tal-amministratur
  • Tariffi dovuti lir-riċevitur uffiċjali
  • Spejjeż imġarrba minn kreditur li huwa petizzjonant
  • Djun preferuti
  • Djun mhux garantiti

Stralċ: Meta jiġi distribwit il-patrimonju tal-likwidazzjoni id-djun jiġu kklassifikati ugwalment u b’mod proporzjonali f’kull kategorija (ir-"regola pari passu"), sakemm il-patrimonju ma jkunx biżżejjed biex iħallas totalment lil kulħadd. Il-pretensjonijiet huma kklassifikati kif ġej:

  • Infiq u remunerazzjoni reali tal-likwidatur
  • Tariffi dovuti lir-riċevitur uffiċjali jew lil-likwidatur
  • Spejjeż imġarrba minn kreditur li huwa petizzjonant
  • Djun preferuti
  • Imposti flessibbli
  • Kredituri mhux garantiti

14 Liema huma l-kundizzjonijiet għal, u l-effetti tal-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza (b'mod partikolari b'miżura komposta)?

Falliment: Il-fallut jista’ jissottometti proposta bil-miktub għal proċedura li twassal għal stralċ (symvivasmós) mal-kredituri tiegħu lir-riċevitur jew l-amministratur uffiċjali. Issir laqgħa tal-kredituri li fiha l-iskema trid tkun approvata b’maġġoranza fin-numru u tliet kwarti fil-valur tal-kredituri kollha li jkunu taw prova tad-djun tagħhom. Jekk il-kredituri jaċċettaw il-proposta, il-fallut jew ir-riċevitur jew l-amministratur uffiċjali jitlob lill-qorti biex tapprovaha. L-approvazzjoni mill-qorti torbot lill-kredituri kollha li jkunu taw prova tad-djun tagħhom. Meta jiġu ssodisfati t-termini tal-proċedura li twassal għal stralċ, id-djun ippruvati jitqiesu li jkunu ġew issodisfati b’mod sħiħ.

L-għeluq sħiħ tal-proċedimenti ta’ falliment iseħħ meta l-ordni ta’ falliment tiġi annullata.

Stralċ: L-għeluq sħiħ tal-proċedimenti ta’ stralċ iseħħ meta jkun hemm ix-xoljiment finali jew meta l-ordni ta’ stralċ tiġi annullata.

Il-proċedimenti ta’ stralċ volontarju jingħalqu u l-kumpanija likwidata tiġi finalment xolta tliet xhur wara li r-riċevitur uffiċjali jaslulu l-kontijiet finali tal-kumpanija, li jitfasslu wara li tkun tlestiet kwalunkwe likwidazzjoni u distribuzzjoni tal-proprjetà tal-kumpanija.

Madankollu, jekk xi ħadd ikollu interess legali li jerġa’ jagħti l-ħajja lil kumpanija li tkun ġiet xolta wara stralċ volontarju jew b’ordni tal-qorti, jista’ jagħmel dan fi żmien sentejn wara x-xoljiment, billi jippreżenta applikazzjoni f’dan is-sens quddiem il-qorti.

15 X'inhuma d-drittijiet tal-kredituri wara l-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza?

Falliment: Fil-każ ta’ annullament tal-ordni ta’ falliment, fejn il-kredituri jkunu taw il-kunsens tagħhom mingħajr ma jkunu rċevew ħlas sħiħ, dawk il-kredituri għandhom id-dritt li jitolbu l-ammonti dovuti wara l-annullament tal-ordni.

Stralċ: Fil-każ ta’ annullament tal-ordni ta’ stralċ, fejn il-kredituri jkunu taw il-kunsens tagħhom mingħajr ma jkunu rċevew ħlas sħiħ, dawk il-kredituri għandhom id-dritt li jitolbu l-ammonti dovuti wara l-annullament tal-ordni.

Jekk xi ħadd ikollu interess legali li jerġa’ jagħti l-ħajja lil kumpanija li tkun ġiet xolta wara stralċ volontarju jew b’ordni tal-qorti, jista’ jagħmel dan fi żmien sentejn wara x-xoljiment, billi jippreżenta applikazzjoni f’dan is-sens quddiem il-qorti.

16 Min għandu jagħmel tajjeb għall-kostijiet u l-ispejjeż involuti fil-proċedimenti ta' insolvenza?

Falliment: L-ispiża biex issir l-ordni ta’ falliment titħallas mill-kreditur li jressaq petizzjoni għall-ordni. L-ispejjeż pagabbli lir-riċevitur uffiċjali jammontaw għal EUR 500. L-ispejjeż imġarrba matul il-proċedimenti ta’ falliment jitħallsu mill-patrimonju tal-falliment.

Stralċ: L-ispiża biex issir l-ordni ta’ stralċ titħallas mill-kreditur li jressaq petizzjoni għall-ordni. L-ispejjeż pagabbli lir-riċevitur uffiċjali jammontaw għal EUR 500. L-ispejjeż imġarrba matul il-proċedimenti għall-istralċ, il-likwidazzjoni u d-distribuzzjoni tal-proprjetà tal-kumpanija jitħallsu mill-patrimonju tal-likwidazzjoni.

L-ispiża tas-sottomissjoni u r-reġistrazzjoni ta’ dokumenti relatati ma’ proċedimenti ta’ stralċ volontarju mar-riċevitur uffiċjali tammonta għal total ta’ madwar EUR 440. L-ispejjeż imġarrba matul il-proċedimenti għall-istralċ, il-likwidazzjoni u d-distribuzzjoni tal-proprjetà tal-kumpanija jitħallsu mill-patrimonju tal-likwidazzjoni.

17 X'inhuma r-regoli li għandhom x'jaqsmu man-nullità, l-annullabbiltà u n-nuqqas ta' eżekutorjetà ta' atti ġuridiċi detrimentali għall-korp ġenerali ta' kredituri?

Falliment: Ċerti dispożizzjonijiet li japplikaw għall-proċedimenti ta’ falliment jippermettu lill-amministratur japplika quddiem il-qorti sabiex jitlob l-irkupru ta’ proprjetà għall-benefiċċju tal-kredituri. Id-dispożizzjonijiet ewlenin huma dawn li ġejjin:

Α. Trasferiment doluż (dólia metavívasi):

Jekk l-amministratur jew il-likwidatur ikollu evidenza li l-proprjetà ta’ kumpanija jew persuna fiżika tkun ġiet trasferita jew mingħajr korrispettiv jew sostanzjalment taħt il-valur reali tagħha, huwa jista’ japplika quddiem il-qorti għal ordni li twarrab it-trasferiment doluż jew att frodulenti.

Sabiex din id-dispożizzjoni tapplika, it-trasferiment irid ikun seħħ: (a) fi żmien tliet snin qabel id-data ta’ falliment, sakemm ma kienx in bona fide u kellu korrispettiv ta’ valur, jew (b) fi żmien għaxar snin qabel il-falliment, fejn fil-ħin tat-trasferiment il-persuna fiżika kkonċernata ma tkunx setgħet tħallas id-djun kollha tagħha mingħajr l-għajnuna tal-proprjetà trasferita. Fil-każ ta’ kumpanija f’likwidazzjoni, sabiex att ikun meqjus bħala frodulenti, dan irid ikun sar fi żmien sitt xhur qabel il-bidu tal-likwidazzjoni, li hija d-data li fiha tkun ġiet ippreżentata l-petizzjoni għall-istralċ.

Β. Preferenza frodulenti (dólia protímisi):

Jekk l-amministratur jew il-likwidatur ikollu evidenza li kreditur ikun irċieva trattament preferenzjali, huwa jista’ japplika quddiem il-qorti għal deċiżjoni li twarrab dak it-trattament.

Stralċ: Ċerti dispożizzjonijiet li japplikaw għall-proċedimenti ta’ stralċ jippermettu li l-likwidatur japplika quddiem il-qorti sabiex jitlob l-irkupru ta’ proprjetà għall-benefiċċju tal-kredituri. Id-dispożizzjonijiet ewlenin huma dawn li ġejjin:

Α. Trasferiment doluż:

Jekk l-amministratur jew il-likwidatur ikollu evidenza li l-proprjetà ta’ kumpanija jew persuna fiżika tkun ġiet trasferita jew mingħajr korrispettiv jew sostanzjalment taħt il-valur reali tagħha, huwa jista’ japplika quddiem il-qorti għal ordni li twarrab it-trasferiment doluż jew att frodulenti.

Sabiex din id-dispożizzjoni tapplika, it-trasferiment irid ikun seħħ: (a) fi żmien tliet snin qabel id-data ta’ falliment, sakemm ma kienx in bona fide u kellu korrispettiv ta’ valur, jew (b) fi żmien għaxar snin qabel id-falliment, fejn fil-ħin tat-trasferiment il-persuna fiżika kkonċernata ma tkunx setgħet tħallas id-djun kollha tagħha mingħajr l-għajnuna tal-proprjetà trasferita. Fil-każ ta’ kumpanija f’likwidazzjoni, sabiex att ikun meqjus bħala frodulenti, dan irid ikun sar fi żmien sitt xhur qabel it-tnedija tal-likwidazzjoni, li hija d-data li fiha tkun ġiet ippreżentata l-petizzjoni għall-istralċ.

Β. Preferenza frodulenti:

Jekk l-amministratur jew il-likwidatur ikollu evidenza li kreditur ikun irċieva trattament preferenzjali, huwa jista’ japplika quddiem il-qorti għal deċiżjoni li tannula dan it-trattament.

L-aħħar aġġornament: 13/05/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Insolvenza - Lussemburgu

1 Kontra min jistgħu jinfetħu proċedimenti ta' insolvenza?

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu tmien tipi ta’ proċeduri ta’ insolvenza.

Tlieta japplikaw biss għall-kummerċjanti (persuni fiżiċi u ġuridiċi).

  1. Il-proċeduri ta’ falliment, li huma pprovduti bil-Kodiċi Kummerċjali (Code de Commerce), għandhom l-għan li jillikwidaw l-assi ta’ kummerċjant li jkun sar insolventi u jkun tilef is-sodezza kreditizja.
  2. Il-kompożizzjoni mal-kredituri għall-prevenzjoni tal-falliment, li hija pprovduta bil-Liġi tal-14 ta’ April 1886 dwar il-kompożizzjoni mal-kredituri għall-prevenzjoni tal-falliment (loi du 14 avril 1886 concernant le concordat préventif de la faillite), hija proċedura li hija miftuħa, taħt ċertu kundizzjonijiet, għad-debituri li jissodisfaw il-kriterji għall-falliment. Meta din il-kompożizzjoni tinvolvi r-rinunzja tal-assi, l-iskop tagħha, bħall-falliment, hija li jiġu likwidati l-assi tal-kummerċjant konċernat. Madankollu, din tvarja mill-falliment fis-sens li l-kummerċjant jevita l-effetti tal-proċeduri ta’ falliment.
  3. Il-proċeduri amministrattivi, li huma pprovduti bl-Ordni tal-Gran Dukat tal-24 ta’ Mejju 1935 li tistabbilixxi l-amministrazzjoni (arrêté grand-ducal du 24 mai 1935 instituant la gestion contrôlée), għandhom l-għan li jorganizzaw mill-ġdid l-affarijiet tal-kummerċjanti li jitolbu dan. Madankollu, dawn il-proċeduri jistgħu jintużaw ukoll meta l-kummerċjanti jridu li l-assi tagħhom jiġu realizzati fl-aħjar mod possibbli.

Minbarra dawn il-proċeduri, il-liġi tal-Lussemburgu (l-Artikolu 593 et seq. tal-Kodiċi Kummerċjali) tipprovdi għal proċedura fejn il-kummeċjanti jistgħu jiksbu s-sospensjoni tal-pagamenti taħt ċertu kundizzjonijiet.

  1. Hemm raba’ proċedura li hija miftuħa biss għal persuni fiżiċi li mhumiex kummerċjanti: din hija l-proċedura ta’ dejn eċċessiv, ipprovduta bil-Liġi tat-8 ta’ Jannar 2013 dwar id-dejn eċċessiv (loi du 8 janvier 2013 sur le surendettement), li għandha l-għan li tgħin lill-applikanti jtejbu s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom permezz tal-istabbiliment ta’ pjan għall-ħlas lura tad-dejn.

Hemm ukoll proċeduri ta’ insolvenza speċifikament għan-nutari, l-istituzzjonijiet tal-kreditu, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni u l-impriżi tal-investiment kollettiv (billi dawn huma speċifiċi għal kategorija professjonali jew settur kummerċjali, mhux se jiġu deskritti f’din l-iskeda informattiva).

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza?

1. Falliment

Il-proċeduri ta’ falliment jinfetħu mid-debitur li jippreżenta talba għal falliment, minn wieħed jew iktar kredituri li japplikaw għall-falliment tad-debitur jew minn qorti.

Il-kummerċjanti jridu jippreżentaw talba għal falliment mar-reġistru tal-qorti distrettwali (tribunal d’arrondissement) responsabbli għall-każijiet kummerċjali għad-domiċilju jew l-uffiċċju reġistrat tal-kummerċjant. Dan irid iseħħ fi żmien xahar mid-data li fiha jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ falliment.

Fejn wieħed jew iktar kredituri tad-debitur jiddeċiedu li japplikaw biex il-kummerċjant jiġi ddikjarat fallut, dawn għandhom jużaw uffiċjal tal-qorti li, permezz ta’ ċitazzjoni, tordna lill-kummerċjant biex jidher quddiem il-qorti distrettwali responsabbli għal każijiet kummerċjali fi żmien tmient ijiem (ċitazzjoni b’data fissa) sabiex tittieħed deċiżjoni dwar il-meriti tal-applikazzjoni għal falliment.

Il-proċeduri ta’ falliment jistgħu jinfetħu wkoll minn qorti fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għaliha. F’dan il-każ, il-qorti għandha tħarrek il-fallut, permezz tar-reġistru tal-qorti, biex jispjega s-sitwazzjoni tiegħu lill-qorti f’seduta fl-awli tagħha.

Qabel ma tiddikjara l-kummerċjant bħala fallut, il-qorti distrettwali responsabbli għall-każijiet kummerċjali (minn hawn ’il quddiem “il-qorti kummerċjali” – tribunal de commerce) trid tikkontrolla jekk il-persuna jew il-kumpanija inkwistjoni tissodisfax it-tliet kundizzjonijiet li ġejjin:

  • status ta’ kummerċjant: persuna fiżika li twettaq, bħala l-professjoni normali (prinċipali jew supplimentari) tagħha, atti deskritti bil-liġi bħala kummerċjali (eż l-atti mniżżlin fl-Artikolu 2 tal-Kodiċi Kummerċjali), jew persuna ġuridika inkorporata f’waħda mill-forom ipprovduti bil-Liġi emendata tal-10 ta’ Awwissu 1915 dwar il-kumpaniji kummerċjali (loi modifiée du 10 août 1915 concernant les sociétés commerciales) (eż. société anonyme (kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitat), société à responsabilité limitée (kumpanija privata b’responsabbiltà limitata), kooperattiva, eċċ);
  • twaqqif tal-pagamenti: dan ifisser li d-djun indiskutibbli li jridu jitħallsu (eż pagi, sigurtà soċjali, eċċ) ma tħallsux, bid-djun b’terminu fiss jew kontinġenti u l-obbligi naturali li ma jkunux biżżejjed; u
  • telf ta’ affidabbiltà kreditizja: il-kummerċjant ma jistax ikompli jikseb kreditu mill-banek, fornituri jew kredituri.

Għalkemm ir-rifjut jew l-inabilità li jħallas anke dejn wieħed (irrispettivament mill-ammont) li huwa indiskutibbli u dovut għall-ħlas huwa suffiċjenti, fil-prinċipju, sabiex jiġi stabbilit l-istat ta’ waqfien tal-pagamenti, sempliċi problema ta’ fluss tal-flus ma timplikax l-istat ta’ falliment, sakemm il-kummerċjant jista’ jikseb il-kreditu meħtieġ biex ikompli bil-kummerċ u jonora l-impenji.

2. Kompożizzjoni mal-kredituri għall-prevenzjoni tal-falliment

Il-kompożizzjoni mal-kredituri għall-prevenzjoni tal-falliment hija riservata għal “debituri sfortunati li qed jaġixxu in bona fide”. Dawn il-kwalitajiet huma vvalutati mill-qorti fuq il-bażi taċ-ċirkostanzi tal-każ.

Meta ssir l-applikazzjoni, il-qorti kummerċjali taħtar wieħed mill-imħallfin tagħha biex jeżamina s-sitwazzjoni tal-appikant u jħejji rapport.

Fuq il-bażi ta’ dan ir-rapport, il-qorti tista’, jew le, taqbel li tagħti perjodu ta’ grazzja biex tippermetti lill-kummerċjant jagħmel proposti ta’ kompożizzjoni lill-kredituri.

3. Amministrazzjoni

Id-debituri għandhom jissottomettu applikazzjoni raġunata lill-qorti kummerċjali għad-distrett fejn għandhom il-post ewlieni tan-negozju jew l-uffiċċju reġistrat tagħhom fil-każ ta’ kumpanija.

Il-kummerċjanti jistgħu jmorru fl-amministrazzjoni biss jekk ikunu tilfu l-affidabbiltà kreditizja jew ma jistgħux jissodisfaw l-impenji tagħhom kollha. Barra dan, l-applikazzjoni trid tfittex jew li torganizza mill-ġdid in-negozju tad-debitur jew li tirrealizza l-assi tiegħu fl-aħjar mod possibbli. Fl-aħħar nett, il-ġurisprudenza teħtieġ li d-debituri jaġixxu in bona fide. F’dan il-kuntest, il-qorti għandha d-diskrezzjoni li tivvaluta jekk huwiex il-każ jew le, skont il-fatti u ċ-ċirkostanzi tal-każ, li l-kummerċjant aġixxa in bona fide kif meħtieġ sabiex jibbenefika minn din il-proċedura.

4. Dejn eċċessiv

Id-dejn eċċessiv ta’ persuni fiżiċi huwa deskritt bħala s-sitwazzjoni fejn huwa ċar li d-debitur li huwa domiċiljat fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu ma jistax jissodisfa d-djun kollha mhux professjonali tiegħu li huma dovuti u li waslu biex ikunu dovuti u jonora l-impenn li jkun għamel biex jiggarantixxi in solidum jew iħallas id-dejn ta’ kummerċjant waħdieni jew kumpanija, dment li dan ma kienx direttur, fil-fatt jew fil-liġi, ta’ dik il-kumpanija.

Il-proċedura ta’ saldu tad-dejn kollettiv tinvolvi tliet stadji kif ġej:

  • l-istadju ta’ saldu miftiehem, li jseħħ quddiem il-Kummissjoni tal-Medjazzjoni għad-Dejn Eċċessiv (Commission de médiation en matière de surendettement);
  • l-istadju ta’ riorganizzazzjoni sorveljata mill-qorti, li jseħħ quddiem il-qorti tal-maġistrat (juge de paix) għad-domiċilju tad-debitur b’dejn eċċessiv;
  • l-istadju ta’ rkupru personali, magħruf ukoll bħala “falliment personali” (faillite civile), li jseħħ quddiem il-qorti tal-maġistrat għad-domiċilju tad-debitur b’dejn eċċessiv.

Jenħtieġ li jkun innutat li l-istadju ta’ rkupru personali, li huwa sussidjarju għaż-żewġ stadji l-oħra fil-proċedura ta’ saldu tad-dejn kollettiv, jiskatta biss meta d-debitur b’dejn eċċessiv huwa f’sitwazzjoni irreparabbilment kompromessa, li hija deskritta bħala s-sitwazzjoni fejn id-debitur ma jistax jimplimenta:

  • il-miżuri tal-pjan ta’ saldu miftiehem, jew
  • il-miżuri proposti mill-Kummissjoni tal-Medjazzjoni bħala parti mis-saldu miftiehem, u
  • l-miżuri determinati fil-proċeduri ta’ riorganizzazzjoni sorveljati mill-qorti.

Jenħtieġ li jkun innutat li l-applikazzjonijiet għall-proċedura ta’ saldu miftiehem jridu jintbagħtu lill-president tal-Kummissjoni tal-Medjazzjoni.

Il-formola ta’ appikazzjoni għall-proċedura ta’ saldu miftiehem tista’ titniżżel fl-indirizz li ġej: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://justice.public.lu/fr/creances/surendettement.html.

Barra dan, il-kredituri ta’ debitur b’dejn eċċessiv għandhom jissottomettu t-talbiet tagħhom lis-Servizz ta’ Informazzjoni u Pariri dwar Dejn Eċċessiv (Service d’information et de conseil en matière de surendettement). Il-formola għat-tressiq tat-talbiet tista’ titniżżel mis-sit web http://www.justice.public.lu/fr/index.html fl-indirizz li ġej: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://justice.public.lu/fr/creances/surendettement.html.

3 Liema huma l-assi li jiffurmaw parti mill-patrimonju tal-insolvenza? Kif jiġu ttrattati l-assi li huma miksuba minn, jew li jiddevolvu lid-debitur wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza?

1. Falliment

Meta l-ordni ta’ falliment tkun saret, il-persuni li jkunu fallew jiġu żvestiti awtomatikament mid-dritt li jamministraw l-assi tagħhom, anke dawk li jistgħu jiġu devoluti fuq il-fallut wara l-ordni ta’ falliment.

Dan l-iżvestiment ikopri l-assi kollha mobbli u immobbli tal-fallut. Dan il-mekkaniżmu għandu l-għan li jipproteġi l-interessi tal-korp ta’ kredituri.

Ġeneralment, il-fiduċjarju jmur fil-post tal-fallut biex iħejji inventarju tal-assi li jinstabu hemmhekk. F’dan ir-rigward, il-fiduċjarju jrid jiddifferenzja bejn dawk l-assi li jappartjenu kompletament lill-fallut u dawk li partijiet terzi jista’ jkollhom diversi drittijiet proprjetarji fuqhom.

Meta jkun qed iħejji l-inventarju tal-assi mobbli u immobbli, il-fiduċjarju jiżgura li kwalunkwe assi tal-fallut jinbiegħu fl-aħjar interessi tal-korp ta’ kredituri. Sabiex ibiegħ dawk l-assi, il-fiduċjarju jeħtieġ l-awtorizzazzjoni mill-qorti. L-assi mobbli u immobbli jridu jinbiegħu kif stabbilit bil-Kodiċi Kummerċjali. Ir-rikavat irid jiġi depożitat fil-kont bankarju li jkun infetaħ fl-isem tal-proċedimenti ta’ insolvenza.

2. Dejn eċċessiv

Il-qorti tagħmel arranġamenti biex is-sitwazzjoni finanzjarja u soċjali tad-debitur tiġi vvalutata sabiex jiġu vverifikati t-talbiet u l-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet.

Wara li tiddeċiedi li tiftaħ proċeduri ta’ rkupru personali u wara li tiddetermina li hemm assi li jridu jiġu likwidati, il-qorti tipproċedi bil-likwidazzjoni tal-assi tad-debitur.

Il-qorti tiddeċiedi fuq kwalunkwe talba kontestata u tordna l-likwidazzjoni tal-assi personali tad-debitur. Huwa biss it-tagħmir meħtieġ għall-ħajja ta’ kuljum u l-assi mhux professjonali essenzjali għat-twettiq ta’ attività professjonali li jiġu esklużi. L-assi tad-debitur b’dejn eċċessiv jiġu likwidati fil-proċeduri ta’ rkupru personali skont l-objettiv tal-liġi, li huwa li tiġi mtejba s-sitwazzjoni finanzjarja tad-debitur billi dan u l-unità domestika tiegħu jitħallew jgħixu ħajja skont id-dinjità umana.

Id-drittijiet u l-azzjonijiet tad-debitur fir-rigward tal-assi tiegħu jiġu eżerċitati matul il-likwidazzjoni minn likwidatur maħtur mill-qorti.

Il-likwidatur għandu sitt xhur biex ibiegħ l-assi tad-debitur fuq bażi amikevoli jew biex jorganizza bejgħ sfurzat.

L-effetti tal-proċeduri ta’ rkupru personali:

  1. Meta r-rikavat mil-likwidazzjoni tal-assi jkun biżżejjed biex jissodisfa l-kredituri, il-qorti tordna l-għeluq tal-proċeduri.
  2. Meta r-rikavat mil-likwidazzjoni tal-assi ma jkunx biżżejjed biex jissodisfa l-kredituri, il-qorti tordna l-għeluq minħabba insuffiċjenza ta’ assi.
  3. Meta d-debitur ma jkollu xejn ħlief it-tagħmir meħtieġ għall-ħajja ta’ kuljum u l-assi mhux professjonali essenzjali għat-twettiq ta’ attività professjonali, il-qorti tordna l-għeluq minħabba insuffiċjenza ta’ assi.
  4. Meta l-assi ma jkollhom l-ebda valur tas-suq jew jiġu jiswew wisq biex jinbiegħu relatati mal-valur tas-suq tagħhom, il-qorti tordna l-għeluq minħabba insuffiċjenza ta’ assi.

L-għeluq minħabba insuffiċjenza ta’ assi għandu l-effett li jikkanċella d-djun kollha mhux professjonali tad-debitur.

Madankollu, dawn li ġejjin huma esklużi mill-kanċellazzjoni tad-djun mhux professjonali tad-debitur:

  • id-djun li garanti jew ko-obbligant ikun ħallas minflok id-debitur;
  • id-djun imsemmija fl-Artikolu 46 tal-Liġi, jiġifieri l-pagamenti kurrenti ta’ manteniment dovut u l-ammonti monetarji mogħtija lill-vittmi ta’ atti intenzjonali ta’ vjolenza minħabba ħsara fuq il-persuna soffruta.

Madankollu, id-djun imsemmija fl-Artikolu 46 tal-Liġi jistgħu jiġu kanċellati meta l-kreditur ikkonċernat jaqbel mal-maħfra, l-iskedar mill-ġdid tal-pagamenti jew il-kanċellazzjoni tad-djun inkwistjoni.

4 X’setgħat għandhom id-debitur u l-prattikant tal-insolvenza, rispettivament?

1. Falliment

Meta l-ordni ta’ falliment tkun saret, il-falluti jiġu żvestiti awtomatikament mid-dritt li jamministraw l-assi tagħhom, anke dawk li jistgħu jiġu devoluti fuq il-falluti.

Wara din l-ordni, l-amministrazzjoni tal-assi tad-debitur tiġi fdata lil fiduċjarju.

Meta l-fallut huwa persuna ġuridika, il-patrimonju tal-insolvenza jikkonsisti mill-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tal-kumpanija, minbarra d-drittijiet li s-sħab jista’ jkollhom f’dik il-kapaċità.

Il-fiduċjarji jintgħażlu minn fost dawk il-persuni li jistgħu joffru l-aħjar garanziji f’termini tal-intelligence u l-preċiżjoni tal-ġestjoni tagħhom.

Fil-prattika, l-imħallfin fil-qorti distrettwali li huma responsabbli għall-każijiet kummerċjali jagħżlu fiduċjarji mil-lista tal-avukati. Madankollu, f’każijiet fejn dan huwa meħtieġ fl-interessi tal-fallut, il-qorti tista’ taħtar ukoll nutari jew kontabilisti/awdituri.

Bħal fil-proċeduri kollha li jinvolvu l-kummerċjanti, il-qorti kummerċjali għandha ġurisdizzjoni f’termini ta’ insolvenza.

Għalhekk, hija l-qorti kummerċjali li tagħmel l-ordni ta’ falliment, tiddetermina d-data tal-waqfien tal-pagamenti, taħtar il-parteċipanti differenti (ir-riċevitur uffiċjali, il-fiduċjarju), tistabbilixxi d-data meta jridu jiġu sottomessi t-talbiet u d-data meta jrid jitlesta r-rapport ta’ verifikazzjoni tat-talba, u tordna l-għeluq tal-proċeduri ta’ falliment.

L-amministrazzjoni tal-assi tiġi fdata lil fiduċjarju maħtur mill-qorti li huwa responsabbli għar-realizzazzjoni tal-assi tad-debitur u d-distribuzzjoni tar-rikavat bejn il-kredituri differenti, skont ir-regoli dwar it-talbiet u l-imposti preferenzjali fuq il-proprjetà.

Ir-riċevitur uffiċjali huwa responsabbli għas-superviżjoni tal-operazzjonijiet, il-ġestjoni u l-likwidazzjoni tal-falliment. Matul seduta, dan jirrapporta dwar kwalunkwe tilwim li jista’ jqum u jordna kwalunkwe miżuri urġenti meħtieġa biex jiġi żgurat u preservat il-patrimonju tal-insolvenza. Dan jippresjedi wkoll kwalunkwe laqgħa tal-kredituri tal-fallut.

Meta jiġi ordnat falliment, il-kummerċjanti li fallew jiġu żvestiti mid-dritt li jamministraw l-assi tagħhom u ma jistgħux jibqgħu jagħmlu pagamenti jew iwettqu tranżazzjonijiet jew atti oħra relatati ma’ dawk l-assi.

2. Dejn eċċessiv

Fir-rigward tal-obbligi tad-debitur u l-effett fuq l-assi tad-debitur tal-ftuħ ta’ proċedura ta’ saldu tad-dejn kollettiv, jenħtieġ li jkun innotat li d-debitur huwa soġġett għad-dover ta’ imġiba tajba.

Matul il-perjodu ta’ imġiba tajba, id-debitur għandu:

  • jikkopera mal-awtoritajiet u l-korpi involuti fil-proċedura billi jaqbel li jipprovdi b’mod spontanju kull informazzjoni dwar l-assi, id-dħul u d-djun tiegħu, u kull bidla li sseħħ fis-sitwazzjoni tiegħu;
  • iwettaq, sa fejn dan huwa possibbli, attività mħallsa b’konformità mal-abilitajiet tiegħu;
  • ma jaggravax l-insolvenza tiegħu u jaġixxi kif dovut biex inaqqas id-debiti tiegħu;
  • ma jiffavorixxix kreditur partikolari, ħlief għall-kredituri tal-manteniment għal pagamenti kurrenti, sidien tal-kera għal pagamenti kurrenti ta’ kera għall-akkomodazzjoni li tkopri l-bżonnijiet bażiċi tad-debitur, fornituri ta’ prodotti u servizzi essenzjali għal ħajja dinjituża, u kredituri għal pagamenti kurrenti relatati mal-infurzar tal-pagament mid-debitur tad-danni mogħtija wara atti intenzjonali ta’ vjolenza minħabba l-ħsara kkawżata fuq il-persuna;
  • jonora l-impenji li saru bħala parti mill-proċedura.

Żewġ tipi ta’ korpi huma involuti skont jekk il-proċedura hijiex fi stadju ta’ qbil jew tal-qorti.

L-istadju ta’ saldu miftiehem iseħħ quddiem il-Kummissjoni tal-Medjazzjoni. Il-membri tal-Kummissjoni tal-Medjazzjoni jiġu maħtura mill-Ministru. Din għandha president u segretarju, u tiltaqa’ tal-inqas darba kull tliet xhur. Sabiex ikunu eliġibbli għall-Kummissjoni tal-Medjazzjoni, l-applikanti jridu jissottomettu ċertifikat tal-kondotta, fost dokumenti oħra. Meta jiġu maħtura, il-membri huma taħt obbligu legali biex jinformaw lill-Ministru dwar kwalunkwe proċedimenti jew kundanni kriminali kontra tagħhom sabiex ikunu jistgħu jiġu sostitwiti. Il-membri tal-Kummissjoni tal-Medjazzjoni jirċievu indennizz ta’ EUR 10 għal kull sessjoni u l-president jirċievi indennizz ta’ EUR 20 għal kull sessjoni.

Il-Kummissjoni tal-Medjazzjoni tiddeċiedi b’mod partikolari jekk taċċettax applikazzjonijiet għall-proċedura u jekk it-talbiet imressqa humiex ammissibbli. Din tapprova u temenda wkoll l-abbozzi tal-pjanijiet ta’ saldu miftiehem li jiġu sottomessi lilha wara investigazzjoni mis-Servizz ta’ Informazzjoni u Pariri dwar Dejn Eċċessiv (minn hawn ’il quddiem “is-Servizz”).

Jekk, fi żmien sitt xhur minn meta l-Kummissjoni taqbel mal-proċedura, il-pjan propost ma jkunx ġie aċċettat mill-partijiet interessati, il-Kummissjoni tħejji rapport li jirreġistra l-falliment tal-proċedura ta’ saldu miftiehem. Fi żmien xahrejn mid-data li fiha dan ir-rapport jiġi ppubblikat fir-reġistru, id-debitur jista’ jibda proċeduri ta’ riorganizzazzjoni sorveljati mill-qorti quddiem il-qorti tal-maġistrat għad-domiċilju tiegħu. Jekk id-debitur ma jagħmilx din l-applikazzjoni fil-limitu ta’ żmien indikat, dan jista’ jibda proċedura ta’ saldu tad-dejn kollettiv ġdid biss wara li jkunu għaddew sentejn mid-data meta r-rapport ikun ġie ppubblikat fir-reġistru.

Jekk l-istadju ta’ riorganizzazzjoni sorveljata mill-qorti jinbeda, il-partijiet jiġu mħarrka quddiem il-qorti tal-maġistrat, li tista’ teħtieġ li dawn jipprovdu d-dokumenti jew l-informazzjoni kollha li jippermettu li jiġu stabbiliti l-assi u/jew l-obbligazzjonijiet tad-debitur.

Fuq il-bażi tal-informazzjoni sottomessa, il-qorti tħejji pjan ta’ riorganizzazzjoni, li se jinkludi miżuri li jippermettu lid-debitur jonora l-impenji tiegħu.

Il-pjan ta’ riorganizzazzjoni mħejji mill-qorti japplika għal mhux iktar minn seba’ snin u jista’ jiskadi f’għadd limitat ta’ każijiet (b’mod partikolari jekk id-debitur ma jkunx issodisfa l-obbligi tiegħu taħt il-pjan ta’ riorganizzazzjoni).

3. Amministrazzjoni

Fil-proċeduri ta’ amministrazzjoni, id-debituri jirrinunzjaw għas-setgħat deċiżjonarji tagħhom u jagħtuhom lill-amministraturi, li huma fdati bit-tħejjija ta’ inventarju u biex jipproduċu pjan ta’ riorganizzazzjoni jew inkella pjan ta’ realizzazzjoni u distribuzzjoni tal-assi. Id-debituri huma pprojbiti wkoll milli jaġixxu b’mod li jista’ jostakola l-ħidma tal-amministraturi maħtura f’dawn il-proċeduri.

4. Kompożizzjoni mal-kredituri

Matul il-proċedura ta’ kompożizzjoni mal-kredituri, id-debitur ma jistax ibigħ jew jagħti bħala garanzija fuq self kwalunkwe ħaġa jew jikkometti ruħu għal kwalunkwe ħaġa mingħajr l-awtorizzazzjoni mill-imħallef delegat. L-imħallef delegat iħejji l-inventarju u janalizza l-istat tan-negozju, u jista’, jekk meħtieġ, jikseb l-għajnuna ta’ esperti.

5 Taħt liema kundizzjonijiet tiġi invokata t-tpaċija ?

Il-proċeduri differenti msemmija hawn fuq ma jwasslux għall-ħlas tat-talbiet preferenzjali tal-kredituri, ħlief għall-proċedura ta’ kompożizzjoni mal-kredituri.

1. Kompożizzjoni mal-kredituri

Il-kredituri li jibbenefikaw minn imposti fuq il-proprjetà li jieħdu parti fil-vot jitilfu l-istatus tagħhom ta’ kredituri preferenzjali (l-Artikolu 10 tal-Liġi tal-14 ta’ April 1886).

2. Falliment

“F’termini ta’ falliment, hija ġurisprudenza stabbilita li, wara li tkun saret l-ordni ta’ falliment, l-ebda tpaċija legali, ordnata mill-qorti jew miftehma ma tkun għadha possibbli, anke bejn talbiet li kienu jeżistu qabel, jekk dawn ma kellhomx, sa dak il-punt, waħda mit-tliet kwalitajiet ta’ likwidità, pagabbiltà u funġibilità. Għalkemm l-ordni ta’ falliment tista’ tipprevjeni kwalunkwe tpaċija legali, jenħtieġ li ma jiġix konkluż li din hija assoluta jew retroattiva. L-ordni ta’ falliment ma taffettwax it-tpaċija legali fejn il-kundizzjonijiet għal din ikunu ġew sodisfatti qabel ma nfetħu l-proċeduri ta’ falliment. Il-Qorti tal-Appell (Cour d’appel) iddeċidiet li “il-perjodu suspettat ma jipprevjenix din it-tip ta’ tpaċija. It-tpaċija legali hija possibbli minkejja li jitwaqqfu l-pagamenti. Din mhix att tad-debitur, għaliex isseħħ mingħajr l-għarfien tiegħu; din mhix koperta mill-Artikolu 445 tal-Kodiċi Kummerċjali.

Fir-rigward tat-tpaċija ordnata mill-qorti, din ma tistax tiġi ordnata wara li jkunu nfetħu proċeduri kollettivi. Madankolu, din tista’ sseħħ matul il-perjodu suspettat, sakemm l-ordni rilevanti tkun saret finali (mhux miftuħa għal appell). F’dan il-każ, it-tpaċija tkun effettiva biss mid-data tal-ordni.

Fir-rigward tat-tpaċija miftiehma, din ovvjament ma tistax isseħħ wara li jkunu nfetħu proċeduri kollettivi. Barra dan, din ma tistax isseħħ matul il-perjodu suspettat, għaliex hija meqjusa mill-Artikolu 445 tal-Kodiċi Kummerċjali bħala metodu mhux normali ta’ pagament li huwa sanzjonat minn invalidità [1].’

Madankollu, jenħtieġ li jkun innutat li l-Liġi tal-5 ta’ Awwissu 2005 dwar garanziji finanzjarji (loi du 5 août 2005 sur les garanties financières) tipprovdi għal eċċezzjonijiet speċifiċi għar-regoli deskritti hawn fuq fir-rigward, pereżempju, ta’ ftehimiet ta’ tpaċija li jistgħu jiġu konklużi bejn il-partijiet fil-jum meta jinfetħu l-proċeduri ta’ insolvenza (jew anke wara dan – ara l-Artikolu 18 et seq. tal-Liġi tal-5 ta’ Awwissu 2005 dwar garanziji finanzjarji).

3. Amministrazzjoni

Fir-rigward tal-amministrazzjoni, il-kompożizzjoni mal-kredituri jew is-sospensjoni tal-pagamenti, it-tpaċija ma tistax titwettaq wara li d-debituri jkunu tilfu l-libertà li jiddisponu mid-drittijiet u l-assi tagħhom.


[1] ‘La compensation comme garantie d’une créance sur un débiteur en faillite’, Pierre HURT, J.T., 2010, p. 30.

6 X’effett għandhom il-proċedimenti ta’ falliment fuq kuntratti kurrenti li d-debitur huwa parti tagħhom?

Waħda mid-diffikultajiet ewlenin li tqum għall-fiduċjarji wara li jkunu nfetħu l-proċeduri ta’ falliment tikkonċerna l-kuntratti kurrenti konklużi qabel ma ġie ordnat il-falliment. Bl-esklużjoni ta’ kuntratti tal-impjieg li jintemmu awtomatikament fid-data meta jiġi ordnat il-falliment (l-Artikolu 12-1 tal-Kodiċi tax-Xogħol (Code du travail)), huwa tradizzjonalment aċċettat li l-kuntratti kurrenti jkomplu sakemm dawn jiġu mitmuma mill-fiduċjarju.

Il-fiduċjarju irid iqis l-interessi involuti meta jiddeċiedi jekk dawn il-kuntratti jenħtieġx li jkomplu temporanjament jew le. Jekk hemm klawżoli fil-kuntratt li jtemmuh jekk waħda mill-partijiet tiġi dikjarata falluta, jenħtieġ li jiġi deċiż jekk il-fiduċjaru għandux l-intenzjoni jew le li jikkontesta l-applikabilità ta’ dawn il-klawżoli (filwaqt li jitqies li l-validità ta’ dawn il-klawżoli hija diskutibbli; pereżempju, dawn il-klawżoli jitqiesu bħala invalidi fil-Belġju fil-kuntest tal-lokazzjonijiet kummerċjali).

Fi kwalunkwe każ, fil-prinċipju, il-fiduċjarju huwa l-uniku responsabbli biex jagħżel bejn it-twettiq jew it-terminazzjoni ta’ dawn il-kuntratti. Jekk ikkontestat mill-parti l-oħra kontraenti li tinvoka t-terminazzjoni awtomatika tal-kuntratt minħabba l-falliment, il-fiduċjarju jesponi lilu nnifsu għal proċeduri legali b’eżitu mhux ċert, u għal ħolqien ta’ kostijiet ġodda għall-patrimonju tal-insolvenza [1].


[1] Sorsi: ‘Les procédures collectives au Luxembourg’, Yvette HAMILIUS u Brice HELLINCKX (awturi tal-Kapitolu 3), Editions Larcier, 2014, p. 86.

7 X'effetti għandhom il-proċedimenti ta' insolvenza fuq il-proċedimenti miġjuba minn kredituri individwali (bl-eċċezzjoni ta' kawżi pendenti)?

1. Kompożizzjoni mal-kredituri, falliment, sospensjoni tal-pagamenti u proċeduri ta’ amministrazzjoni

Fil-proċeduri ta’ kompożizzjoni mal-kredituri, falliment, sospensjoni tal-pagamenti u amministrazzjoni, il-miżuri ta’ infurzar kontra l-kummerċjanti u l-assi tagħhom jiġu sospiżi. Madankollu, l-ebda test legali applikabbli fil-Gran Dukat ma jipprevjeni lill-kredituri milli jieħdu miżuri maħsuba biex jippreservaw l-integrità tal-assi tad-debitur tagħhom.

F’dawn il-proċeduri kollha, id-debituri ma jibqax ikollhom il-libertà li jiddisponu mill-assi tagħhom. “Mill-ordni ta’ falliment sal-għeluq tal-proċeduri, l-ebda azzjoni legali ma tista’ tittieħed validatament kontra l-fallut waħdu, fir-rigward tal-assi li jifformaw parti mill-patrimonju tal-insolvenza” (Lux. 12 ta’ Jannar 1935, Pas. 14, p. 27). “Il-kredituri mhux garantiti u dawk b’talba preferenzjali ġenerali ma jistgħux, matul il-proċeduri ta’ falliment, ifittxu ordni kontra l-fallut jew anke l-fiduċjarju, iżda jistgħu biss jaġixxu billi jressqu t-talba tagħhom jew jiftħu kawża biex it-talba tagħhom tiġi rikonoxxuta” (Cass. 13 ta’ Novembru 1997, Pas. 3030, p. 265).

F’ċerti każijiet, madankollu, jistgħu jitwettqu atti ta’ disponiment bl-appoġġ tal-persuna delegata mill-qorti kummerċjali (fir-rigward tas-sospensjoni tal-pagamenti jew l-amministrazzjoni).

Barra dan, bl-ordni ta’ falliment id-djun mhux dovuti jsiru pagabbli u tinterrompi l-applikazzjoni tal-imgħax.

2. Dejn eċċessiv

F’termini ta’ saldu tad-dejn kollettiv, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Medjazzjoni li taċċetta l-applikazzjoni tad-debituri tissospendi b’mod awtomatiku l-miżuri ta’ eżekuzzjoni kontra l-assi tad-debitur, ħlief għall-miżuri relatati mal-obbligi ta’ manteniment, fejn tinterrompi l-applikazzjoni tal-imgħax u trendi d-djun mhux dovuti pagabbli.

Jekk l-istadju ta’ saldu miftiehem ifalli, il-qorti tal-maġistrat li quddiemha jkun instema’ l-istadju tal-qorti tista’ tissospendi kwalunkwe miżuri ta’ infurzar taħt l-istess kundizzjonijiet kif indikat hawn fuq.

8 X’inhu l-effett ta' proċediment ta’ insolvenza fuq il-kontinwazzjoni ta’ kawżi pendenti fil-mument tal-ftuħ ta’ proċediment ta’ insolvenza?

Il-litigazzjoni li diġà tkun għaddejja meta l-proċeduri ta’ insolvenza jinfetħu, tista’ titkompla validatament mill-fiduċjarju li qed jaġixxi f’dik il-kapaċità. Madankollu, l-applikanti f’każijiet bħal dawn għandhom jirregolarizzaw il-proċeduri billi jinvolvu l-fiduċjarju li hu biss se jkollu s-setgħa li jirrappreżenta validatament lid-debitur fallut.

Meta l-każ imur kontra d-debitur, il-kredituri li jkunu bdew il-proċeduri qabel il-falliment jiksbu garanzija li jistgħu jużaw fil-likwidazzjoni. Madankollu, din il-garanzija ma tistax tiġi infurzata jekk l-ordni ta’ falliment tirriżulta fl-iżvestiment tad-debitur mid-dritt li jamministra l-assi.

9 Liema huma l-karatteristiċi ewlenin tal-parteċipazzjoni tal-kredituri fil-proċedimenti ta’ insolvenza?

1. Falliment

Il-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ falliment f’waħda jew iktar mill-gazzetti distribwiti fil-Lussemburgu tinforma lill-kredituri li d-debitur tagħhom falla. Dawn iridu jressqu t-talbiet tagħhom flimkien mal-garaniji tagħhom, lir-reġistru tal-qorti distrettwali responsabbli għall-każijiet kummerċjali, fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-ordni ta’ falliment. L-iskrivan tal-qorti jirreġistra t-talbiet u jipprovdi riċevuta.

Id-dikjarazzjonijiet ta’ talba jridu jiġu ffirmati u jridu jinkludu l-kunjom, l-isem, il-professjoni u l-indirizz tal-kredituri, kif ukoll l-ammont tat-talba tagħhom ir-raġunijiet għat-talba, u kwalunkwe garanziji assoċjati mat-talba. Id-diversi talbiet imressqa jiġu mbagħad verifikati fil-preżenza tal-fiduċjarju, id-debitur fallut u r-riċevitur uffiċjali.

Matul din il-proċedura, jekk hemm kwalunkwe tilwim, il-kredituri jistgħu jiġu mħarrka biex jispjegaw id-dettalji tat-talba tagħhom u l-meriti tagħha jew l-ammont eżatt matul kontroeżami.

Jekk il-fiduċjarju rnexxilu jidentifika l-assi li jistgħu jiġu distribwiti bejn il-kredituri, dan iħarrek lil dawn tal-aħħar għal laqgħa ta’ preżentazzjoni tal-kontijiet li matulha l-kredituri jistgħu jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar il-pjan ta’ distribuzzjoni.

Jekk ma hemmx biżżejjed assi, jiġi ordnat l-għeluq tal-falliment.

Jekk il-fiduċjarju ma jissodisfax id-doveri tiegħu għas-sodisfazzjon tal-kredituri, dawn tal-aħħar jistgħu jibgħatu l-ilmenti tagħhom lir-riċevitur uffiċjali li, jekk meħtieġ, jista’ jissostitwixxi l-fiduċjarju.

2. Amministrazzjoni

Fil-proċeduri ta’ amministrazzjoni, l-amministraturi jridu jipprovdu lill-kredituri bid-dettalji tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni jew ta’ realizzazzjoni tal-assi.

F’dan il-każ, il-kredituri jistgħu jiġu mistiedna jagħtu l-kummenti tagħhom. Fi żmien 15-il ġurnata minn meta l-kredituri jiġu informati, dawn iridu jgħidu lir-reġistru jekk jaċċettawx jew jopponux il-pjan, li ma jistax jiġi implimentat sakemm iktar minn nofs il-kredituri li t-talbiet tagħhom jirrappreżentaw iktar minn nofs l-obbligazzjonijiet ikunu aċċettaw dan il-pjan.

3. Kompożizzjoni mal-kredituri

Fil-proċedura ta’ kompożizzjoni mal-kredituri, titwettaq laqgħa tal-kredituri biex dawn ikunu jistgħu jiddiskutu l-proposti ta’ kompożizzjoni li jagħmel l-imħallef iddelegat. Il-kredituri għalhekk għandhom jiddikjaraw it-talbiet tagħhom u jgħidu wkoll jekk jaċċettawx jew le il-proposti ta’ kompożizzjoni.

Il-kredituri mbagħad jistgħu jagħtu l-kummenti tagħhom matul is-seduta ta’ approvazzjoni tal-kompożizzjoni. Dawn jistgħu jressqu wkoll appell kontra l-ordni li tapprova l-kompożizzjoni jekk ma jiġux mistiedna għal-laqgħa tal-kredituri jew fejn ikunu vvutaw kontra l-proposti ta’ kompożizzjoni.

4. Dejn eċċessiv

Fl-ewwel istanza, matul l-istadju ta’ saldu miftiehem, il-kredituri jridu jressqu t-talbiet tagħhom lis-Servizz ta’ Informazzjoni u Pariri dwar Dejn Eċċessiv. Il-kredituri mbagħad jistgħu jieħdu parti attiva fl-adozzjoni ta’ pjan ta’ saldu miftiehem mit-tali Servizz.

Il-Kummissjoni tal-Medjazzjoni għad-Dejn Eċċessiv imbagħad tlaqqa’ l-kredituri u tippreżenta l-proposti magħmula fil-pjan ta’ saldu miftiehem. Mill-inqas 60 % tal-kredituri li t-talbiet tagħhom jirrappreżentaw 60 % tal-korp ta’ talbiet iridu jiddikjaraw li jaċċettaw il-pjan ta’ saldu miftiehem sabiex dan jitqies bħala aċċettat. L-ebda rispons mill-kredituri jitqies bħala qbil min-naħa tagħhom.

10 B’liema mod jista’ l-prattikant tal-insolvenza juża jew jiddisponi minn assi tal-patrimonju?

Il-fiduċjarji fi proċedura ta’ falliment jirrappreżentaw kemm il-persuna falluta kif ukoll il-korp tal-kredituri tagħha. F’din il-kapaċità doppja, dawn mhux biss huma responsabbli biex jamministraw l-assi tal-fallut, iżda huma awtorizzati wkoll biex jimmonitorjaw, bħala rikorrenti jew konvenuti, l-azzjonijiet kollha li jfittxu li jippreservaw l-assi li jridu jintużaw bħala garanzija għall-kredituri, kif ukoll li jirkupraw jew iżidu dawk l-assi fl-interessi komuni ta’ dawn tal-aħħar (il-Qorti tal-Appell, 2 ta’ Lulju 1880, Pas. 2, p. 49).

Il-fiduċjarju jista’ jieħu kwalunkwe azzjoni fir-rigward tal-garanzija komuni għall-kredituri, li tikkonsisti mill-assi tal-fallut, jiġifieri li jfittex li jirkupra, jipproteġi jew jillikwida dawk l-assi (il-Qorti tal-Appell, 25 ta’ Frar 2015, Pas. 37, p. 483).

Fir-rigward tal-kuntratti kurrenti wara l-ordni ta’ falliment, il-fiduċjarju jrid jiddeċiedi jekk dawn jenħtieġx li jiġu mitmuma jew jekk ikunx aħjar, fejn dawn jistgħu jirrilaxxaw l-assi, li jitkompla t-twettiq tagħhom bil-għan li sussegwentement jiġu sodisfatti l-obbligazzjonijiet tal-fallut.

11 Liema talbiet għandhom jiġu ppreżentati kontra l-patrimonju tal-insolvenza tad-debitur u kif għandhom jiġu ttrattati t-talbiet li jsiru wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza?

Il-kredituri kollha jridu jiddikjaraw it-talbiet tagħhom irrispettivament min-natura tat-talba u jekk għandhomx talba preferenzjali jew le. Madankollu, l-eċċezzjoni għal din il-proċedura hija t-talbiet li jqumu mill-patrimonju, jiġifieri dawk it-talbiet li jqumu sussegwentement u fl-interessi tal-proċeduri ta’ falliment (pereż. il-kostijiet tal-fiduċjarju, il-kiri li jkun dovut wara l-ordni ta’ falliment, eċċ.).

Rigward it-talbiet li jqumu mill-patrimonju wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza u li jirriżultaw mill-amministrazzjoni tal-proċeduri ta’ falliment jew il-kontinwazzjoni ta’ ċerti attivitajiet tan-negozju fallut, dawn jiġu onorati l-ewwel qabel ma l-bqija tal-assi jiġu distribwiti fost il-korp tal-kredituri. It-talbiet li jqumu mill-patrimonju għalhekk huma onorati fil-każijiet kollha qabel dawk ta’ kredituri oħra.

12 Liema huma r-regoli li jirregolaw il-preżentata, il-verifika u l-ammissjoni tat-talbiet?

1. Falliment

Fil-proċeduri ta’ falliment, l-ordni ta’ falliment tiġi ppubblikata f’diversi modi (l-istampa, reġistrazzjoni mal-qorti kummerċjali), sabiex is-sitwazzjoni tinġab għall-attenzjoni tal-kredituri tad-debitur fallut, li mbagħad jistgħu jippreżentaw lilhom infushom (l-Artikolu 472 tal-Kodiċi Kummerċjali).

Il-kredituri għandhom jissottomettu t-talba tagħhom mar-reġistru tal-qorti kummerċjali u jissottomettu d-dokumenti ta’ sostenn tagħhom (l-Artikolu 496 tal-Kodiċi Kummerċjali).

Formola li tippermetti lill-kredituri jagħmlu d-dikjarazzjoni ta’ talba tagħhom hija disponibbli online fl-indirizz li ġej: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://justice.public.lu/fr/creances/declaration-creance.html.

Id-dikjarazzjonijiet huma vverifikati mill-fiduċjarju responsabbli għal-likwidazzjoni u jistgħu jiġu kontestati minn dan tal-aħħar (l-Artikolu 500 tal-Kodiċi Kummerċjali).

Kull talba mressqa li hija kontestata tiġi riferuta lill-qorti.

Madankollu, jekk hemm xi tilwim li, minħabba s-suġġett tagħhom, ma jaqgħux fil-ġurisdizzjoni tal-qorti distrettwali responsabbli għall-każijiet kummerċjali, dawn jiġu riferuti lill-qorti kompetenti biex tittieħed deċiżjoni fuq il-meriti tagħhom. Dawn jiġu riferuti wkoll lill-qorti distrettwali responsabbli għall-każijiet kummerċjali biex titħejja ordni dwarhom skont l-Artikolu 504, fuq l-ammonti li jistgħu jintalbu mill-kredituri kkonċernati fil-kuntest tad-diskussjonijiet dwar il-kompożizzjoni (l-Artikolu 502).

2. Kompożizzjoni mal-kredituri

Fil-proċedura tal-kompożizzjoni mal-kredituri, id-debitur li japplika għall-kompożizzjoni jrid jispeċifika, fl-applikazzjoni, l-identitajiet u l-indirizzi tal-kredituri u l-ammonti tat-talbiet tagħhom (l-Artikolu 3 tal-Liġi tal-14 ta’ April 1886).

Il-kredituri jiġu notifikati b’ittra reġistrata (l-Artikolu 8 tal-Liġi tal-14 ta’ April 1886) li tistedinhom jieħdu parti fil-laqgħa dwar il-kompożizzjoni.

L-istedina se tiġi ppubblikata wkoll fl-istampa.

Matul il-laqgħa dwar il-kompożizzjoni, il-kredituri jiddikjaraw l-ammonti tat-talbiet tagħhom.

Kif indikat hawn fuq, il-kredituri b’talbiet iggarantiti b’imposti fuq il-proprjetà li jieħdu parti fil-vot jitilfu l-istatus tagħhom ta’ kredituri preferenzjali (l-Artikolu 10 tal-Liġi tal-14 ta’ April 1886).

3. Sospensjoni tal-pagamenti

Fil-proċedura ta’ sospensjoni tal-pagamenti, id-debitur għandu jissottometti wkoll lista tal-kredituri, fejn jindika l-ismijiet, l-ammont tat-talbiet u l-indirizzi tagħhom.

Il-kredituri jiġu mistiedna għal laqgħa permezz ta’ ittra reġistrata (l-Artikolu 596 tal-Kodiċi Kummerċjali) u fl-istampa.

Matul il-laqgħa, dawn iridu jiddikjaraw l-ammonti tat-talbiet tagħhom (l-Artikolu 597 tal-Kodiċi Kummerċjali).

4. Amministrazzjoni

Fil-proċeduri ta’ amministrazzjoni, ma hemm l-ebda proċedura għat-tressiq u l-aċċettazzjoni tat-talbiet. Id-debituri jridu jinfurmaw lill-qorti dwar l-identitajiet tal-kredituri fl-applikazzjoni tagħhom.

Dawn il-kredituri jiġu infurmati sussegwentement mill-qorti dwar il-pjan ta’ riorganizzazzjoni jew ta’ realizzazzjoni tal-assi mħejji mill-amministraturi maħturin mill-qorti.

5. Il-proċedura ta’ dejn eċċessiv

Fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ saldu tad-dejn kollettiv fir-reġistru, il-kredituri tad-debitur b’dejn eċċessiv iridu jressqu t-talbiet tagħhom lis-Servizz ta’ Informazzjoni u Pariri dwar Dejn Eċċessiv.

Id-dikjarazzjoni tat-talba trid tikkonforma mal-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament tal-Gran Dukat tas-17 ta’ Jannar 2014 li jimplimenta l-Liġi tat-8 ta’ Jannar 2013 dwar id-dejn eċċessiv (règlement grand-ducal du 17 janvier 2014 portant exécution de la loi du 8 janvier 2013 concernant le surendettement).

Hemm Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaformola ta’ dikjarazzjoni disponibbli għall-użu mill-kredituri.

Il-Kummissjoni ta’ Medjazzjoni tanalizza jekk it-talbiet humiex ammissibbli.

13 Liema huma r-regoli li jirregolaw it-tqassim tal-assi wara tmiem il-proċedimenti? Kif jiġu kklassifikati t-talbiet u d-drittijiet tal-kredituri?

Il-prinċipju bażiku fil-liġi dwar il-falliment huwa li kull kreditur għandu jirċievi sehem identiku proporzjonali għall-ammont tat-talba tiegħu.

Xi kredituri li għandhom garanzija jew talba preferenzjali jitħallsu l-ewwel.

Il-kredituri preferenzjali jiġu kklassifikati f’ordni ġuridiku li huwa l-ordni pubbliku (sidien tal-kera tal-proprjetà, l-ipotekarji, il-kredituri b’garanziji fuq il-kapital tan-negozju u, b’mod partikolari, it-teżor pubbliku fis-sens l-aktar wiesa’).

Ġeneralment, il-fiduċjarju jirreferi għall-Artikoli 2096 sa 2098, 2101 u 2102 tal-Kodiċi Ċivili (Code civil).

Il-fiduċjarju jrid jivverifika kull talba billi jirreferi għal-liġi u l-ġurisprudenza.

L-assi netti disponibbli għal kredituri li m’għandhomx garanzija jridu jiġu distribwiti fuq bażi pro rata skont l-Artikolu 561, l-ewwel paragrafu, tal-Kodiċi Kummerċjali.

Meta l-fiduċjarju jkun jaf l-ammont tat-tariffi stabbiliti mill-qorti, ikun ikklassifika l-kredituri preferenzjali u jkun jaf l-ammont li fadal biex jiġi distribwit bejn il-kredituri mingħajr garanziji, iħejji pjan ta’ distribuzzjoni tal-assi li jiġi sottomess fl-ewwel istanza lir-riċevitur uffiċjali. Skont l-Artikolu 533 tal-Kodiċi Kummerċjali, il-fiduċjarju jistieden lill-kredituri kollha għal-laqgħa ta’ preżentazzjoni tal-kontijiet permezz ta’ ittri reġistrata, li magħha jehmeż kopja tal-pjan ta’ distribuzzjoni tal-assi.

Il-fallut irid jingħata avviż tal-laqgħa minn uffiċjal tal-qorti, jew permezz tal-pubbliklazzjoni f’gazzetta tal-Lussemburgu.

Sakemm il-preżentazzjoni tal-kontijiet mill-fiduċjarju ma tiġix kontestata minn kreditur, il-fiduċjarju jissottometti l-minuti tal-laqgħa ta’ preżentazzjoni, fuq il-bażi tal-pjan ta’ distribuzzjoni tal-assi, lir-riċevituri uffiċjali u lill-iskrivan tal-qorti għall-firma.

Wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet, il-fiduċjarju jħallas il-kredituri.

14 Liema huma l-kundizzjonijiet għal, u l-effetti tal-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza (b'mod partikolari b'miżura komposta)?

1. Falliment

Fil-proċeduri ta’ falliment, meta l-pagamenti jkunu saru, il-fiduċjarju jista’ japplika biex jingħalqu l-proċeduri, li huwa segwit mill-ordni ta’ għeluq li, bħal ma isimha jissuġġerixxi, ittemm il-proċeduri ta’ falliment.

Skont l-Artikolu 536 tal-Kodiċi Kummerċjali, il-falluti li ma ġewx iddikjarati kriminalment falluti fuq bażi ta’ negliġenza jew frodi ma jistgħux jibqgħu jiġu persegwitati mill-kredituri tagħhom, sakemm il-fortuni tagħhom ma jitjiebux fi żmien seba’ snin mill-ordni li tagħlaq il-proċeduri minħabba insuffiċjenza ta’ assi.

Skont l-Artikolu 586 tal-Kodiċi Kummerċjali, il-falluti li jħallsu bis-sħiħ is-somom kollha dovuti f’termini ta’ kapital, imgħax u kostijiet jistgħu jiġu rilaxxati mid-dejn billi jissottomettu applikazzjoni f’dan ir-rigward lill-Qorti Suprema tal-Ġustizzja (Cour supérieure de justice).

2. Kompożizzjoni mal-kredituri, sospensjoni tal-pagamenti, amministrazzjoni

Fil-proċeduri ta’ kompożizzjoni mal-kredituri, sospensjoni tal-pagamenti u amministrazzjoni, id-deċiżjoni tal-qorti li tapprova l-miżura rilevanti ttemm il-proċeduri.

Il-qorti tista’ timponi pieni ċivili jew kriminali fuq id-debitur fallut.

Jekk il-qorti ssib li l-falliment kien ikkawżat minn kondotta ħażina serja u evidenti fuq il-parti tal-fallut, din tista’ tipprojbixxi lil dan tal-aħħar milli jwettaq attività tan-negozju direttament jew permezz ta’ persuna oħra. Din il-projbizzjoni tapplika wkoll għaż-żamma ta’ pożizzjoni li tinvolvi setgħat deċiżjonarji f’kumpanija.

Pieni ċivili oħra jinkludu, għal fallimenti ta’ kumpaniji kummerċjali, il-possibbiltà li l-falliment jiġi estiż għad-diretturi tagħhom u l-possibbiltà li jittieħdu azzjonijiet fuq il-bażi tal-Artikoli 1382 u 1383 tal-Kodiċi Ċivili (obbligazzjoni legali ġenerali) u tal-Artikoli 59 u 192 tal-Liġi dwar il-Kumpaniji Kummerċjali (loi sur les sociétés commerciales).

Jistgħu jiġu imposti wkoll pieni kriminali (fallimenti kriminali) fuq il-fallut.

Fil-kompożizzjonijiet mal-kredituri, il-persuni li jibbenefikaw minn din il-proċedura jridu jirrimborżaw lill-kredituri tagħhom jekk il-fortuni tagħhom jitjiebu (l-Artikolu 25 tal-Liġi tal-14 ta’ April 1886 dwar il-kompożizzjoni mal-kredituri għall-prevenzjoni tal-falliment).

Il-kompożizzjoni mal-kredituri m’għandha l-ebda effett fuq id-djun li ġejjin:

  • taxxi u dazji oħra tal-gvern;
  • talbiet iggarantiti bi drittijiet preferenzjali, ipoteki jew kollateral;
  • talbiet għal manteniment.

15 X'inhuma d-drittijiet tal-kredituri wara l-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza?

Wara l-għeluq tal-proċeduri ta’ insolvenza, jekk jifdal xi assi, il-kredituri jirċievu l-ammonti sħaħ jew proporzjon tal-ammonti tat-talbiet tagħhom skont il-kundizzjonijiet ta’ distribuzzjoni aċċettati fl-ordni tal-għeluq.

Jekk il-falluti ma ġewx iddikjarati kriminalment falluti fuq bażi ta’ negliġenza jew frodi, dawn ma jistgħux jibqgħu jiġu persegwitati mill-kredituri tagħhom sakemm il-fortuni tagħhom ma jitjiebux fi żmien seba’ snin mill-ordni li tagħlaq il-proċeduri ta’ falliment.

Il-kredituri jistgħu jieħdu wkoll azzjoni fuq il-bażi tal-Artikoli 1382 u 1383 tal-Kodiċi Ċivili sabiex jinvokaw l-obbligazzjoni legali ġenerali tad-diretturi tal-fallut, jew azzjoni fuq il-bażi tal-Artikoli 59 u 192 tal-Liġi dwar il-Kumpaniji Kummerċjali (obbligazzjoni tal-amministraturi u l-maniġers fit-twettiq tal-mandat tagħhom).

16 Min għandu jagħmel tajjeb għall-kostijiet u l-ispejjeż involuti fil-proċedimenti ta' insolvenza?

Il-kostijiet tal-applikazzjoni għal falliment huma inklużi fil-kostijiet tal-patrimonju tal-insolvenza.

Billi dawn huma kostijiet li jqumu fl-interessi tal-proċeduri ta’ falliment, dawn jitħallsu mill-assi tal-falliment qabel ma l-fiduċjarju jiddistribwixxi l-bqija tal-assi lill-kredituri differenti.

Il-Liġi tad-29 ta’ Marzu 1893 dwar għajnuna legali u proċeduri ta’ defiċit (loi du 29 mars 1893 concernant l’assistance judiciaire et la procédure en débet) tistabbilixxi, fl-Artikoli 1 u 2, il-kostijiet differenti li jistgħu jirriżultaw mill-formalitajiet meħtieġa mill-proċeduri ta’ insolvenza u tiddetermina l-ordni tal-pagament tagħhom fejn hemm insuffiċjenza ta’ assi.

Il-qorti distrettwali kompetenti tistabbilixxi t-tariffi tal-fiduċjarju fuq il-bażi tar-Regolament tal-Gran Dukat tat-18 ta’ Lulju 2003 (règlement grand-ducal du 18 juillet 2003).

Il-fiduċjarju jrid jissottometti, lill-qorti distrettwali responsabbli għall-każijiet kummerċjali, dikjarazzjoni tal-kostijiet u t-tariffi fuq il-bażi tal-assi rkuprati.

L-Artikolu 536-1 tal-Kodiċi Ċivili jipprovdi, fit-tieni paragrafu tiegħu, li l-kostijiet u t-tariffi tal-fallimenti li jingħalqu minħabba insuffiċjenza ta’ assi se jitħallsu bil-quddiem mill-Uffiċċju tat-Taxxi Indiretti (Administration de l’Enregistrement) taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti bil-Liġi tad-29 ta’ Marzu 1893 dwar għajnuna legali u l-proċeduri ta’ defiċit.

17 X'inhuma r-regoli li għandhom x'jaqsmu man-nullità, l-annullabbiltà u n-nuqqas ta' eżekutorjetà ta' atti ġuridiċi detrimentali għall-korp ġenerali ta' kredituri?

1. Falliment

L-ordni ta’ falliment tista’ tistabbilixxi d-data tal-waqfien tal-pagamenti mill-fallut f’data li tippreċedi dik tal-ordni. Madankollu, din id-data ma tistax tippreċedi l-ordni b’iktar minn sitt xhur.

Sabiex jiġu protetti l-interessi tal-kredituri, il-perjodu bejn il-waqfien tal-pagamenti u l-ordni jitqies bħala l-“perjodu suspettat”.

Ċerti atti mwettqa matul dan il-perjodu, fejn dawn jistgħu jkunu detrimentali għad-drittijiet tal-kredituri, se jkunu nulli u bla effett. Dawn jinvolvu b’mod partikolari:

  • kwalunkwe atti relatati ma’ proprjetà mobbli jew immobbli li l-fallut ikun biegħ mingħajr ebda spiża jew għal pagament fejn il-prezz tal-bejgħ huwa evidentement iktar baxx mill-valur tal-proprjetà inkwistjoni;
  • il-pagamenti kollha li jkunu saru bi flus kontanti jew permezz ta’ trasferiment, bejgħ, tpaċija jew mod ieħor għad-djun li għadhom mhumiex dovuti;
  • il-pagamenti kollha li jkunu saru minbarra bi flus kontanti jew bl-użu ta’ strumenti kummerċjali għad-djun li huma dovuti;
  • kull ipoteka jew kwalunkwe drittijiet fuq proprjetà oħra mogħtija mid-debitur għad-djun ikkuntrattati qabel il-waqfien tal-pagamenti.

Għal atti oħra, madankollu, il-prinċipju ta’ nullità mhuwiex awtomatiku.

Bħala riżultat, ċerti pagamenti li jkunu saru mill-fallut għad-djun li huma dovuti u kull att ieħor imwettaq għal ħlas matul il-perjodu suspettuż jistgħu jkunu bla effett jekk jiġi ppruvat li l-partijiet terzi li rċevew il-pagamenti jew li nnegozjaw mal-fallut kienu jafu bil-waqfien tal-pagamenti.

Meta kreditur ikun jaf li debitur ma jistax jonora l-impenji tiegħu, dak il-kreditur ma għandux ifittex trattament preferenzjali għad-detriment tal-korp ġenerali ta’ kredituri.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-drittijiet ipotekarji u preferenzjali li jkunu nkisbu b’mod validu jistgħu jiġu rreġistrati sad-data tal-ordni ta’ falliment. Madankollu, id-drittijiet irreġistrati fl-10 ijiem li jippreċedu d-data ta’ waqfien tal-pagamenti jew wara jistgħu jiġu ddikjarati nulli u bla effett jekk ikunu għaddew iktar minn 15-il ġurnata bejn id-data tal-att ipotekarju u d-data ta’ reġistrazzjoni.

Fl-aħħar, kwalunkwe att mwettaq jew pagament li jkun sar permezz ta’ frodi kontra l-kredituri, jiġifieri li jkun sar mid-debitur b’għarfien sħiħ tad-detriment li dan kien se jikkawża lill-kreditur (jiġifieri permezz tat-tnaqqis tal-patrimonju tal-insolvenza, in-nuqqas ta’ rispett tal-klassifikazzjoni tat-talbiet, eċċ), jitqies null u bla effett, irrispettivament mid-data li jseħħ fiha.

Il-kunċett tal-perjodu suspettuż ma japplikax għal kuntratti ta’ garanzija finanzjarja jew f’każijiet ta’ talbiet futuri trasferiti lil korp ta’ titolizzazzjoni.

2. Kompożizzjoni mal-kredituri

Matul il-proċedura għall-ksib tal-kompożizzjoni mal-kredituri, id-debituri ma jistgħux jitrasferixxu, iselfu b’ipoteka jew jikkommettu kwalunkwe att mingħajr l-awtorizzazzjoni mill-imħallef delegat.

3. Amministrazzjoni

Mid-data tad-deċiżjoni li taħtar imħallef delegat biex jipproduċi l-inventarju tan-negozju, il-kummerċjant ma jistax, taħt ir-riskju ta’ nullità, jittrasferixxi, jistabbilixxi garanziji jew ipoteki fuq, jikkommetti jew jirċievi assi kapitali mobbli mingħajr l-awtorizzazzjoni bil-miktub mill-imħallef delegat.

Jenħtieġ li jkun innutat li l-liġi dwar l-amministrazzjoni tipprovdi għal pieni kriminali għall-kummerċjanti li jkunu ħbew parti mill-assi tagħhom, esaġeraw l-ammont tal-obbligazzjonijiet tagħhom jew involvew kredituri li t-talbiet tagħhom ġew esaġerati.

4. Dejn eċċessiv

L-imħallef jista’, fejn applikabbli, jaħtar persuni responsabbli biex jipprovdu għajnuna soċjali, edukattiva jew ta’ ġestjoni finanzjarja biex jiżgura li l-parti tad-dħul tad-debitur li mhijiex allokata għall-ħlas lura tad-djun tintuża għall-iskopijiet li hija maħsuba għalihom.

Meta jwettqu l-ħidma tagħhom, dawn il-persuni huma awtorizzati jieħdu kwalunkwe miżura maħsuba biex tipprevjeni li dik il-parti tad-dħul tiġi żvijata mill-iskop naturali tagħha jew li ssir ħsara lill-interessi tal-unità domestika tad-debituri.

L-aħħar aġġornament: 29/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Insolvenza - Ungerija

1 Kontra min jistgħu jinfetħu proċedimenti ta' insolvenza?

Il-proċedimenti ta’ falliment għall-persuni ġuridiċi huma rregolati bl-Att XLIX tal-1991 dwar proċedimenti ta’ falliment u likwidazzjoni (Att dwar il-Fallimenti).

L-Att dwar il-Fallimenti jirregola żewġ tipi ta’ proċedimenti ta’ insolvenza: proċedimenti ta’ falliment u ta’ likwidazzjoni.

Il-proċedimenti ta’ falliment huma proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni li l-għan tagħhom huwa li jagħtu lid-debitur, li jkun qed iħabbat wiċċu ma’ insolvenza, sospensjoni tal-ħlas bil-ħsieb li jiftiehem dwar arranġament volontarju u biex jipprova jidħol f’tali arranġament sabiex tiġi stabbilita s-solvenza mill-ġdid.

Il-proċedimenti ta’likwidazzjoni huma proċedimenti li l-għan tagħhom huwa li l-kredituri jiġu ssodisfati skont regoli speċifiċi meta debitur fallut jiġi xolt mingħajr suċċessur legali – matul proċediment immirat lejn it-tqassim tal-assi totali tal-patrimonju insolventi tad-debitur bejn il-kredituri. Madankollu, il-proċediment ta’ likwidazzjoni irid jintemm jekk id-debitur ikun ħallas b’mod sħiħ id-dejn tiegħu kif ukoll l-ispejjeż tal-proċediment jew jekk ikun sar ftehim volontarju dwar il-kundizzjonijiet għas-saldu tad-dejn mal-kredituri tiegħu u l-arranġament ikun ġie approvat mill-qorti.

Il-liġijiet li jirregolaw il-fergħat Ungeriżi ta’ impriżi b’uffiċċji rreġistrati barranin, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u impriżi tas-settur finanzjarju (istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi finanzjarji, impriżi tal-assigurazzjoni, ditti tal-investiment, imħażen pubbliċi), pereżempju, jinkludu regoli speċjali u derogatorji.

Il-proċedimenti ta’ falliment ma jeżistux għall-impriżi tas-settur finanzjarju, madankollu l-korpi superviżorji għandhom il-possibbiltà li jintervjenu sa mill-istadji bikrija ta’ kwalunkwe deterjorament fil-pożizzjoni finanzjarja tagħhom sabiex tiġi evitata insolvenza u jridu jinħolqu fondi (Fond għar-Riżoluzzjoni ta’ Ħsarat, Fond għall-Protezzjoni tal-Investitur, Fond għall-Assigurazzjoni tad-Depożitu) biex jipproteġu lill-klijenti u biex jikkumpensawhom.

Fil-każ ta’ impriżi tas-settur finanzjarju, il-likwidazzjoni tista’ titressaq quddiem qorti mill-Bank Nazzjonali Ungeriż li jaġixxi taħt is-setgħat tiegħu ta’ awtorità superviżorja finanzjarja wara li jkun irrevoka l-liċenzja tagħhom talli jkunu wettqu dawn l-attivitajiet.

L-Att dwar l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jinkludi xi regoli ta’ deroga dwar il-proċedimenti ta’ falliment u ta’ likwidazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (assoċjazzjonijiet, fondazzjonijiet), inkella japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Fallimenti.

Proċedimenti tas-saldu tad-dejn ta’ persuni fiżiċi (falliment personali)

L-Att CV tal-2015 dwar is-saldu tad-dejn ta’ persuni fiżiċi daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2015. L-Att għandu l-għan li jistabbilixxi qafas legali għas-saldu tad-dejn minbarra li jipprovdi protezzjoni tal-falliment permezz ta’ kooperazzjoni bejn debitur u l-kredituri tiegħu. L-Att primarjament jipproteġi lid-debituri tal-ipoteki, b’mod partikolari dawk li jkunu ilhom bl-arretrati fuq terminu twil, ikollhom id-dejn ma’ diversi kredituri u li l-proprjetà residenzjali tagħhom tkun mhedda minn bejgħ sfurzat.

Il-proċedimenti jibdew barra mill-qorti, ikkoordinati mill-ewwel sellief tal-ipoteki. Il-proċedimenti ta’ falliment tal-qorti jinfetħu jekk ma jkunx hemm saldu barra mill-qorti. Għall-ewwel, il-proċedimenti tal-qorti għandhom l-għan ukoll li jintlaħaq ftehim, iżda jekk ma jkunx hemm vot favur ftehim bħal dan, il-qorti tiddetermina l-kundizzjonijiet għas-saldu tad-dejn.

Il-Gvern stabbilixxa s-Servizz tal-Insolvenza tal-Familja tal-Istat. Din l-organizzazzjoni għandha rwol importanti fil-proċedimenti tas-saldu tad-dejn. Is-Servizz tal-Insolvenza tal-Familja jivverifika jekk id-debitur jissodisfax rekwiżiti statutorji, iżomm ir-rekords tal-Istat tad-dejta tal-proċedimenti u jimpjega amministraturi tal-familja. L-amministraturi tal-familji jwettqu xogħlijiet preparatorji u kollaborattivi għall-qorti fil-kors tas-saldu tad-dejn quddiem il-qorti, jinfurzaw id-deċiżjonijiet tal-qorti, jappoġġjaw id-debitur, jissorveljaw il-ġestjoni tal-unità domestika tad-debitur, ibigħu l-assi ta’ valur kummerċjali tad-debitur u jħallsu lill-kredituri.

Ir-riżultat ta’ saldu tad-dejn ta’ suċċess huwa li d-dejn rilaxxat matul il-proċedimenti ma jkunx jista’ jintalab aktar tard mid-debitur u l-kredituri jirċievu proporzjon speċifiku tat-talba tagħhom f’perjodu ta’ żmien prevedibbli.

Il-proċedimenti tas-saldu tad-dejn ta’ persuni fiżiċi għadhom mhumiex notifikati taħt ir-Regolament (UE) Nru 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Skont l-Att dwar il-Fallimenti, jistgħu jinbdew proċedimenti ta’ falliment mill-organizzazzjoni tad-debitur bl-approvazzjoni tal-korp deċiżjonali prinċipali tagħha, bl-użu ta’ formola – ir-rappreżentazzjoni legali hija obbligatorja matul il-proċedimenti. Id-debitur ma jistax jissottometti applikazzjoni bħal din jekk ikun is-suġġett ta’ proċediment ta’ falliment pendenti jew jekk tkun ittieħdet deċiżjoni tal-ewwel istanza li tordna lid-debitur li jkun likwidat. Il-kundizzjonijiet u limitazzjonijiet tal-ħin għall-ammissibilità ta’ applikazzjoni mġedda għat-tnedija ta’ proċedimenti ta’ falliment huma li jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet tal-kreditur li kienu jeżistu jew inħolqu matul il-proċediment ta’ falliment preċedenti, l-iskadenza ta’ sentejn mill-konklużjoni finali tal-proċediment ta’ falliment preċedenti jew fil-każ li l-applikazzjoni preċedenti tkun ġiet miċħuda ex officio, l-iskadenza ta’ sena minn meta tkun ġiet imħabbra l-ordni finali dwar dik il-kwistjoni.

Bħala regola ġenerali, jekk id-debitur ikun insolventi jistgħu jitressqu proċedimenti ta’ likwidazzjoni fuq talba tad-debitur jew tal-kredituri tiegħu jew ex officio mill-qorti f’ċerti każijiet speċifikati taħt l-Att dwar il-Fallimenti. L-Att dwar il-Fallimenti jiddikjara espliċitament min jista’ jibda proċedimenti ta’ likwidazzjoni u jirregola r-regoli għall-proċediment fuq talba jew ex officio.

Iż-żewġ tipi ta’ proċeduri huma proċedimenti tas-saldu tad-dejn kollettiv, il-kredituri tad-debitur għandhom jipparteċipaw fil-proċedimenti u ma jistgħux ifittxu l-infurzar tal-pretensjonijiet tagħhom b’mod ieħor jew fi proċedimenti oħra kontra d-debitur matul dawn il-proċedimenti.

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza?

Proċedimenti ta’ falliment:

Il-proċedimenti ta’ falliment jistgħu jiġu petizzjonati mid-direttur tad-debitur, filwaqt li r-rappreżentazzjoni minn avukat jew konsulent legali hija obbligatorja.

Fi kwalunkwe ħin proċediment ta’ falliment wieħed biss jista’ jinbeda kontra d-debitur u l-ebda proċediment ta’ likwidazzjoni kontrih ma jista’ jkun pendenti lanqas. Il-proċeduri ta’ falliment imġedda jistgħu jibdew biss jekk id-debitur ikun issodisfa d-djun tiegħu ddikjarati fil-proċediment preċedenti u jkunu għadhom ma skadewx sentejn. U jekk il-qorti tkun ċaħdet il-proċediment ta’ falliment preċedenti ex officio għal difetti formali, sa sena ma jista’ jinbeda l-ebda proċediment ta’ falliment mġedded.

Proċedimenti ta’ likwidazzjoni

Il-proċedimenti ta’ likwidazzjoni jistgħu jitressqu mid-debitur, kreditur, l-amministratur li pparteċipa fil-proċediment ta’ stralċ volontarju preċedenti jew qorti jew awtorità amministrattiva f’każijiet speċifikati mil-liġi. Pereżempju, proċediment ta’ likwidazzjoni jitressaq mill-qorti jekk ma jkun sar l-ebda arranġament volontarju matul il-proċediment ta’ falliment jew jekk ix-xoljiment ta’ ditta li tikser serjament il-liġi jiġi ordnat taħt is-setgħat ta’ superviżjoni legali tagħha bħall-qorti kummerċjali.

3 Liema huma l-assi li jiffurmaw parti mill-patrimonju tal-insolvenza? Kif jiġu ttrattati l-assi li huma miksuba minn, jew li jiddevolvu lid-debitur wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza?

L-assi tad-debitur tal-patrimonju insolventi huma s-somma tal-assi fissi kollha u tal-assi kurrenti skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni tal-kontabbiltà.

Kwalunkwe żieda fl-assi miksuba matul il-proċedimenti ta’ falliment ukoll jiffurmaw parti mill-assi tal-patrimonju insolventi.

Id-debitur iżomm drittijiet relatati mal-ġestjoni tal-assi tal-patrimonju insolventi, iżda taħt sorveljanza mill-amministratur. Fi proċedimenti ta’ likwidazzjoni d-debitur ma jżommx id-drittijiet relatati mal-ġestjoni tal-assi tal-patrimonju insolventi: dawn id-drittijiet jiġu ttrasferiti lil-likwidatur. Il-likwidatur huwa r-rappreżentant legali tal-organizzazzjoni tad-debitur u jwettaq ir-reġistrazzjoni u l-valutazzjoni tal-pretensjonijiet tal-kredituri, il-likwidazzjoni tal-assi u d-distribuzzjoni tar-rikavat fost kredituri taħt sorveljanza ġudizzjarja.

4 X’setgħat għandhom id-debitur u l-prattikant tal-insolvenza, rispettivament?

Fi proċedimenti ta’ falliment u ta’ likwidazzjoni debitur skont it-tifsira tal-Att dwar il-Fallimenti jista’ jkun operatur ekonomiku elenkat fl-Att. Fil-proċedimenti ta’ falliment il-proċediment jitressaq mid-debitur, li jista’ jkompli l-attivitajiet ekonomiċi tiegħu matul il-proċediment. L-uffiċjali eżekuttivi u s-sidien tad-debitur mhumiex ristretti fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom, iżda jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom biss mingħajr ma jiksru d-drittijiet stipulati għall-amministratur mil-liġi. Id-debitur iwettaq l-reġistrazzjoni u l-prijorità tal-pretensjonijiet f’kollaborazzjoni mal-amministratur u bl-involviment tal-amministratur iħejji programm u proposta għal negozjati għal arranġament bil-għan li jinkiseb arranġament biex tiġi rrestawrata jew ippreservata s-solvenza. L-arranġament jkun fih il-ftehim bejn id-debitur u l-kredituri dwar il-kundizzjonijiet tas-saldu tad-dejn u kull ħaġa oħra li jqisu importanti għar-riorganizzazzjoni.

Sa qabel it-tnedija tagħhom, kreditur fi proċedimenti ta’ falliment u likwidazzjoni tfisser persuna li kellha pretensjonijiet ta’ flus dovuti jew pretensjonijiet espressi f’termini monetarji abbażi ta’ deċiżjoni finali u infurzabbli ta’ qorti jew awtorità pubblika jew li huma rikonoxxuti jew mhux ikkontestati mid-debitur. Fi proċedimenti ta’ falliment kreditur tfisser ukoll kull persuna li l-pretensjonijiet tagħha li jkunu dovuti matul il-proċediment ta’ falliment jew wara jkunu ġew irreġistrati mill-amministratur jew minn kwalunkwe persuna li l-pretensjonijiet tagħha jkunu ġew irreġistrati mil-likwidatur fi proċediment ta’ likwidazzjoni.

Amministratur fi proċedimenti ta’ falliment hija persuna ġuridika maħtura minn qorti, awtorizzata biex twettaq il-kompiti ta’ prattikant tal-insolvenza. L-amministratur irid jaħtar persuna impjegata minnu bil-kwalifiki xierqa biex twettaq l-attivitajiet ta’ amministratur. Id-dmir ta’ din il-persuna huwa li timmonitorja l-attivitajiet ekonomiċi tad-debitur sabiex ikun hemm qbil dwar arranġament filwaqt li żżomm f’moħħha l-interessi tal-kredituri, biex tirreġistra l-pretensjonijiet tal-kredituri, biex tikkollabora fit-tfassil ta’ proposta għal arranġament u tikkonferma l-minuti ta’ riżoluzzjonijiet adottati fin-negozjati ta’ arranġament.

Likwidatur tfisser organizzazzjoni tal-likwidatur (persuna ġuridika awtorizzata biex twettaq il-kompiti ta’ prattikant tal-insolvenza) maħtura mill-qorti, li hija r-rappreżentant legali tal-organizzazzjoni taħt likwidazzjoni u li fl-istess ħin tiggarantixxi l-interessi tal-kredituri u twettaq il-kompiti preskritti bil-liġi. Il-leġiżlazzjoni tippreskrivi rekwiżiti personali u professjonali stretti għall-organizzazzjonijiet tal-likwidatur, inkluż taħriġ professjonali regolari.

L-organizzazzjoni tal-likwidatur taħtar amministratur tal-insolvenza biex imexxi l-attivitajiet ta’ likwidatur.

L-isem tal-organizzazzjoni tal-likwidatur u l-amministratur tal-insolvenza wkoll jiddaħħlu fir-reġistru tal-qorti tal-persuni ġuridiċi.

Proċedimenti ta’ falliment u ta’ likwidazzjoni huma proċedimenti mhux kontenzjużi ċivili quddiem qorti. Fi kwistjonijiet mhux regolati mill-Att dwar il-Fallimenti, japplikaw ir-regoli tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, ma’ derogi li joħorġu mill-ispeċifiċitajiet ta’ proċedimenti mhux kontenzjużi. Il-proċedimenti ta’ falliment jiġu ordnati mill-qorti filwaqt li l-proċedimenti ta’ likwidazzjoni jiġu ordnati mill-qorti bħala riżultat li d-debitur jiġi ddikjarat insolventi jew fil-każijiet l-oħra speċifikati bil-liġi jew fuq il-bażi ta’ talba minn qorti oħra, awtorità pubblika jew l-amministratur. Fil-ftuħ tal-proċediment, il-qorti taħtar l-amministratur jew il-likwidatur mil-lista tal-likwidaturi. Meta jitressqu l-proċedimenti ta’ likwidazzjoni, il-qorti taħtar – fuq it-talba tal-kredituri – likwidatur bil-kompetenza ta’ amministratur temporanju biex jissorvelja l-attivitajiet tad-debitur sakemm tiġi ordnata l-likwidazzjoni.

L-oġġezzjonijiet imressqa kontra kwalunkwe miżura jew ommissjoni illegali mill-amministratur jew il-likwidatur jiġu aġġudikati mill-qorti u f’każ ta’ miżura jew ommissjoni illegali l-qorti tirrekjedi li l-amministratur jew il-likwidatur imexxi l-attivitajiet tiegħu skont il-liġi u f’każ li din tinkiser, l-amministratur jew il-likwidatur jitneħħa mill-proċediment u jinħatar amministratur jew likwidatur ġdid.

Matul il-proċedimenti ta’ falliment id-debitur huwa dovut protezzjoni tal-falliment, il-proċedimenti ta’ infurzar jiġu sospiżi u d-debitur jingħata sospensjoni tal-ħlas jew moratorju fuq il-ħlas tad-djun imġarrba qabel.

Jekk il-maġġoranza preskritta mill-Att dwar il-Fallimenti taċċetta l-arranġament volontarju u l-arranġament ikun konformi mar-rekwiżiti statutorji, il-qorti tapprova l-arranġament u d-debitur ikun marbut bih.

Jekk ma jiġix miftiehem arranġament volontarju, il-qorti tordna li d-debitur jiġi stralċat ex officio.

Jista’ jintlaħaq ukoll ftehim bejn id-debitur u l-kredituri fi proċedimenti ta’ likwidazzjoni. Il-qorti tistabbilixxi d-data għan-negozjati dwar arranġament matul il-proċediment ta’ likwidazzjoni u jekk il-vot fuq l-arranġament volontarju jkun favorevoli u l-arranġament ikun konformi mal-leġiżlazzjoni, il-qorti tapprovah. Fil-likwidazzjoni, il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ arranġament volontarju huma li permezz tal-arranġament id-debitur ma jibqax insolventi u l-pretensjonijiet ta’ prijorità jiġu riżolti jew il-kopertura għal dawk il-pretensjonijiet tkun disponibbli.

Il-qorti tiddeċiedi li tirreġistra l-proċedimenti ta’ falliment jew ta’ likwidazzjoni bħala magħluqin jew mat-terminazzjoni tal-proċedimenti.

Jekk il-proċedimenti ta’ likwidazzjoni jingħalqu mingħajr suċċessur legali għad-debitur, wara notifika mill-qorti, il-qorti kummerċjali taqta’ lid-debitur xolt b’likwidazzjoni mir-reġistru kummerċjali, jew lill-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili mir-reġistru ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

Fi proċedimenti ta’ likwidazzjoni, il-ħlas tas-salarji tal-impjegati huwa garantit minn fondi mill-Fond għall-Garanzija tal-Pagi, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Att dwar il-Fond għall-Garanzija tal-Pagi.

Konsegwenzi legali tat-tressiq tal-proċedimenti:

Matul il-proċedimenti ta’ falliment, il-qorti tieħu passi biex tippubblika sospensjoni temporanja tal-ħlas immedjata fil-Gazzetta tal-Kumpaniji fuq talba tad-debitur, skont l-Att dwar il-Fallimenti. Il-merti tat-talba jiġu sussegwentement eżaminati, meta l-qorti tieħu d-deċiżjoni tagħha li tiċħad it-talba ex officio fil-każijiet stabbiliti bil-liġi, jew jekk dan ma jkunx il-każ, tieħu deċiżjoni biex tordna proċedimenti ta’ falliment. Il-proċedimenti ta’ falliment jibdew bil-pubblikazzjoni tal-ordni għal dan l-għan fil-Gazzetta tal-Kumpaniji. Bħala konsegwenza tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment id-debitur huwa dovut sospensjoni tal-ħlas għall-prestazzjoni ta’ pretensjonijiet monetarji sa 0 siegħat fit-tieni jum tax-xogħol wara l-120 jum (bi ftit eċċezzjonijiet) u l-moratorju jista’ jiġi estiż għal 365 jum. Matul il-perjodu tas-sospensjoni tal-ħlas, il-ħlas tal-pretensjonijiet indikati fl-att legali biss jistgħu jiġu effettwati, konsegwenzi legali relatati man-nuqqas ta’ prestazzjoni jew prestazzjoni tard tal-obbligi ta’ ħlas ma jseħħux, l-infurzar tal-pretensjonijiet monetarji kontra d-debitur jiġu sospiżi, b’hekk d-debitur jikseb opportunità realistika biex iħejji programm immirat lejn l-irkupru tas-solvenza u l-ħlas tad-djun tiegħu.

Jekk il-qorti tiddikjara lid-debitur insolventi minħabba li tkun teżisti xi raġuni għall-insolvenza definita taħt l-att legali, tiġi ordnata l-likwidazzjoni tad-debitur f’ordni u wara d-dħul fis-seħħ tagħha, jinħatar likwidatur permezz ta’ ordni ppubblikata fil-Gazzetta tal-Kumpaniji li jkun fiha wkoll sejħa għall-kredituri biex jinnotifikaw il-pretensjonijiet tagħhom. Id-drittijiet tas-sjieda jieqfu meta jiġi ordnat il-proċediment ta’ likwidazzjoni, li jservi biex jipproteġi l-assi tal-patrimonju insolventi, u mid-data tal-bidu tal-likwidazzjoni, il-likwidatur li jaġixxi bħala r-rappreżentant tad-debitur biss jista’ jagħmel dikjarazzjonijiet legali dwar l-assi tad-debitur. Fid-data tal-bidu tal-likwidazzjoni, kull dejn tal-operatur ekonomiku jiskadi (jintemm).

Il-likwidazzjoni għandha l-għan li tiddistribwixxi l-assi kollha tad-debitur fost il-kredituri tiegħu u anke l-proċedimenti ta’ infurzar kontra l-assi soġġetti għall-proċedimenti ta’ likwidazzjoni iridu jintemmu. Il-proċedimenti kontenzjużi u mhux kontenzjużi mibdija qabel id-data tal-bidu tal-likwidazzjoni jkomplu quddiem il-qorti invokata. Wara d-data tal-bidu tal-likwidazzjoni kwalunkwe pretensjoni monetarja relatata mal-assi tal-patrimonju insolventi tista’ tiġi affermata biss taħt il-proċediment ta’ likwidazzjoni. Kwalunkwe trażżin fuq aljenazzjoni u assenjazzjoni stabbilit fuq il-proprjetà immobbli tad-debitur jew assi oħra jieqaf fid-data tal-bidu tal-likwidazzjoni, filwaqt li drittijiet ta’ xiri mill-ġdid u ta’ għażliet tax-xiri, kif ukoll rahan jieqfu meta jinbiegħ l-assi. Persuna intitolata tista’ tissodisfa l-pretensjoni tagħha minn depożitu ta’ sigurtà pprovdut mid-debitur sad-data tal-bidu tal-likwidazzjoni, wara, dik il-persuna intitolata għandha tagħti l-ammont li jifdal lil-likwidatur.

5 Taħt liema kundizzjonijiet tiġi invokata t-tpaċija ?

Matul proċediment ta’ likwidazzjoni kull kreditur jista’ jsostni pretensjoni kontra d-debitur biss billi jirreġistra għall-proċediment, l-ebda tpaċija ma tista’ tiġi invokata barra mill-qorti, ħlief għall-għeluq ta’ netting applikat fuq il-bażi ta’ konvenzjonijiet internazzjonali tal-kummerċ. Jekk madankollu, ikun hemm kawża pendenti preċedenti bejn il-kreditur u d-debitur, il-kreditur jista’ jpaċi kwalunkwe pretensjoni affermata fil-kawża kontra d-dejn tiegħu lejn id-debitur.

6 X’effett għandhom il-proċedimenti ta’ falliment fuq kuntratti kurrenti li d-debitur huwa parti tagħhom?

Il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ likwidazzjoni fihom infushom m’għandhomx l-effett legali li jtemmu kuntratti li d-debitur ikun diġà daħal fihom. Il-kuntratti jistgħu jiġu tterminati bħala parti mill-proċediment, fil-każ ta’ proċedimenti ta’ falliment taħt is-superviżjoni tal-amministratur u fil-każ ta’ proċedimenti ta’ likwidazzjoni, il-likwidatur itemm il-kuntratti bħala r-rappreżentant legali tad-debitur. Il-likwidatur għandu d-dritt li jtemm il-kuntratti b’effett immedjat jew li jikkanċella l-kuntratti.

7 X'effetti għandhom il-proċedimenti ta' insolvenza fuq il-proċedimenti miġjuba minn kredituri individwali (bl-eċċezzjoni ta' kawżi pendenti)?

L-assi tad-debitur ma jistgħux jiġu soġġetti għal infurzar, kreditur li jirċievi r-rahan ma jistax ibigħ ir-rahan, filwaqt li d-djun jitħallsu matul il-proċedimenti ta’ likwidazzjoni.

8 X’inhu l-effett ta' proċediment ta’ insolvenza fuq il-kontinwazzjoni ta’ kawżi pendenti fil-mument tal-ftuħ ta’ proċediment ta’ insolvenza?

Il-kawżi miftuħa qabel jiġu konklużi mill-qorti invokata qabel. Jekk id-debitur ma jkunx rebaħ il-kawża, il-parti li tkun rebħet tieħu sehem bħala kreditur fil-proċediment ta’ likwidazzjoni. Jekk id-debitur ikun rebaħ il-kawża, kwalunkwe assi jew fondi dovuti lilu jiġu inklużi fl-assi tal-patrimonju insolventi. L-Att dwar il-Fallimenti jippreskrivi f’diversi postijiet li l-għoti ta’ informazzjoni lill-kredituri huwa l-kompitu tal-amministratur jew tal-likwidatur.

9 Liema huma l-karatteristiċi ewlenin tal-parteċipazzjoni tal-kredituri fil-proċedimenti ta’ insolvenza?

Il-kredituri jistgħu jiffurmaw kumitati tal-kredituri jew jeleġġu rappreżentant tal-kredituri li l-likwidatur irid jikkonsulta miegħu u li lilu l-likwidatur huwa obbligat li jinforma u li għal ċerti miżuri għandu jinkiseb l-kunsens impliċitu jew espliċitu tiegħu.

10 B’liema mod jista’ l-prattikant tal-insolvenza juża jew jiddisponi minn assi tal-patrimonju?

Il-likwidatur jista’ jbigħ l-assi tad-debitur lix-xerrej li jagħmel l-aħjar offerta fi proċedura ta’ bejgħ pubbliku fuq portal tal-bejgħ ivverifikat ibbażat fuq il-web.

11 Liema talbiet għandhom jiġu ppreżentati kontra l-patrimonju tal-insolvenza tad-debitur u kif għandhom jiġu ttrattati t-talbiet li jsiru wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza?

Kemm id-djun imġarrba qabel kif ukoll dawk li jinqalgħu wara l-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza jistgħu jiġu affermati mill-kreditur billi jinnotifika l-pretensjoni tiegħu fil-proċediment ta’ falliment jew il-proċediment ta’ likwidazzjoni bħala kreditur.

12 Liema huma r-regoli li jirregolaw il-preżentata, il-verifika u l-ammissjoni tat-talbiet?

Il-prattikant tal-insolvenza (l-amministratur fi proċedimenti ta’ falliment jew il-likwidatur fi proċedimenti ta’ likwidazzjoni) jirreġistra l-pretensjonijiet tal-kredituri u jissottometti pretensjonijiet kkontestati quddiem il-qorti li tkun qed tmexxi l-proċediment ta’ falliment jew il-proċediment ta’ likwidazzjoni għal sentenza.

13 Liema huma r-regoli li jirregolaw it-tqassim tal-assi wara tmiem il-proċedimenti? Kif jiġu kklassifikati t-talbiet u d-drittijiet tal-kredituri?

Il-likwidatur juża r-rikavat mill-bejgħ ta’ rahan – wara li ċerti spejjeż ikunu ġew imnaqqsa – biex iħallas liċ-ċessjonarju. L-ammont li jifdal jiġi distribwit fost il-kredituri skont id-distribuzzjoni tal-assi, b’kont meħud tal-klassifikazzjoni għas-sodisfazzjon tal-kredituri stabbilita fl-Att dwar il-Fallimenti, u abbażi tal-karta tal-bilanċ tal-likwidazzjoni interim jew il-karta tal-bilanċ tal-likwidazzjoni tal-għeluq.

Wara l-bejgħ ta’ assi oħra, ir-rikavat jista’ jiġi distribwit wara li tkun ġiet aċċettata l-karta tal-bilanċ tal-likwidazzjoni interim jew il-karta tal-bilanċ tal-likwidazzjoni tal-għeluq, filwaqt li titqies id-distribuzzjoni tal-assi approvati mill-qorti u l-klassifikazzjoni għas-sodisfazzjon tal-kredituri stabbilita fl-Att dwar il-Fallimenti.

14 Liema huma l-kundizzjonijiet għal, u l-effetti tal-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza (b'mod partikolari b'miżura komposta)?

Id-debitur jista’ jiftiehem dwar arranġament volontarju mal-kredituri jew fi proċediment ta’ falliment jew proċediment ta’ likwidazzjoni. Jekk l-arranġament ikun konformi mal-leġiżlazzjoni, il-qorti tapprovah u tiddikjara li l-proċediment ikun ingħalaq. F’każijiet bħal dawn id-debitur ikompli l-operazzjonijiet tiegħu. Il-pretensjonijiet tal-kredituri jiġu ssodisfati bil-mod u sal-punt determinat fl-arranġament, id-debitur huwa eżentat milli jħallas kwalunkwe ammont lil hinn minn dan.

15 X'inhuma d-drittijiet tal-kredituri wara l-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza?

Fi proċediment ta’ falliment magħluq b’arranġament volontarju approvat mill-qorti, il-pretensjonijiet tal-kredituri jiġu ssodisfati bil-mod u skont l-iskeda stabbilita fl-arranġament. Jekk id-debitur ma jirrispettax l-arranġament, il-kredituri jistgħu jippreżentaw proċediment ta’ infurzar jew jistgħu jibdew il-likwidazzjoni tad-debitur.

16 Min għandu jagħmel tajjeb għall-kostijiet u l-ispejjeż involuti fil-proċedimenti ta' insolvenza?

Il-kredituri jħallsu l-ħlas għar-reġistrazzjoni. Il-preżentazzjoni ta’ proċediment ta’ insolvenza (proċediment ta’ falliment, proċediment ta’ likwidazzjoni) hija soġġetta għal tariffa. Xort’oħra kwalunkwe spejjeż imġarrba jitħallsu mid-debitur.

17 X'inhuma r-regoli li għandhom x'jaqsmu man-nullità, l-annullabbiltà u n-nuqqas ta' eżekutorjetà ta' atti ġuridiċi detrimentali għall-korp ġenerali ta' kredituri?

Il-likwidatur jew il-kredituri jistgħu jikkontestaw tali tranżazzjonijiet billi jippreżentaw petizzjoni u jistgħu jitolbu li t-tranżazzjoni tiġi ddikjarata invalida. Kwalunkwe assi hekk irritornati lid-debitur iżidu l-assi tal-patrimonju insolventi.

Il-likwidatur jew il-kredituri jistgħu jiftħu kawżi kontra d-diretturi preċedenti tad-debitur għall-attivitajiet tagħhom li kienu ta’ detriment għall-interessi tal-kredituri fuq il-bażi li d-diretturi preċedenti ma jkunux wettqu l-funzjonijiet maniġerjali tagħhom filwaqt li jqisu l-interessi tal-kredituri meta tkun inqalgħet sitwazzjoni b’theddida ta’ insolvenza, li tkun wasslet għal tnaqqis fl-assi tal-operatur ekonomiku, jew għal tfixkil fl-issodisfar sħiħ tal-pretensjonijiet tal-kredituri jew li fiha ma ġewx imħallsa imposti ambjentali. Jekk dan jiġi ppruvat, id-direttur preċedenti tad-debitur irid jikkumpensa lill-kredituri għad-dannu kkawżat.

L-aħħar aġġornament: 03/12/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Insolvenza - Malta

1 Kontra min jistgħu jinfetħu proċedimenti ta' insolvenza?

Proċedimenti ta’ Insolvenza (Kumpaniji) u Proċedimenti ta’ falliment (Soċjetajiet u kummerċjanti)

Skont il-liġi Nazzjonali wieħed jista’ jidentifika żewġ tipi ta’ persuni li għalihom jistgħu japplikaw proċedimenti ta’ insolvenza, dawn huma s-soċjetajiet kummerċjali, u l-kummerċjanti. Huma applikabbli reġimi differenti għal dawn it-tip ta’ persuni. Is-soċjetajiet kummerċjali jistgħu jiġu suddiviżi f'soċjetajiet en nom collectif, soċjetajiet en commandite u kumpaniji b’responsabbiltà limitata.

Proċedimenti ta’ insolvenza jistgħu jitressqu kontra l-persuni kollha msemmija qabel (fiżiċi u ġuridiċi) madankollu japplikaw proċeduri, regoli u legiżlazzjonijiet differenti. Fil-fatt, proċedimenti ta’ falliment (il-Kapitolu 13 tal-Liġijiet ta’ Malta) jistgħu jitressqu kontra soċjetajiet en nom collectif, soċjetajiet en commandite, u kontra kummerċjanti. Is-soċjetajiet en nom collectif u s-soċjetajiet en commandite huma għall-intenzjonijiet u l-finijiet kollha kkunsidrati bħala kummerċjanti f'dak li għandu x'jaqsam ma' proċedimenti ta’ falliment. It-terminu “kummerċjant” huwa definit fil-Kapitolu 13 bħala kwalunkwe persuna li, bħala professjoni, tagħmel atti ta’ negozjar f’isimha stess, u jinkludi kwalunkwe soċjetà kummerċjali.

Proċedimenti ta’ Riorganizzazzjoni (Irkupru ta' Kumpanija)

Proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni jistgħu jitressqu kontra kumpaniji skont l-Artikoli 327 sa 329B tal-Kapitolu 386 - L-Att dwar il-Kumpaniji 1995.

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza?

Proċedimenti ta’ Insolvenza (Kumpaniji)

Wara deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali ta' kumpanija, il-bord tad-diretturi tagħha, kwalunkwe detentur ta’ passiv, kreditur jew kredituri, jew kwalunkwe kontributur jew kontributuri jistgħu jippreżentaw proċedimenti fil-Qorti sabiex il-kumpanija tiġi xolta u konsegwentamet tiġi stralċjata jekk il-kumpanija ma tkunx tista’ tħallas id-djun tagħha. It-test li għandu jiġi applikat skont l-Artikolu 214(2)(a)(ii) tal-Kapitolu 386 huwa dan:

Il-kumpanija għandha titqies li ma tistax tħallas id-djun tagħha -

(a) jekk id-dejn dovut mill-kumpanija jkun baqa’ ma tħallasx għal kollox jew f’parti wara erbgħa u għoxrin ġimgħa mill-eżekuzzjoni ta’ titolu eżekuttiv kontra l-kumpannija b’xi wieħed mill-atti eżekuttivi msemmijin fl-Artikolu 273 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili; jew

(b) jekk ikun ippruvat għas-sodisfazzjon tal-qorti li l-kumpannija ma tkunx tista’ tħallas id-djun tagħha, meta din tqis ukoll il-passiv kontinġenti u prospettiv tal-kumpannija.

Il-qorti ser tagħti lill-partijiet l-opportunità juru li dak li qed jgħidu huwa minnu u eventwalment tiddeċiedi jekk jeżistux ir-rekwiżiti għall-insolvenza, f’liema każ il-qorti tordna x-xoljiment u d-data ta’ insolvenza preżunta tkun id-data li fiha saret l-appliklazzjoni lill-qorti skont l-Artikolu 223 tal-Kapitolu 386.

Fil-perjodu bejn l-ordni għax-xoljiment fil-każ ta’ insolvenza u l-preżentazzjoni tar-rikors għall-insolvenza lill-qorti, il-qorti tista’ fi kwalunkwe mument taħtar amministratur provviżorju, u tagħtih il-karigu jamministra l-proprjetà jew in-negozju tal-kumpanija skont kif tista’ tispeċifika l-qorti fl-ordni tal-ħatra. L-amministratur provviżorju jżomm il-kariga sakemm issir l-ordni tal-istralċ jew sakemm ir-rikors tal-istralċ jiġi miċħud diment li ma jirriżenjax qabel dan iż-żmien, jew ma jitneħħiex mill-qorti jekk tingħata raġuni valida.

Insolvenza - Stralċ Volontarju ta’ Kredituri

Minbarra dan ta’ hawn fuq, kumpanija tista’ tiġi xolta b’mod volontarju u jekk id-diretturi jkunu tal-opinjoni li l-assi tal-kumpanija mhumiex suffiċjenti sabiex ikopru l-passiv, tissejjaħ laqgħa tal-kredituri sabiex jinħatar stralċjarju (u/jew kumitat għal-likwidazzjoni) li jkun igawdi l-fiduċja tal-kredituri u jkun inkarigati bl-istralċ tal-kumpanija mingħajr il-bżonn ta’ proċedimenti tal-qorti. Ir-regoli li għandhom jiġu segwiti huma stabbiliti fl-Artikoli 277 et seq tal-Kapitolu 386.

Proċedimenti ta’ Riorganizzazzjoni (Irkupru ta' Kumpanija)

Il-kumpanija wara riżoluzzjoni straordinarja, id-diretturi wara deċiżjoni tal-bord tad-diretturi, jew il-kredituri tal-kumpanija li jirrappreżentaw aktar minn nofs il-valur tal-kredituri tal-kumpanija, jistgħu jippreżentaw proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni (Proċeduri ta’ rkupru skont l-Artikolu 329B tal-Kapitolu 386) fil-Qorti jekk il-kumpanija ma tkunx tista’ tħallas id-djun tagħha, jew jekk ikun imminentament probabbli li mhux se tkun kapaċi tħallas id-djun tagħha. Bħall-każ preċedenti, kumpanija titqies li ma tistax tħallas id-djun tagħha -

(a) jekk id-dejn dovut mill-kumpanija jkun baqa’ ma tħallasx għal kollox jew f’parti wara erbgħa u għoxrin ġimgħa mill-eżekuzzjoni ta’ titolu eżekuttiv kontra l-kumpannija b’xi wieħed mill-atti eżekuttivi msemmijin fl-Artikolu 273 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili; jew

(b) jekk ikun ippruvat għas-sodisfazzjon tal-qorti li l-kumpannija ma tkunx tista’ tħallas id-djun tagħha, meta din tqis ukoll il-passiv kontinġenti u prospettiv tal-kumpannija.

Il-Qorti tiddeċiedi jekk tpoġġix lill-kumpanija f’riorganizzazzjoni, u b'hekk toħroġ ordni ta’ rkupru tal-kumpanija fi żmien għoxrin jum ta’ xogħol mir-rikors lill-qorti biex tamministra n-negozju tal-kumpanija għal perjodu li jiġi speċifikat mill-Qorti (attwalment perjodu ta’ sena li jista’ jiġi estiż b’perjodu sussegwenti ta’ sena). Madankollu bl-emendi li qed jitħejjew, dan il-perjodu se jitnaqqas għal perjodu ta’ erba’ xhur li jista’ jiġi estiż b’perjodi addizzjonali ta’ erba’ xhur sa perjodu massimu ta’ tnax-il xahar.

Proċedimenti ta’ Falliment (Soċjetajiet u kummerċjanti)

Proċedimenti ta’ falliment jistgħu jiġu ppreżentati minn kwalunkwe kreditur, kemm jekk id-dejn dovut lilu jkun dejn kummerċjali u kemm jekk ikun ta’ xorti oħra, u anke jekk dan id-dejn ikun għadu ma sarx dovut, sabiex jipproċedi bla telf ta' żmien quddiem il-Qorti Ċivili, Prim’Awla, kontra d-debitur jew ir-rappreżentant legali tiegħu, b’talba għal dikjarazzjoni li dan id-debitur huwa fi stat ta’ falliment.

Il-kriterju sabiex jiġi ddikjarat falliment huwa s-sospensjoni tal-ħlas tad-djun mid-debitur. Il-qorti tagħti s-sentenza tagħha li tiddikjara l-falliment, u taħtar kuratur wieħed jew aktar sabiex jeżerċitaw il-funzjonijiet assenjati lilhom skont il-Kodiċi Kummerċjali, il-Kapitolu 13.

3 Liema huma l-assi li jiffurmaw parti mill-patrimonju tal-insolvenza? Kif jiġu ttrattati l-assi li huma miksuba minn, jew li jiddevolvu lid-debitur wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza?

Proċedimenti ta’ insolvenza (Kumpaniji) (inkluż l-istralċ volontarju tal-kredituri)

L-assi kollha tal-kumpanija jiġu likwidati sabiex ikopru l-passiv tad-debitur. Ma jkunx hemm distinzjoni bejn l-assi li diġà kienu jiffurmaw parti mill-patrimonju tad-debitur, u dawk li jgħaddu għand id-debitur wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza.

Proċedimenti ta’ Falliment (Soċjetajiet u kummerċjanti)

Fi proċedimenti ta’ falliment li għandhom x’jaqsmu ma’ kummerċjanti u soċjetajiet en nom collectif u en commandite, l-assi kollha kemm jekk mobbli kif ukoll jekk immobbli jistgħu jiffurmaw parti mill-patrimonju li se jiġi likwidat. Fil-każ ta’ falliment, ladarba tkun ingħatat dikjarazzjoni ta’ falliment, il-fallut ipso jure jitneħħilu l-pussess tal-amministrazzjoni tal-proprjetà kollha tiegħu, kemm jekk din il-proprjeta għandha x’taqsam man-negozju tiegħu kif ukoll jekk le, ħlief għad-dritt tiegħu għall-manutenzjoni ta’ kuljum sabiex jibqa’ jeżisti.

L-assi tiegħu għandhom jibqħu fil-pussess tal-kuratur li mbagħad għandu jkollu d-dritt li jbigħ u jittrasferixxi l-proprjetà bl-approvazzjoni tal-Qorti. Il-proprjetà tal-fallut li tista' tiħżien għandha tinbigħ permezz ta’ rkantatur liċenzjat wara li tkun inkisbet l-awtorizzazzjoni tal-Qorti.

Fil-każ ta’ merkanzija u proprjetà oħra li għandhom ħajja twila dawn ukoll jeħtieġu l-awtorizzazzjoni tal-Qorti.

F’ċirkostanzi bħal dawn, l-Imħallef għandu jagħti struzzjonijiet li huwa jqis bħala l-aktar vantaġġjużi fl-interess tal-fallut u tal-kredituri, anke jekk jinqalgħu ċirkustanzi, li jippermettu lill-kuratur jirristabbilixxi l-affarijiet tal-fallut jew iżid l-assi tiegħu, diment li dan ikun ta’ benefiċċju għall-kredituri wkoll.

4 X’setgħat għandhom id-debitur u l-prattikant tal-insolvenza, rispettivament?

Proċedimenti ta’ Insolvenza (Kumpaniji)

Malli l-qorti tordna x-xoljiment ta’ kumpanija minħabba l-fatt li tkun insolventi, il-qorti taħtar stralċjarju.

Il-Kapitolu 386 jimponi l-obbligu li dan l-istralċjarju jrid ikun persuna fiżika, li tkun ikkwalifikata bħala avukat jew kontabilista pubbliku ċċertifikat u/jew awditur, jew li hi rreġistrata mar-Reġistratur tal-Kumpaniji bħala kompetenti u idonea sabiex teżerċita l-funzjoni ta’ stralċjarju.

Restrizzjoni oħra hi li stralċjarju ma jistax ikun stralċjarju ta’ kumpanija partikolari jekk kellu kariga ta’ direttur jew segretarju tal-kumpanija jew kellu kwalunkwe ħatra oħra ma’ jew f’konnessjoni ma’ dik il-kumpanija partikolari fi kwalunkwe żmien matul l-erba’ snin ta' qabel id-data tax-xoljiment tal-kumpanija.

Il-qorti għandha diskrezzjoni wiesgħa fid-determinazzjoni ta’ min għandu jħallas għar-remunerazzjoni tal-istralċjarju. B’mod awtomatiku, l-istralċjarju għandu jiġi renumerat mill-assi tal-kumpanija. Madankollu, jekk dawn ma jkunux biżżejjed, il-Qorti tista’ tordna li l-pagament isir minn persuni (konnessi) oħra u abbażi ta’ dak li l-Qorti tista’ tordna.

Skont l-Artikolu 296 tal-Kapitolu 386, is-setgħat tal-uffiċjali tal-kumpanija (diretturi u segretarju tal-kumpanija) jintemmu mal-ħatra tal-istralċjarju, u għalhekk la d-diretturi, inkluż kwalunkwe delegat, u lanqas is-segretarju tal-kumpanija ma jkollhom l-awtorità li jinnegozjaw f’isem u għan-nom tal-imsemmija kumpanija f’likwidazzjoni. L-istralċjarju jieħu taħt il-kustodja jew il-kontroll tiegħu l-proprjetà u d-drittijiet kollha li huwa jkollu raġuni valida biżżejjed biex jemmen li l-kumpanija hi intitolata għalihom.

Skont l-Artikolu 238 tal-Kapitolu 386, l-istralċjarju fi stralċ mill-qorti, bis-sanzjoni jew tal-qorti jew tal-kumitat għal-likwidazzjoni għandu jkollu s-setgħa:

(a) li jagħmel jew jiddefendi kull azzjoni jew proċediment legali ieħor fl-isem u għan-nom tal-kumpannija;

(b) li jmexxi n-negozju tal-kumpannija safejn dan ikun meħtieġ għall-benefiċċju tal-istralċ tagħha;

(ċ) li jħallas lill-kredituri skont il-gradwazzjoni tagħhom bil-liġi;

(d) li jagħmel kull kompromess jew ftehim mal-kredituri jew persuni li jgħidu li huma kredituri, jew li jkollhom jew li jallegaw li jkollhom xi talba, preżenti jew futura, ċerta jew kontinġenti, aċċertata jew li tista’ tkun dovuta bħala danni kontra l-kumpannija jew li biha l-kumpannija tista’ tinżamm responsabbli u li jirreferi xi kwistjoni bħal din għall-arbitraġġ;

(e) li jagħmel sejħiet lill-kontributorji jew allegati kontributorji u li jagħmel kompromess jew ftehim fuq djun, obbligi u talbiet tal-kumpannija preżenti jew futuri, ċerti jew kontinġenti, aċċertati jew li jistgħu jkunu dovuti bħala danni, li jkunu jeżistu jew meqjusa li jeżistu bejn il-kumpannija u kontributorju jew allegat kontributorju jew debitur ieħor jew allegat debitur u kull kwistjonijiet li b’xi mod għandhom x’jaqsmu ma’, jew jolqtu, l-attiv jew l-istralċ tal-kumpannija, b’dawk il-kondizzjonijiet li jkunu miftiehma, u li jieħu kull sigurtà għas-sodisfazzjon ta’ kull sejħa, dejn, obbligu jew talba u li jagħti jew jikkompleta sodisfazzjon dwarhom; u

(f) li jirrappreżenta lill-kumpannija f’kull ħaġa u li jagħmel dawk il-ħwejjeġ li jkunu meħtieġa biex jiġi stralċjat in-negozju tal-kumpannija u sabiex jitqassam l-attiv tagħha.

Barra minn hekk, il-Qorti tista’ tipprevedi li l-istralċjarju jista’, fejn mhemmx kumitat għal-likwidazzjoni, jeżerċita kwalunkwe setgħa msemmija fil-paragrafi (a) jew (b) t’hawn fuq mingħajr is-sanzjoni tal-Qorti.

B’mod ġenerali, l-istralċjarju fi stralċ mill-qorti għandu jkollu s-setgħa li -

(a) li jbiegħ beni mobbli u immobbli, magħdud kull jedd, tal-kumpannija b’irkant pubbliku jew bi ftehim privat bis-setgħa li jittrasferixxi l-intier jew parti minnu;

(b) li jagħmel kull azzjoni u li jesegwixxi, fl-isem jew

(ċ) li jiġbor fuq is-sigurtà tal-attiv tal-kumpannija kull flus li jkunu meħtieġa; u

(d) li jaħtar mandatarju biex jaġixxi għalih fl-kariga tiegħu ta’ stralċjarju għal għanijiet partikolari.

L-eżerċitar mill-istralċjarju fi stralċ mill-qorti tas-setgħat mogħtija minn dan l-artikolu għandu jkun soġġett għall-kontroll tal-qorti, u kwalunkwe kreditur jew kontributur jista’ jagħmel talba lill-qorti fir-rigward ta’ kwalunkwe eżerċizzju jew eżerċizzju propost ta’ kwalunkwe wieħed minn dawk is-setgħat.

Fil-perjodu interim bejn l-ordni għax-xoljiment fil-każ ta’ insolvenza u l-preżentazzjoni tar-rikors tal-insolvenza lill-qorti, fejn il-qorti taħtar amministratur provviżorju, is-setgħat tal-uffiċjali tal-kumpanija jintemmu wkoll sal-punt li l-qorti tinkariga lill-amministratur bl-amministrazzjoni tal-patrimonju jew in-negozju tal-kumpanija kif tista’ tispeċfika l-qorti fl-ordni li taħtru.

Proċedimenti ta’ Riorganizzazzjoni (Irkupru ta' Kumpanija)

Skont l-Artikolu 329B(6)(a) tal-Kapitolu 386, waqt il-perjodu li fih ordni ta’ rkupru (riorganizzazzjoni) tkun fis-seħħ, il-kumpanija għandha tkompli bl-attivitajiet normali tagħha taħt it-tmexxija tal-kontrollur speċjali.

Il-kontrollur speċjali jrid ikun individwu li l-Qorti aċċertat għas-sodisfazzjon tagħha li għandu kompetenza u esperjenza mixhuda bi prova fil-ġestjoni ta’ intrapriżi ta’ negozju, huwa kkwalifikat u lest li jaċċetta l-ħatra, u ma għandux kunflitt ta’ interess fir-rigward tal-ħatra tiegħu.

Ir-remunerazzjoni tal-kontrollur speċjali hi koperta mill-kumpanija. Fil-fatt, fil-ħatra tagħha, il-qorti tiddetermina perjodu, li ma jaqbiżx għaxart ijiem ta’ xogħol minn meta ssir l-ordni ta’ rkupru tal-kumpanija, li fih il-kumpanija għandha tiddepożita somma ta’ flus fil-Qorti jew toffri garanzija xierqa oħra jew arranġament adegwat ieħor, li, skont l-opinjoni tal-Qorti huma biżżejjed sabiex ikopru r-remunerazzjoni u l-ispejjeż tal-kontrollur speċjali konnessi mal-ħatra tiegħu.

Mal-ħatra tal-kontrollur speċjali, kwalunkwe setgħa mogħtija lill-kumpanija skont kwalunkwe liġi jew permezz tal-Memorandum u Statut ta’ Assoċjazzjoni għandha tiġi sospiża sakemm ma jkunx inkiseb il-kunsens tal-kontrollur speċjali sabiex teżerċita din is-setgħa, liema kunsens jista’ jingħata b’mod ġenerali jew fir-rigward ta’ każ jew każijiet partikolari. Fin-nuqqas ta' dan, kwalunkwe setgħa ta’ dan it-tip għandha tkun vestita fil-kontrollur speċjali.

B’mod ġenerali, il-kontrollur speċjali ser ikollu l-awtorità li:

(a) jieħu taħt il-kustodja jew il-kontroll tiegħu, il-proprjetà kollha tal-kumpanija u minn hemm 'l quddiem għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni u s-superviżjoni tal-attivitajiet, in-negozju u l-proprjetà tagħha.

(b) wara li jinforma lill-Qorti, ineħħi lid-diretturi tal-kumpanija u jaħtar individwu sabiex jagħmilha ta' maniġer;

(ċ) jinvolvi persuni għall-għoti ta’ servizzi professjonali jew amministrattivi, u jimpenja lill-kumpanija fil-ħlas tat-tariffi u l-ispejjeż rispettivi tagħhom; kif ukoll

(d) li jsejjaħ kwalunkwe laqgħa tal-membri jew tal-kredituri tal-kumpanija.

Barra minn hekk, il-kontrollur speċjali għandu jkollu s-setgħa, bl-awtorizzazzjoni espliċita minn qabel tal-Qorti, li:

(i) jinvolvi lill-kumpanija fi kwalunkwe impenn b'terminu ta’ aktar minn sitt xhur;

(ii) itemm l-impjieg ta’ impjegati tal-kumpanija skont kif iqis li huwa meħtieġ għall-iżgurar tal-kontinwazzjoni tal-kumpanija bħala negozju avvjat vijabbli kompletament jew parzjalment;

Proċedimenti ta’ Falliment (Soċjetajiet u kummerċjanti)

Kif spjegat hawn fuq, fir-rigward ta’ kummerċjanti li jwettqu n-negozju tagħhom f’isimhom personalment u bħala soċjetà, il-liġi applikabbli hija l-Kodiċi tal-Kummerċ taħt it-Titolu ta’ Falliment.

Fir-rigward tas-setgħat tal-istralċjarju f’falliment, dan l-istralċjarju huma msejjaħ “kuratur”, u l-“kuratur” huwa persuna jew persuni li l-Qorti tqis bħala xierqa sabiex b’mod leali jaqdu d-dmirijiet ta’ dan il-kariga, anke jekk dan il-“kuratur” jista’ jkollu x’jaqsam mal-fallut jew jista’ jkun kreditur tal-fallut.

Mal-assunzjoni tad-dmirijiet ta’ din il-kariga, il-kuratur għandu jieħu pussess tal-proprjetà kollha u tad-drittijiet ta’ kwalunkwe xorta li jappartjenu għall-fallut. Barra minn hekk, il-fallut għandu jieħu l-passi neċessarji kollha sabiex iħares id-drittijiet tal-fallut fil-konfront tad-debituri tiegħu kif ukoll jirreġistra fir-Reġistru Pubbliku kwalunkwe ipoteka li taffetwa l-proprjetà tad-debituri tal-fallut. Il-kuratur huwa responsabbli għall-azzjonijiet tiegħu lejn il-fallut.

Il-kuratur għandu wkoll id-dmir li jħarrek għall-ħlas tad-djun li huma dovuti lill-fallut, iżda ma għandux ikun legali għall-kuraturi li jagħmlu kwalunkwe kompromess jew jirreferu kwalunkwe tilwim għal arbitraġġ mingħajr il-kunsens bil-miktub tal-maġġoranza tal-kredituri tal-fallut u l-awtorità tal-Imħallef.

Fi żmien xahar mill-għoti tas-sentenza ta’ falliment, il-kuratur għandu joħloq inventarju tal-proprjetà tal-fallut.

Kull kreditur għandu d-dritt jara din il-lista u l-kreditur u l-fallut huma obbligati li jassistu fil-ħolqien tal-inventarju.

Dan l-inventarju għandu jikkonsisti f’lista vera b’deskrizzjoni u stima tal-proprjetà kollha tal-fallut.

Il-kuratur ma jistax jiddisponi minn proprjetà mingħajr il-kunsens tal-Qorti u l-proċedura kollha hi miftuħa għall-iskrutinju pubbliku. Ir-rikavati ta’ kwalunkwe bejgħ li jsir mill-kuratur għan-nom tal-fallut jew tas-soċjetà għandhom jiġu elenkati u r-riċevuti u l-fatturi kollha għandhom jiġu ddokumentati kif suppost.

Għandu jkun fis-setgħa tal-Qorti li titlob lill-kuraturi, lill-fallut u lill-kredituri biex jagħtu taħt ġurament l-informazzjoni kollha kif din tista’ tqis neċessarju.

Fir-rigward tas-setgħat tad-debitur (f’dan il-każ nifhem il-persuna falluta jew is-soċjetà falluta), id-debitur għandu d-dritt jissorvelja li l-kuratur qed iwettaq l-affarijiet relatati mal-falliment f’konformità mal-liġi u b’mod korrett.

Id-debitur għandu d-dritt li jgħarraf lill-Qorti bħala whistle-blower jekk dawn l-azzjonijiet meħuda mill-kuratur ma jsirux f’konformità mat-termini tad-digriet tal-Qorti jew jekk l-affarijiet tiegħu jkunu qed jiġu ġestiti b’mod ħażin.

Il-kotba u d-dokument tal-fallut għandhom dejjem ikunu disponibbli għal spezzjoni, u għalhekk dan juri wkoll li d-debitur għandu d-dritt li jkun jaf, jikkontrolla u jivverifika l-azzjonijiet tal-kuratur maħtur mill-Qorti.

Id-debitur għandu wkoll dritt bil-liġi għal manutenzjoni regolari għas-sussistenza tiegħu, jiġifieri li l-Qorti tippermetti lid-debitur allokazzjoni ta’ fondi mill-proprjetà tiegħu stess, li tingħatalu mill-kuratur u tkun allowance għas-sussistenza tal-għajxien u tal-familja tiegħu, diment li ma jkunx hemm preżunzjoni li l-fallut aġixxa b’mod frodulenti.

5 Taħt liema kundizzjonijiet tiġi invokata t-tpaċija ?

Proċedimenti ta’ Insolvenza u Riorganizzazzjoni (Kumpaniji) / Proċedimenti ta’ Falliment (Soċjetajiet u kummerċjanti)

Skont il-Kapitolu 459 kwalunkwe dispożizzjoni ta’ nnettjar ta' għeluq jew kwalunkwe dispożizzjoni oħra f’xi kuntratt li tipprevedi jew li għandha x’taqsam mat-tpaċija jew in-nettjar tal-ammonti dovuti minn kull parti lill-oħra fir-rigward ta’ krediti reċiproki, djun reċiproki jew negozjati reċiproki għandha tkun infurzabbli f’konformità mat-termini tagħha, kemm jekk qabel kif ukoll jekk wara l-falliment jew l-insolvenza, fir-rigward ta’ djun reċiproki, krediti reċiproki jew negozji reċiproki li nħolqu jew seħħew qabel il-falliment jew l-insolvenza ta’ waħda mill-partijiet, kontra:

(a) il-partijiet kontraenti,

(b) kwalunkwe garanti jew persuna li tipprovdi sigurtà għal kwalunkwe parti kontraenti,

(ċ) l-istralċjarju, ir-riċevitur, il-kuratur, il-kontrollur, il-kontrollur speċjali jew uffiċjal simili ieħor ta’ kwalunkwe waħda mill-partijiet kontraenti, u

(d) il-kredituri tal-partijiet kontraenti.

Dan t’hawn fuq ma għandux japplika fir-rigward ta’ kwalunkwe ftehim ta' nettjar ta' għeluq li wieħed ikun daħal għalih fi żmien meta l-parti l-oħra kienet taf jew suppost kienet taf li rikors għax-xoljiment u l-istralċ tal-kumpanija minħabba insolvenza kienet pendenti, jew li l-kumpanija ħadet passi formali skont kwalunkwe liġi applikabbli sabiex twassal għax-xoljiment u l-istralċ tagħha minħabba insolvenza.

M’għandux japplika wkoll meta l-parti insolventi tkun individwu (mhux kummerċjant) jew soċjetà kummerċjali u mhux kumpanija (soċjetà en nom collectif jew soċjetà en commandite) u l-parti l-oħra kienet taf jew suppost kienet taf b’avvenimenti tal-istess natura kif imfisser fil-paragrafu preċedenti fir-rigward tal-parti insolventi.

Kwalunkwe awtorità jew mandat f’kuntratt biex timplimenta kwalunkwe dispożizzjoni ta’ nnettjar ta' għeluq ma għandhiex tkun revokata bid-dikjarazzjoni ta’ falliment jew l-insolvenza ta’ kwalunkwe parti oħra kontraenti.

Huwa previst ukoll li minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ kwalunkwe liġi nazzjonali oħra, xejn ma għandu jillimita jew jikkawża dewmien fl-applikazzjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ kwalunkwe kuntratt li jipprovdi għal jew għandu x’jaqsam ma’ tpaċija jew nettjar li altrimenti jkun inforzabbli u l-ebda ordni ta’ kwalunkwe qorti lanqas kwalunkwe mandat jew twissija jew ordni simili maħruġa minn qorti jew altrimenti u l-ebda proċedimenti ta’ kwalunkwe tip ma għandu jkollhom xi effett fir-rigward ta’ dan. Madankollu, minkejja dak li qed jintqal f’dan il-paragrafu, xejn ma jipprevjeni l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe liġi li tagħmel l-innettjar jew it-tpaċija mhux inforzabbli fi kwalunkwe każ partikolari għal raġunijiet ta’ frodi jew kwalunkwe raġuni simili, jew li tippermetti l-infurzabilità tal-innettjar jew it-tpaċija jekk xi dispożizzjoni ta’ kuntratt bejn il-partijiet ikkonċernati trendi l-innettjar jew it-tpaċija nulli minħabba frodi jew minħabba kwalunkwe raġuni simili.

Il-liġi tispeċifika li jkun legali għall-partijiet kontraenti:

  • li jilħqu qbil fuq kwalunkwe sistema jew mekkaniżmu li jippermetti lill-partijiet jikkonvertu obbligu mhux finanzjarju f’obbligu monetarju b’valur ekwivalenti u li jivvalorizzaw dan l-obbligu għall-iskopijiet ta’ kwalunkwe tpaċija jew innettjar;
  • li jilħqu qbil dwar ir-rata tal-kambju jew il-metodu li għandu jintuża sabiex tiġi stabbilita r-rata tal-kambju li għandha tkun applikata meta ssir kwalunkwe tpaċija jew innettjar meta l-ammonti li għandhom jiġu paċuti jew innettjati jkunu f’muniti differenti, u li jistabbilixxu l-munita li fiha għandu jsir il-pagament tas-somma netta;
  • li jilħqu qbil li kwalunkwe tranżazzjoni jew trattattiva oħra li ssir skont kwalunkwe kuntratt, jekk hux identifikati b’mod speċifiku jew b’referenza għal tip jew klassi ta’ tranżazzjonijiet jew negozji, għandha titqies bħala tranżazzjoni jew negozju uniku għall-iskopijiet tad-dispożizzjonijiet ta’ tpaċija jew nettjar fil-kuntratt u li t-tranżazzjonijiet jew negozji kollha ta’ dan it-tip għandhom jitqiesu bħala tranżazzjoni jew negozju uniku mill-partijiet jew minn kwalunkwe stralċjarju, riċevitur, kuratur, kontrollur jew kontrollur speċjali jew uffiċjal ieħor li jaġixxi f’isem il-partijiet u kwalunkwe qorti.

6 X’effett għandhom il-proċedimenti ta’ falliment fuq kuntratti kurrenti li d-debitur huwa parti tagħhom?

Proċedimenti ta’ Insolvenza (Kumpaniji)

L-Artikolu 303 tal-Kapitolu 386 jipprevedi privileġġi, ipoteki u imposti oħra, it-trasferiment jew disponiment ieħor ta’ proprjetà jew drittijiet, u kwalunkwe pagament, eżekuzzjoni jew att ieħor li għandu x’jaqsam mal-proprjetà jew id-drittijiet maħluqa jew magħmula minn jew kontra kumpanija u kwalunkwe obbligu mġarrab mill-kumpanija fi żmien sitt xhur qabel ix-xoljiment tal-kumpanija biex jitqies bħala preferenza frodulenti kontra l-kredituri tagħha kemm jekk din it-tranżazzjoni tkun ta’ natura gratwita jew kemm jekk ta’ natura oneruża jekk tikkostitwixxi tranżazzjoni sottovalutata jew jekk tingħata preferenza. F’każijiet bħal dawn, it-tranżazzjoni (preferenza frodulenti) għandha tiġi nulla.

Sottovalutazzjoni hi definita kif ġej:

(a) kumpannija tagħmel operazzjoni taħt il-valur jekk:

(i) il-kumpannija tagħti rigal jew xort’oħra tagħmel operazzjoni b’kondizzjonijiet li jipprovdu li l-kumpannija ma tirċievi ebda konsiderazzjoni; jew

(ii) il-kumpannija tagħmel operazzjoni għal konsiderazzjoni li l-valur tagħha, fi flus jew valur ta’ flus, ikunu b’mod sinifikanti inqas mill-valur fi flus jew mill-valur ta’ flus tal-konsiderazzjoni provduta mill-kumpannija;

Preferenza hi definita kif ġej:

(b) kumpannija tagħti preferenza lil persuna jekk:

(i) dik il-persuna tkun waħda mill-kredituri jew garanti ta’ xi dejn jew passiv ieħor tal-kumpannija; u

(ii) il-kumpannija tagħmel xi ħaġa jew tħalli li ssir xi ħaġa li, f’kull każ, ikollha l-effett li tqiegħed lil dik il-persuna f’qagħda li, fil-każ li l-kumpannija tmur għal stralċ ta’ insolvenza, tkun f’qagħda aħjar milli kienet tkun kieku dak l-egħmil jew nuqqas ma jkunx sar.

Issir eċċezzjoni għal dan t’hawn fuq jekk il-persuna, li favuriha ssir jew tiġġarrab it-tranżazzjoni, tagħti prova li ma kinitx taf u ma kellhiex raġuni biex temmen li l-kumpanija x’aktarx kienet se tiġi xolta minħabba insolvenza.

Minbarra dan t’hawn fuq, ma hemm l-ebda dispożizzjoni oħra li għandha xi effett dirett fuq il-kuntratti.

Proċedimenti ta’ Riorganizzazzjoni (Irkupru ta' Kumpanija)

L-ebda mogħdija ta’ liġi ad-hoc ma tittratta l-effett ta’ proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni fuq il-kuntratti.

Proċedimenti ta’ Falliment (Soċjetajiet u kummerċjanti)

Skont il-Kodiċi tal-Kummerċ u b’mod aktar preċiż skont l-Artikolu 485, kull att li jagħmel trasferiment ta’ proprjetà jew kwalunkwe obbligu li wieħed jidħol fih, jew kwalunkwe rinunzja għal wirt li ssir mill-fallut taħt titolu gratwit jew oneruż, bil-għan li jiffroda lill-kredituri tiegħu, tista’ tiġi annullata.

Għall-kuntrarju tal-Att dwar il-Kumpaniji, il-Kodiċi tal-Kummerċ ma jispeċifikax terminu bħal fl-Artikolu 303 tal-Kapitolu 386 tal-Liġijiet ta’ Malta.

F’każijiet bħal dawn t’hawn fuq, jekk tingħata prova li l-fallut kien jaf biċ-ċirkustanzi li wasslu għal dikjarazzjoni ta’ falliment, f’każ bħal dan, dawn l-azzjonijiet jistgħu jiġu annullati.

7 X'effetti għandhom il-proċedimenti ta' insolvenza fuq il-proċedimenti miġjuba minn kredituri individwali (bl-eċċezzjoni ta' kawżi pendenti)?

Proċedimenti ta’ Insolvenza (Kumpaniji)

Malli jinfetaħ proċediment ta’ insolvenza (il-kumpanija tiġi xolta b’ordni mill-qorti għal raġunijiet ta’ insolvenza) ma għandha tinbeda l-ebda azzjoni jew proċediment (projbizzjoni li jinbdew azzjonijiet) kontra l-kumpanija jew il-proprjetà tagħha ħlief bl-awtorizzazzjoni tal-qorti u skont it-termini li tista’ timponi l-qorti. Il-liġi ma tispeċifikax f’liema każijiet il-qorti tippermetti li proċediment tal-qorti minn kreditur jinbeda jew jitkompla, iżda b’mod ġenerali l-prinċipju huwa li waqt proċediment ta’ insolvenza l-assi tal-kumpanija jiġu amministrati b’mod ordnat għall-benefiċċju tal-kredituri kollha u li kredituri partikolari m’għandhomx ikunu jistgħu jiksbu vantaġġ billi jressqu proċedimenti kontra l-kumpanija.

Proċedimenti ta’ Riorganizzazzjoni (Irkupru ta' Kumpanija)

Il-Liġi Nazzjonali tipprevedi għal sospensjoni tal-proċedimenti waqt proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni (irkupru ta' kumpanija). Fil-fatt, l-Artikolu 329B(4) tal-Kapitolu 386 jiddikjara li mal-preżentazzjoni ta’ rikors għar-riorganizzazzjoni (irkupru ta' kumpanija), u sakemm ma tiġix miċħuda, jew waqt il-perjodu li fih il-proċedura ta’ rkupru tal-kumpanija tkun fis-seħħ:

(a) kull rikors għall-stralċ jew pendenti għandu jieqaf;

(b) ebda riżoluzzjoni għax-xoljiment u stralċ konsegwenzjali ma tkun tista’ tgħaddi jew tingħata effett;

(ċ) l-eżekuzzjoni ta’ talbiet ta’ xorta monetarja kontra l-kumpannija u kull imgħax li xort’oħra jista’ jakkumula fuqu għandhom jieqfu;

(d) matul it-titolu ta’ kirja, ebda sid il-kera jew persuna oħra li lilha jkollha titħallas il-kera ma tista’ teżerċita xi jedd għat-terminazzjoni ta’ kirja dwar post li jkun mikri lill-kumpannija minħabba n-nuqqas ta’ tħaris ta’ xi patt jew kondizzjoni tal-kirja tagħha dwar dak il-post, ħlief bil-permess tal-Qorti u b’dawk il-kondizzjonijiet li l-Qorti jidhrilha xierqa li timponi;

(e) ebda passi oħra ma jistgħu jittieħdu biex tiġi infurzata xi sigurtà fuq il-proprjetà tal-kumpannija, jew biex jittieħed pussess lura ta’ xi oġġetti li jkunu fil-pussess tal-kumpannija taħt xi ftehim ta’ hire-purchase, ħlief bil-permess tal-Qorti u taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-Qorti jidhrilha xierqa li timponi;

(f) ebda att jew mandat kawzjonarju jew eżekuttiv imsemmi fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili ma jista’ jsir kontra l-kumpannija jew xi proprjetà tal-kumpannija mingħajr il-permess tal-Qorti u taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-Qorti jidhrilha xierqa li timponi; u

(g) ebda proċedimenti ġudizzjarji ma għandhom jinbdew jew jitkomplew kontra l-kumpannija jew il-proprjetà tagħha ħlief bil-permess tal-Qorti u suġġetti għal dawk il-kondizzjonijiet li l-Qorti jidhrilha xieraq li timponi

Proċedimenti ta’ Falliment (Soċjetajiet u kummerċjanti)

Fi proċedimenti ta’ falliment kontra kummerċjant jew soċjetà, ladarba jiġi maħtur kuratur mill-Qorti, allura l-azzjonijiet kollha kontra l-persuna u l-proprjetà tal-fallut jistgħu jitressqu biss kontra l-kuratur/i u mhux kontra l-fallut jew is-soċjetà tal-fallut, u dan f’konformità mal-Artikolu 500 tal-Kapitolu 13.

Il-kreditur għandu dritt li jkun jaf, jiskrutinizza u jivverifika kif il-kuratur qed jamministra l-affarijiet tal-fallut, u jitlob rikors lill-Qorti jekk id-drittijiet tiegħu jkunu qed jiġu ppreġudikati mill-kuratur/i.

Fi proċedimenti ta’ rkupru, il-Qorti għandha d-diskrezzjoni li tistabbilixxi digriet temporanju sabiex tipprovdi ftit taż-żmien għall-irkupru tal-affarijiet tal-fallut/soċjetà.

Madankollu, għall-kuntrarju ta’ rkupru ta’ kumpanija, xorta jistgħu jitressqu azzjonijiet minn kredituri kontra l-kuratur li jirrappreżenta lill-kummerċjant fallut jew lis-soċjetà falluta.

8 X’inhu l-effett ta' proċediment ta’ insolvenza fuq il-kontinwazzjoni ta’ kawżi pendenti fil-mument tal-ftuħ ta’ proċediment ta’ insolvenza?

Proċedimenti ta’ Insolvenza (Kumpaniji)

Malli jinfetaħ proċediment ta’ insolvenza (il-kumpanija tiġi xolta b’ordni mill-qorti għal raġunijiet ta’ insolvenza) l-ebda azzjoni jew proċediment m’għandu jitkompla (jibqa’) kontra l-kumpanija jew il-proprjetà tagħha ħlief bl-awtorizzazzjoni tal-qorti u skont it-termini li tista’ timponi l-qorti. Il-liġi ma tispeċifikax f’liema każijiet il-qorti tippermetti li jinbeda jew jitkompla proċediment tal-qorti minn kreditur, iżda b’mod ġenerali l-prinċipju huwa li waqt proċediment ta’ insolvenza l-assi tal-kumpanija jiġu amministrati b’mod ordnat għall-benefiċċju tal-kredituri kollha u li kredituri partikolari m’għandhomx ikunu jistgħu jiksbu vantaġġ billi jressqu proċedimenti kontra l-kumpanija.

Proċedimenti ta’ Riorganizzazzjoni (Irkupru ta' Kumpanija)

Il-Liġi nazzjonali tipprevedi għal sospensjoni tal-proċedimenti waqt proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni (irkupru ta' kumpanija). Fil-fatt, l-Artikolu 329B(4) tal-Kapitolu 386 jiddikjara li mal-preżentazzjoni ta’ rikors għar-riorganizzazzjoni (irkupru tal-kumpanija), u sakemm ma tiġix miċħuda, jew waqt il-perjodu li fih il-proċedura ta’ rkupru tal-kumpanija tkun fis-seħħ:

(a) kull rikors għall-stralċ jew pendenti għandu jieqaf;

(b) ebda riżoluzzjoni għax-xoljiment u stralċ konsegwenzjali ma tkun tista’ tgħaddi jew tingħata effett;

(ċ) l-eżekuzzjoni ta’ talbiet ta’ xorta monetarja kontra l-kumpannija u kull imgħax li xort’oħra jista’ jakkumula fuqu għandhom jieqfu;

(d) matul it-titolu ta’ kirja, ebda sid il-kera jew persuna oħra li lilha jkollha titħallas il-kera ma tista’ teżerċita xi jedd għat-terminazzjoni ta’ kirja dwar post li jkun mikri lill-kumpannija minħabba n-nuqqas ta’ tħaris ta’ xi patt jew kondizzjoni tal-kirja tagħha dwar dak il-post, ħlief bil-permess tal-Qorti u b’dawk il-kondizzjonijiet li l-Qorti jidhrilha xierqa li timponi;

(e) ebda passi oħra ma jistgħu jittieħdu biex tiġi infurzata xi sigurtà fuq il-proprjetà tal-kumpannija, jew biex jittieħed pussess lura ta’ xi oġġetti li jkunu fil-pussess tal-kumpannija taħt xi ftehim ta’ hire-purchase, ħlief bil-permess tal-Qorti u taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-Qorti jidhrilha xierqa li timponi;

(f) ebda att jew mandat kawzjonarju jew eżekuttiv imsemmi fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili ma jista’ jsir kontra l-kumpannija jew xi proprjetà tal-kumpannija mingħajr il-permess tal-Qorti u taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-Qorti jidhrilha xierqa li timponi; u

(g) ebda proċedimenti ġudizzjarji ma għandhom jinbdew jew jitkomplew kontra l-kumpannija jew il-proprjetà tagħha ħlief bil-permess tal-Qorti u suġġetti għal dawk il-kondizzjonijiet li l-Qorti jidhrilha xieraq li timponi.

Proċedimenti ta’ Falliment (Soċjetajiet u kummerċjanti)

Il-Liġi nazzjonali taħt il-Kodiċi tal-Kummerċ ma tipprevedi l-ebda sospensjoni ta’ proċedimenti. Madankolu, fuq talba tal-kuratur, ikun possibbli li jiġi mitlub li dan ir-rikors imressaq quddiem il-Qrati, jinstema’ mill-istess Imħallef li jkun qed imexxi l-falliment, sabiex l-Imħallef ikun jista’ jirregola u jmexxi l-affarijiet tal-falliment b’ħarsien għad-drittijiet u l-obbligi tal-fallut u filwaqt li jaċċerta li d-drittijiet f’konformità mar-rikors ippreżentat mill-kreditur jinstemgħu u jiġu deċiżi.

9 Liema huma l-karatteristiċi ewlenin tal-parteċipazzjoni tal-kredituri fil-proċedimenti ta’ insolvenza?

Proċedimenti ta’ Insolvenza (Kumpaniji)

Il-kredituri jistgħu jintervjenu fi proċedimenti ta’ insolvenza jekk jagħtu prova li għandhom interess ġudizzjarju u għalhekk ikunu jistgħu jagħmlu preżentazzjonijiet waqt il-proċedimenti quddiem il-qorti.

Il-kredituri jiġu informati dwar il-proċess li jkun għaddej mill-istralċjarju, li jorganizza wkoll laqgħat li fihom il-kredituri jistgħu jagħtu l-opinjoni tagħhom.

Proċedimenti ta’ Riorganizzazzjoni (Irkupru ta' Kumpanija)

L-Artikolu 329B tal-Kapitolu 329B jiddikjara b’mod speċifiku li kemm il-qorti kif ukoll il-kontrollur speċjali għandhom jaġixxu inter alia fl-aħjar interess tal-kredituri.

Il-kontrollur speċjali huwa obbligat ukoll li jsejjaħ laqgħat tal-kredituri, bl-ewwel waħda ssir sa mhux aktar tard minn xahar wara l-ħatra tiegħu.

Waqt laqgħa/t ta’ dan it-tip, il-kontrollur speċjali jrid jaħtar kumitat konġunt ta' kredituri u membri sabiex jagħti pariri u assistenza skont l-eżiġenzi li l-kontrollur speċjali jista’ jkollu fil-ġestjoni tal-affarijiet, in-negozju u l-proprjetà tal-kumpanija u l-irkupru tagħha bħala negozju avvjat vijabbli.

Proċedimenti ta’ Falliment (Soċjetajiet u kummerċjanti)

Il-kredituri jistgħu jintervjenu u jipparteċipaw fi proċedimenti ta’ falliment jekk jagħtu prova li għandhom interess ġudizzjarju u għalhekk ikunu jistgħu jagħmlu preżentazzjonijiet waqt il-proċedimenti quddiem il-qorti.

Il-kredituri jiġu informati dwar il-proċess li jkun għaddej mill-istralċjarju, li jorganizza wkoll laqgħat li fihom il-kredituri jistgħu jagħtu l-opinjoni tagħhom.

Il-kredituri għandhom ukoll id-dritt li jagħtu l-vot u l-qbil finali tagħhom dwar l-iskema ta’ arranġament kif proposta, u jeħtieġu l-kunsens ta’ tliet kwarti f’valur tal-kredituri li taw prova tal-pretensjoni tagħhom.

10 B’liema mod jista’ l-prattikant tal-insolvenza juża jew jiddisponi minn assi tal-patrimonju?

Proċedimenti ta’ Insolvenza (Kumpaniji)

L-istralċjarju jkun jista’ jbigħ il-proprjetà billi jikseb l-iktar offerta vantaġġjuża għall-assi tal-kumpanija.

Proċedimenti ta’ Riorganizzazzjoni (Irkupru ta' Kumpanija)

Il-kontrollur speċjali ma jkunx jista’ jiddisponi mill-proprjetà tal-kumpanija mingħajr awtorizzazzjoni speċifika mill-qorti, jew kif issuġġerit fil-pjan ta’ rkupru li jkun sussegwentement approvat, b'emendi mill-qorti, jew mingħajrhom. Fi kwalunkwe każ hija l-qorti li tidderiġi jew tapprova l-metodu ta’ disponiment tal-assi tal-kumpanija

Proċedimenti ta’ Falliment (Soċjetajiet u kummerċjanti)

Fi proċedimenti ta’ falliment, il-kuratur għandu jiddisponi mill-proprjetà billi jikseb l-iktar offerta vantaġġjuża għall-assi tal-kumpanija, u dan billi jikseb l-awtorizzazzjoni tal-Qorti biex jagħmel dan.

Fl-irkupru ta’ soċjetà jew ta' fallut, l-Artikolu 498 tal-Kapitolu 13, il-kuratur għandu jimxi mal-pjan ta’ rkupru, madankollu hemm diskrezzjoni kbira min-naħa tal-Imħallef sabiex jagħti dawk id-direzzjonijiet li huwa jikkunsidra li huma l-aktar vantaġġjużi fl-interess tal-fallut u tal-kredituri

Madankollu, kreditur jista’ jopponi din l-awtorità tal-Imħallef jekk il-kreditur għal raġuni valida juri li din mhix fl-interess tal-kredituri.

11 Liema talbiet għandhom jiġu ppreżentati kontra l-patrimonju tal-insolvenza tad-debitur u kif għandhom jiġu ttrattati t-talbiet li jsiru wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza?

Proċedimenti ta’ Insolvenza (Kumpaniji)

Ma ssir l-ebda distinzjoni bejn pretensjonijiet li jsiru wara l-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza jew dawk li kienu jeżistu qabel. Madankollu, fi proċedimenti ta’ insolvenza, f’każ li l-assi ma jkunux biżżejjed sabiex jissodisfaw l-passiv, il-qorti tista’ tagħmel ordni biex il-kostijiet, l-imposti u l-ispejjeż imġarrba fix-xoljiment u fl-istralċ jitħallsu mill-assi, f’ordni ta’ prijorità hekk kif il-qorti tqies xieraq, u l-qorti għandha tqis l-ordni ta’ prijorità ġenerali li ġejja:

(a) spejjeż li għandhom jitħallsu lil, jew li jkunu saru mir-riċevitur uffiċjali jew mill-istralċjarju fil-konservazzjoni, realizzazzjoni jew ġbir ta’ xi attiv tal-kumpannija;

(b) kull spejjeż oħra li jkunu saru jew inħarġu mir-riċevitur uffiċjali jew taħt l-awtorità tiegħu, magħduda dawk li jkunu saru fit-tmexxija tan-negozju tal-kumpannija;

(ċ) ir-rimunerazzjoni tal-amministratur provviżorju, jekk il-każ;

(d) l-ispejjeż tar-rikorrent, u ta’ kull persuna oħra li tidher fuq ir-rikors liema spejjeż ikunu milqugħa mill-qorti;

(e) ir-rimunerazzjoni tal-manager speċjali, jekk ikun hemm;

(f) kull ammont li jkollu jitħallas lil persuna impjegata jew awtorizzata li tgħin fit-tħejjija tad-dikjarazzjoni tal-qagħda finanzjarja jew tal-kontijiet;

(g) kull allowance magħmula b’ordni tal-qorti, għal spejjeż ta’ rikors għal ħelsien mill-obbligu li tingħata dikjarazzjoni tal-qagħda finanzjarja, jew għal estensjoni taż-żmien sabiex tingħata dikjarazzjoni bħal dik;

(h) kull infiq meħtieġ magħmul mill-istralċjarju waqt l-amministrazzjoni tiegħu, magħduda kull spejjeż magħmula minn membri tal-kumitat ta’ stralċ jew tarrappreżentanti tagħhom u aċċettati mill-istralċjarju;

(i) ir-rimunerazzjoni ta’ kull persuna impjegata mill-istralċjarju biex taqdi xi servizzi tal-kumpannija, kif meħtieġ jew awtorizzat bid-disposizzjonijiet tal-Kapitolu 386;

(j) ir-rimunerazzjoni tar-riċevitur uffiċjali u tal-istralċjarju.

Proċedimenti ta’ Riorganizzazzjoni (Irkupru ta' Kumpanija)

M/A

Proċedimenti ta’ Falliment (Soċjetajiet u kummerċjanti)

Ma ssir l-ebda distinzjoni bejn pretensjonijiet li jsiru wara l-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza jew dawk li kienu jeżistu qabel. Fi proċedimenti ta’ falliment, f’każ li l-assi ma jkunux biżżejjed sabiex jissodisfaw il-passiv, il-qorti tista’ tagħmel ordni biex il-kostijiet, l-imposti u l-ispejjeż mġarrba fix-xoljiment u fl-istralċ jitħallsu mill-assi, f’ordni ta’ prijorità, hekk kif il-qorti tqis xierqa, u l-qorti għandha tqis l-ordni ta’ prijorità ġenerali li ġejja

(a) spejjeż debidati kif suppost lill-kuratur jew imġarrba minnu għall-preżervazzjoni, ir-realizzazzjoni jew il-ġbir ta’ kwalunkwe attiv tal-kumpanija;

(b) kwalunkwe spiża oħra mġarrba jew żborżamenti li jsiru mill-kuratur jew taħt l-awtorità tiegħu, inkluż dawk imġarrba jew maħluqa fit-twettiq tan-negozju tal-kumpanija;

(ċ) ir-remunerazzjoni tal-kuratur, jekk ikun hemm;

(d) l-ispejjeż tal-applikant u ta’ kwalunkwe persuna li tidher fir-rikors, li l-ispejjeż tagħhom huma permessi mill-qorti;

(e) ir-remunerazzjoni tal-maniġer speċjali u tar-reġistratur, jekk ikun hemm;

(f) kwalunkwe ammont pagabbli lil persuna impjegata jew awtorizzata sabiex tassisti fil-preparazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-affarijiet jew tal-kont;

(g) kwalunkwe gratifika magħmula b’ordni tal-qorti, fuq l-ispejjeż tar-rikors għall-ħelsien mill-obbligu li tiġi preżentata dikjarazzjoni tal-affarijiet, jew għal estensjoni ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ din id-dikjarazzjoni;

(h) kwalunkwe żborżament neċessarju mill-kuratur matul l-amministrazzjoni tiegħu, inkluż kwalunkwe spiża mġarrba mill-membri tal-kumitat jekk ikun hemm, jew mir-rappreżentanti tagħhom u li huma permessi mill-kuratur;

Ladarba dawn jitħallsu, imbagħad jitħallsu l-kredituri ipotekarji f’konformità mad-data ta’ reġistrazzjoni tal-pretensjoni tagħhom u wara dawn il-kredituri ipotekarji, jitħallsu l-kredituri l-oħra kollha skont meta kienu rreġistrati. Jekk għall-pretensjonijiet ta’ dawn tal-aħħar (il-kredituri bla garanzija) ma jkunx hemm biżżejjed fondi, dawn jikklassifikaw pari passu.

12 Liema huma r-regoli li jirregolaw il-preżentata, il-verifika u l-ammissjoni tat-talbiet?

Proċedimenti ta’ Insolvenza (Kumpaniji)

Il-pretensjonijiet jiġu aċċettati skont id-diskrezzjoni tal-stralċjarju. Ma hemmx regoli speċifiċi li jirregolaw il-mod ta' kif isiru l-pretensjonijiet. Tajjeb li wieħed jinnota li kull meta r-Riċevent Uffiċjali jinħatar bħala stralċjarju, tintuża l-formola għall-pretensjonijiet li ġejja:

RIĊEVENT UFFIĊJALI

c/o MFSA

Triq Notabile

Ħ'Attard, BKR3000

Dettalji tal-kumpanija xolta

1

Isem u numru tar-reġistrazzjoni

2

Data effettiva tax-xoljiment

Dettalji tal-kreditur

3

Isem u kunjom/ numru tar-reġistrazzjoni

4

Indirizz

5

Indirizz tal-posta elettronika

6

Numru tat-telephone/mowbajl

/

Dettalji tad-Dejn

7

Ammont totali tal-pretensjoni, inkluż kwalunkwe imgħax mhux kapitalizzat dovut fid-data tax-xoljiment

8

Ammont totali ta’ imgħax mhux kapitalizzat fid-data tax-xoljiment

9

Iddeskrivi minn fejn oriġina d-dejn u inkludi kwalunkwe data relevanti

(Jekk neċessarju, ehmeż aktar paġni)

10

Dettalji ta’ dokumenti u/jew evidenza oħra b'appoġġ għall-pretensjoni (ehmeż kopja oriġinali ċċertifikata u nnumera kull dokument b'mod suċċessiv)

(Jekk neċessarju, ehmeż aktar paġni)

Dettalji tas-Sigurtà (jekk hemm)

11

Iddeskrivi t-tip ta’ sigurtà mogħtija/miksuba

(Jekk neċessarju, ehmeż aktar paġni)

12

Data/i meta s-sigurtà ġiet mogħtija/miksuba

13

Ammont ta’ dejn garantit

Dikjarazzjoni mill-Kreditur

14

Jien, hawn taħt iffirmat, b’dan niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-formola hi vera, korretta u kompleta fl-aħjar għarfien tiegħi:

Firma tal-Kreditur

Isem u kunjom b’ittri kbar

Numru tal-Karta tal-Identità

15

Jekk qed tiffirma f’isem persuna ġuridika, imla hawn taħt:

F’isem u għan-nom ta’ ____________________________________________________

Nru tar-Reġ. _________________________ fil-kapaċità tiegħi bħala _____________________________.

Fir-rigward tal-perjodu ta’ żmien li fih jistgħu jsiru dawn il-pretensjonijiet, l-Artikolu 255 tal-Kapitolu 386 jagħti l-awtorità lill-qorti sabiex tistabbilixxi perjodu jew perjodi li fihom il-kredituri jridu jagħtu prova tad-djun jew il-pretensjonijiet tagħhom jew biex jiġu esklużi mill-benefiċċju ta’ kwalunkwe distribuzzjoni li ssir qabel ma dawk id-djun jiġu pprovati.

Proċedimenti ta’ Riorganizzazzjoni (Irkupru ta' Kumpanija)

L-ebda mogħdija ta’ liġi ad-hoc ma tittratta l-effett tal-proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni fir-rigward tal-preżentazzjoni, il-verifika u l-ammissjoni tal-pretensjonijiet.

13 Liema huma r-regoli li jirregolaw it-tqassim tal-assi wara tmiem il-proċedimenti? Kif jiġu kklassifikati t-talbiet u d-drittijiet tal-kredituri?

Proċedimenti ta’ Insolvenza (Kumpaniji)

Tajjeb li wieħed jinnota li fir-rigward tal-insolvenza taħt il-leġiżlazzjoni Maltija, ma hemm l-ebda lista definita tal-klassifikazzjoni tal-kredituri, peress li l-klassifikazzjoni ma tinsabx f’leġiżlazzjoni speċifika iżda f’leġiżlazzjonijiet varji. Il-leġiżlazzjoni li titratta l-klassifikazzjoni tal-pretensjonijiet tista’ ssibha hawn taħt:

L-Artikolu 302 tal-Kapitolu 386 jistipula li fl-istralċ ta’ kumpanija, li l-assi tagħha mhumiex biżżejjed sabiex jissodisfaw l-passiv, id-drittijiet tal-kredituri garantiti u mhux garantiti u l-prijorità u l-klassifikazzjoni tad-djun tagħhom għandhom jiġu rregolati bil-liġi li tkun fis-seħħ f’dak iż-żmien.

L-Artikolu 535 tal-Kapitolu 13 ukoll jistipula li l-kredituri li għandhom rahan, privileġġi jew ipoteki għandhom jiġu kklassifikati skont il-liġi li tkun fis-seħħ f’dak iż-żmien.

Kemm fl-Artikolu 535 tal-Kapitolu 13 kif ukoll fl-Artikolu 302 tal-Kapitolu 386, hemm stipulat li l-klassifikazzjoni tad-dejn għandha tkun regolata bil-liġi li tkun fis-seħħ f’dak iż-żmien.

Fil-liġi Maltija, il-prinċipju pari passu jinsab b’mod indirett fl-Artikolu 1996 tal-Kodiċi Ċivili, il-Kapitolu 16, li jistipula li l-kawżi legali ta’ preferenza huma l-privileġġi, l-ipoteki u l-benefiċċju tas-separazzjoni tal-patrimonji. Jistipula wkoll li għandu jkun legali li kreditur jissubordina, jipposponi, jirrinunzja jew jimmodifika b’mod ieħor id-drittijiet eżistenti jew futuri tiegħu ta’ ħlas, infurzar, klassifikazzjoni u drittijiet oħra simili eżistenti jew futuri favur persuna oħra. Subordinazzjoni, posponiment, rinunzja, modifika jew azzjoni simili ta’ dan it-tip jistgħu jsiru bi ftehim ma’ jew b’dikjarazzjoni unilaterali lil kwalunkwe persuna, inkluż kreditur ieħor, kemm jekk iddeterminat jew għad irid jiġi ddeterminat fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim jew meta ssir din id-dikjarazzjoni.

Għaldaqstant, id-differenzi fil-klassifikazzjoni jsiru bi ftehim. Konsegwentament, jekk ma jkunx hemm privileġġ, ipoteka, jew il-benefiċċju tas-separazzjoni tal-patrimonji, id-debituri jikklassifikaw b’mod ugwali.

Għal dan t’hawn fuq, wieħed ikun irid jagħti ħarsa lejn il-liġijiet speċifiċi varji li jagħtu prijoritajiet lil ċertu pretensjonijiet, bħal mhuwa l-każ tal-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, il-Kapitolu 406, l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, il-Kapitolu 452 u l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, il-Kapitolu 318.

L-Artikolu 62 tal-Att dwar il-VAT jistipula li:

“Il-Kummissarju jkollu privileġġ speċjali fuq l-attiv li jagħmel sehem mill-attività ekonomika ta’ persuna dwar kull taxxa dovuta minn dik il-persuna taħt dan l-Att u t-taxxa msemmija għandha titħallas, minkejja kull ma jista’ jinsab f’xi liġi oħra, bi preferenza fuq dejn li jkollu xi privileġġ ieħor, ħlief dejn li jkollu privileġġ ġenerali u dejn imsemmi fl-artikolu 2009(a) jew(b) tal-Kodiċi Ċivili.”

L-Artikolu 20 tal-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali jistipula li:

“Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, l-jedd ta’ kull impjegat għal massimu ta’ tliet xhur paga skont il-paga kurrenti pagabbli mill-prinċipal lill-impjegat, u l-kumpens għal-leave li l-impjegat jista’ jkollu jedd għalih, flimkien ma’ kull kumpens li jkun dovut lill-impjegat għat-temm tal-impieg, jew kull avviż dwaru, ikun jedd bi privileġġ fuq l-attiv tal-prinċipal u għandu jitħallas bi preferenza fuq kull jedd ieħor sew jekk bi privileġġ jew ipotekarju:

Iżda, f’kull każ, l-ammont massimu tal-jedd bi privileġġ ma għandux ikun aktar mill-ekwivalenti tal-paga minima nazzjonali li titħallas fil-waqt meta ssir it-talba fuq perjodu ta’ sitt xhur.”

L-Artikolu 116(3) tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali jistipula li:

“Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, it-talba tad-Direttur għal xi ammont dovut bħala kontribuzzjoni tal-Ewwel Klassi jew tat-Tieni Klassi taħt dan l-artikolu tikkostitwixxi talba privileġġata, fil-każ ta’ kontribuzzjoni tal-Ewwel Klassi, fl-istess grad bħall-pagi ta’ impjegati fuq l-attiv tal-prinċipal u, fil-każ ta’ kontribuzzjoni tat-Tieni Klassi, fuq l-assi tal-persuna li timpjega lilha nnifisha jew persuna li taħdem għaliha nnifisha konċernata u għandha titħallas bi preferenza fuq it-talbiet l-oħra kollha (minbarra l-pagi) sew jekk privileġġati jew ipotekarji”

Barra minn hekk, l-Artikoli 2088 sa 2095 tal-Kodiċi Ċivili jindirizzaw speċifikament l-ordni ta’ prijorità tal-privileġġi. Huwa stipulat, fost affarijiet oħra, li d-djun għandhom jitħallsu skont l-ordni ta’ reġistrazzjoni. Dawk l-ipoteki li jiġu rreġistrati fl-istess ġurnata mbagħad jirriżultaw fi klassifikazzjoni ugwali.

Madankollu, fi proċedimenti ta’ insolvenza, il-qorti tista’ (u fil-biċċa l-kbira hekk tagħmel), f’każ li l-assi ma jkunux suffiċjenti sabiex jissodisfaw il-passiv, tagħmel ordni biex il-kostijiet, l-imposti u l-ispejjeż imġarrba fix-xoljiment u fl-istralċ jitħallsu mill-assi, fl-ordni ta’ prijorità kif il-qorti tqis xierqa, u l-qorti għandha tqis l-ordni ta’ prijorità ġenerali li ġejja:

(a) spejjeż li għandhom jitħallsu lil, jew li jkunu saru mir-riċevitur uffiċjali jew mill-istralċjarju fil-konservazzjoni, realizzazzjoni jew ġbir ta’ xi attiv tal-kumpannija;

(b) kull spejjeż oħra li jkunu saru jew inħarġu mir-riċevitur uffiċjali jew taħt l-awtorità tiegħu, magħduda dawk li jkunu saru fit-tmexxija tan-negozju tal-kumpannija;

(ċ) ir-rimunerazzjoni tal-amministratur provviżorju, jekk il-każ;

(d) l-ispejjeż tar-rikorrent, u ta’ kull persuna oħra li tidher fuq ir-rikors liema spejjeż ikunu milqugħa mill-qorti;

(e) ir-rimunerazzjoni tal-manager speċjali, jekk ikun hemm;

(f) kull ammont li jkollu jitħallas lil persuna impjegata jew awtorizzata li tgħin fit-tħejjija tad-dikjarazzjoni tal-qagħda finanzjarja jew tal-kontijiet;

(g) kull allowance magħmula b’ordni tal-qorti, għal spejjeż ta’ rikors għal ħelsien mill-obbligu li tingħata dikjarazzjoni tal-qagħda finanzjarja, jew għal estensjoni taż-żmien sabiex tingħata dikjarazzjoni bħal dik;

(h) kull infiq meħtieġ magħmul mill-istralċjarju waqt l-amministrazzjoni tiegħu, magħduda kull spejjeż magħmula minn membri tal-kumitat ta’ stralċ jew tarrappreżentanti tagħhom u aċċettati mill-istralċjarju;

(i) ir-rimunerazzjoni ta’ kull persuna impjegata mill-istralċjarju biex taqdi xi servizzi tal-kumpannija, kif meħtieġ jew awtorizzat bid-disposizzjonijiet tal-Kapitolu 386;

(j) ir-rimunerazzjoni tar-riċevitur uffiċjali u tal-istralċjarju.

Waqt il-proċedimenti ta’ insolvenza, l-istralċjarju jħejji rapport li jinkludi l-klassifikazzjoni tal-kredituri u l-iskema tad-distribuzzjoni, li jiġi ppreżentat fil-qorti. Il-kredituri jistgħu jagħmlu preżentazzjonijiet jekk ma jaqblux mal-kontenut ta’ dan ir-rapport u l-qorti tista’ tordna rettifika. Eventwalment, il-qorti tapprova l-klassifikazzjoni u l-iskema msemmija u tordna lill-istralċjarju sabiex jipproċedi bil-pagament lill-kredituri.

Proċedimenti ta’ Riorganizzazzjoni (Irkupru tal-Kumpanija)

M/A

Proċedimenti ta’ Falliment (Soċjetajiet u kummerċjanti)

L-ewwel u qabel kollox, id-distribuzzjoni li tirregola d-distribuzzjoni tar-rikavati hi primarjament irregolata bl-Artikolu 531 tal-Kodiċi tal-Kummerċ u bil-liġijiet tal-Kodiċi Ċivili li jelenkaw il-klassifikazzjoni tal-kredituri bejn dawk il-kredituri li għandhom privileġġ bil-liġi u dawk il-kredituri li għandhom ipoteka garantita. Dawn huma kredituri ipotekarji li joriġinaw jew minn dispożizzjonijiet tal-liġi jew minn atti pubbliċi f’konformità mad-data ta’ meta saret ir-reġistrazzjoni, u li huma rregolati wkoll bl-Artikolu 535 tal-Kodiċi tal-Kummerċ.

Minn hemm 'il quddiem, kredituri sempliċi (li mhumiex kredituri rreġistrati) jiġu kklasifikati pari passu f’konformità mal-pretensjonijiet tagħhom.

Ladarba persuna tiġi ddikjarata falluta, tiġi organizzata laqgħa fi żmien għaxart ijiem minn din id-dikjarazzjoni fejn il-pretensjonijiet jiġu analizzati quddiem l-Imħallef, ir-Reġistratur, il-Kuratur, il-fallut u l-kredituri u jitħejja inventarju.

F’din il-laqgħa jinstema' l-fallut u huwa jipproponi t-termini tal-kompożizzjoni. Waqt din is-seduta, jiġi diskuss jekk il-każ ippreżentat għandux il-mertu li jkollu kompożizzjoni li permezz tagħha kompożizzjoni ta’ kredituri (dawk li mhumiex kredituri rreġistrati permezz ta’ privileġġ jew ipoteka jew permezz ta’ rahan) tiġi maħtura sabiex tidher minflok il-kredituri kollha, u l-kredituri, anke b’mod individwali, għandhom id-dritt jikkontestaw dan fi żmien tmint ijiem.

Issir it-tieni laqgħa, li għal darb'oħra jerġa' jippresiedi l-Imħallef, fejn biex tiġi ammessa l-kompożizzjoni tal-kredituri, din trid tirrapreżenta tliet kwarti tal-ammonti ammessi bħala dovuti mill-fallut;

Wara din il-proċedura, u ladarba l-inventarju tal-kredituri kollha jiġi stabbilit, tiġi organizzata laqgħa oħra li fiha għandu jippresiedi l-Imħallef wara li jkun ġie mxandar avviż kif xieraq f’konformità mal-liġi.

F’din il-laqgħa, kull kreditur għandu jippreżenta l-każ tiegħu, u jekk il-kuratur jopponi lil xi kreditur, il-kreditur ikollu jagħti prova tal-każ tiegħu, lill-kuratur u lill-kompożizzjoni tal-kredituri.

14 Liema huma l-kundizzjonijiet għal, u l-effetti tal-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza (b'mod partikolari b'miżura komposta)?

Proċedimenti ta’ Insolvenza (Kumpaniji)

Waqt proċedimenti ta’ insolvenza, malli l-istralċjarju jkun irrealizza l-proprjetà kollha tal-kumpanija, jew kemm jista’ jkun minnha li fl-opinjoni tiegħu tkun tista' tiġi rrealizzata mingħajr ma l-insolvenza tittawwal bla bżonn, u jkun iddistribwixxa pagament finali, jekk ikun hemm, lill-kredituri, u jkun aġġusta d-drittijiet tal-kontributorji bejniethom, u għamel redditu finali, jekk ikun hemm, lill-kontributorji, u ppreżenta l-kontijiet għas-spejjeż għall-kumpanija, meta tkun issodisfata li l-istralċjarju kkonforma mar-rekwiżiti tal-Kapitolu 386 u rekwiżiti oħra bħal dawn, jekk ikun hemm, kif jista’ jkun stabbilit minnha u, wara kunsiderazzjoni tar-rapport u kwalunkwe oġġezzjoni li tista’ tittressaq minn xi kreditur jew kontributorju jew persuna interessata, il-qorti tipproċedi sabiex tħoll lill-istralċjarju mill-ħatra tiegħu.

Sussegwentement, il-qorti tagħmel ordni li l-isem tal-kumpanija jitneħħa mir-reġistru mid-data tal-ordni. Din l-ordni għandha tiġi nnotifikata lir-Reġistru tal-Kumpanija li għandu jwettaq it-tneħħija.

Proċedimenti ta’ Riorganizzazzjoni (Irkupru tal-Kumpanija)

L-Artikolu 329B(12) jipprevedi għal xenarji differenti li jinvolvu t-terminazzjoni tal-proċedura ta’ rkupru kif ġej:

(a) Jekk, matul xi żmien li proċedura biex kumpannija tirkupra tkun fis-seħħ, jirriżulta lill-kontrollur speċjali, wara konsultazzjoni mal-kumitat konġunt tal-kredituri u l-membri, li ma jkun se jservi ta’ xejn li l-kumpannija tkompli bl-imsemmija proċedura, il-kontrollur speċjali għandu minnufih jagħmel rikors lill-Qorti għat-terminazzjoni tal-proċedura biex kumpannija tirkupra, li jkun fih ir-raġunijiet tiegħu dettaljati u komprensivi għal hekk u l-Qorti għandha tordna li l-kumpanija tiġi stralċjata mill-Qorti.

Tapplika l-proċedura prevista fil-Kapitolu 386 dwar il-proċedimenti ta’ insolvenza.

(b) Jekk, f’xi żmien li matulu proċedura biex kumpannija tirkupra tkun fis-seħħ, jirriżulta lill-kontrollur speċjali, wara konsultazzjoni mal-kumitat konġunt tal-kredituri u l-membri, li l-affarijiet tal-kumpannija jkunu tjiebu b’mod li tkun tista’ tħallas id-djun tagħha, għandu jagħmel rikors lill-Qorti, li jkun fih ir-raġunijiet dettaljati u komprensivi f’dan is-sens, u jitlob lill-Qorti biex toħroġ ordni għat-terminazzjoni tal-proċedura biex kumpannija tirkupra. Fil-każ li l-Qorti tilqa’ r-rikors, din għandha tagħmel dawk il-provvedimenti u kondizzjonijiet, li jidhrilha meħtieġa fiċ-ċirkostanzi tal-każ.

F’dan il-każ, il-kumpanija tkompli topera bħala negozju avvjat vijabbli. Il-proċedimenti ta’ sospensjoni jieqfu malli l-qorti tapprova r-rikors imsemmi qabel.

(ċ) Jekk, f’xi żmien li matulu proċedura biex kumpannija tirkupra tkun fis-seħħ, id-diretturi tal-kumpannija jew il-membri f’laqgħa ġenerali straordinarja jkunu sodisfatti li l-affarijiet tal-kumpannija jkunu tjiebu b’mod li tkun tista’ tħallas id-djun tagħha, dawn jistgħu jagħmlu rikors lill-Qorti, li jkollu miegħu ddokumentazzjoni u l-informazzjoni xierqa b’sustenn, fejn jikkonfermaw li jkunu hekk sodisfatti, u fejn jitolbu lill-Qorti biex toħroġ ordni għat-terminazzjoni tal-proċedura biex kumpannija tirkupra, u l-Qorti ma għandiex tgħaddi biex tagħmel ordni fejn tilqa’ jew tiċħad ir-rikors qabel ma tisma’ lill-kontrollur speċjali. Fil-każ li l-Qorti tilqa’ r-rikors, din għandha tagħmel dawk il-provvedimenti u kondizzjonijiet li jidhrilha xierqa fiċ-ċirkostanzi tal-każ.

Bħal fil-każ preċedenti, il-kumpanija tibqa’ topera bħala negozju avvjat vijabbli. Il-proċedimenti ta’ sospensjoni jieqfu malli l-qorti tapprova r-rikors imsemmi qabel.

(d) Fit-tmiem tal-perjodu tal-ħatra tiegħu, il-kontrollur speċjali għandu jissottometti rapport finali bil-miktub lill-Qorti li jkun fih il-fehmiet u r-raġunijiet dettaljati u komprensivi tiegħu jekk il-kumpannija jkollhiex jew le prospetti raġonevoli li tkompli bħala ażjenda vijabbli għal kollox jew f’parti u li tkun f’pożizzjoni li tħallas id-djun tagħha b’mod regolari fil-futur.

Meta r-rapport finali ppreżentat mill-kontrollur speċjali jesprimi l-opinjoni li l-kumpanija għandha prospett raġonevoli li tkompli bħala negozju avvjat vijabbli, kompletament jew parzjalment, miegħu għandu jkun hemm ukoll pjan ta’ rkupru preċiż u ddettaljat li għandu jkollu l-proposti kollha meħtieġa sabiex il-kumpanija tkun tista’ tkompli bħala negozju avvjat vijabbli, bi spjegazzjonijiet dwar dan kif jista’ jkun meħtieġ sabiex iseħħ dan l-irkupru, inkluż proposti fir-rigward ta’ riżorsi finanzjarji, iż-żamma ta’ impjegati u l-ġestjoni futura tal-kumpanija. L-imsemmi pjan ta’ rkupru għandu jispjega wkoll il-mod propost għall-ħlas komplet jew proporzjonali tal-pretensjonijiet lill-kredituri, jekk intlaħaqx kompromess volontarju mal-kredituri kollha, jew jekk huwiex qed jiġi propost li l-Qorti tapprova kompromess li ma ġiex approvat mill-kredituri kollha.

Wara li jkun ġie riċevut ir-rapport finali u l-pjan ta’ rkupru, il-Qorti tista’ titlob xi spjegazzjonijiet u kjarifiki kif tqis xieraq li għandhom jiġu pprovduti verbalment jew bil-miktub skont kif tordna l-Qorti. Sussegwentement, il-Qorti tista’ jew tirrifjuta l-pjan ta’ rkupru propost, jew taċċettah u tapprovah kompletament jew parzjalment u tista’ titlob emendi fuqu. Fejn il-Qorti tapprova l-pjan ta’ rkupru ppreżentat mill-kontrollur speċjali, jekk hux bi jew mingħajr emendi skont kif tordna l-Qorti, il-pjan ta’ rkupru għandu jkun effettiv u vinkolanti fuq il-partijiet interessati kollha għall-finijiet kollha tal-liġi. Il-proċedimenti ta’ sospensjoni jieqfu malli l-qorti tapprova l-pjan ta’ rkupru.

(e) Jekk il-Qorti tistabbilixxi ordni għat-terminazzjoni tal-proċedura ta’ rkupru tal-kumpanija għar-raġuni li l-kumpanija ma għandhiex prospett raġonevoli li tkompli bħala negozju avvjat vijabbli, u mhux se tkun f’pożizzjoni li tħallas id-djun tagħha b’mod regolari fil-futur, il-Qorti għandha tordna li l-kumpanija tiġi stralċjata bil-Qorti.

Tapplika l-proċedura diskussa fil-Kapitolu 386 dwar il-proċedimenti ta’ insolvenza.

Proċedimenti ta’ Falliment (Soċjetajiet u kummerċjanti)

Waqt proċedimenti ta’ falliment, malli l-kuratur ikun irrealizza l-proprjetà kollha tal-kumpanija, jew kemm jista’ jkun minnha li fl-opinjoni tiegħu tista' tiġi rrealizzata mingħajr ma jiġi mtawwal bla bżonn il-falliment, u jkun iddistribwixxa pagament finali, jekk ikun hemm, lill-kredituri, u jkun aġġusta d-drittijiet tal-kontributorji bejniethom, u għamel redditu finali, jekk ikun hemm, lill-kontributorji, u ppreżenta l-kontijiet għas-spejjeż tal-kumpanija, meta tkun issodisfata li l-kuratur kkonforma mar-rekwiżiti tal-Kapitolu 13 u rekwiżiti oħra bħal dawn, jekk ikun hemm, kif jista’ jkun stabbilit minnha u, wara kunsiderazzjoni tar-rapport u kwalunkwe oġġezzjoni li tista’ tittressaq minn xi kreditur jew kontributorju jew persuna interessata, il-qorti tipproċedi sabiex tħoll lill-kuratur mill-ħatra tiegħu.

Sussegwentement, il-qorti tagħmel ordni li l-isem tas-soċjetà jitneħħa mir-reġistru mid-data tal-ordni. Din l-ordni għandha tiġi nnotifikata lir-Reġistru tal-Kumpanija li għandu jwettaq it-tneħħija.

Sintendi, dan t’hawn fuq japplika għas-soċjetajiet.

Fir-rigward ta’ kummerċjanti, ladarba l-kummerċjant jiġi ddikjarat fallut u r-rikavati jiġu ddistribwiti, allura l-fallut, permezz ta’ rikors għand ir-Reġistratur jista’ jitlob li jidher quddiem Imħallef u dakinhar il-Qorti għandha ssejjaħ ukoll lill-kredituri u lill-kuratur involuti fil-falliment tiegħu, sabiex tistabbilixxi jekk il-kummerċjant jistax jiġi rriabilitat sabiex jinnegozja mill-ġdid.

Jekk dan il-kummerċjant m’aġġixxiex b’mod frodulenti jew malizzjuż, jista’ jiġi rriabilitat sabiex jinnegozja. Din ir-riabilitazzjoni għandha l-effett li tagħti kwittanza lill-fallut, kemm lill-persuntu kif ukoll lill-proprjetà tiegħu akkwistata wara, mid-djun kollha li fi kwalunkwe waqt qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment setgħu ġew preteżi kontrih.

15 X'inhuma d-drittijiet tal-kredituri wara l-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza?

Proċedimenti ta’ Insolvenza (Kumpaniji)

Skont l-Artikolu 315(1) tal-Kapitolu 386, kreditur jista’ jfittex rimedju tad-drittijiet tiegħu kontra kwalunkwe parti li hi meqjusa li wettqet in-negozju tal-kumpanija bl-intenzjoni li tiffroda lill-kredituri tal-kumpanija, jew lill-kredituri ta’ kwalunkwe persuna oħra, jew għal kwalunkwe skop frodulenti. F’każijiet bħal dawn, wara rikors il-qorti, din tista’ tiddikjara li kwalunkwe persuna li tkun konxjament parti mit-tkomplija tan-negozju bil-mod imsemmi qabel, tkun personalment responsabbli, mingħajr ebda limitazzjoni tal-obbligazzjoni għad-dejn kollu jew kwalunkwe minnu jew passiv ieħor tal-kumpanija, skont kif il-qorti tista’ tordna.

Proċedimenti ta’ Riorganizzazzjoni (Irkupru ta' Kumpanija)

L-ebda mogħdija ta’ liġi ad-hoc ma tittratta d-drittijiet tal-kredituri wara l-għeluq tal-proċedimenti ta’ insolvenza.

Proċedimenti ta’ Falliment (Soċjetajiet u kummerċjanti)

Ladarba l-falliment jiġi mitmum, kemm jekk ta' soċjetà jew ta' kummerċjant, il-kreditur m’għandu l-ebda dritt, sakemm il-kreditur ma jkunx jista' jagħti prova li l-kummerċjant jew is-soċjetà aġixxiet b’mod malizzjuż jew frodulenti fil-konfront tal-kredituri.

16 Min għandu jagħmel tajjeb għall-kostijiet u l-ispejjeż involuti fil-proċedimenti ta' insolvenza?

Proċedimenti ta’ Insolvenza (Kumpaniji)

L-ispejjeż jiġġarbu jew mill-persuna li tressaq ir-rikorsd għall-insolvenza jew mill-kumpanija, skont kif tordna l-qorti.

Proċedimenti ta’ Riorganizzazzjoni (Irkupru ta' Kumpanija)

Fi proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni (rkupru ta' kumpanija), il-kumpanija tagħmel tajjeb għall-ispejjeż tal-proċedimenti.

Proċedimenti ta’ Falliment (Soċjetajiet u kummerċjanti)

L-ispejjeż tagħmel tajjeb għalihom il-persuna li tkun qed tippreżenta r-rikors jew il-persuna falluta

17 X'inhuma r-regoli li għandhom x'jaqsmu man-nullità, l-annullabbiltà u n-nuqqas ta' eżekutorjetà ta' atti ġuridiċi detrimentali għall-korp ġenerali ta' kredituri?

Proċedimenti ta’ Insolvenza (Kumpaniji)

L-Artikolu 303 tal-Kapitolu 386 jipprevedi li l-privileġġi, l-ipoteki u spejjeż oħra, it-trasferiment jew id-disponiment ieħor ta’ proprjetà jew drittijiet, u kwalunkwe pagament, eżekuzzjoni jew att ieħor li għandu x’jaqsam mal-proprjetà jew id-drittijiet maħluqa jew magħmula minn jew kontra kumpanija u kwalunkwe obbligu mġarrab mill-kumpanija fi żmien sitt xhur qabel ix-xoljiment tal-kumpanija għandhom jitqiesu bħala preferenza frodulenti kontra l-kredituri tagħha kemm jekk din it-tranżazzjoni tkun ta’ natura gratwita jew jekk ta’ natura oneruża, kemm jekk tikkostitwixxi tranżazzjoni sottovalutata jew jekk tingħata preferenza. F’każijiet bħal dawn, it-tranżazzjoni (preferenza frodulenti) għandha tiġi nulla.

Sottovalutazzjoni hi definita kif ġej:

(a) kumpannija tagħmel operazzjoni taħt il-valur jekk:

(i) il-kumpannija tagħti rigal jew xort’oħra tagħmel operazzjoni b’kondizzjonijiet li jipprovdu li l-kumpannija ma tirċievi ebda konsiderazzjoni; jew

(ii) il-kumpannija tagħmel operazzjoni għal konsiderazzjoni li l-valur tagħha, fi flus jew valur ta’ flus, ikunu b’mod sinifikanti inqas mill-valur fi flus jew mill-valur ta’ flus tal-konsiderazzjoni provduta mill-kumpanni;

Preferenza hi definita kif ġej:

(b) kumpannija tagħti preferenza lil persuna jekk:

(i) dik il-persuna tkun waħda mill-kredituri jew garanti ta’ xi dejn jew passiv ieħor tal-kumpannija; u

(ii) il-kumpannija tagħmel xi ħaġa jew tħalli li ssir xi ħaġa li, f’kull każ, ikollha l-effett li tqiegħed lil dik il-persuna f’qagħda li, fil-każ li l-kumpannija tmur għal stralċ ta’ insolvenza, tkun f’qagħda aħjar milli kienet tkun kieku dak l-egħmil jew nuqqas ma jkunx sar.

Issir eċċezzjoni għal dan t’hawn fuq jekk il-persuna, li favuriha ssir, tkun saret jew tiġġarrab it-tranżazzjoni, tagħti prova li ma kinitx taf u ma kellhiex raġuni biex temmen li l-kumpanija x’aktarx kienet se tiġi xolta minħabba insolvenza.

Proċedimenti ta’ Riorganizzazzjoni (Irkupru ta' Kumpanija)

L-ebda mogħdija ta’ liġi ad-hoc ma tipprevedi għan-nullità, l-annullabbiltà jew in-nuqqas ta’ eżegwibilità ta’ atti legali li huma ta’ detriment għall-korp ġenerali tal-kredituri fi proċedimenti ta’ Riorganizzazzjoni (Irkupru ta' Kumpanija)

Proċedimenti ta’ Falliment (Soċjetajiet u kummerċjanti)

L-ebda mogħdija ta’ liġi ad-hoc ma tipprevedi għan-nullità, l-annullabbiltà jew in-nuqqas ta’ eżegwibilità ta’ atti legali li huma ta’ detriment għall-korp ġenerali tal-kredituri fi proċedimenti ta’ Falliment jew Irkupru

 

L-aħħar aġġornament: 15/02/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Insolvenza - Polonja

1 Kontra min jistgħu jinfetħu proċedimenti ta' insolvenza?

Fil-Polonja, il-proċedimenti ta’ falliment skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza (tfassil mill-ġdid) huma rregolati permezz ta’ żewġ atti:

  • l-Att tat-28 ta’ Frar 2003 - il-Liġi dwar il-Falliment (Prawo upadłościowe, il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2016, Nru 2171) – minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "l-Att dwar il-Fallimenti".
  • l-Att tal-15 ta’ Mejju 2015 - il-Liġi dwar ir-Ristrutturar (Prawo restrukturyzacyjne, il-Ġurnal tal-Liġijiet 2016, Nru 1574) – minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “l-Att dwar ir-Ristrutturar”.

Id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Falliment jirregolaw il-proċedimenti ta’ likwidazzjoni relatati mal-insolvenza, jiġifieri “falliment” (upadłość). L-Att dwar ir-Ristrutturar jirregola proċedimenti ta’ ristrutturar relatati mar-riskju tal-insolvenza, jiġifieri “proċedimeni ta’ approvazzjoni tal-arranġament” (postępowanie o zatwierdzenie układu, l-Artikoli 210-226), “proċedimenti ta’ arranġament mgħaġġla” (przyspieszone postępowanie układowe, l-Artikoli 227-264), “proċedimenti ta’ arranġament” (postępowanie układowe, l-Artikoli 267-282) u “proċedimenti rimedjali” (postępowanie sanacyjne, l-Artikoli 283-323).

L-għan ta’ proċedimenti ta’ falliment huwa li jissodisfa l-pretensjonijiet tal-kredituri bl-akbar grad possibbli u, jekk ikun raġonevolment possibbli, li jżommu l-intrapriża tad-debitur eżistenti. Dawn jinfetħu esklussivament fuq talba u jikkonsistu minn żewġ stadji: proċedimenti għad-dikjarazzjoni ta’ falliment u proċedimenti wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment.

Il-proċedimenti ta’ approvazzjoni tal-arranġament jippermettu lid-debitur jidħol f’arranġament billi jiġbor il-voti tal-kredituri waħdu mingħajr l-involviment tal-qorti. Dawn il-proċedimenti jistgħu jinfetħu jekk il-pretensjonijiet ikkontestati jintitolaw lill-kredituri biex jivvutaw fuq kont ta’ arranġament li jirrappreżenta mhux aktar minn 15% tal-pretensjonijiet kollha li jintitolaw lill-kredituri biex jivvutaw fuq arranġament.

Il-proċedimenti ta’ arranġament mgħaġġla jippermettu lid-debitur jidħol f’arranġament wara li tkun tfasslet u ġiet approvata lista ta’ pretensjonijiet b’mod simplifikat. Proċedimenti bħal dawn jistgħu jitwettqu jekk ikun hemm pretensjonijiet ikkontestati li jintitolaw lill-kredituri biex jivvutaw fuq kont ta’ arranġament li jirrappreżenta mhux aktar minn 15% tal-pretensjonijiet kollha li jintitolaw lill-kredituri biex jivvutaw fuq arranġament.

Il-proċedimenti ta’ arranġament jippermettu lid-debitur jidħol f’arranġament wara li tkun tfasslet u ġiet approvata lista ta’ pretensjonijiet. Proċedimenti bħal dawn jistgħu jitwettqu jekk ikun hemm pretensjonijiet ikkontestati li jintitolaw lill-kredituri biex jivvutaw fuq kont ta’ arranġament li jirrappreżenta mhux aktar minn 15 % tal-pretensjonijiet kollha li jintitolaw lill-kredituri biex jivvutaw fuq arranġament.

Il-proċedimenti ta’ rimedju jippermettu lid-debitur li jieħu miżuri ta’ rimedju (maħsuba biex jorganizzaw mill-ġdid l-intrapriża tad-debitur) u jidħol f’arranġament wara li titfassal u tiġi approvata lista ta’ pretensjonijiet. Il-miżuri ta’ rimedju jinkludu miżuri legali u prattiċi maħsuba biex itejbu s-sitwazzjoni ekonomika tad-debitur u biex jirrestawraw il-kapaċità tiegħu li jissodisfa l-obbligi tiegħu, filwaqt li jipproteġuh kontra l-infurzar.

Il-proċedimenti ta’ falliment jistgħu jitressqu kontra imprenditur. Skont l-Artikolu 431 tal-Kodiċi Ċivili Pollakk (kodeks cywilny) imprenditur huwa persuna fiżika, persuna ġuridika jew unità organizzattiva mingħajr personalità ġuridika li fiha l-kapaċità ġuridika hija vestita permezz ta’ statut, li jmexxi negozju jew attività professjonali f’ismu stess.

Tista’ tiġi ppreżentata applikazzjoni għall-falliment mid-debitur u minn kull kreditur personali tiegħu.

Il-proċedimenti ta’ fallimenti jistgħu jitressqu wkoll kontra:

  1. kumpaniji b’responsabbiltà limitata u kumpaniji b’ishma konġunti li ma jwettqux attività ta’ negozju;
  2. sħab fi sħubiji tan-negozju li għandhom responsabbiltà illimitata, fir-rigward tal-assi kollha tagħhom, biex jissodisfaw l-obbligi tas-sħubija tagħhom;
  3. sħab fi sħubija.

Il-proċedimenti ta’ falliment jistgħu jitressqu wkoll kontra persuni fiżiċi li ma jwettqux attività kummerċjali (l-Artikolu 4911 et seq. tal-Att dwar il-Fallimenti.). Proċedimenti bħal dawn isiru biss fuq talba tad-debitur, sakemm id-debitur ma jkunx eks imprenditur, f’liema każ tista’ tiġi ppreżentata wkoll applikazzjoni ta’ falliment minn kreditur sa sena wara t-tneħħija tal-imprenditur mir-reġistru rilevanti.

Il-proċedimenti ta’ ristrutturar jistgħu jinfetħu fir-rigward ta’:

  1. imprendituri skont it-tifsira tal-Artikolu 431 tal-Kodiċi Ċivili;
  2. kumpaniji b’responsabbiltà limitata (spółka z ograniczoną odpowiedzialnością) u kumpaniji b’ishma konġunti (spółka akcyjna) li ma jwettqux attività ta’ negozju;
  3. sħab fi sħubiji tan-negozju (osobowa spółka handlowa) li għandhom responsabbiltà illimitata, fir-rigward tal-assi kollha tagħhom, biex jissodisfaw l-obbligi tas-sħubija tagħhom;
  4. sħab fi sħubija (spółka partnerska).

Il-proċedimenti ta’ ristrutturar ma jinfetħux fir-rigward ta’ persuni fiżiċi li ma jwettqux attività ta’ negozju. Il-proċedimenti ta’ ristrutturar jitwettqu biss fuq talba tad-debitur, ħlief għal proċedimenti ta’ rimedju, li jistgħu jinfetħu wkoll fuq talba tal-kreditur jekk id-debitur ikun insolventi.

Il-proċedimenti ta’ approvazzjoni tal-arranġament jippermettu lid-debitur jidħol f’arranġament billi jiġbor il-voti tal-kredituri waħdu mingħajr l-involviment tal-qorti. Dawn il-proċedimenti jistgħu jitwettqu jekk il-pretensjonijiet ikkontestati jintitolaw lill-kredituri biex jivvutaw fuq kont ta’ arranġament li jirrappreżenta mhux aktar minn 15% tal-pretensjonijiet kollha.

Il-proċedimenti ta’ arranġament mgħaġġla jippermettu lid-debitur jidħol f’arranġament wara li tkun tfasslet u ġiet approvata lista ta’ pretensjonijiet b’mod simplifikat. Proċedimenti bħal dawn jistgħu jitwettqu jekk ikun hemm pretensjonijiet ikkontestati li jintitolaw lill-kredituri biex jivvutaw fuq kont ta’ arranġament li jirrappreżenta mhux aktar minn 15% tal-pretensjonijiet kollha li jintitolaw lill-kredituri biex jivvutaw fuq arranġament.

Il-proċedimenti ta’ arranġament jippermettu lid-debitur jidħol f’arranġament wara li tkun tfasslet u ġiet approvata lista ta’ pretensjonijiet. Proċedimenti bħal dawn jistgħu jitwettqu jekk ikun hemm pretensjonijiet ikkontestati li jintitolaw lill-kredituri biex jivvutaw fuq kont ta’ arranġament li jirrappreżenta mhux aktar minn 15% tal-pretensjonijiet kollha li jintitolaw lill-kredituri biex jivvutaw fuq arranġament.

Il-proċedimenti ta’ rimedju jippermettu lid-debitur li jieħu miżuri ta’ rimedju (maħsuba biex jorganizzaw mill-ġdid l-intrapriża tad-debitur) u jidħol f’arranġament wara li titfassal u tiġi approvata lista ta’ pretensjonijiet. Il-miżuri ta’ rimedju jinkludu miżuri legali u prattiċi maħsuba biex itejbu s-sitwazzjoni ekonomika tad-debitur u biex ikun jista’ jerġa’ jkun kapaċi jissodisfa l-obbligi tiegħu, filwaqt li jipproteġuh kontra l-infurzar.

Il-proċedimenti ta’ falliment jistgħu jitressqu kontra imprenditur. Skont l-Artikolu 431tal-Kodiċi Ċivili imprenditur huwa persuna fiżika, persuna ġuridika jew unità organizzattiva mingħajr personalità ġuridika li fiha l-kapaċità ġuridika hija vestita permezz ta’ statut, li jmexxi negozju jew attività professjonali f’ismu stess.

Barra minn hekk, il-proċedimenti ta’ fallimenti jistgħu jitressqu wkoll kontra:

  1. kumpaniji b’responsabbiltà limitata u kumpaniji b’ishma konġunti li ma jwettqux attività ta’ negozju;
  2. sħab fi sħubiji tan-negozju li għandhom responsabbiltà illimitata, fir-rigward tal-assi kollha tagħhom, biex jissodisfaw l-obbligi tas-sħubija tagħhom;
  3. sħab fi sħubija.

Il-proċedimenti għad-dikjarazzjoni ta’ falliment jistgħu jitressqu wkoll kontra persuni fiżiċi li ma jwettqux attività ta’ negozju (l-Artikoli 4911 et seq. tal-Att dwar il-Fallimenti).

Il-proċedimenti ta’ ristrutturar jistgħu jinfetħu fir-rigward ta’:

  1. imprendituri skont it-tifsira tal-Att tat-23 ta’ April 1964 - il-Kodiċi Ċivili (kodeks cywilny, il-Ġurnal tal-Liġijiet 2016, il-punti 380 u 585), minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-"Kodiċi Ċivili";
  2. kumpaniji b’responsabbiltà limitata (spółka z ograniczoną odpowiedzialnością) u kumpaniji b’ishma konġunti (spółka akcyjna) li ma jwettqux attività ta’ negozju;
  3. sħab fi sħubiji tan-negozju (osobowa spółka handlowa) li għandhom responsabbiltà illimitata, fir-rigward tal-assi kollha tagħhom, biex jissodisfaw l-obbligi tas-sħubija tagħhom;
  4. sħab fi sħubija (spółka partnerska).

Il-proċedimenti ta’ ristrutturar ma jinfetħux fir-rigward ta’ persuni fiżiċi li ma jwettqux attività ta’ negozju. Il-proċedimenti ta’ ristrutturar jitwettqu biss fuq talba tad-debitur, ħlief għal proċedimenti ta’ rimedju, li jistgħu jinfetħu wkoll fuq talba tal-kreditur jekk id-debitur ikun insolventi.

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza?

Il-proċedimenti ta’ falliment jinfetħu kontra debitur li jkun sar insolventi (l-Artikolu 10 tal-Att dwar il-Fallimenti).

Debitur ikun insolventi jekk ma jkunx jista’ jissodisfa l-obbligi finanzjarji tiegħu meta jkunu dovuti. Debitur jitqies li ma jkunx kapaċi jissodisfa l-obbligi finanzjarji tiegħu jekk dawn ikunu qabżu l-iskadenza bi tliet xhur. Debitur li jkun persuna ġuridika jew unità organizzattiva mingħajr personalità ġuridika li fiha l-kapaċità ġuridika tkun vestita taħt att leġiżlattiv separat huwa insolventi wkoll meta l-obbligi finanzjarji tiegħu jaqbżu l-valur tal-assi tiegħu u din is-sitwazzjoni tibqa’ għal aktar minn 24 xahar. Il-qorti tista’ tirrifjuta applikazzjoni ta’ falliment jekk ma jkunx hemm riskju fi żmien qasir li d-debitur ma jkunx jista’ jissodisfa l-obbligi finanzjarji tiegħu malli jkunu dovuti.

Il-proċedimenti ta’ ristrutturar jistgħu jinfetħu fir-rigward ta’ debitur insolventi jew debitur f’riskju ta’ insolvenza. Debitur insolventi huwa debitur insolventi skont it-tifsira tal-Artikoli 10 u 11 tal-Att dwar il-Fallimenti. Debitur f’riskju ta’ insolvenza huwa debitur li s-sitwazzjoni ekonomika tiegħu tissuġġerixxi li jista’ jkun insolventi fi żmien qasir.

Il-qorti tirrifjuta li tiftaħ proċedimenti ta’ ristrutturar jekk dawn ikunu detrimentali għall-kredituri.

Barra minn hekk, l-Att dwar ir-Ristrutturar jistabbilixxi wkoll kundizzjonijiet speċifiċi għall-ftuħ ta’ kull tip ta’ proċedimenti ta’ ristrutturar.

Il-proċedimenti ta’ approvazzjoni tal-arranġament u l-proċedimenti ta’ arranġament mgħaġġla jistgħu jitwettqu jekk pretensjonijiet ikkontestati li jintitolaw lill-kredituri biex jivvutaw fuq kont ta’ arranġament li jirrappreżenta mhux aktar minn 15% tal-pretensjonijiet kollha li jintitolaw lill-kredituri biex jivvutaw fuq l-arranġament.

Il-proċedimenti ta’ arranġament u l-proċedimenti ta’ rimedju jistgħu jitwettqu jekk pretensjonijiet ikkontestati li jintitolaw lill-kredituri jivvutaw fuq kont ta’ arranġament li jirrappreżenta aktar minn 15% tal-pretensjonijiet kollha li jintitolaw lill-kredituri biex jivvutaw fuq l-arranġament. Barra minn hekk, il-qorti tirrifjuta li tiftaħ tali proċedimenti jekk ma jkunx hemm evidenza prima facie li d-debitur se jkun jista’ jkopri l-ispejjeż tal-proċedimenti u l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw wara l-ftuħ tagħhom fuq bażi kontinwa.

3 Liema huma l-assi li jiffurmaw parti mill-patrimonju tal-insolvenza? Kif jiġu ttrattati l-assi li huma miksuba minn, jew li jiddevolvu lid-debitur wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza?

Fi proċedimenti ta’ falliment il-patrimonju tal-falliment jinkludi l-assi li jappartjenu lill-parti falluta fil-jum tad-dikjarazzjoni tal-falliment kif ukoll l-assi akkwistati minn dik il-parti matul il-proċedimenti ta’ falliment (l-Artikolu 62 tal-Att dwar il-Fallimenti). L-eċċezzjonijiet għal din ir-regola huma speċifikati fl-Artikoli 63-67a tal-Att dwar il-Fallimenti.

Il-patrimonju tal-falliment ma jinkludix assi esklużi mill-infurzar skont l-Att tas-17 ta’ Novembru 1964 - il-Proċedimenti tal-Kodiċi Ċivili (il-Ġurnal tal-Liġijiet 2016, il-punti 1822, 1823, 1860 u 1948), remunerazzjoni għax-xogħol tal-parti falluta fil-parti mhux soġġetta għal sekwestru, l-ammont miksub permezz tal-infurzar ta’ rahan jew ipoteka jekk il-fallut kien amministratur ta’ rahan jew ta’ ipoteka, fil-parti li taqa’, taħt il-ftehim ta’ amministrazzjoni, lil kredituri oħra.

Barra minn hekk, riżoluzzjoni tal-laqgħa tal-kredituri tista’ teskludi l-assi l-oħra tal-parti falluta mill-patrimonju tal-falliment.

Il-patrimonju tal-falliment jeskludi wkoll l-assi maħsuba biex jgħinu lill-impjegati tal-parti falluta u lill-familji tagħhom, fil-forma ta’ flus kontanti miżmuma f’kont separat ta’ fond ta’ benefiċċji soċjali tal-kumpanija stabbilit skont id-dispożizzjonijiet dwar il-fond tal-benefiċċji soċjali tal-kumpanija, flimkien ma’ ammonti li għandhom jitħallsu f’dak il-kont wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment, inkluż il-ħlas lura ta’ self għal djar, il-ħlas ta’ imgħax bankarju akkumulat fir-rigward tal-flus kontanti miżmuma mill-fond u tariffa miġbura minn persuni li jużaw is-servizzi soċjali u l-benefiċċji ffinanzjati minn dak il-fond u organizzati mill-parti falluta.

Fil-proċedimenti ta’ ristrutturar il-patrimonju tal-arranġament jinkludi assi użati għall-operat tal-intrapriża u assi proprjetà tad-debitur (l-Artikoli 240, 273 u 294 tal-Att dwar ir-Ristrutturar).

4 X’setgħat għandhom id-debitur u l-prattikant tal-insolvenza, rispettivament?

Fil-proċedimenti ta’ falliment (proċedimenti mmirati biex jillikwidaw l-assi tad-debitur) id-debitur jiġi mċaħħad mid-dritt li jimmaniġġja l-assi tiegħu. L-immaniġġjar tal-assi (il-patrimonju tal-falliment) isir ir-responsabbiltà tar-riċevitur (syndyk). Ir-riċevitur jieħu wkoll responsabbiltajiet oħra relatati mal-operat tal-intrapriża tad-debitur – imexxi l-kumpanija, jissodisfa l-obbligi ta’ rappurtar eċċ.

Id-debitur jibqa’ parteċipant fil-proċedimenti ta’ falliment u jista’ jikkontesta xi deċiżjonijiet maħruġa mill-qorti matul dawk il-proċedimenti, jiġifieri deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-esklużjoni ta’ assi mill-patrimonju tal-falliment u r-remunerazzjoni tar-riċevitur.

Fil-proċedimenti ta’ ristrutturar is-setgħat tad-debitur u tal-prattikant tal-insolvenza jvarjaw skont it-tip ta’ proċedimenti.

Fil-proċedimenti ta’ approvazzjoni tal-arranġament d-debitur jista’ jwettaq l-azzjonijiet kollha, ħlief matul il-perjodu bejn il-jum li fih tinħareġ id-deċiżjoni li tapprova l-arranġament u l-jum li fih dik id-deċiżjoni ssir finali. Matul dak il-perjodu r-regoli applikabbli jkunu l-istess bħal fil-proċedimenti ta’ arranġament mgħaġġla, jiġifieri d-debitur jista’ jwettaq azzjonijiet ta’ tmexxija ta’ rutina. Azzjonijiet minbarra dawk ta’ tmexxija ta’ rutina jirrikjedu l-kunsens tas-superviżur tal-arranġament.

Fil-proċedimenti ta’ arranġament mgħaġġla u l-proċedimenti ta’ arranġament d-debitur jista’ jwettaq azzjonijiet ta’ tmexxija ta’ rutina; imma azzjonijiet minbarra dawk ta’ tmexxija ta’ rutina jirrikjedu l-kunsens tas-superviżur tal-qorti, sakemm ma jkunux jirrikjedu l-kunsens tal-kumitat tal-kredituri.

Fil-proċedimenti ta’ rimedju d-debitur jiġi mċaħħad mid-dritt li jimmaniġġja u l-azzjonijiet jitwettqu mill-prattikant tal-insolvenza, sakemm ma jkunux jirrikjedu l-kunsens tal-kumitat tal-kredituri.

5 Taħt liema kundizzjonijiet tiġi invokata t-tpaċija?

Fil-proċedimenti ta’ falliment il-pretensjonijiet tal-parti falluta jistgħu jkunu mpaċija mal-pretensjonjiet tal-kreditur jekk iż-żewġ pretensjonijiet kienu jeżistu fil-jum tad-dikjarazzjoni tal-falliment, anki jekk waħda minnhom ma kinitx għadha dovuta (l-Artikolu 93 tal-Att dwar il-Fallimenti).

It-tpaċija mhijiex aċċettabbli jekk il-kreditur tal-parti falluta jkun akkwista l-pretensjoni permezz ta’ assenjazzjoni jew approvazzjoni wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment jew ikun akkwistaha fit-12-il xahar qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment, filwaqt li kien jaf li kien hemm raġunijiet biex jiddikjara falliment, sakemm l-akkwist ma kienx marbut mal-ħlas lura ta’ dejn li kien responsabbli għalih il-parti akkwirenti (irrispettivament minn jekk dik kinitx obbligazzjoni personali jew obbligazzjoni garantita minn proprjetà speċifika). (L-Artikolu 94 tal-Att dwar il-Fallimenti)

It-tpaċija mhijiex aċċettabbli jekk il-kreditur ikun sar id-debitur tal-parti falluta wara l-jum li fih ikun ġie ddikjarat il-falliment (l-Artikolu 95 tal-Att dwar il-Fallimenti).

Il-kreditur li jkun jixtieq juża d-dritt ta’ tpaċija jippreżenta dikjarazzjoni għal dak il-għan mhux aktar tard mill-jum tal-pretensjonijiet (l-Artikolu 96 tal-Att dwar il-Fallimenti).

Fil-proċedimenti ta’ ristrutturar ir-regoli ġenerali għat-tpaċija ta’ pretensjonijiet reċiproċi huma soġġetti għal-limitazzjonijiet li ġejjin:

  • kreditur ikun sar id-debitur tad-debitur wara l-jum li fih ikunu nfetħu l-proċedimenti ta’ ristrutturar;
  • wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ ristrutturar id-debitur tad-debitur soġġett għall-proċedimenti ta’ ristrutturar ikun sar il-kreditur tiegħu permezz ta’ akkwist, b’assenjazzjoni jew approvazzjoni, ta’ pretensjoni li tkun tressqet qabel il-jum li fih ikunu infetħu l-proċedimenti ta’ ristrutturar.

Il-pretensjonijiet reċiproċi jistgħu jiġu paċuti jekk il-pretensjoni tkun ġiet akkwistata bħala riżultat tal-ħlas lura ta’ dejn li kienet responsabbli għalih il-parti akkwirenti (obbligazzjoni personali jew obbligazzjoni garantita fuq proprjetà speċifika) u jekk il-parti akkwirenti tkun saret responsabbli għad-dejn qabel il-jum li fih tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-proċedimenti ta’ arranġament mgħaġġla.

Kreditur li jkun jixtieq jieħu vantaġġ minn tpaċija fi proċedimenti ta’ ristrutturar jippreżenta dikjarazzjoni għal dak il-għan lid-debitur jew, jekk id-debitur ikun mċaħħad mid-dritt ta’ mmaniġġjar, lill-prattikant tal-insolvenza mhux aktar minn 30 jum wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ ristrutturar jew, jekk ir-raġunijiet għat-tpaċija jitressqu aktar tard, mhux aktar tard minn 30 jum wara li jkunu tressqu r-raġunijiet għat-tpaċija. Dikjarazzjoni tkun valida wkoll jekk tiġi ppreżentata lil superviżur tal-qorti (l-Artikoli 253, 273 u 297 tal-Att dwar ir-Ristrutturar).

6 X’effett għandhom il-proċedimenti ta’ falliment fuq kuntratti kurrenti li d-debitur huwa parti tagħhom?

Id-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-effetti tad-dikjarazzjoni ta’ falliment fuq l-obbligi tal-parti falluta jinsabu fl-Artikoli 83-118 tal-Att dwar il-Fallimenti, dwar wirt akkwistat mill-parti falluta fl-Artikoli 119-123 u fuq ir-reġim tal-proprjetà matrimonjali tal-parti falluta fl-Artikoli 124-126.

L-Artikoli 81-82 tal-Att dwar il-Fallimenti jipprojbixxu li l-assi inklużi fil-patrimonju tal-falliment jitħallsu b’rahan, rahan irreġistrat jew ipoteka.

Id-dispożizzjonijiet ta’ kuntratt li jkun parti għalih il-individwu fallut li jipprevjenu jew ifixklu l-kisba tal-għan tal-proċedimenti ta’ falliment huma invalidi fir-rigward tal-patrimonju tal-falliment. Kuntratt li jittrasferixxi s-sjieda ta’ proprjetà, pretensjoni jew dritt ieħor konkluż sabiex tiġi żgurata pretensjoni jkun validu fir-rigward tal-patrimonju tal-falliment jekk ikun ġie konkluż bil-miktub f’data ċċertifikata, sakemm ma jkunx kuntratt li jistabbilixxi sigurtà finanzjarja (l-Artikolu 84 tal-Att dwar il-Fallimenti).

L-Artikoli 85 u l-Artikolu 85a jistabbilixxu regoli dettaljati dwar kuntratti ta’ qafas li jikkonċernaw operazzjonijiet finanzjarji forward / tal-futuri jew il-bejgħ ta’ titoli taħt ftehim ta’ xiri mill-ġdid.

L-obbligi finanzjarji tal-parti falluta li jkunu għadhom mhumiex dovuti isiru dovuti fil-jum li fih jiġi ddikjarat il-falliment. Fil-jum li fih jiġi ddikjarat il-falliment l-obbligi mhux finanzjarji jsiru obbligi finanzjarji u jsiru pagabbli f’dak il-jum, anki jekk il-limitu ta’ żmien għat-twettiq tagħhom ma jkunx għadu skada (l-Artikolu 91 tal-Att dwar il-Fallimenti).

Pretensjoni li tirriżulta minn kuntratt konkluż mal-aċċettazzjoni ta’ offerta ppreżentata mill-parti falluta tista’ tiġi affermata mill-kreditur fil-proċedimenti ta’ falliment biss jekk id-dikjarazzjoni li taċċetta l-offerta tkun ġiet ippreżentata lill-parti falluta qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment.

Jekk fil-jum tad-dikjarazzjoni ta’ falliment l-obbligi taħt kuntratt ta’ prestazzjoni reċiproka ma jkunux twettqu b’mod sħiħ jew b’mod parzjali, ir-riċevitur jista’, bil-kunsens tal-imħallef tal-falliment (sędzia komisarz), iwettaq l-obbligi tal-parti falluta u jitlob lill-parti l-oħra biex twettaq l-obbligu reċiproku jew tirtira mill-kuntratt b’effett mill-jum tad-dikjarazzjoni ta’ falliment. Jekk fil-jum tad-dikjarazzjoni ta’ falliment il-parti falluta tkun parti f’kuntratt li ma jkunx kuntratt ta’ prestazzjoni reċiproka, ir-riċevitur jista’ jirtira minn dak il-kuntratt, sakemm ma jkunx previst mod ieħor bl-istatut.

Fuq talba ppreżentata mill-parti l-oħra f’data ċċertifikata, ir-riċevitur jiddikjara fi żmien tliet xhur jekk jirtirax mill-kuntratt jew jitlobx il-prestazzjoni tiegħu. In-nuqqas tar-riċevitur li jippreżenta dik id-dikjarazzjoni f’dak il-ħin jitqies bħala irtirar mill-kuntratt.

Il-parti l-oħra li tkun meħtieġa twettaq l-obbligu tagħha aktar kmieni tista’ tissospendi t-twettiq tal-obbligu tagħha sakemm jitwettaq jew jiġi assigurat l-obbligu reċiproku. Il-parti l-oħra ma tkunx intitolata li tagħmel dan fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim jekk kienet taf jew kellha tkun taf dwar ir-raġunijiet biex tiddikjara l-falliment (l-Artikolu 98 tal-Att dwar il-Fallimenti).

Jekk ir-riċevitur jirtira mill-kuntratt, il-parti l-oħra tkun intitolata għar-ritorn tal-obbligu mwettaq, anki jekk tifforma parti mill-patrimonju tal-falliment. Fil-proċedimenti ta’ falliment, parti tista’ titlob rimedju għall-obbligu mwettaq u t-telf imġarrab billi tippreżenta dawk il-pretensjonijiet lill-imħallef tal-falliment (l-Artikolu 99 tal-Att dwar il-Falliment).

Bejjiegħ jista’ jitlob ir-ritorn ta’ assi mobbli - inklużi titoli - mibgħuta lill-parti falluta mingħajr ma jirċievi l-prezz, jekk dak l-assi ma jkunx ġie akkwistat qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment mill-parti falluta jew minn persuna awtorizzata mill-parti falluta li tiddisponi minn dak l-assi. Barra minn hekk, id-destinatarju li jkun bagħat l-assi lill-parti falluta huwa intitolat li jirċevih lura. Il-bejjiegħ jew id-destinatarju li jkun ġie rritornat l-assi lilu jirrifondi l-ispejjeż li kellhom jinġarrbu jew li għandhom jiġġarbu u l-ħlasijiet bil-quddiem. Madankollu, ir-riċevitur jista’ jirritorna l-assi jekk iħallas jew jiżgura l-prezz pagabbli mill-parti falluta u l-ispejjeż. Ir-riċevitur huwa intitolat li jagħmel hekk fi żmien xahar minn meta jitlob li jiġi restitwit (l-Artikolu 100 tal-Att dwar il-Fallimenti).

Il-ftehimiet dwar ordnijiet jew konsenji konklużi mill-parti falluta li fiha l-parti falluta kienet il-parti li tikkumissjona jew il-konsenjatur kif ukoll il-ftehimiet dwar l-immaniġġjar tat-titoli konklużi mill-parti falluta jiskadu mad-dikjarazzjoni ta’ falliment. Il-parti l-oħra tista’ tirtira mill- ftehimiet dwar ordnijiet jew konsenji konklużi mill-parti falluta li fihom l-parti falluta kienet il-parti kkummissjonata jew id-destinatarju fil-jum meta ġie ddikjarat il-falliment (l-Artikolu 102 tal-Att dwar il-Fallimenti).

Kuntratt ta’ aġenzija jiskadi mill-jum meta kull parti tiddikjara falliment. Fil-każ tal-falliment tal-parti kummissjonanti l-aġent jista’, fil-proċedimenti ta’ falliment, jitlob it-telf li jkun ġarrab minħabba l-iskadenza tal-kuntratt (l-Artikolu 103 tal-Att dwar Fallimenti).

Jekk min jislef jew min jissellef jiddikjara falliment, il-ftehim tas-self għall-użu, jekk is-suġġett tiegħu jkun diġà ngħata self, jintemm fuq talba ta’ kwalunkwe waħda mill-partijiet. Jekk is-suġġett ma jkunx għadu ngħata self, il-ftehim jiskadi (l-Artikolu 104 tal-Att dwar il-Fallimenti).

Jekk kwalunkwe waħda mill-partijiet għall-ftehim ta’ self tiddikjara falliment, il-ftehim tas-self jiskadi jekk is-suġġett tas-self ma jkunx għadu ngħata self (l-Artikolu 105 tal-Att dwar il-Fallimenti).

Kuntratt ta’ kiri ta’ proprjetà immobbli jorbot lill-partijiet jekk is-suġġett tal-ftehim ikun sar disponibbli għall-kerrej jew il-lokatarju (l-Artikoli 106-108 tal-Att dwar il-Fallimenti). Skont deċiżjoni maħruġa mill-imħallef tal-falliment, ir-riċevitur itemm il-kuntratt ta’ kiri ta’ proprjetà immobbli konkluż mill-parti falluta wara avviż ta’ tliet xhur, anke jekk it-terminazzjoni ta’ dak il-ftehim mill-parti falluta ma kinitx tkun permessa (l-Artikoli 109- 110 tal-Att dwar il-Falliment).

Ftehim ta’ kreditu jiskadi mad-dikjarazzjoni ta’ falliment jekk dak li jislef ma jkunx għamel il-fondi disponibbli lill-parti falluta qabel dik id-data (l-Artikolu 111 tal-Att dwar il-Fallimenti).

Id-dikjarazzjoni ta’ falliment ma taffettwax il-ftehim tal-kont bankarju tal-parti falluta, ftehim ta’ kont ta’ titoli jew ftehim ta’ kont kollettiv (l-Artikolu 112 tal-Att dwar il-Fallimenti).

Fil-proċedimenti ta’ ristrutturar, mill-jum li jinfetħu sal-jum li jingħalqu jew il-jum li fih issir finali d-deċiżjoni li jitwaqqfu l-proċedimenti, id-debitur jew il-prattikant tal-insolvenza ma jkunx permess iwettaq obbligi li jirriżultaw minn pretensjonijiet li, skont il-liġi, ikunu koperti minn arranġament.

Id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jistipulaw il-modifika jew it-terminazzjoni ta’ relazzjoni legali li d-debitur ikun parti għaliha jsiru nulli jekk tiġi ppreżentata talba biex jinfetħu l-proċedimenti ta’ ristrutturar jew jekk jinfetħu tali proċedimenti.

Id-dispożizzjonijiet ta’ kuntratt li jkun parti għalih id-debitur li jipprevjenu jew ifixklu l-kisba tal-għan tal-proċedimenti ta’ ristrutturar isiru invalidi fir-rigward tal-patrimonju tal-arranġament.

L-Artikolu 250 tal-Att dwar ir-Ristrutturar jistabbilixxi regoli dettaljati dwar kuntratti ta’ qafas li jikkonċernaw operazzjonijiet finanzjarji forward / tal-futuri jew il-bejgħ ta’ titoli taħt ftehim ta’ xiri mill-ġdid.

Mill-jum li fih jinfetħu l-proċedimenti ta’ ristrutturar sal-jum li fih jingħalqu jew fil-jum meta ssir finali d-deċiżjoni li jitwaqqfu l-proċedimenti, il-lokatur ma jistax itemm, mingħajr il-kunsens tal-kumitat tal-kredituri, il-ftehim ta’ kiri għall-bini jew proprjetà immobbli fejn topera l-intrapriża tad-debitur.

Ir-regoli deskritti hawn fuq għal ftehim ta’ kiri japplikaw mutatis mutandis għall-ftehimiet ta’ kreditu fir-rigward ta’ fondi magħmula disponibbli lil min jissellef qabel il-ftuħ tal-proċedimenti, għall-kiri, l-assigurazzjoni tal-proprjetà, il-ftehimiet ta’ kontijiet bankarji, il-ftehimiet ta’ garanzija, il-ftehimiet li jkopru liċenzji mogħtija lid-debitur u l-garanziji jew l-ittri ta’ kreditu maħruġa qabel il-jum li fih jinfetħu l-proċedimenti ta’ ristrutturar (l-Artikoli 256, 273 u 297 tal-Att dwar ir-Ristrutturar).

Barra minn hekk, fil-proċedimenti ta’ rimedju l-prattikant tal-falliment jista’ jirtira minn kuntratt ta’ twettiq reċiproku li ma jkunx twettaq b’mod sħiħ jew b’mod parzjali qabel il-jum li fih jinfetħu l-proċedimenti ta’ rimedju, bil-kunsens tal-Imħallef tal-falliment, jekk it-twettiq tal-parti l-oħra ta’ dak il-kuntratt ikun indiviżibbli. Jekk it-twettiq tal-parti l-oħra tal-kuntratt ikun diviżibbli, dik id-dispożizzjoni tapplika mutatis mutandis sal-limitu li għalih il-kuntratt kellu jitwettaq mill-parti l-oħra wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ rimedju. Jekk l-prattikant tal-falliment jirtira mill-kuntratt, il-parti l-oħra tista’ titlob l-qligħ tat-twettiq magħmul wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ rimedju u qabel ma dik il-parti tkun irċeviet l-avviż ta’ rtirar, jekk dak it-twettiq ikun jifforma parti mill-assi tad-debitur. Jekk dan ikun impossibbli, il-parti l-oħra tista’ tfittex rimedju biss għat-twettiq u għat-telf li tkun ġarrbet. Dawk il-pretensjonijiet ma jkunux soġġetti għal arranġament (l-Artikolu 298 tal-Att dwar ir-Ristrutturar).

7 X'effetti għandhom il-proċedimenti ta' insolvenza fuq il-proċedimenti miġjuba minn kredituri individwali (bl-eċċezzjoni ta' kawżi pendenti)?

Wara li tiġi ppreżentata applikazzjoni ta’ falliment, fuq talba tad-debitur, is-superviżur temporanju jew il-kreditur li jkun ippreżenta l-applikazzjoni ta’ falliment, il-qorti tista’ tissospendi l-proċedimenti ta’ infurzar u tħassar is-sekwestru tal-kont bankarju jekk dan ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tal-proċedimenti ta’ falliment (l-Artikolu 39 tal-Att dwar il-Fallimenti).

Wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment, il-proċedimenti ta’ infurzar fir-rigward tal-assi inklużi fil-patrimonju tal-falliment miftuħa qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment, jiġu sospiżi bil-liġi mill-jum li fih jiġi ddikjarat il-falliment. Il-proċedimenti jintemmu bil-liġi meta d-deċiżjoni dwar id-dikjarazzjoni ta’ falliment issir finali (l-Artikolu 146 tal-Att dwar il-Fallimenti).

Wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment, il-proċedimenti tal-qorti, amministrattivi u amministrattivi tal-qorti dwar il-patrimonju tal-falliment jistgħu jinfetħu u jitwettqu biss mir-riċevitur jew kontra r-riċevitur. Kreditur ma jistax jiftaħ proċedimenti fir-rigward ta’ pretensjoni soġġetta għal preżentazzjoni (l-Artikolu 144 tal-Att dwar il-Fallimenti).

Fil-proċedimenti ta’ ristrutturar, il-proċedimenti ta’ infurzar fir-rigward ta’ pretensjoni soġġetta għal arranġament b’liġi, li jkunu nbdew qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ ristrutturar, jiġu sospiżi bil-liġi mill-jum tal-ftuħ ta’ dawk il-proċedimenti. (L-Artikoli 259 u 278 tal-Att dwar ir-Ristrutturar). Fil-proċedimenti ta’ rimedju, is-sospensjoni tapplika għall-proċedimenti kollha ta’ infurzar fir-rigward tal-assi tad-debitur inklużi fil-patrimonju ta’ rimedju (l-Artikolu 312 tal-Att dwar ir-Ristrutturar).

Fil-jum meta ssir finali d-deċiżjoni li tapprova l-arranġament, il-proċedimenti ta’ sigurtà u ta’ infurzar imwettqa kontra d-debitur sabiex jissodisfaw il-pretensjonijiet soġġetti għall-arranġament jiġu mitmuma bil-liġi. Il-proċedimenti sospiżi ta’ sigurtà u ta’ infurzar imwettqa kontra d-debitur sabiex jissodisfaw il-pretensjonijiet mhux soġġetti għall-arranġament jistgħu jerġgħu jinbdew fuq talba tal-kreditur (l-Artikolu 170 tal-Att dwar ir-Ristrutturar)

Il-ftuħ ta’ proċedimenti tal-arranġament, proċedimenti ta’ arranġament mgħaġġla jew proċedimenti ta’ rimedju ma jwaqqafx lill-kreditur milli jiftaħ proċedimenti tal-qorti, amministrattivi jew amministrattivi tal-qorti jew proċedimenti quddiem qrati ta’ arbitraġġ sabiex jafferma pretensjonijiet soġġetti għall-inklużjoni fil-lista ta’ pretensjonijiet (l-Artikoli 257, 276 u 310 tal-Att dwar ir-Ristrutturar).

8 X’inhu l-effett ta' proċediment ta’ insolvenza fuq il-kontinwazzjoni ta’ kawżi pendenti fil-mument tal-ftuħ ta’ proċediment ta’ insolvenza?

Wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment il-qorti tissospendi proċedimenti ex officio jekk ikunu jirrigwardaw il-patrimonju tal-falliment, jiġifieri jekk ir-riżultat tagħhom ikun jista’ jaffettwa l-patrimonju tal-falliment (jikkonċernaw oġġett inkluż fil-patrimonju tal-falliment) u jkun ġie ddikjarat falliment u jekk ikun inħatar amministratur obbligatorju fi proċedimenti biex jiġi ddikjarat falliment (l-Artikolu 174(1)(4) u (5) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (kodeks postępowania cywilnego)). Il-qorti titlob lir-riċevitur jew l-amministratur obbligatorju biex jieħu sehem fil-proċedimenti (l-Artikolu 174(3) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Jekk il-parti falluta (debitur) tkun ir-rikorrent il-qorti terġa’ tibda ex officio il-proċedimenti sospiżi hekk kif jinħatar ir-riċevitur (amministratur obbligatorju) (l-Artikolu 180(1)(5) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Il-proċedimenti jistgħu jitressqu kontra r-riċevitur biss jekk, fi proċedimenti ta’ falliment, pretensjoni ma tkunx inkluża fil-lista ta’ pretensjonijiet wara li jkunu ġew eżawriti l-possibiltajiet preskritti fil-Kodiċi. (L-Artikolu 145 tal-Att dwar il-Fallimenti).

Fil-proċedimenti ta’ ristrutturar il-proċedimenti li jkunu għaddejjin fil-qorti (pendenti fil-mument tal-ftuħ tal-proċedimenti) jiġu sospiżi jekk il-proċedimenti jkunu jikkonċernaw il-patrimonju tal-arranġament (jew patrimonju ta’ rimedju) u jkun inħatar prattikant tal-insolvenza fil-proċedimenti ta’ ristrutturar jew jekk amministratur temporanju jkun inħatar fil-proċedimenti biex jinbdew il-proċedimenti ta’ rimedju u l-proċedimenti jkunu jikkonċernaw assi koperti b’titoli ta’ sigurtà (l-Artikolu 174(1)(4) u (5) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Il-qorti titlob lill-amministratur temporanju jew lill-prattikant tal-insolvenza biex jieħu sehem fil-proċedimenti (l-Artikolu 174(3) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

L-ammissjoni ta’ pretensjoni, ir-rinunzja ta’ pretensjoni, l-arranġament jew l-ammissjoni ta’ fatti rilevanti tal-każ mid-debitur f’dawn il-każijiet mingħajr il-kunsens tas-superviżur tal-qorti m’għandha l-ebda effett legali (l-Artikolu 258 tal-Att dwar ir-Ristrutturar).

9 Liema huma l-karatteristiċi ewlenin tal-parteċipazzjoni tal-kredituri fil-proċedimenti ta’ insolvenza?

Il-parteċipazzjoni tal-kredituri fil-proċedimenti ta’ falliment hija rregolata mill-Artikoli 189-213 tal-Att dwar il-Fallimenti). Il-kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom ikunu ġew ammessi huma intitolati li jieħdu sehem fil-laqgħa u l-votazzjoni tal-kredituri.

L-imħallef tal-falliment, li jaġixxi ex officio jew fuq talba, jistabbilixxi l-kumitat tal-kredituri u jaħtar u jiċħad il-membri tiegħu. Il-kumitat jassisti lir-riċevitur, jikkontrolla l-azzjonijiet tiegħu, jeżamina l-istat tal-fondi li jiffurmaw il-patrimonju tal-falliment, jagħti permess għal azzjonijiet li jistgħu jitwettqu biss bil-permess mill-kumitat tal-kredituri u jesprimi l-opinjoni tiegħu dwar kwistjonijiet oħra jekk jintalab jagħmel dan mill-imħallef tal-falliment jew ir-riċevitur. Il-kumitat tal-kredituri jista’ jitlob lill-parti falluta jew lir-riċevitur biex jipprovdi kjarifika u jista’ jeżamina kotba u dokumenti li jikkonċernaw il-falliment sakemm dan ma jiksirx il-kunfidenzjalità tan-negozju.

Il-permess tal-kumitat tal-kredituri huwa meħtieġ jekk l-azzjonijiet li ġejjin mir-riċevitur għandhom ikunu validi:

  1. l-immaniġġjar kontinwu tal-intrapriża mir-riċevitur jekk ikun se jdum aktar minn tliet xhur wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment;
  2. ir-rinunzja tal-bejgħ tal-intrapriża fit-totalità tagħha;
  3. il-bejgħ dirett tal-assi inklużi fil-patrimonju tal-falliment;
  4. il-kuntrattar ta’ self jew krediti u l-aggravar tal-assi tal-parti falluta bi drittijiet ta’ proprjetà limitati;
  5. l-ammissjoni, ir-rinunzja ta’ dħul f’arranġament rigward il-pretensjonijiet ikkontestati u t-tressiq ta’ tilwima quddiem qorti ta’ arbitraġġ.

Tista’ tiġi invokata eċċezzjoni meta waħda mill-azzjonijiet ta’ hawn fuq ikollha ssir immedjatament u tkun tikkonċerna valur ta’ mhux aktar minn PLN 10 000 – imbagħad ir-riċevitur, is-superviżur tal-qorti jew il-prattikant tal-insolvenza jistgħu jwettquha mingħajr permess mill-kumitat.

Barra minn hekk, ma huwa meħtieġ l-ebda permess mill-kumitat tal-kredituri għall-bejgħ ta’ assi mobbli jekk il-valur stmat tal-assi mobbli kollha inklużi fil-patrimonju tal-falliment, kif indikat fl-inventarju, ma jkunx ogħla minn PLN 50 000 u għall-bejgħ ta’ pretensjonijiet u drittijiet oħra, jekk il-valur nominali tal-pretensjonijiet kollha u drittijiet oħra inklużi fil-patrimonju tal-falliment, kif indikat fl-inventarju, ma jkunx ogħla minn PLN 50 000.

Fil-proċedimenti ta’ falliment il-kreditur jista’ jissottometti proposta ta’ arranġament.

Il-kredituri jistgħu wkoll jikkontestaw id-deċiżjoni ta’ qorti tal-falliment jew imħallef tal-falliment dwar l-approvazzjoni tar-rapporti tal-kontabbiltà tar-riċevitur, deċiżjonijiet dwar il-lista ta’ pretensjonijiet, ukoll fir-rigward ta’ pretensjonijiet oħra tal-kredituri, il-pjan ta’ distribuzzjoni, ir-remunerazzjoni tar-riċevitur u d-deċiżjoni li jinbdew jew jintemmu l-proċedimenti ta’ falliment.

Il-parteċipazzjoni tal-kredituri fil-proċedimenti ta’ ristrutturar hija rregolata mill-Artikoli 104-139 tal-Att dwar ir-Ristrutturar. Il-kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom ikunu ġew inklużi f’lista approvata ta’ pretensjonijiet kif ukoll il-kredituri li jidhru fil-laqgħa tal-kredituri u jippreżentaw lill-imħallef tal-falliment it-taħrika tal-eżekuzzjoni li tikkonferma l-pretensjoni tagħhom huma intitolati li jipparteċipaw fil-laqgħa u l-votazzjoni tal-kredituri.

Fil-laqgħa tal-kredituri jista’ jintlaħaq arranġament jekk fil-laqgħa jipparteċipaw mill-inqas wieħed minn kull ħames kredituri intitolati li jivvutaw fuq arranġament.

L-imħallef tal-falliment jistabbilixxi l-kumitat tal-kredituri u jaħtar u jwarrab il-membri tiegħu ex officio jew fuq talba. Il-kumitat tal-kredituri jassisti lis-superviżur tal-qorti jew prattikant tal-insolvenza, jikkontrolla l-azzjonijiet tagħhom, jeżamina l-istat tal-fondi li jiffurmaw l-arranġament jew il-patrimonju ta’ rimedju, jagħti l-permessi għal azzjonijiet li jistgħu jsiru biss bil-permess mill-kumitat tal-kredituri u jesprimi l-opinjoni tiegħu dwar il-kwistjonijiet l-oħra jekk ikun mitlub jagħmel dan mill-imħallef tal-falliment, is-superviżur tal-qorti, il-prattikant tal-insolvenza jew id-debitur. Il-laqgħa tal-kredituri u l-membri tagħha jistgħu jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-attività tad-debitur, is-superviżur tal-qorti jew prattikant tal-insolvenza lill-imħallef tal-falliment. Il-kumitat jista’ jitlob lid-debitur, is-superviżur tal-qorti jew il-prattikant tal-insolvenza biex jipprovdu kjarifika u jista’ jeżamina l-kotba u d-dokumenti tad-debitur fil-każijiet meta dan ma jkunx qed jikser il-kunfidenzjalità tan-negozju. Fil-każijiet l-oħra u fil-każ ta’ dubji l-imħallef tal-falliment jispeċifika l-kamp ta’ applikazzjoni tal-prerogattivi tal-membri tal-kumitat tal-kredituri fir-rigward tal-eżami tal-kotba u d-dokumenti tal-intrapriża tad-debitur.

Biex ikunu validi, l-azzjonijiet li ġejjin mid-debitur jew mill-prattikant tal-insolvenza jeħtieġu l-kunsens tal-kumitat tal-kredituri:

  • elementi ta’ aggravar tal-arranġament jew tal-patrimonju ta’ rimedju b’ipoteka, rahan, rahan irreġistrat jew ipoteka marittima sabiex tiġi żgurata pretensjoni mhux soġġetta għall-arranġament;
  • it-trasferiment tas-sjieda ta’ oġġett jew dritt sabiex tiġi żgurata pretensjoni mhux soġġetta għall-arranġament;
  • elementi ta’ aggravar tal-arranġament jew tal-patrimonju ta’ rimedju ma’ drittijiet oħra;
  • krediti kontraenti jew self;
  • il-konklużjoni ta’ ftehim dwar il-kiri tal-intrapriża tad-debitur jew parti organizzata minnha jew ftehim ieħor simili.

(imwettqa bil-kunsens tal-kumitat tal-kredituri, l-azzjonijiet ta’ hawn fuq ma jistgħux jitqiesu bħala mhux infurzabbli fir-rigward tal-patrimonju tal-falliment)

  • il-bejgħ, mid-debitur, ta’ proprjetà immobbli jew assi oħra li jiswew aktar minn PLN 500 000.

Il-kredituri jistgħu wkoll jikkontestaw id-deċiżjoni ta’ qorti ta’ ristrutturar jew imħallef tal-falliment dwar l-approvazzjoni ta’ rapporti tal-kontabbiltà mill-prattikant tal-insolvenza, deċiżjonijiet dwar il-lista ta’ pretensjonijiet (arranġament u proċedimenti ta’ rimedju) u pretensjonijiet oħra tal-kredituri, ir-remunerazzjoni tas-superviżur tal-qorti jew prattikant tal-insolvenza u d-deċiżjoni li jitwaqqfu jew jintemmu l-proċedimenti ta’ falliment.

10 B’liema mod jista’ l-prattikant tal-insolvenza juża jew jiddisponi minn assi tal-patrimonju?

Fil-proċedimenti ta’ falliment, wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment, ir-riċevitur ifassal inventarju, jistma l-patrimonju tal-falliment u jabbozza pjan ta’ likwidazzjoni. Il-pjan ta’ likwidazzjoni jiddefinixxi l-mod propost kif jinbiegħu l-assi tal-parti falluta, b’mod partikolari l-intrapriża, iż-żmien tal-bejgħ, stima tal-infiq u r-raġuni ekonomika għall-kontinwazzjoni tal-attività tan-negozju (l-Artikolu 306 tal-Att dwar il-Fallimenti). Wara li jfassal l-inventarju u r-rapport finanzjarju jew wara li jissottometti rapport ġenerali bil-miktub, ir-riċevitur jillikwida l-patrimonju tal-falliment (l-Artikolu 308 tal-Att dwar il-Fallimenti)

Wara l-likwidazzjoni, ir-riċevitur jista’ jkompli jimmaniġġja l-intrapriża tal-parti falluta jekk ikun possibbli arranġament mal-kredituri jew jekk ikun possibbli li l-intrapriża tal-parti falluta tinbiegħ kollha kemm hi jew inkella partijiet organizzati minnha (l-Artikolu 312 tal-Att dwar il-Fallimenti).

Fil-proċedimenti ta’ ristrutturar, jiġifieri proċedimenti ta’ arranġament mgħaġġla u proċedimenti ta’ arranġament, id-debitur normalment ikompli jimmaniġġja l-intrapriża tiegħu. Skont l-Artikoli 239(1) u 295 tal-Att dwar ir-Ristrutturar, id-debitur jista’ jiġi mċaħħad mid-dritt li jimmaniġġja jekk:

  1. id-debitur, intenzjonalment jew mod ieħor, jikser il-liġi permezz ta’ mmaniġġjar li jirriżulta f’detriment għall-kredituri jew il-possibbiltà ta’ dan id-detriment fil-futur;
  2. ikun ovvju li l-mod ta’ mmaniġġjar ma jiggarantix l-implimentazzjoni tal-arranġament jew ikun inħatar fiduċjarju (kurator) għad-debitur skont l-Artikolu 68(1);
  3. id-debitur ma jikkonformax mal-istruzzjonijiet maħruġa mill-imħallef tal-falliment jew mis-superviżur tal-qorti, b’mod partikolari billi jonqos milli jippreżenta proposti ta’ arranġament legali fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-imħallef tal-falliment.

Fil-proċedimenti ta’ rimedju, jekk it-twettiq effettiv ta’ dawn il-proċedimenti jkun jeħtieġ il-parteċipazzjoni personali tad-debitur jew tar-rappreżentanti tiegħu u fl-istess ħin jiggarantixxu mmaniġġjar xierqa, il-qorti tista’ tippermetti lid-debitur jimmaniġġja l-intrapriża kollha jew parti minnha fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-tmexxija ta’ rutina (l-Artikolu 288(3) tal-Att dwar ir-Ristrutturar).

Fil-proċedimenti ta’ approvazzjoni tal-arranġament id-debitur jimmaniġġja l-intrapriża tiegħu waqt il-proċedimenti kollha.

11 Liema talbiet għandhom jiġu ppreżentati kontra l-patrimonju tal-insolvenza tad-debitur u kif għandhom jiġu ttrattati t-talbiet li jsiru wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza?

Fil-proċedimenti ta’ falliment jiġu ppreżentati il-pretensjonijiet kollha ta’ kredituri personali. Tista’ tiġi ppreżentata wkoll pretensjoni minn kreditur li l-pretensjoni tiegħu tkun ġiet garantita b’ipoteka, rahan, rahan irreġistrat, rahan fiskali, ipoteka marittima jew dħul ieħor fl-art u reġistru ta’ ipoteki jew reġistru tal-vapuri (jekk ma tiġix ippreżentata mill-kreditur tiġi inkluża fil-lista ex officio). Il-pretensjonijiet taħt relazzjoni ta’ impjieg jiġu inklużi fil-lista ex officio (l-Artikoli 236(1) u (2) u 237 tal-Att dwar il-Fallimenti).

L-ewwel jiġu koperti l-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ falliment, qabel ma jitressqu l-obbligazzjonijiet tal-patrimonju tal-falliment wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment – (l-Artikoli 230(2) u 343(1) u (11) tal-Att dwar il-Fallimenti), mingħajr it-tfassil ta’ pjan ta’ distribuzzjoni.

Fil-proċedimenti ta’ ristrutturar il-lista tal-pretensjonijiet tkopri l-pretensjonijiet personali fir-rigward tad-debitur li jkunu ġew ippreżentati qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ ristrutturar (l-Artikolu 76 tal-Att dwar ir-Ristrutturar). Il-lista tal-pretensjonijiet b’mod separat tindika pretensjonijiet soġġetti għal arranġament bil-liġi u pretensjonijiet soġġetti għal arranġament bil-kunsens tal-kreditur (l-Artikolu 86 tal-Att dwar ir-Ristrutturar).

Fil-proċedimenti ta’ ristrutturar ma jiġux ippreżentati l-pretensjonijiet. Il-lista tal-pretensjonijiet titfassal mis-superviżur jew mill-prattikant tal-insolvenza abbażi tal-kotba tal-kontijiet tad-debitur, id-dokumenti l-oħra tiegħu, id-daħliet fir-reġistri tal-art u tal-ipoteki u reġistri oħra.

L-arranġament huwa vinkolanti għall-kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom, skont l-Att, ikunu soġġetti għal arranġament, anki jekk ma jkunux inklużi fil-lista tal-pretensjonijiet.

L-arranġament ma huwiex vinkolanti għall-kredituri li ma jkunux ġew żvelati mid-debitur u ma jkunux ipparteċipaw fil-proċedimenti (l-Artikolu 166 tal-Att dwar ir-Ristrutturar)

L-arranġament ma jistax ikopri pretensjonijiet ta’ manteniment, benefiċċji mħallsa bħala kumpens minħabba mard, inkapaċità għax-xogħol, diżabbiltà jew mewt u annwalità mogħtija bi skambju għal drittijiet taħt ftehim ta’ annwalità; il-pretensjonijiet għat-trasferiment ta’ proprjetà u għall-waqfien tal-ksur tad-drittijiet; il-pretensjonijiet li jkun responsabbli għalihom id-debitur f’konnessjoni mal-akkwist ta’ wirt wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ ristrutturar, wara l-inklużjoni tal-wirt fl-arranġament jew il-patrimonju ta’ rimedju; il-pretensjonijiet fir-rigward tal-parti tal-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni soċjali ffinanzjati mill-assigurat fejn id-debitur ikun il-pagatur.

L-arranġament jeskludi wkoll il-pretensjonijiet taħt relazzjoni ta’ impjieg u pretensjonijiet garantiti fuq il-proprjetà tad-debitur permezz ta’ ipoteka, rahan, rahan irreġistrat, rahan fiskali jew ipoteka marittima, fil-parti li l-valur tagħhom ikun kopert mill-garanzija, sakemm il-kreditur jagħti l-kunsens tiegħu biex dawn jiġu inklużi fl-arranġament (l-Artikolu 151 tal-Att dwar ir-Ristrutturar).

12 Liema huma r-regoli li jirregolaw il-preżentata, il-verifika u l-ammissjoni tat-talbiet?

Ir-regoli li jirregolaw il-preżentazzjoni, il-verifika u l-ammissjoni tal-pretensjonijiet fil-proċedimenti ta’ falliment huma stabbiliti fl-Artikolu 239-266 tal-Att dwar il-Fallimenti.

Fil-proċedimenti ta’ falliment il-kredituri huma responsabbli għall-preżentazzjoni tal-pretensjonijiet. It-talbiet iridu jiġu ppreżentati mhux aktar tard minn 30 jum wara li d-deċiżjoni dwar id-dikjarazzjoni ta’ falliment tiġi ppubblikata fil-Qorti u fil-Gazzetta Kummerċjali (Monitor Sądowy i Gospodarczy, imbagħad fir-Reġistru Ċentrali ta’ Ristrutturar u Falliment (Centralny Rejestr Restrukturyzacji i Upadłości), l-Artikolu 51 tal-Att dwar il-Fallimenti u l-Artikolu 455 tal-Att dwar ir-Ristrutturar).

Il-pretensjonijiet taħt relazzjoni ta’ impjieg m’għandhomx għalfejn jiġu ppreżentati. Il-pretensjonijiet ta’ dan it-tip jiġu inklużi fil-lista tal-pretensjonijiet ex officio (l-Artikolu 237 tal-Att dwar il-Fallimenti).

Il-kreditur jippreżenta l-pretensjoni tiegħu f’żewġ kopji bil-miktub. Il-preżentazzjoni jenħtieġ li tinkludi l-isem u l-indirizz tal-kreditur, in-numru tal-PESEL (identifikazzjoni personali) jew in-numru tal-KRS (Reġistru tal-Qorti Nazzjonali) u fin-nuqqas ta’ dawn dettalji li jagħmluha possibbli li l-kreditur jiġi identifikat b’mod ċar, jiddefinixxu l-pretensjoni flimkien mal-ħlasijiet inċidentali u l-valur tal-pretensjoni mhux monetarja, evidenza li tikkonferma l-eżistenza tal-pretensjoni (jekk il-pretensjoni tkun ġiet inkluża fil-lista tat-pretensjonijiet imfassla fil-proċedimenti ta’ ristrutturar, ikun biżżejjed li jiġi invokat dak il-fatt), il-kategorija li tista’ tiġi inkluża fiha, titoli marbuta magħha u l-istatus tal-każ jekk il-pretensjoni tkun is-suġġett ta’ proċedimenti tal-qorti, amministrattivi, amministrattivi tal-qorti jew arbitrarji tal-qorti li jkunu għadhom għaddejjin. Jekk tiġi ppreżentata pretensjoni li fir-rigward tagħha l-parti falluta ma tkunx debitur personali, is-suġġett tat-titolu għandu jiġi indikat li għandu jintuża biex tiġi ssodisfata l-pretensjoni. Jekk il-kreditur ikun sieħeb jew azzjonist fil-kumpanija falluta, huwa għandu jindika n-numru u t-tip ta’ ishma li jkollu.

Preżentazzjoni li ssir b’mod xieraq tiġi ttrasferita mill-imħallef tal-falliment lir-riċevitur, li jivverifika jekk il-pretensjonijiet ippreżentati jkunux ikkonfermati mill-kotba tal-kontabbiltà tal-parti falluta jew dokumenti oħra jew minn daħliet fir-reġistru tal-art u l-ipoteki jew reġistri oħra u jitlob lill-parti falluta tiddikjara f’limitu ta’ żmien speċifikat jekk taċċettax il-pretensjoni. Jekk it-talba ppreżentata ma tkunx ikkonfermata mill-kotba tal-kontabbiltà tal-parti falluta jew minn dokumenti oħra jew minn daħliet fir-reġistru tal-art u l-ipoteki jew reġistri oħra, ir-riċevitur jitlob lill-kreditur biex fi żmien ġimgħa jippreżenta d-dokumenti msemmija fil-preżentazzjoni tal-pretensjoni taħt piena ta’ rifjut biex tiġi ammessa l-pretensjoni. Madankollu, ir-riċevitur jista’ jqis id-dokumenti ppreżentati wara dik l-iskadenza jekk dan ma jdewwimx il-preżentazzjoni tal-lista lill-imħallef tal-falliment.

Fi żmien ġimagħtejn mit-tħabbir li l-lista tal-pretensjonijiet tkun ġiet miżjuda fil-fajl tal-proċedimenti, il-kreditur jista’ jressaq oġġezzjoni quddiem l-imħallef tal-falliment. Il-parti falluta tista’ toġġezzjona wkoll jekk l-abbozz tal-lista tal-pretensjonijiet ma jkunx konformi mat-talbiet jew id-dikjarazzjonijiet tagħha. Jekk il-parti falluta ma tkun għamlet l-ebda dikjarazzjoni għalkemm tkun intalbet tagħmel dan, hija tista’ toġġezzjona biss jekk tagħti prova li ma tkun għamlet l-ebda dikjarazzjoni għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tagħha.

L-imħallef tal-falliment jimmodifika l-lista tal-pretensjonijiet wara li ssir finali d-deċiżjoni dwar l-oġġezzjoni — u jekk dik id-deċiżjoni tiġi kkontestata, wara li d-deċiżjoni tal-qorti ssir finali — u japprova l-lista tal-pretensjonijiet. Jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni, huwa japprova l-lista tal-pretensjonijiet wara li jkun skada ż-żmien għall-oġġezzjonijiet. L-imħallef tal-falliment jista’ jimmodifika l-lista tal-pretensjonijiet ex officio. Jekk jinstab li l-pretensjonijiet li jkunu ineżistenti b’mod sħiħ jew b’mod parzjali jkunu ġew inklużi fil-lista tal-pretensjonijiet jew li l-pretensjonijiet meħtieġa li jkunu inklużi fil-lista ex officio ma jkunux ġew inklużi fiha, l-imħallef tal-falliment jista’ jimmodifika l-lista tal-pretensjonijiet ex officio.

Pretensjoni li ma tkunx meħtieġa li tiġi ppreżentata u li tiġi ppreżentata jew żvelata wara l-iskadenza tiġi inkluża fis-suppliment tal-lista tal-pretensjonijiet. Il-lista tal-pretensjonijiet tiġi kkoreġuta skont is-sentenzi finali. Il-bidla fl-ammont ta’ pretensjoniet li sseħħ wara li titfassal il-lista tal-pretensjonijiet titqies meta jiġi abbozzat il-pjan ta’ distribuzzjoni jew meta ssir il-votazzjoni fil-laqgħa tal-kredituri.

Wara l-għeluq jew it-twaqqif tal-proċedimenti ta’ falliment, estratt mil-lista tal-pretensjonijiet approvati mill-imħallef tal-falliment, li jindika l-pretensjoni u l-ammont riċevut minnha mill-kreditur, iservi bħala rikors ta’ eżekuzzjoni kontra l-parti falluta (dan ma japplikax għal kredituri li għalihom il-parti falluta ma kinitx debitur personali). Il-parti falluta tista’ titlob li pretensjoni li tkun inkluża fil-lista tal-pretensjonijiet tkun stabbilita bħala li ma teżistix jew teżisti fi grad iżgħar, jekk il-parti falluta ma tkunx aċċettat pretensjoni ppreżentata fil-proċedimenti ta’ falliment u l-qorti tkun għadha ma għaddietx sentenza finali dwarha. Wara li l-estratt mil-lista jiġi ddikjarat infurzabbli, il-parti falluta tista’ tressaq l-oġġezzjoni li l-pretensjoni inkluża fil-lista ta’ talbiet ma tkunx teżisti jew teżisti fi grad iżgħar, billi tressaq azzjoni biex tiddikjara r-rikors ta’ eżekuzzjoni bħala wieħed mhux infurzabbli.

Il-kwistjoni tal-abbozzar tal-lista tal-pretensjonijiet fil-proċedimenti ta’ ristrutturar hija rregolata bl-Artikoli 84 – 102 tal-Att dwar ir-Ristrutturar.

Il-lista tal-pretensjonjiet titfassal mis-superviżur jew il-prattikant tal-insolvenza abbażi tal-kotba tal-kontabbiltà tad-debitur, id-dokumenti l-oħra tiegħu, entrati fir-reġistru tal-art u l-ipoteki u reġistri oħra. Fil-proċedimenti ta’ rimedju miftuħa fuq il-bażi ta’ talba simplifikata l-lista tal-pretensjonijiet titfassal kemm jista’ jkun fuq il-bażi tal-lista tal-pretensjonijiet imfassla fil-proċedimenti ta’ ristrutturar preċedenti. Jekk proposta ta’ arranġament tkun tinvolvi li l-kredituri jiġu diviżi fi gruppi, il-lista tal-pretensjonijiet titfassal filwaqt li titqies id-diviżjoni proposta.

Il-lista tal-pretensjonijiet b’mod separat tindika pretensjonijiet soġġetti għall-arranġament bil-liġi u pretensjonijiet soġġetti għall-arranġament bil-kunsens tal-kreditur.

Fil-proċedimenti ta’ arranġament aċċellerati d-debitur jista’ joġġezzjona għall-inklużjoni ta’ pretensjoni fil-lista tal-pretensjonijiet. Pretensjoni bħal din titqies bħala pretensjoni kkontestata. F’dan il-każ l-imħallef tal-falliment jimmodifika l-lista tal-pretensjoni u l-lista tal-pretensjonijiet ikkontestati kif xieraq.

Fil-proċedimenti ta’ arranġament u fil-proċedimenti ta’ rimedju, fi żmien ġimagħtejn minn meta titħabbar id-data għall-preżentazzjoni tal-lista tal-pretensjonijiet u l-lista tal-pretensjonijiet ikkontestati, il-parteċipanti fil-proċedimenti jistgħu jressqu oġġezzjoni għall-inklużjoni ta’ pretensjoni fil-lista tal-pretensjonijiet quddiem l-imħallef tal-falliment. Id-debitur jista’ joġġezzjona jekk il-lista tal-pretensjonijiet ma tkunx konformi mad-dikjarazzjoni tiegħu dwar l-ammissjoni jew ir-rifjut ta’ ammissjoni ta’ pretensjoni. Jekk id-debitur ma jkun għamel l-ebda dikjarazzjoni jista’ joġġezzjona biss jekk jagħti prova li ma jkun għamel l-ebda dikjarazzjoni għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tiegħu. Fl-istess limitu ta’ żmien, debitur jew kreditur li ma jkunx ġie inkluż fil-lista tal-pretensjonijiet jista’ joġġezzjona għax jitħalla barra mil-lista.

Oġġezzjoni magħmula wara dak il-limitu ta’ żmien jew li tkun inammissibbli għal raġunijiet oħra jew oġġezzjoni li jkun fiha nuqqasijiet mhux irrimedjati mill-parti li tkun ressqet l-oġġezzjoni jew li fir-rigward tagħha l-parti ma tkunx ħallset it-tariffa pagabbli fil-limitu ta’ żmien speċifikat tiġi miċħuda mill-imħallef tal-falliment.

L-imħallef tal-falliment jinjora dikjarazzjonijiet u evidenza mhux inklużi fl-oġġezzjoni sakemm il-parti li toġġezzjona ma tagħtix prova prima facie li ma tkunx inkludiethom fl-oġġezzjoni mingħajr ħtija tagħha stess jew dik li l-inklużjoni tard ta’ dikjarazzjonijiet u evidenza ma tkunx se ddewwem l-eżami tal-każ.

Il-fatti li jiġġustifikaw l-oġġezzjoni jistgħu jiġi ppruvati biss permezz ta’ evidenza dokumentata jew opinjoni esperta. Jekk il-pretensjoni tiġi aċċertat permezz ta’ sentenza finali tal-qorti, l-oġġezzjoni kontra l-inklużjoni tal-pretensjoni fil-lista tal-pretensjonijiet tista’ tkun ibbażata biss fuq l-attivitajiet li jseħħu wara l-għeluq tal-litigazzjoni li tkun ngħatat fiha s-sentenza.

L-oġġezzjoni tiġi eżaminata f’sessjoni mhux pubblika fi żmien xahrejn minn meta ssir, mill-imħallef tal-falliment, id-deputat tiegħu jew imħallef maħtur. Jekk l-imħallef li jeżamina l-oġġezzjoni jiddeċiedi li tkun meħtieġa seduta ta’ smigħ, dan jinnotifika lis-superviżur tal-qorti jew lill-prattikant tal-insolvenza, id-debitur u l-kreditur li jkunu ressqu l-oġġezzjoni u l-kreditur li l-pretensjoni tiegħu tkun ġiet oġġezzjonata. In-nuqqas tagħhom li jidhru quddiem il-qorti, anki jekk iġġustifikat, ma jwaqqafx il-ħruġ ta’ deċiżjoni. L-imħallef tal-falliment, id-deputat tiegħu jew imħallef maħtur jista’ jirrinunzja t-teħid ta’ evidenza bbażata fuq opinjoni esperta jekk l-espert ikun ħareġ opinjoni fi proċedimenti oħra quddiem qorti, qorti ta’ arbitraġġ jew korp amministrattiv. F’dan il-każ id-dokumenti li jkun fihom l-opinjoni esperta huma evidenza.

Deċiżjoni li tikkonċerna s-suġġett ta’ oġġezzjoni hija miftuħa għal appell mid-debitur, is-superviżur tal-qorti jew il-prattikanti tal-insolvenza u l-kredituri.

Il-lista tal-pretensjonijiet tiġi modifikata sa fejn speċifikat fid-deċiżjoni wara li d-deċiżjoni li tikkonferma l-oġġezzjoni ssir finali. Fil-proċedimenti aċċellerati ta’ arranġament il-lista tal-pretensjonijiet tiġi approvata mill-imħallef tal-falliment fil-laqgħa tal-kredituri.

Fil-proċedimenti ta’ arranġament u ta’ rimedju, l-imħallef tal-falliment japprova l-lista tal-pretensjonijiet wara li jiskadi l-limitu ta’ żmien għall-oġġezzjonijiet jew, jekk titressaq oġġezzjoni, wara li d-deċiżjoni dwar l-oġġezzjoni ssir finali.

L-imħallef tal-falliment japprova l-lista tal-pretensjonijiet mhux affettwati minn oġġezzjonijiet li jkunu għadhom ma ġewx soġġetti għal deċiżjoni finali jekk is-somma tal-pretensjonijiet ikkonċernati minn dawk l-oġġezzjonijiet tkun tammonta għal mhux aktar minn 15 % tal-pretensjonijiet kollha li jintitolaw lill-kredituri biex jivvutaw fuq arranġament. Il-proċedimenti dwar dawk l-oġġezzjonijiet ma jitkomplewx mill-qorti jew mill-imħallef tal-falliment jekk ma jkunux is-suġġett ta’ deċiżjoni finali sa meta ssir il-votazzjoni fuq l-arranġament.

Jekk jinstab li l-lista tal-pretensjonijiet tkun tinkludi pretensjoni li ma tkunx eżistenti b’mod sħiħ jew b’mod parzjali jew taqa’ taħt persuna oħra minbarra dik imsemmija bħala kreditur fil-lista, l-imħallef tal-falliment jista’ jneħħi l-pretensjoni mil-lista ex officio. Id-deċiżjoni biex titneħħa l-pretensjoni mil-lista tiġi notifikata lill-kreditur li tkun tikkonċerna, id-debitur u s-superviżur tal-prattikant tal-insolvenza. Dawk il-persuni ma jistgħux jappellaw kontra d-deċiżjoni.

Is-superviżur jew il-prattikant tal-insolvenza jfassal suppliment mal-lista tal-pretensjonijiet jekk wara li jkun ippreżenta l-lista titressaq pretensjoni li ma tkunx ġiet inkluża fil-lista.

Wara r-rifjut finali li tiġi approvata arranġament jew it-twaqqif finali tal-proċedimenti ta’ ristrutturar, estratt mil-lista approvata tal-pretensjonijiet li jindika l-isem tal-kreditur u l-pretensjoni tiegħu jservi bħala rikors ta’ eżekuzzjoni kontra d-debitur.

Wara l-approvazzjoni finali ta’ arranġament, estratt mil-lista approvata tal-pretensjonijiet flimkien ma’ silta minn deċiżjoni finali li tapprova l-arranġament jservi bħala rikors ta’ eżekuzzjoni kontra d-debitur u l-parti li tkun ipprovdiet it-titolu li jiggarantixxi l-implimentazzjoni tal-arranġament, jekk dokument li jikkonferma t-titolu jkun ġie ppreżentat lill-qorti, u kontra l-parti li tkun meħtieġa tagħmel ħlas addizzjonali, jekk l-arranġament ikun jistipula ħlasijiet addizzjonali bejn il-kredituri.

Id-debitur jista’ jitlob li pretensjoni li tkun inkluża fil-lista tal-pretensjonijiet tiġi stabbilita bħala li ma teżistix jew teżisti fi grad iżgħar, jekk id-debitur ikun ressaq oġġezzjoni fil-proċedimenti ta’ ristrutturar u l-qorti tkun għad trid tagħti deċiżjoni finali dwar il-pretensjoni.

Wara li l-estratt mil-lista approvata tal-pretensjonijiet jiġi ddikjarat infurzabbli, id-debitur jista’ jressaq l-oġġezzjoni li pretensjoni li tkun inkluża fil-lista tal-pretensjonijiet ma tkunx teżisti jew teżisti fi grad iżgħar billi jippreżenta azzjoni biex ir-rikors ta’ eżekuzzjoni jiġi ddikjarat mhux infurzabbli.

13 Liema huma r-regoli li jirregolaw it-tqassim tal-assi wara tmiem il-proċedimenti? Kif jiġu kklassifikati t-talbiet u d-drittijiet tal-kredituri?

Fil-proċedimenti ta’ falliment ir-regoli li jirregolaw id-distribuzzjoni tal-qligħ huma stabbiliti fl-Artikoli 335-351 tal-Att dwar il-Fallimenti.

L-ewwel jiġu koperti l-ispejjeż tal-proċedimenti imbagħad, jekk il-qligħ jippermetti, obbligazzjonijiet oħra tal-patrimonju tal-falliment bħala s-somom rilevanti jiżdiedu mal-patrimonju tal-falliment.

Il-pretensjonijiet ta’ manteniment għall-perjodu wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment jiġu ssodisfati mir-riċevitur meta dawn ikunu dovuti, sakemm jiġi abbozzat il-pjan ta’ distribuzzjoni finali, kull darba għal kull parti intitolata f’ammont mhux ogħla mill-paga minima. Il-pretensjonijiet li jifdal minn dawk il-pretensjonijiet ta’ manteniment ma jiġux issodisfati mill-patrimonju tal-falliment.

Il-pretensjonijiet li għandhom jitħallsu mill-patrimonju tal-falliment (wara li jiġu koperti l-ispejjeż kollha tal-proċedimenti, l-obbligazzjonijiet tal-patrimonju tal-falliment u l-pretensjonijiet ta’ manteniment) jaqgħu fil-kategoriji li ġejjin:

  1. l-ewwel kategorija - pretensjonijiet taħt xi relazzjoni ta’ impjieg għall-perjodu qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment (tapplika mutatis mutandis għall-pretensjonijiet tal-Fond għall-Benefiċċji Garantiti tal-Impjegat għall-ħlas lura, barra mill-patrimonju tal-falliment, ta’ benefiċċji mħallsa lill-impjegati tal-parti tal-fallut), ħlief għal pretensjonijiet fir-rigward tar-remunerazzjoni tar-rappreżentanti tal-parti falluta jew tal-persuna li twettaq azzjonijiet relatati mal-immaniġġjar ta’ jew is-superviżjoni fuq l-intrapriżza tal-parti falluta, il-pretensjonijiet tal-bdiewa taħt kuntratti għall-provvista ta’ prodotti mill-irziezet tagħhom stess, il-pretensjonijiet ta’ manteniment u benefiċċji mħallsa bħala kumpens għall-mard, l-inkapaċità għax-xogħol, diżabbiltà jew mewt u annwalità mogħtija bi skambju għad-drittijiet taħt ftehim ta’ annwalità għall-aħħar tliet snin qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment, il-pretensjonijiet fir-rigward ta’ kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni soċjali u l-pretensjonijiet li jkunu tressqu fi proċedimenti ta’ ristrutturar attribwibbli għall-azzjonijiet tal-prattikant tal-insolvenza jew il-pretensjonijiet attribwibbli għall-azzjonijiet tad-debitur imwettqa wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ ristruttrar, li ma jeħtieġux il-kunsens tal-kumitat tal-kredituri jew il-kunsens tas-superviżur tal-qorti jew imwettaqa bil-kunsens tal-kumitat tal-kredituri jew il-kunsens tas-superviżur tal-qorti, jekk ikun ġie ddikjarat falliment bħala riżultat tal-eżami ta’ applikazzjoni ta’ falliment simplifikata, kif ukoll il-pretensjonijiet li jikkonċernaw krediti, self, bonds, garanziji jew ittri ta’ kreditu jew iffinanzjar ieħor stipulat fl-arranġament adottati fil-proċedimenti ta’ ristrutturar u mogħtija fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dak l-arranġament, jekk ikun ġie ddikjarat falliment bħala riżultat tal-eżami ta’ applikazzjoni ta’ falliment ippreżentata mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-kanċellazzjoni finali tal-arranġament;
  2. it-tieni kategorija - pretensjonijiet oħra, jekk ma jintlaħqux f’kategoriji oħra, b’mod partikolari taxxi u imposti pubbliċi kif ukoll pretensjonijiet oħra fir-rigward ta’ kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni soċjali;
  3. it-tielet kategorija - imgħax fuq pretensjonijiet inklużi fil-kategoriji ta’ hawn fuq, fl-ordni li fiha jitħallsu l-ammonti prinċipali kif ukoll multi tal-qorti u amministrattivi u pretensjonijiet rigward donazzjonijiet u legati;
  4. ir-raba’ kategorija - pretensjonijiet tas-sħab jew tal-azzjonisti rigward self jew att legali ieħor b’effetti simili, speċjalment il-provvista ta’ oġġetti b’imgħax fuq termini differiti lill-parti falluta li kienet kumpanija kapitali fil-ħames snin qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment.

Jekk is-somma li għandha tiġi distribwita ma tkunx biżżejjed biex tissodisfa l-pretensjonijiet kollha, il-pretensjonijiet tal-kategorija li jmiss jiġu ssodisfati biss wara li jiġu ssodisfati bis-sħiħ it-talbiet tal-kategorija preċedenti u jekk is-somma li għandha tiġi distribwita ma tkunx biżżejjed biex tissodisfa l-pretensjonijiet kollha ta’ kategorija partikolari, dawk il-pretensjonijiet jiġu ssodisfati proporzjonalment għall-ammont ta’ kull waħda minnhom.

Il-pretensjonijiet garantiti b’ipoteka, rahan, rahan irreġistrat, rahan fiskali u ipoteka marittima kif ukoll drittijiet li jiskadu skont id-dispożizzjonijiet tal-Att u l-effetti tal-iżvelar tad-drittijiet personali u pretensjonijiet li jaggravaw proprjetà immobbli, id-dritt għal użufrutt perpetwu, id-dritt tas-sjieda ta’ membru ta’ kooperattiva għall-bini residenzjali jew bastiment li jbaħħar imdaħħal fir-reġistru tat-tbaħħir, jiġu ssodisfati mis-somma miksuba permezz tal-likwidazzjoni tal-parti ggravata nieqes l-ispejjeż tal-likwidazzjoni ta’ dik il-parti u spejjeż oħra tal-proċedimenti ta’ falliment f’ammont mhux ogħla minn wieħed minn għaxra tas-somma miksuba permezz tal-likwidazzjoni; madankollu, il-parti mnaqqsa tal-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ falliment ma tistax tkun ogħla mill-parti li tikkorrispondi għall-proporzjon tal-valur tal-oġġett iggravat għall-valur tal-patrimonju totali tal-falliment. Dawk il-pretensjonijiet u drittijiet jiġu ssodisfati fl-ordni tal-prijorità tagħhom. Jekk is-somma miksuba permezz tal-likwidazzjoni tal-parti ggravata tintuża biex jiġu ssodisfati iż-żewġ pretensjonijiet garantiti minn ipoteka u d-drittijiet li jiskadu kif ukoll drittijiet u pretensjonijiet personali, il-prijorità tiddependi fuq il-mument li d-dħul ta’ ipoteka, id-dritt jew il-pretensjoni fir-reġistru tal-art u l-ipoteki jibda jkollhom effett.

Il-pretensjonijiet kollaterali koperti mit-titolu skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidadispożizzjonijiet separati jiġu ssodisfati f’miżura ugwali mal-pretensjonijiet ta’ hawn fuq. Is-somma li taqa’ taħt il-kreditur l-ewwel tiġi kkalkulata u mqabbla mal-pretensjoni prinċipali, imbagħad mal-imgħax u pretensjonijiet kollaterali oħra, filwaqt li l-ispejjeż tal-proċedimenti jiġu koperti fl-aħħar.

Jekk proprjetà immobbli, dritt għal użufrutt perpetwu, dritt ta’ sjieda ta’ membru ta’ kooperattiva għal bini residenzjali jew bastiment li jbaħħar imdaħħal fir-reġistru tat-tbaħħir jinbiegħ qabel ma jissodisfa l-pretensjonijiet garantiti b’ipoteka jew b’ipoteka marittima u drittijiet oħra, inklużi drittijiet personali u pretensjonijiet li jkunu ggravaw l-oġġett mibjugħ u li jkun skada bħala riżultat tal-bejgħ, jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet ta’ manteniment kif ukoll jitħallsu benefiċċji bħala kumpens għall-mard, inkapaċità għax-xogħol, diżabbiltà jew mewt u annwalità mogħtija bi skambju għal drittijiet taħt ftehim ta’ annwalità għall-perjodu wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment u r-remunerazzjoni għax-xogħol tal-impjegati mwettaq fuq il-proprjetà immobbli, bastiment jew bini għat-tliet xhur qabel il-bejgħ iżda sa tliet darbiet l-ammont tal-paga minima biss.

Fil-proċedimenti ta’ ristrutturar il-pretensjonijiet jiġu ssodisfati skont l-arranġament approvat mill-qorti. Ir-regoli li jirregolaw il-laqgħa tal-pretensjonijiet huma stipulati fl-Artikoli 155-163 tal-Att dwar ir-Ristrutturar.

L-arranġament jista’ jipprovdi għad-diviżjoni tal-kredituri fi gruppi li jinkludu kategoriji differenti ta’ interessi, b’mod partikolari:

  • kredituri bi pretensjonijiet taħt relazzjoni ta’ impjieg li jkunu qablu li jkunu koperti mill-arranġament;
  • bdiewa bi pretensjonijiet li jikkonċernaw il-provvista ta’ prodotti mir-razzett tagħhom stess;
  • kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom huma garantiti fuq l-assi tad-debitur permezz ta’ ipoteka, rahan, rahan irreġistrat, rahan fiskali jew ipoteka marittima kif ukoll bit-trasferiment tas-sjieda ta’ oġġett, pretensjoni jew dritt ieħor lill-kreditur u li jkunu qablu li jkunu koperti b’tali arranġament;
  • kredituri li jkunu sħab jew azzjonisti ta’ debitur li jkun kumpanija kapitali, li jkollhom l-ishma tal-kumpanija li jipprovdulhom mill-inqas 5% tal-voti fil-laqgħa tas-sħab jew fil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti,

It-termini tar-ristrutturar tal-obbligazzjonijiet tad-debitur huma l-istess għall-kredituri kollha u jekk il-votazzjoni fuq l-arranġament ssir fi gruppi ta’ kredituri, l-istess għall-kredituri inklużi fl-istess grupp, sakemm kreditur ma jaqbilx espressament għal termini inqas favorevoli.

L-applikazzjoni ta’ termini aktar favorevoli għar-ristrutturar tal-obbligazzjonijiet tad-debitur hija aċċettabbli għal kreditur li, wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ ristrutturar, ikun ta jew jkun se jagħti finanzjament fil-forma ta’ kreditu, bonds, garanziji bankarji, ittri ta’ kreditu jew ibbażati fuq strument finanzjarju ieħor, meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-arranġament.

It-termini ta’ pretensjonijiet ta’ ristrutturar taħt relazzjoni ta’ impjieg ma jistgħux iċaħħdu lill-impjegati mill-paga minima.

Ir-ristrutturar japplika bl-istess mod għall-obbligi finanzjarji u mhux finanzjarji. Jekk fi żmien ġimgħa minn meta jirċievi notifika tad-data tal-laqgħa tal-kredituri b’kopja tal-proposta tal-arranġament l-kreditur ikun oġġezzjona għar-ristrutturar tal-pretensjoni tiegħu bħala pretensjoni mhux monetarja, billi jissottometti dikjarazzjoni lis-superviżur jew lill-prattikant tal-insolvenza, jew minħabba n-natura tal-pretensjoni mhux monetarja r-ristrutturar ma jkunx possibbli, dik il-pretensjoni tinbidel fi pretensjoni monetarja. Dak l-effett jinħoloq meta jinfetħu l-proċedimenti.

It-termini tar-ristrutturar tal-pretensjonijiet imsemmija fl-Artikolu 161(1)(3) jistgħu jiġu differenzjati skont il-prijorità tagħhom.

14 Liema huma l-kundizzjonijiet għal, u l-effetti tal-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza (b'mod partikolari b'miżura komposta)?

Il-proċedimenti ta’ falliment jingħalqu mill-qorti wara l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ distribuzzjoni finali jew meta fil-kors tal-proċedimenti l-kredituri kollha jkunu ġew issodisfati.

Fil-jum li fih issir finali d-deċiżjoni li tagħlaq il-proċedimenti ta’ falliment, il-parti falluta terġa’ tikseb id-dritt li timmaniġġja u tiddisponi mill-assi tagħha.

Wara l-għeluq tal-proċedimenti ta’ falliment, kwalunkwe proċedimenti pendenti miftuħa mir-riċevitur biex jiddikjara azzjoni mwettqa mill-parti falluta invalida għad-detriment tal-kredituri jiġu mitmuma u l-pretensjonijiet reċiproċi għall-irkupru tal-ispejjeż proċedurali jiskadu. Fi proċedimenti ċivili oħra, il-parti falluta tieħu post ir-riċevitur.

Fit-30 jum wara t-tħabbir tad-deċiżjoni għall-għeluq tal-proċedimenti ta’ falliment, parti falluta li tkun persuna fiżika tista’ tissottometti talba għall-abbozzar ta’ pjan ta’ ħlas tal-kreditur u għall-kwittanza tad-dejn li jkun baqa’ li ma jkunx ġie ssodisfat fil-proċedimenti ta’ falliment. Il-qorti tirrifjuta t-talba jekk il-parti falluta tkun ikkawżat l-insolvenza tiegħu jew tkun żiedet b’mod sostanzjali l-iskala jew intenzjonalment jew minħabba negliġenza serja u jekk:

  1. l-evidenza fil-każ tindika fatti li jkunu joffru raġunijiet biex il-parti falluta tiġi skwalifikata milli twettaq negozju bħala persuna li taħdem għal rasha jew bħala parti minn sħubija ta’ liġi ċivili u milli taġixxi bħala membru ta’ bord ta’ sorveljanza, membru ta’ kumitat tal-awditjar, rappreżentant ta’ persuna fiżika li tmexxi attività ta’ negozju fl-istess fergħa tan-negozju, ta’ kumpanija kummerċjali, intrapriża tal-istat, kooperattiva, fondazzjoni jew assoċjazzjoni jew
  2. il-parti falluta ma tkunx wettqet b’mod xieraq l-obbligi imposti fuqha fil-proċedimenti ta’ falliment jew
  3. fil-perjodu ta’ għaxar snin qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tal-falliment, il-parti falluta kienet soġġetta għal proċedimenti ta’ falliment fejn id-djun kollha jew parti minnhom kienu rilaxxati, sakemm l-insolvenza tal-parti falluta jew l-iskala tagħha ma tkunx żdiedet minkejja d-diliġenza dovuta min-naħa tal-parti falluta jew
  4. fil-perjodu ta’ għaxar snin qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tal-falliment il-pjan ta’ ħlas tal-kreditur abbozzat għall-parti falluta jkun ġie kkanċellat skont l-Artikolu 370e(1) jew (2) jew l-Artikolu 49120 jew
  5. fil-perjodu ta’ għaxar snin qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tal-falliment tkun instabet azzjoni legali mwettqa mill-parti falluta, fi proċedimenti finali, li tkun detrimentali għall-kredituri

- sakemm il-kwittanza tal-bqija tad-dejn tal-parti falluta ma tkunx ġustifikata għar-raġunijiet ta’ ekwità jew ħtieġa umanitarja.

Fid-deċiżjoni tagħha dwar l-abbozzar tal-pjan tal-ħlas tal-kreditur il-qorti tispeċifika sa liema grad u f’liema żmien (mhux aktar minn 36 xahar) id-debitur għandu jħallas id-djun imdaħħla fil-lista tal-pretensjonijiet u mhux imħallsa waqt proċedimenti ta’ falliment abbażi tal-pjanijiet ta’ distribuzzjoni pjanijiet u liema parti mill-obbligazzjonijiet tal-parti falluta li jirriżultaw qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment se tiġi rilaxxata wara l-implimentazzjoni tal-pjan tal-ħlas tal-kreditur. Waqt li jkun qed jiġi implimentat il-pjan tal-ħlas tal-kreditur, ma jistgħux jinfetħu proċedimenti ta’ infurzar fir-rigward ta’ pretensjonijiet li jkunu rriżultaw qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment (ħlief pretensjonijiet li jirriżultaw mill-obbligi msemmija fl-Artikolu 370f (2) u pretensjonijiet mhux żvelati mill-parti falluta jekk il-kreditur ma jkunx ipparteċipa fil-proċedimenti), u l-parti falluta ma tista’ lanqas twettaq azzjonijiet legali li jistgħu jdgħajfu l-kapaċità tagħha li timplimenta l-pjan tal-ħlas tal-kreditur (f’każijiet eċċezzjonali l-qorti tista’, fuq talba tal-parti falluta, tagħti l-kunsens għal jew tapprova tali azzjoni legali).

Sal-aħħar ta’ April ta’ kull sena l-parti falluta trid tippreżenta rapport lill-qorti dwar l-implimentazzjoni tal-pjan tal-ħlas tal-kreditur għas-sena kalendarja ta’ qabel, tiżvela d-dħul iġġenerat, l-ammonti mħallsa lura u l-assi akkwistati b’valur ogħla mir-remunerazzjoni medja fix-xahar fis-settur tal-intrapriżi eskluż il-ħlas ta’ dividend fuq il-profitti fit-tielet kwart tas-sena ta’ qabel.

Fuq talba tal-parti falluta jew wara li tisma’ lill-kredituri, il-qorti tista’ temenda l-pjan tal-ħlas tal-kreditur jekk il-parti falluta ma tkunx tista’ tissodisfa l-obbligi stabbiliti f’dak il-pjan. Tista’ wkoll testendi l-perjodu għar-rifużjoni tad-djun sa mhux aktar minn 18-il xahar.

Jekk is-sitwazzjoni ekonomika tal-parti falluta titjieb b’mod sostanzjali waqt li l-pjan tal-ħlas tal-kreditur ikun qed jiġi implimentat u dak it-titjib ikun jista’ jiġi attribwit għal kawżi barra minn żieda fil-pagi jew dħul iġġenerat mill-attività kummerċjali mwettqa personalment mill-parti falluta, il-kreditur u l-parti falluta jistgħu jressqu talba biex jiġi emendat il-pjan tal-ħlas tal-kreditur. Il-qorti toħroġ deċiżjoni dwar l-emenda tal-pjan tal-ħlas tal-kreditur wara li tisma’ lill-parti falluta u l-kredituri koperti mill-pjan tal-ħlas.

Il-qorti, waqt li taġixxi ex officio jew fuq talba tal-kreditur, tikkanċella l-pjan tal-ħlas tal-kreditur jekk il-parti falluta tonqos milli twettaq l-obbligi speċifikati fil-pjan tal-ħlas tal-kreditur wara li tkun semgħet il-parti falluta u l-kredituri koperti mill-pjan tal-ħlas, sakemm in-nuqqas li jitwettqu l-obbligi jkun insinifikanti jew il-kwittanza tal-bqija tad-dejn tal-parti falluta ma tkunx ġustifikata fuq il-bażi ta’ ekwità jew ħtieġa umanitarja; dan japplika mutatis mutandis jekk il-parti falluta:

  1. ma tkunx ippreżentat rapport dwar l-implimentazzjoni tal-pjan tal-ħlas tal-kreditur fil-ħin;
  2. tkun naqset milli tiżvela d-dħul iġġenerat jew l-assi akkwistati fir-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-pjan tal-ħlas tal-kreditur;
  3. tkun wettqet azzjoni legali li tista’ ddgħajjef il-kapaċità tagħha li timplimenta l-impjant tal-ħlas tal-kreditur mingħajr il-kunsens tal-qorti jew dik l-azzjoni ma tkunx ġiet approvata mill-qorti;
  4. tkun ħbiet xi assi jew tinstab, b’deċiżjoni finali, li tkun wettqet azzjoni legali għad-detriment tal-kredituri.

Jekk jiġi kkanċellat il-pjan tal-ħlas, l-obbligazzjonijiet tal-parti falluta ma jiġux rilaxxati.

Il-qorti toħroġ deċiżjoni li tikkonferma l-implimentazzjoni tal-pjan tal-ħlas u r-rilaxx tal-obbligazzjonjiet tal-parti falluta li jkunu rriżultaw qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment u ma jkunux ġew issodisfati permezz tal-implimentazzjoni tal-pjan tal-ħlas tal-kreditur wara li l-parti falluta tkun wettqet l-obbligi speċifikati fil-pjan tal-ħlas tal-kreditur. Il-pretensjonijiet ta’ manteniment, l-obbligazzjonijiet relatati mal-benefiċċji mħallsa bħala kumpens għall-mard, l-inkapaċità għax-xogħol, diżabbiltà jew mewt, multi pagabbli imposti mill-qorti kif ukoll l-obbligi ta’ kumpens għad-dannu u t-tbatija mġarrba, l-obbligi ta’ ħlas għal dannu supplimentari jew flus aġġudikati mill-qorti bħala miżura penali jew ta’ prova kif ukoll obbligi ta’ kumpens għad-danni li jirriżultaw minn reat li jinstab li jkun seħħ f’sentenza finali u pretensjonijiet li l-parti falluta intenzjonalment naqset milli tiżvela, jekk il-kreditur ma jkunx ħa sehem fil-proċedimenti, ma jiġux rilaxxati.

Il-bidliet fir-relazzjonijiet legali magħmula skont id-dispożizzjonijiet tal-Att jkunu vinkolanti għall-parti falluta u għall-parti l-oħra anki wara l-għeluq tal-proċedimenti ta’ falliment, sakemm id-dispożizzjonijiet ta’ att leġiżlattiv separat ma jistipulawx mod ieħor.

Il-proċedimenti ta’ ristrutturar jingħalqu meta d-deċiżjoni tal-qorti li tapprova jew tirrifjuta li tapprova l-arranġament ssir finali. Wara, id-debitur jerġa’ jikseb id-dritt li jimmaniġġja l-assi tiegħu jekk ikun ġie mċaħħad li jagħmel dan jew jekk dan kien limitat, sakemm l-arranġament ma jistipulax mod ieħor (l-Artikolu 171 tal-Att dwar ir-Ristrutturar).

Wara l-implimentazzjoni tal-arranġament jew wara l-infurzar tal-pretensjonijiet koperti mill-arranġament, il-qorti, fuq talba tad-debitur, is-superviżur tal-arranġament jew persuna oħra intitolata skont l-arranġament biex jimplimentaw jew jissorveljaw l-arranġament, toħroġ deċiżjoni li tikkonferma l-implimentazzjoni tal-arranġament (l-Artikolu 172 tal-Att dwar ir-Ristrutturar).

15 X'inhuma d-drittijiet tal-kredituri wara l-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza?

Jekk wara l-għeluq tal-proċedimenti ta’ falliment kontra persuni fiżiċi li jwettqu attività ekonomika jew professjonali jiġi abbozzat pjan tal-ħlas, il-kreditur jista’ jitlob lill-qorti biex tikkanċella l-pjan tal-ħlas tal-kreditur jekk il-parti falluta tonqos milli twettaq l-obbligi speċifikati fil-pjan jew tonqos milli tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni tal-pjan fil-ħin, tonqos milli tiżvela d-dħul iġġenerat jew l-assi akkwistati fir-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-pjan tal-ħlas tal-kreditur, twettaq azzjoni legali mingħajr il-kunsens tal-qorti li tista’ ddgħajjef il-kapaċità tagħha li timplimenta l-pjan tal-ħlas tal-kreditur jew dik l-azzjoni ma tkunx ġiet approvata mill-qorti, tonqos milli tiżvela l-assi tagħha jew tinstab, b’deċiżjoni finali, li tkun wettqet azzjoni legali għad-detriment tal-kredituri (l-Artikolu 370e tal-Att dwar il-Fallimenti).

Fil-proċedimenti ta’ ristrutturar il-kreditur jista’ jitlob lill-qorti biex tikkanċella l-arranġament jekk id-debitur ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet tagħha jew ikun ovvju li l-arranġament ma jkunx se jiġi implimentat (ikun preżunt li l-arranġament mhux se jiġi implimentat jekk id-debitur jonqos milli jissodisfa l-obbligazzjonijiet approvati wara l-approvazzjoni tal-arranġament). Il-parti li tagħmel it-talba tista’ tappella kontra deċiżjoni li tirrifjuta t-talba (l-Artikolu 176 tal-Att dwar ir-Ristrutturar).

Jekk l-arranġament jiġi kkanċellat jew jiskadi, il-kredituri eżistenti jistgħu jaffermaw il-pretensjonijiet tagħhom fl-ammonti oriġinali u s-somom imħallsa bbażati fuq l-arranġament jingħaddu magħhom. Ipoteka, rahan, rahan irreġistrat, rahan fiskali jew ipoteka marittima jassiguraw pretensjoni sal-ammont li jkun għad irid jiġi ssodisfat (l-Artikolu 177 tal-Att dwar ir-Ristrutturar).

16 Min għandu jagħmel tajjeb għall-kostijiet u l-ispejjeż involuti fil-proċedimenti ta' insolvenza?

Il-proċedimenti ta’ falliment bażikament jinvolvu żewġ stadji, jiġifieri proċedimenti għad-dikjarazzjoni ta’ falliment u proċedimenti wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment.

L-ewwel jiġu koperti l-ispejjeż tal-proċedimenti għad-dikjarazzjoni ta’ falliment mill-ħlas bil-quddiem magħmul mill-applikant f’ammont ekwivalenti għar-remunerazzjoni medja ta’ kull xahar fis-settur tal-intrapriżi eskluż il-ħlas ta’ dividend fuq il-profitti fit-tielet kwart tas-sena ta’ qabel kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika. Jekk il-proċedimenti jinfetħu fuq talba tal-kreditur, l-ispejjeż tagħhom jitħallsu mill-parti falluta jekk jiġi ddikjarat falliment jew jekk it-talba tkun miċħuda minħabba l-insuffiċenza tal-patrimonju.

L-ispejjeż tal-proċedimenti wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment jiġu koperti mill-patrimonju tal-falliment. Jekk l-assi tad-debitur insolventi ma jkunux biżżejjed biex ikopru l-ispejjeż tal-proċedimenti jew jekk ikunu biżżejjed biex ikopru dawk l-ispejjeż biss, il-qorti tirrifjuta l-applikazzjoni tal-falliment.

L-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ ristrutturar jitħallsu mid-debitur. L-ispejjeż, pagabbli minn debitur imċaħħad mid-dritt li jimmaniġġja, jitħallsu mill-prattikant tal-insolvenza fuq talba tal-qorti jew tal-imħallef tal-falliment.

Il-parteċipanti fi proċedimenti jħallsu l-ispejjeż relatati mal-parteċipazzjoni tagħhom.

L-ispejjeż tal-proċedimenti miftuħa wara oġġezzjoni għall-inklużjoni ta’ pretensjoni ta’ kreditur ieħor huma pagabbli mid-debitur lill-kreditur li jkun oġġezzjona jekk l-oġġezzjoni tkun irriżultat f’rifjut li tiġi inkluża l-pretensjoni kkontestata, sakemm id-debitur ma jkunx ikkontesta l-inklużjoni tal-pretensjoni fil-lista tal-pretensjonijiet f’dikjarazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 86(2)(9) jew ressaq oġġezzjoni.

17 X'inhuma r-regoli li għandhom x'jaqsmu man-nullità, l-annullabbiltà u n-nuqqas ta' eżekutorjetà ta' atti ġuridiċi detrimentali għall-korp ġenerali ta' kredituri?

Fil-proċedimenti ta’ falliment l-azzjonijiet legali mwettqa mill-parti falluta fir-rigward tal-patrimonju tal-falliment jsiru nulli. Id-disponiment mill-parti falluta tal-wirt kollu jew parti minnu jew ta’ sehem ta’ wirt isir null wkoll, bħalma huwa d-disponiment ta’ dik il-parti ta’ sehem f’oġġett inkluż fil-wirt u l-kunsens ta’ dik il-parti għal werriet ieħor li jiddisponi minn sehem f’oġġett inkluż fil-wirt.

Taħt piena ta’ nullità, il-kunsens tal-kumitat tal-kredituri huwa meħtieġ għall-azzjonijiet li ġejjin (l-Artikolu 206 tal-Att dwar il-Fallimenti):

  1. l-immaniġġjar kontinwu tal-intrapriża mir-riċevitur jekk ikun se jdum aktar minn tliet xhur wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment;
  2. ir-rinunzja tal-bejgħ tal-intrapriża fit-totalità tagħha;
  3. il-bejgħ dirett tal-assi inklużi fil-patrimonju tal-falliment;
  4. il-kuntrattar ta’ self jew krediti u l-aggravar tal-assi tal-parti falluta bi drittijiet ta’ proprjetà limitati;
  5. l-ammissjoni, ir-rinunzja ta’ dħul f’arranġament rigward il-pretensjonijiet ikkontestati u t-tressiq ta’ tilwima quddiem qorti ta’ arbitraġġ.

Tista’ tiġi invokata eċċezzjoni meta waħda mill-azzjonijiet ta’ hawn fuq ikollha ssir immedjatament u tkun tikkonċerna valur ta’ mhux aktar minn PLN 10 000, f’liema każ ir-riċevitur, is-superviżur tal-qorti jew il-prattikant tal-insolvenza jistgħu jwettquha mingħajr il-kunsens tal-kumitat.

Barra minn hekk, il-kunsens tal-kumitat tal-kredituri mhuwiex meħtieġ għall-bejgħ ta’ assi mobbli jekk il-valur stmat tal-assi mobbli kollha inklużi fil-patrimonju tal-falliment, kif indikat fl-inventarju, ma jkunx ogħla minn PLN 50 000 u għall-bejgħ ta’ pretensjonijiet u drittijiet oħra, jekk il-valur nominali tal-pretensjonijiet u drittijiet oħra inklużi fil-patrimonju tal-falliment, kif indikat fl-inventarju, ma jkunx ogħla minn PLN 50 000. Dan japplika wkoll għall-kunsens għall-bejgħ ta’ pretensjonijiet u drittijiet oħra jekk il-valur nominali tal-pretensjonijiet u d-drittijiet l-oħra kollha inklużi fil-patrimonju tal-falliment, kif indikat fil-lista tal-pretensjonijiet, ma jkunx ogħla mill-ekwivalenti ta’ PLN 50 000.

Daħla fir-reġistru tal-art u l-ipoteki jew reġistru ieħor li jaggrava l-assi tal-parti falluta bi dritt ta’ proprjetà limitat magħmula mingħajr il-kunsens meħtieġ skont l-Artikolu 1 hija soġġetta għal tneħħija ex officio. Il-bażi għat-tneħħija hija deċiżjoni finali mill-imħallef tal-falliment li jkun jidhirlu li l-entrata tkun inammissibbli (l-Artikolu 206(5) tal-Att dwar il-Fallimenti).

L-imħallef tal-falliment jispeċifika l-azzjonijiet li m’għandhomx jitwettqu mir-riċevitur mingħajr il-kunsens tiegħu jew mingħajr il-kunsens tal-kumitat tal-kredituri. Dan ifisser li l-imħallef tal-falliment jista’ jestendi l-katalogu tal-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 206 li jeħtieġu l-kunsens tal-kumitat tal-kredituri taħt piena ta’ nullità.

L-azzjonijiet legali li bihom il-parti falluta tiddisponi mill-assi tagħha fit-12-il xahar qabel ma tippreżenta l-applikazzjoni tal-falliment isiru nulli jekk ikunu twettqu bla ħlas jew bil-ħlas imma l-valur tat-twettiq tal-parti falluta manifestament ikun qabeż il-korrispettiv miksub minn dik il-parti jew riżervat għal dik il-parti jew għal parti terza. Din ir-regola tapplika wkoll mutatis mutandis għal soluzzjoni bil-qorti, ammissjoni għal pretensjoni u rinunzja għal pretensjoni.

Barra minn hekk, it-titolu ta’ sigurtà għal u l-ħlas lura tad-dejn mhux dovut għall-ħlas ma għandhom l-ebda effett jekk jitwettqu mill-parti falluta fis-sitt xhur qabel ma tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni tal-falliment. Madankollu, il-parti li tkun kisbet il-ħlas jew it-titolu ta’ sigurtà tista’, permezz ta’ pretensjoni jew oġġezzjoni, tfittex l-ammissjoni ta’ dawk l-azzjonijiet bħala effettivi jekk ma kinitx taf bl-eżistenza ta’ raġunijiet għal falliment fiż-żmien meta twettqu dawk l-azzjonijiet.

Ir-regoli ta’ hawn fuq ma japplikawx għal titoli ta’ sigurtà stabbiliti qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment b’konnessjoni ma’ operazzjonijiet finanzjarji forward / tal-futuri, self ta’ strumenti finanzjarji jew il-bejgħ ta’ titoli ta’ sigurtà taħt ftehimiet ta’ xiri mill-ġdid imsemmi fl-Artikolu 85(1).

Fuq talba ta’ parti terza, l-imħallef tal-falliment jista’ jordna li l-prestazzjoni reċiproka ta’ dik il-persuna titreġġa’ lura mill-patrimonju tal-falliment, jekk din il-presazzjoni tkun ngħatat b’konnessjoni ma’ azzjoni legali minn dik il-parti terza u l-parti falluta fir-rigward ta’ proprjetà inkluża fil-patrimonju tal-falliment. Id- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidadispożizzjonijiet fuq il-prestazzjoni mhux xierqa japplikaw mutatis mutandis għal din it-tip ta’ prestazzjoni. Ir-restituzzjoni ta’ din il-prestazzjoni tista’ tiġi ordnata jekk l-azzjoni legali tkun seħħet wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment u qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni dwar il-falliment fir-Reġistru, filwaqt li l-parti terza li teżerċita diliġenza dovuta ma setgħetx tkun taf bid-dikjarazzjoni ta’ falliment (l-Artikolu 77 tal-Att dwar ir-Ristrutturar).

L-assenjazzjoni ta’ pretensjoni futura m’għandhiex effett fir-rigward tal-patrimonju tal-falliment jekk dik il-pretensjoni tiġi ppreżentata wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment, sakemm il-ftehim li jassenja l-pretensjoni ma kienx ġie konkluż sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel il-preżentazzjoni, f’data ċċertifikata, ta’ applikazzjoni tal-falliment bil-miktub.

Azzjoni legali mwettqa bil-ħlas tiġi ddikjarata invalida fir-rigward tal-patrimonju tal-falliment mill-imħallef tal-falliment ex officio jew fuq it-talba tar-riċevitur jekk tkun twettqet mill-parti falluta fis-sitt xhur qabel ma tkun ippreżentat l-applikazzjoni tal-falliment mal-konjuġi tagħha, qarib, inkluż biż-żwieġ, fil-linja diretta, qarib, inkluż biż-żwieġ, fil-linja kollaterali sat-tieni grad inklussiv, ma’ persuna f’relazzjoni attwali mal-individwu fallut, li tkun tmexxi familja miegħu jew li tkun il-ġenitur adottiv jew it-tifel / it-tifla tiegħu, sakemm il-parti l-oħra fl-azzjoni ma tagħtix prova li l-interess tal-kredituri ma tkunx ġratlu l-ħsara. Jista’ jsir appell kontra d-deċiżjoni mill-imħallef tal-falliment.

Ir-regola ta’ hawn fuq tapplika wkoll għal azzjonijiet imwettqa mill-parti falluta ma’ kumpanija li fiha tkun membru tal-bord jew l-uniku sieħeb jew azzjonist u ma’ kumpaniji li fihom il-persuni msemmija fl-ewwel paragrafu jkunu membri tal-bord jew sħab uniċi jew azzjonisti. Tapplika wkoll mutatis mutandis għal azzjonijiet imwettqa minn parti falluta li tkun kumpanija jew persuna ġuridika, jekk titwettaq mas-sħab tagħha, ir-rappreżentanti jew konjuġi tagħhom u ma’ kumpaniji affiljati, is-sħab tagħhom u r-rappreżentanti u konjuġi ta’ dawk il-persuni u għal azzjonijiet imwettqa minn parti falluta li tkun kumpanija ma’ kumpanija oħra, jekk waħda kienet il-kumpanija prinċipali jew jekk dik il-kumpanija tkun il-kumpanija prinċipali kemm tal-parti falluta u kemm tal-parti l-oħra fl-azzjoni.

Filwaqt li jaġixxi ex officio jew fuq talba tar-riċevitur, l-imħallef tal-falliment jiddikjara invalida parti speċifika tar-remunerazzjoni, li taqa’ għal perjodu qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment iżda mhux aktar minn sitt xhur qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni ta’ falliment, fir-rigward tal-patrimonju tal-falliment jekk ir-remunerazzjoni għax-xogħol imwettaq minn persuna li tirrappreżenta l-parti falluta jew impjegat li jwettaq kompiti ta’ mmaniġġjar ta’ intrapriża jew ir-remunerazzjoni ta’ persuna li tipprovdi servizzi relatati mal-immaniġġjar jew is-superviżjoni fuq l-intrapriża tal-parti falluta speċifikata f’kuntratt ta’ xogħol, kuntratt ta’ servizz jew riżoluzzjoni tal-korp maniġerjali tal-parti falluta konkluża jew mgħoddija qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment, tkun manifestament ogħla mir-remunerazzjoni medja għal dan it-tip ta’ xogħol jew servizzi u ma tkunx iġġustifikata mill-ammont ta’ xogħol, anki jekk dik ir-remunerazzjoni tkun diġà tħallset.

L-imħallef tal-falliment jista’ jiddikjara invalida b’mod sħiħ jew b’mod parzjali r-remunerazzjoni tal-persuni msemmija hawn fuq għall-perjodu wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment fir-rigward tal-patrimonju tal-falliment, jekk ma tkunx iġġustifikata mill-ammont ta’ xogħol minħabba li l-immaniġġjar ikun qiegħed jieħu ħsiebu r-riċevitur.

Fuq it-talba tar-riċevitur, l-imħallef tal-falliment jiddikjara wkoll li l-azzjonijiet li ġejjin ikunu invalidi fir-rigward tal-patrimonju tal-falliment:

  • li jaggravaw l-assi tal-parti falluta b’ipoteka, rahan, rahan irreġistrat jew ipoteka marittima, jekk il-parti falluta ma kinitx debitur personali għall-kreditur garantit u l-aggravar ġie stabbilit fit-12-il xahar qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-falliment u ma jkun hemm sar l-ebda twettiq lill-parti falluta b’rabta mat-twaqqif tagħha;
  • li jaggravaw l-assi tal-parti falluta b’ipoteka, rahan, rahan irreġistrat jew ipoteka marittima, jekk il-aggravar tal-proprjetà kien stabbilit bi tpattija għal prestazzjoni ta’ valur sproporzjonatament baxx meta mqabbel mal-valur tat-titolu ta’ sigurtà stabbilit;
  • l-aggravar ta’ hawn fuq irrispettivament mill-valur tal-prestazzjoni, jekk jagħmel tajjeb għad-dejn tal-persuni msemmija fl-Artikolu 128 tal-Att dwar il-Fallimenti (persuni qrib jew relatati mal-parti falluta), sakemm il-parti l-oħra ma tagħtix prova li ma tkunx ġrat ħsara lill-interess tal-kredituri;
  • il-pieni kuntrattwali stipulati għan-nuqqas ta’ twettiq jew twettiq mhux xieraq ta’ obbligu, jekk l-obbligu jkun twettaq fil-biċċa l-kbira mill-parti falluta jew jekk il-piena kuntrattwali tkun manifestament eżorbitanti.

L-azzjonijiet legali mwettqa mill-parti falluta għad-detriment tal-kredituri fi kwistjonijiet mhux koperti bl-Att dwar il-Fallimenti huma rregolati mutatis mutandis bid-dispożizzjonijiet Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatal-Kodiċi Ċivili dwar il-protezzjoni tal-kreditur kontra l-insolvenza tad-debitur.

Fil-proċedimenti ta’ ristrutturar, skont l-Artikolu 129 tal-Att dwar ir-Ristrutturar, taħt piena ta’ nullità, l-azzjonijiet li ġejjin mid-debitur jew mill-prattikant tal-insolvenza jirrikjedu l-kunsens tal-kumitat tal-kredituri:

  • elementi ta’ aggravar tal-arranġament jew patrimonju ta’ rimedju b’ipoteka, rahan, rahan irreġistrat jew ipoteka marittima sabiex tiġi żgurata pretensjoni mhux soġġetta għall-arranġament;
  • it-trasferiment tas-sjieda ta’ oġġett jew dritt sabiex tiġi żgurata pretensjoni mhux soġġetta għall-arranġament;
  • elementi ta’ aggravar tal-arranġament jew patrimonju ta’ rimedju ma’ drittijiet oħra;
  • krediti kontraenti jew self;
  • il-konklużjoni ta’ ftehim dwar il-kiri tal-intrapriża tad-debitur jew il-parti organizzata tagħha jew ftehim ieħor simili;

(L-azzjonijiet ta’ hawn fuq imwettqa bil-kunsens tal-kumitat tal-kredituri ma jistgħux jitqiesu bħala invalidi fir-rigward tal-patrimonju tal-falliment).

  • il-bejgħ, mid-debitur, ta’ proprjetà immobbli jew assi oħra li jiswew aktar minn PLN 500 000.

Id-dispożizzjonijiet ta’ kuntratt li jkun parti għalih id-debitur li jipprevjenu jew ifixklu l-kisba tal-għan tal-proċedimenti ta’ arranġament mgħaġġla jkunu invalidi fir-rigward tal-patrimonju tal-arranġament (l-Artikolu 248, l-Artikolu 273, l-Artikolu 297 tal-Att dwar ir-Ristrutturar).

Fil-proċedimenti ta’ rimedju, l-azzjonijiet legali tad-debitur li permezz tagħhom ikun iddispona mill-assi tiegħu, jekk il-valur tat-twettiq magħmul mid-debitur ikun sostanzjalment ogħla mill-valur tat-twettiq mogħti lid-debitur jew riżervat għad-debitur jew għal parti terza, li jkun twettaq 12-il xahar qabel il-preżentazzjoni tat-talba biex jinfetħu l-proċedimenti ta’ rimedju, ikunu invalidi fir-rigward tal-patrimonju ta’ rimedju. Din ir-regola tapplika wkoll mutatis mutandis għal soluzzjoni bil-qorti, ammissjoni għal pretensjoni u rinunzja għal pretensjoni.

It-titoli ta’ sigurtà fir-rigward tal-patrimonju ta’ rimedju jkunu wkoll invalidi jekk ikunu ġew stabbiliti b’rabta diretta mat-twettiq li jkun ingħata lid-debitur, stabbilit mid-debitur fit-12-il xahar qabel il-preżentazzjoni tat-talba biex jinfetħu proċedimenti ta’ rimedju u titoli ta’ sigurtà fil-parti li , fil-jum li jkun ġie stabbilit it-titolu ta’ sigurtà, ikun aktar minn nofs ogħla mill-valur tat-twettiq garantit mogħtija lid-debitur flimkien ma’ pretensjonijiet kollaterali speċifikati fid-dokument li jiffurma l-bażi għall-istabbiliment tat-titolu ta’ sigurtà, stabbilit fit-12-il xahar qabel il-preżentazzjoni tat-talba biex jinfetħu proċedimenti ta’ rimedju (l-Artikolu 304 tal-Att dwar ir-Ristrutturar).

Fil-proċedimenti ta’ rimedju l-imħallef tal-falliment, li jaġixxi ex officio jew fuq talba tal-prattikant tal-falliment, jiddikjara parti speċifika tar-remunerazzjoni invalida, li taqa’ għal perjodu qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment imma mhux għal aktar minn tliet xhur qabel il- preżentazzjoni tat-talba biex jinfetħu l-proċedimenti ta’ rimedju, fir-rigward tal-patrimonju ta’ rimedju jekk ir-remunerazzjoni għax-xogħol imwettaq minn rappreżentant tad-debitur jew impjegat li jwettaq l-kompiti ta’ tmexxija ta’ intrapriża jew ir-remunerazzjoni ta’ persuna li tipprovdi servizzi relatati mal-immaniġġjar ta’ jew is-superviżjoni fuq l-intrapriża tad-debitur speċifikati fil-kuntratt ta’ xogħol, kuntratt ta’ servizz jew riżoluzzjoni tal-korp maniġerjali tad-debitur konkluż jew mgħoddi qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ rimedju, tkun manifestament ogħla mir-remunerazzjoni medja għal dan it-tip ta’ xogħol jew servizzi u ma tkunx ġustifikata mill-ammont ta’ xogħol, anki jekk dik ir-remunerazzjoni tkun diġà tħallset.

L-imħallef tal-falliment jista’ jiddikjara invalida b’mod sħiħ jew b’mod parzjali r-remunerazzjoni tal-persuni msemmija hawn fuq, li taqa’ għall-perjodu wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ rimedju, fir-rigward tal-patrimonju ta’ rimedju, jekk ma tkunx iġġustifikata mill-ammont ta’ xogħol minħabba li l-immaniġġjar ikun qiegħed jieħu ħsiebu l-prattikant tal-insolvenza (l-Artikolu 305 tal-Att dwar ir-Ristrutturar).

Il-prattikant tal-insolvenza jista’ jibda l-proċeduri biex jiddikjara azzjonijiet invalidi u proċedimenti oħra li fihom pretensjoni tkun bbażata fuq l-invalidità ta’ azzjoni.

Azzjoni ma tistax tiġi ddikjarata invalida wara li tkun għaddiet sena mill-ftuħ tal-proċedimenti ta’ rimedju, sakemm dik is-setgħa ma tkunx skadiet qabel skont il- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi Ċivili. Dak il-limitu ta’ żmien ma japplikax jekk it-talba biex tiġi ddikjarata azzjoni bħala ineffettiva tkun saret permezz ta’ oġġezzjoni.

L-azzjonijiet legali mwettqa mill-parti falluta għad-detriment tal-kredituri fi kwistjonijiet li mhumiex koperti mid-dispożizzjonijiet diskussi hawn fuq jistgħu jiġu kkontestati kif inhu xieraq skont id-dispożizzjonijiet tal- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi Ċivili dwar il-protezzjoni tal-kreditur fil-konfront tal-insolvenza tad-debitur (l-Artikoli 306 – 308 tal-Att dwar ir-Ristrutturar).

L-aħħar aġġornament: 09/12/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Insolvenza - Rumanija

L-informazzjoni mogħtija hawn ma tkoprix proċedimenti ta’ insolvenza għal persuni fiżiċi li huma konsumaturi aktar milli n-nies tan-negozju. Il-Liġi Nru 151/2015 dwar il-proċedimenti ta’ insolvenza fir-rigward ta’ persuni fiżiċi (Legea nr. 151/2015 privind procedura insolvenţei persoanelor fizice) għadha ma ġietx applikata — id-dħul fis-seħħ tagħha ġie pospost sal-31 ta Diċembru 2016 — u l-proċeduri ma ġewx notifikati lill-Kummissjoni biex jiġu elenkati fl-annessi għar-Regolament (UE) 2015/848.

1 Kontra min jistgħu jinfetħu proċedimenti ta' insolvenza?

Il-proċeduri li huma stabbiliti fil-Liġi Nru 85/2014 dwar il-proċeduri ta’ prevenzjoni ta’ insolvenza u l-proċedimenti ta’ insolvenza (Legea nr. 85/2014 privind procedurile de prevenire a insolvenţei şi de insolvenţă) japplikaw għall-intraprendituri (profesionişti) kif definit fl-Artikolu 3(2) tal-Kodiċi Ċivili, ħlief għal dawk li jipprattikaw professjoni liberali u dawk li l-insolvenza tagħhom hija rregolata minn regoli speċjali (l-Artikolu 3).

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza?

Jekk il-proċedimenti jinfetħu fuq talba ta’ debitur, għandu jkun hemm stat ta’ insolvenza li fih il-fondi disponibbli ma jkunux biżżejjed biex iħallsu djun li jkunu ċerti, likwidi u dovuti, u li jistgħu jammontaw għal inqas minn RON 40 000; jekk il-proċedimenti jinfetħu fuq talba ta’ kreditur, irid ikun hemm stat ta’ insolvenza li fih il-fondi disponibbli ma jkunux biżżejjed biex jissodisfaw pretensjoni li tkun ċerta, likwida u dovuta u li għandha tammonta għal aktar minn RON 40 000 (in-nuqqas li jitħallas id-dejn wara li jkunu għaddew 60 jum mid-data ta’ skadenza).

3 Liema huma l-assi li jiffurmaw parti mill-patrimonju tal-insolvenza? Kif jiġu ttrattati l-assi li huma miksuba minn, jew li jiddevolvu lid-debitur wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza?

Il-ġid tad-debitur jikkonsisti fl-assi u d-drittijiet tal-proprjetà kollha, inklużi dawk akkwistati matul il-proċedimenti ta’ insolvenza, li jistgħu jkunu soġġetti għal irkupru infurzat (executare silită) taħt il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (l-Artikolu 5(5) tal-Liġi Nru 85/2014).

4 X’setgħat għandhom id-debitur u l-prattikant tal-insolvenza, rispettivament?

Wara li jkunu nfetħu l-proċedimenti ta’ insolvenza, jinħatru amministratur speċjali (administrator special) u prattikant tal-insolvenza (practician în insolvenţă); skont it-tip ta’ proċedimenti, il-prattikant tal-insolvenza jkun jew amministratur maħtur mill-qorti (administrator judiciar) f’riorganizzazzjoni taħt is-superviżjoni tal-qorti, jew likwidatur maħtur mill-qorti (lichidator judiciar) fi stralċ (faliment).

L-amministratur speċjali (administrator special) huwa persuna fiżika jew ġuridika maħtura mill-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti, l-imsieħba jew il-membri tad-debitur, li għandu s-setgħa li jirrappreżenta l-interessi tagħhom fil-proċedimenti u, jekk id-debitur jitħalla jimmaniġġja l-affarijiet tiegħu stess, iwettaq atti amministrattivi meħtieġa minflok id-debitur u f’ismu (l-Artikolu 5(4) tal-Liġi Nru 85/2014).

L-amministratur speċjali għandu d-dmirijiet li ġejjin:

a) jieħu sehem, bħala r-rappreżentant tad-debitur, fil-proċess ta’ azzjonijiet tat-tip imsemmi fl-Artikoli 117-122 jew ta’ azzjonijiet li jirriżultaw minn nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 84;

b) jippreżenta oġġezzjonijiet taħt il-proċedura regolata mil-Liġi;

c) jipproponi pjan ta’ riorganizzazzjoni;

d) wara li jkun ġie kkonfermat pjan, u sakemm id-debitur ma jkunx ġie mċaħħad mid-dritt tiegħu li jimmaniġġja l-affarijiet tiegħu, iwettaq l-affarijiet tad-debitur taħt is-superviżjoni tal-amministratur maħtur mill-qorti;

e) wara li jkunu bdew il-proċedimenti ta’ stralċ, jipparteċipa fit-teħid tal-inventarju u jiffirma r-rekord, jirċievi r-rapport finali u d-dikjarazzjoni finanzjarja, u jieħu sehem fil-laqgħa msejħa għar-riżoluzzjoni ta’ oġġezzjonijiet u l-approvazzjoni tar-rapport;

f) jirċievi notifika dwar l-għeluq tal-proċedimenti.

Jekk id-debitur ikun mċaħħad mid-dritt tiegħu li jimmaniġġja l-affarijiet tiegħu, jiġi rrappreżentat mill-amministratur jew likwidatur maħtur mill-qorti, li jwettaq ukoll in-negozju tiegħu; il-kompitu tal-amministratur speċjali mbagħad ikun limitat biss għar-rappreżentazzjoni tal-interessi tal-azzjonisti, is-sħab tal-membri (l-Artikolu 56 tal-Liġi Nru 85/2014).

Amministratur maħtur mill-Qorti (administrator judiciar)

Amministratur maħtur mill-qorti jista’ jkun persuna fiżika jew persuna ġuridika (inkluż ir-rappreżentant tal-persuna ġuridika), u jrid ikun prattikant tal-insolvenza skont il-liġi. Id-dmirijiet ewlenin tal-amministratur maħtur mill-qorti huma:

a) li jirrevedi s-sitwazzjoni ekonomika tad-debitur u d-dokumenti sottomessi, li jħejji rapport li jipproponi jew il-bidu ta’ proċedimenti ssimplifikati jew il-kontinwazzjoni tal-perjodu ta’ monitoraġġ bħala parti mill-proċedimenti ordinarji, u li jissottometti dak ir-rapport għall-approvazzjoni mill-imħallef delegat (judecător-sindic) fi skadenza stabbilita mill-imħallef, li ma tistax taqbeż l-20 jum mill-ħatra tal-amministratur;

b) li jirrevedi n-negozju tad-debitur u jħejji rapport bir-reqqa li jistabbilixxi l-kawżi u ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-istat ta’ insolvenza, filwaqt li jispeċifika kwalunkwe evidenza jew indikazzjonijiet preliminari potenzjali rigward il-persuni li għalihom dak l-istat jista’ jkun imputabbli u l-preżenza ta’ raġunijiet li għalihom dawn jkunu responsabbli, u jesplora kwalunkwe possibbiltà reali għar-riorganizzazzjoni tan-negozju tad-debitur jew jispjega r-raġunijiet għalfejn ir-riorganizzazzjoni ma tkunx possibbli, u li jdaħħal ir-rapport fil-fajl tal-każ fi skadenza stabbilita mill-imħallef delegat, li ma tistax taqbeż l-40 jum mill-ħatra tal-amministratur;

c) jekk id-debitur ikun naqas milli jissodisfa l-obbligu tiegħu li jipprovdi r-rekords tal-kontabbiltà tiegħu fil-limiti taż-żmien legali, li jħejji dawk ir-rekords, u jekk id-debitur ikun ipprovda r-rekords tal-kontabbiltà, li jiċċekkjahom, jikkoreġihom u jlestihom;

d) li jħejji pjan għar-riorganizzazzjoni tan-negozju tad-debitur, skont il-kontenut tar-rapport imsemmi fil-punt (a);

e) li jissorvelja l-operazzjonijiet tal-immaniġġjar tal-assi tad-debitur;

f) li jwettaq in-negozju tad-debitur, kollu kemm hu jew parti minnu, fl-aħħar każ li josserva l-ispeċifikazzjonijiet espressi tal-imħallef delegat dwar id-dmirijiet tal-amministratur u dwar il-kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni ta’ ħlas mill-kont tal-assi tad-debitur;

g) li jlaqqa’, jippresjedi u jipprovdi servizzi segretarjali għal-laqgħat tal-kredituri jew tal-azzjonisti, is-sħab jew il-membri ta’ debitur li jkun persuna ġuridika;

h) li jippreżenta rikorsi għall-annullament ta’ atti jew tranżazzjonijiet frodulenti min-naħa tad-debitur li jitwettqu għad-detriment tad-drittijiet tal-kredituri, u ta’ ċerti trasferimenti ta’ assi, tranżazzjonijiet kummerċjali konklużi mid-debitur u garanziji kuntrattati mid-debitur li x’aktarx jagħmlu ħsara lid-drittijiet tal-kredituri;

i) li jinnotifika lill-imħallef delegat, bħala kwistjoni ta’ urġenza, jekk l-amministratur isib li d-debitur ma jkollu l-ebda assi jew jekk mhumiex biżżejjed biex ikopru l-ispejjeż legali;

j) li jtemm ċerti kuntratti konklużi mid-debitur;

k) li jivverifika l-pretensjonijiet u, fejn applikabbli, li jagħmel oġġezzjoni għalihom, li jinnotifika lill-kredituri fejn il-pretensjonijiet ma jkunux ġew ammessi jew ġew ammessi b’mod parzjali biss, u li jħejji l-listi ta’ pretensjonijiet;

l) li jirkupra l-pretensjonijiet, li jfittex l-irkupru tal-pretensjonijiet fir-rigward tal-assi tad-debitur jew somom ta’ flus trasferiti mid-debitur qabel ma jkunu bdew il-proċedimenti, u li jippreżenta u jipprosegwixxi l-azzjonijiet li jfittxu l-irkupru ta’ pretensjonijiet miżmuma mid-debitur, li għal dan il-għan jista’ jinvolvi s-servizzi ta’ avukati;

m) li jikkonkludi kompromessi, li jirrilaxxa d-djun, li jirrilaxxa l-garanti, u li jirrinunzja għall-kollateral, soġġett għall-konferma mill-imħallef delegat;

n) li jinforma lill-imħallef delegat bi kwalunkwe kwistjoni li tkun teħtieġ li tiġi ddeterminata minn dan tal-aħħar;

o) li jfassal inventarju tal-assi tad-debitur;

p) li jordna l-evalwazzjoni tal-assi tad-debitur, li għandha timtela sad-data stabbilita għas-sottomissjoni tal-lista finali tal-pretensjonijiet;

q) li jibgħat avviż għall-pubblikazzjoni fil-Bullettin tal-Proċedimenti ta’ Insolvenza (BPI) fir-rigward tad-dħul tar-rapport ta’ evalwazzjoni fil-fajl tal-każ, fi żmien jumejn mid-dħul.

L-imħallef delegat jista’ b’deċiżjoni (încheiere) jagħti lill-amministratur maħtur mill-qorti dmirijiet oħra, minbarra dawk elenkati taħt il-paragrafu 1, ħlief għal dawk li huma bil-liġi fi ħdan il-ġurisdizzjoni esklussiva tal-imħallef.

L-amministratur maħtur mill-qorti għandu jissottometti rapport ta’ kull xahar li jiddeskrivi kif huwa jwettaq id-dmirijiet tiegħu, fejn jiġġustifika n-nefqa mġarrba fl-amministrazzjoni tal-proċedura u kwalunkwe spiża oħra mħallsa mill-assi tad-debitur u, fejn applikabbli, jagħti dettall tal-progress bl-inventarju.

Sabiex iwettaq id-dmirijiet tiegħu, l-amministratur maħtur mill-qorti jista’ jinvolvi s-servizzi ta’ professjonisti bħal avukati, kontabilisti, valutaturi jew speċjalisti oħra. L-amministratur maħtur mill-qorti, u kwalunkwe wieħed mill-kredituri, jistgħu jressqu oġġezzjonijiet kontra r-rapporti ta’ valutazzjoni mħejjija fil-każ.

Likwidatur maħtur mill-qorti (lichidator judiciar)

Jekk l-imħallef delegat joħroġ ordni ta’ stralċ, huwa jaħtar likwidatur biex japplikaha. Id-dmirijiet ta’ amministratur maħtur mill-qorti jieqfu fid-data meta l-imħallef delegat jistabbilixxi d-dmirijiet tal-likwidatur. Id-dmirijiet ewlenin tal-likwidatur maħtur mill-qorti huma:

a) li jirrevedi n-negozju tad-debitur li fir-rigward tiegħu tkun infetħet il-proċedura simplifikata, b’referenza għas-sitwazzjoni fattwali, u li jħejji rapport bir-reqqa dwar il-kawżi u ċ-ċirkostanzi li jkunu wasslu għall-insolvenza, filwaqt li jispeċifika għal min jista’ jkun imputabbli l-istat ta’ insolvenza u l-preżenza ta’ raġunijiet li għalihom dawn ikunu responsabbli;

b) li jwettaq in-negozju tad-debitur;

c) li jippreżenta rikorsi għall-annullament ta’ atti u tranżazzjonijiet frodulenti mwettqa mid-debitur għad-detriment tad-drittijiet tal-kredituri, u ta’ ċerti trasferimenti ta’ assi, tranżazzjonijiet kummerċjali konklużi mid-debitur u raġunijiet ta’ preferenza stabbiliti mid-debitur li x’aktarx jagħmlu ħsara lid-drittijiet tal-kredituri;

d) li japplika s-siġilli, li jfassal inventarju tal-assi u li jieħu l-azzjoni xierqa għall-preservazzjoni tagħhom;

e) li jtemm ċerti kuntratti konklużi mid-debitur;

f) li jivverifika l-pretensjonijiet u, fejn applikabbli, li jagħmel oġġezzjoni għalihom, li jinnotifika lill-kredituri fejn il-pretensjonijiet ma jkunux ġew ammessi jew ġew ammessi b’mod parzjali biss, u li jħejji l-listi ta’ pretensjonijiet;

g) li jfittex l-irkupru tal-pretensjonijiet fir-rigward tal-assi tad-debitur li jirriżultaw mit-trasferiment tal-assi jew somom ta’ flus mid-debitur qabel ma jkunu bdew il-proċedimenti, li jirkupra l-pretensjonijiet, u li jippreżenta u jipprosegwi b’azzjonijiet li jfittxu l-irkupru ta’ pretensjonijiet miżmuma mid-debitur, li għal dan il-għan huwa jista’ jinvolvi s-servizzi ta’ avukati;

h) li jirċievi ħlas f’isem id-debitur u li jdaħħlu fil-kont tal-assi tad-debitur;

i) li jbigħ l-assi miżmuma mid-debitur skont din il-liġi;

j) soġġett għall-konferma mill-imħallef delegat, li jikkonkludi kompromessi, li jirrilaxxa d-djun, li jirrilaxxa l-garanti, u li jirrinunzja għall-kollateral;

k) li jinforma lill-imħallef delegat bi kwalunkwe kwistjoni li tkun teħtieġ li tiġi ddeterminata minn dan tal-aħħar;

l) li jwettaq dmirijiet oħra imposti fuqu b’deċiżjoni tal-imħallef delegat.

Fil-proċedura għal arranġament mal-kredituri (concordat preventiv), id-debitur jieħu sehem fil-proċedura permezz tar-rappreżentanti legali jew mifthiema tiegħu.

Id-dmirijiet tal-amministratur ta’ arranġament mal-kredituri (administrator concordatar) huma:

a) li jħejji l-lista tal-kredituri, inklużi l-kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom ġew ikkontestati jew ikunu għadhom pendenti, u l-lista tal-kredituri li jkunu ffirmaw l-arranġament; fejn kreditur ikollu pretensjoni kontra d-debituri responsabbli b’mod konġunt u separatament taħt il-proċedura għall-arranġament mal-kredituri, dak il-kreditur għandu jiddaħħal fil-lista tal-kredituri bil-valur nominali tal-pretensjoni miżmuma sakemm tkun ġiet kompletament koperta;

b) li jħejji, flimkien mad-debitur, l-arranġament propost u l-komponenti tiegħu jew l-abbozz tal-pjan ta’ arranġament u rkupru;

c) li jieħu azzjoni sabiex isolvi amikevolment kwalunkwe tilwima bejn id-debitur u l-kredituri jew bejn il-kredituri;

d) li japplika quddiem l-imħallef delegat għall-approvazzjoni tal-arranġament;

e) li jissorvelja t-twettiq tal-obbligi assunti mid-debitur fl-arranġament;

f) li jinforma, bħala kwistjoni ta’ urġenza, lill-laqgħa tal-kredituri li huma parti għall-arranġament dwar kwalunkwe nuqqas min-naħa tad-debitur li jissodisfa jew b’mod xieraq biex jissodisfa l-obbligi tiegħu;

g) li jħejji u li jibgħat rapporti ta’ kull xahar jew ta’ kull tliet xhur lil-laqgħa tal-kredituri li huma parti għall-arranġament fuq ix-xogħol tal-amministratur tal-arranġament u n-negozju tad-debitur; ir-rapport mill-amministratur tal-arranġament jenħtieġ li jinkludi wkoll l-opinjoni tal-amministratur dwar il-preżenza jew in-nuqqas ta’ raġunijiet għat-terminazzjoni bikrija tal-arranġament;

h) li jsejjaħ il-laqgħa tal-kredituri li huma parti għall-arranġament;

i) li japplika quddiem il-qorti għall-għeluq tal-proċedura għal arranġament mal-kredituri;

j) li jwettaq kwalunkwe dmir ieħor msemmi f’dan il-kapitolu stipulat fl-arranġament mal-kredituri jew impost mill-imħallef delegat (l-Artikolu 19 tal-Liġi Nru 85/2014).

5 Taħt liema kundizzjonijiet tiġi invokata t-tpaċija ?

Il-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza ma jaffettwa l-ebda dritt tal-kreditur li jinvoka tpaċija għal pretensjoni miżmuma mid-debitur fil-konfront ta’ dak il-kreditur jekk ir-rekwiżiti stabbiliti bil-liġi għat-tpaċija legali jiġu ssodisfati dakinhar tal-ftuħ tal-proċedimenti. It-tpaċija tista’ tiġi rreġistrata wkoll mill-amministratur jew likwidatur maħtur mill-qorti.

6 X’effett għandhom il-proċedimenti ta’ falliment fuq kuntratti kurrenti li d-debitur huwa parti tagħhom?

Il-kuntratti li jkunu għadhom għaddejjin jibqgħu fis-seħħ meta jinfetħu l-proċedimenti. Kwalunkwe klawsola f’kuntratt li tipprevedi t-terminazzjoni, iċ-ċaħda tal-benefiċċju tat-terminu naturali tal-kuntratt, jew il-pagabilità bikrija, fuq il-bażi tal-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza, tkun nulla u bla effett. Ir-regola li l-kuntratti li jkunu għadhom għaddejjin jibqgħu fis-seħħ, u li l-klawsoli għat-terminazzjoni jew it-tressiq tal-obbligi jkunu nulli u bla effett, mhijiex applikabbli għal kuntratti finanzjarji kwalifikati jew għal tranżazzjonijiet ta’ nettjar bilaterali taħt kuntratt finanzjarju kwalifikat jew għal ftehim ta’ nettjar bilaterali.

Sabiex jiġi mmassimizzat il-valur tal-assi tad-debitur f’perjodu ta’ limitazzjoni ta’ tliet xhur mill-ftuħ tal-proċedimenti, l-amministratur jew likwidatur maħtur mill-qorti jista’ jtemm kwalunkwe kuntratt, kirjiet li jkunu għadhom ma skadewx, u kwalunkwe kuntratt ieħor fit-tul sakemm dawn il-kuntratti ma jkunux twettqu bis-sħiħ jew sa ċertu punt mill-partijiet kollha involuti. Meta kuntratt jiġi mitmum hekk, il-parti l-oħra tista’ tippreżenta pretensjoni għal kumpens kontra d-debitur.

Meta fi żmien l-ewwel tliet xhur wara l-ftuħ tal-proċedimenti, kuntrattur jibgħat notifika fejn titlob lill-amministratur jew lil-likwidatur maħtur mill-qorti biex itemm il-kuntratt, li l-amministratur jew likwidatur għandu jirrispondi fi żmien 30 jum minn meta jirċiviha, u fin-nuqqas ta’ dan, il-kuntratt jitqies mitmum u l-amministratur jew il-likwidatur ma jkunx jista’ jibqa’ jirrikjedi l-eżekuzzjoni.

Il-liġi tirregola wkoll l-istatus ta’ ċerti kuntratti partikolari, bħal dawk dwar il-provvista ta’ utilitajiet, lokazzjonijiet jew li jirregolaw ftehimiet ta’ nettjar.

7 X'effetti għandhom il-proċedimenti ta' insolvenza fuq il-proċedimenti miġjuba minn kredituri individwali (bl-eċċezzjoni ta' kawżi pendenti)?

Mid-data tal-komunikazzjoni tad-deċiżjoni biex jiġi approvat l-arranġament mal-kredituri, l-azzjonijiet individwali ppreżentati minn kredituri firmatarji kontra d-debituri, u l-perjodu ta’ limitazzjoni għad-dritt li japplikaw għall-infurzar tal-pretensjonijiet tagħhom kontra d-debitur, jiġu awtomatikament sospiżi.

Ma jkun hemm l-ebda sospensjoni ta’ rati ta’ imgħax, pieni u kwalunkwe spejjeż oħra magħmula fir-rigward ta’ kredituri firmatarji, ħlief meta jkunu esprimew il-kunsens tagħhom bil-miktub għall-kuntrarju, fejn dan il-kunsens ikun indikat fl-abbozz tal-arranġament mal-kredituri.

Fl-ordni li tapprova l-arranġament mal-kredituri, l-imħallef delegat jissospendi l-proċedimenti kollha ta’ rkupru sfurzat.

Fuq talba tal-amministratur tal-arranġament, sakemm id-debitur ikun ta garanziji lill-kredituri, l-imħallef delegat jista’ jimponi fuq kredituri li mhumiex firmatarji għall-arranġament, perjodu ta’ differiment tal-iskadenza tal-pretensjoni tagħhom ta’ mhux aktar minn 18-il xahar. F’dan il-perjodu, ma jiġġarrbu l-ebda rati ta’ imgħax, pieni jew spejjeż oħra li jappartjenu għall-pretensjoni. Ir-regola dwar id-differiment tal-iskadenza tal-pretensjoni mhijiex applikabbli għal kuntratti finanzjarji kwalifikati u tranżazzjonijiet ta’ nettjar bilaterali taħt kuntratt finanzjarju kwalifikat jew ftehim ta’ nettjar bilaterali.

L-arranġament mal-kredituri jkun effettiva fil-konfront ta’ kredituri tal-baġit pubbliku (creditori bugetari) soġġett għall-konformità mad-dispożizzjonijiet legali dwar l-għajnuna mill-Istat fil-liġi domestika u Ewropea.

Matul arranġament approvat mal-kredituri, ma jistgħux jinfetħu proċedimenti ta’ insolvenza kontra d-debitur.

Kull kreditur li jikseb titolu infurzabbli kontra d-debitur matul il-proċediment, jista’ japplika biex jingħaqad fl-arranġament, jew jista’ jirkupra l-pretensjoni tiegħu b’kull mezz ieħor stipulat mil-liġi.

L-azzjonijiet kollha tal-qorti u barra mill-qorti, u kwalunkwe miżura għall-irkupru sfurzat ta’ pretensjonijiet kontra l-assi tad-debitur, jiġu awtomatikament sospiżi mill-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza. Id-drittijiet tagħhom jistgħu jiġu eżerċitati biss fi ħdan il-proċedimenti ta’ insolvenza, billi japplikaw għall-ammissjoni tal-pretensjoni tagħhom. Il-ftuħ tal-proċedura jissospendi kwalunkwe perjodu ta’ limitazzjoni biex jiġu ppreżentati l-azzjonijiet.

8 X’inhu l-effett ta' proċediment ta’ insolvenza fuq il-kontinwazzjoni ta’ kawżi pendenti fil-mument tal-ftuħ ta’ proċediment ta’ insolvenza?

L-azzjonijiet kollha tal-qorti u barra mill-qorti, u kwalunkwe miżura għall-irkupru sfurzat ta’ pretensjonijiet kontra l-assi tad-debitur, jiġu awtomatikament sospiżi mill-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza.

Dawn li ġejjin mhumiex soġġetti għal sospensjoni:

a) appelli ppreżentati mid-debitur kontra azzjonijiet mibdija minn kreditur jew kredituri qabel il-ftuħ tal-proċedimenti, u kawżi ċivili magħquda ma’ prosekuzzjonijiet kriminali (acţiunile civile din procesele penale) kontra d-debitur;

b) azzjonijiet tal-qorti ppreżentati kontra l-kodebituri u / jew garanti minn partijiet terzi;

c) proċedimenti barra mill-qorti pendenti quddiem kummissjonijiet sportivi fi ħdan federazzjonijiet sportivi li joperaw taħt il-Liġi Nru 69/2000 dwar l-edukazzjoni fiżika u l-isport (Legea educaţiei fizice şi sportului nr. 69/2000), kif sussegwentement emendata u supplimentata, dwar l-irtirar unilaterali ta’ plejers minn kuntratti ta’ impjieg individwali jew ftehim ċivili u pieni sportivi applikabbli għal sitwazzjonijiet bħal dawn, u kwalunkwe tilwimiet oħra dwar id-dritt tal-plejers li jieħdu sehem f’kompetizzjonijiet.

Għandu jiġi nnutat li din is-sospensjoni tal-azzjonijiet tapplika biss għal kawżi li jinvolvu pretensjonijiet kontra l-assi tad-debitur, u mhux għal dawk li jirrigwardaw drittijiet u obbligi mhux patrimonjali, li jkomplu fil-qorti invokata.

9 Liema huma l-karatteristiċi ewlenin tal-parteċipazzjoni tal-kredituri fil-proċedimenti ta’ insolvenza?

Issir laqgħa tal-kredituri kollha tad-debitur insolventi.

Il-laqgħa tal-kredituri (adunarea creditorilor) tissejjaħ u tiġi ppreseduta mill-amministratur jew il-likwidatur maħtur mill-qorti. Il-kredituri magħrufa jissejħu mill-amministratur jew likwidatur fil-każijiet espressament stipulati mil-liġi kull meta jkun meħtieġ.

Il-kredituri jitlaqqgħu b’avviż ippubblikat fil-Bullettin tal-Proċedimenti ta’ Insolvenza mill-inqas ħamest ijiem qabel il-laqgħa li għandu jkun fih l-aġenda tal-laqgħa. Il-kredituri jistgħu jkunu rappreżentati fil-laqgħa minn aġenti li jkollhom prokura speċifika u awtentika jew, għal kredituri tal-baġit pubbliku u persuni ġuridiċi oħra, att delegat iffirmat mill-kap ta’ unità. Ħlief meta espressament ipprojbit bil-liġi, il-kredituri jistgħu wkoll jivvutaw permezz ta’ korrispondenza.

Ħlief meta l-liġi tkun tirrekjedi maġġoranza speċjali, il-laqgħa tal-kredituri tista’ taġixxi b’mod validu sakemm għaliha jattendu d-detenturi ta’ pretensjonijiet li jammontaw għal mill-inqas 30 % tal-valur totali tal-pretensjonijiet bid-dritt tal-vot fir-rigward tal-assi tad-debitur, u d-deċiżjonijiet tal-laqgħa jiġu adottati b’vot favorevoli espressament mitfugħ mill-maġġoranza, skont il-valur tal-pretensjoni, tad-detenturi tal-pretensjoni preżenti bid-dritt tal-vot. Vot soġġett għal kundizzjonijiet jitqies bħala vot negattiv. Il-kredituri li jitfgħu l-voti validi permezz ta’ korrispondenza wkoll jitqiesu li jkunu preżenti.

Wara li titlaqqa’ l-ewwel laqgħa, l-imħallef delegat u mbagħad il-kredituri jistgħu jaħtru kumitat li jkun magħmul, skont in-numru ta’ kredituri, minn tlieta jew ħames kredituri minn fost dawk bid-dritt li jivvutaw, bi pretensjonijiet ta’ preferenza, pretensjonijiet baġitarji u pretensjonijiet mhux garantiti skont l-ordni tal-valur. Il-kumitat tal-kredituri (comitetul creditorilor) ikollu t-termini ta’ referenza li ġejjin:

a) li jirrevedi s-sitwazzjoni tad-debitur u li joħroġ rakkomandazzjonijiet għal-laqgħa tal-kredituri fir-rigward tal-kontinwazzjoni tan-negozju tad-debitur u l-pjanijiet ta’ riorganizzazzjoni proposti;

b) li jinnegozja t-termini tal-ħatra mal-amministratur jew likwidatur li l-kredituri jkunu jixtiequ jaraw maħtura mill-qorti;

c) li jieħu nota tar-rapporti mħejjija mill-amministratur jew likwidatur maħtur mill-qorti, li jirrevedihom u, fejn applikabbli, li jippreżenta oġġezzjonijiet dwarhom;

d) li jħejji rapporti li għandhom jiġu ppreżentati fil-laqgħa tal-kredituri fir-rigward tal-miżuri meħuda mill-amministratur jew likwidatur maħtur mill-qorti u l-effetti tagħhom, u li jipproponu miżuri oħra, filwaqt li jagħti r-raġunijiet għal dan;

e) li jitlob it-tneħħija tad-dritt tad-debitur li jimmaniġġja l-affarijiet tiegħu;

f) li jippreżenta rikorsi legali għall-annullament ta’ ċerti atti jew tranżazzjonijiet frodulenti mwettqa mid-debitur għad-detriment tal-kredituri meta dawn ir-rikorsi legali ma jkunux ġew imressqa mill-amministratur jew likwidatur maħtur mill-qorti.

10 B’liema mod jista’ l-prattikant tal-insolvenza juża jew jiddisponi minn assi tal-patrimonju?

Skont is-sitwazzjoni speċifika tad-debitur u jekk id-debitur ikunx imċaħħad mid-dritt tiegħu li jimmaniġġja l-affarijiet tiegħu jew le, il-prattikant tal-insolvenza jkollu d-dmirijiet li ġejjin.

Amministratur maħtur mill-qorti jissorvelja l-operazzjonijiet tal-immaniġġjar tal-assi tad-debitur. Huwa jmexxi n-negozju tad-debitur, kollu jew parti minnu, f’dan l-aħħar każ billi josserva l-ispeċifikazzjonijiet espressi tal-imħallef delegat dwar id-dmirijiet tal-amministratur u dwar il-kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni ta’ ħlas mill-kont tal-assi tad-debitur.

Huwa jirkupra l-pretensjonijiet, jikkonkludi l-kompromessi, ifassal l-inventarju, u jbigħ l-assi li jappartjenu lid-debitur.

Id-debitur jista’ juża l-assi biss fejn ikun żamm id-dritt tiegħu li jimmaniġġja l-affarijiet tiegħu u fil-limiti tan-negozju attwali tiegħu; dan jiġi ssorveljat u kkontrollat mill-amministratur maħtur mill-qorti.

Wara li jkunu bdew proċedimenti ta’ stralċ, likwidatur maħtur mill-qorti jimmaniġġja n-negozju tad-debitur, itemm il-kuntratti, jirkupra l-pretensjonijiet, ibigħ l-assi, jikkonkludi l-kompromessi, jirċievi ħlasijiet f’isem id-debitur eċċ. Fl-istralċ, il-likwidatur maħtur mill-qorti biss jista’ jiddisponi mill-assi tad-debitur.

11 Liema talbiet għandhom jiġu ppreżentati kontra l-patrimonju tal-insolvenza tad-debitur u kif għandhom jiġu ttrattati t-talbiet li jsiru wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza?

Il-kredituri kollha li l-pretensjonijiet tagħhom jkunu datati qabel il-ftuħ tal-proċedimenti, bl-eċċezzjoni ta’ impjegati, li l-pretensjonijiet tagħhom jkunu rreġistrati mill-amministratur maħtur mill-qorti fuq il-bażi tar-rekords tal-kontabbiltà, għandhom jissottomettu applikazzjoni għall-ammissjoni tal-pretensjonijiet tagħhom fi skadenza stabbilita fl-ordni li tiftaħ il-proċedimenti, u li jinkludu d-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa. Il-pretensjonijiet kollha sottomessi għall-ammissjoni u r-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-qorti jiġu preżunti bħala validi u eżatti jekk ma jiġux ikkontestati mid-debitur, mill-amministratur maħtur mill-qorti jew mill-kredituri. Il-pretensjonijiet inklużi fil-lista ta’ pretensjonijiet jitħallsu bħala parti mill-proċedimenti ta’ insolvenza fl-ordni ta’ distribuzzjoni stabbilita bil-liġi.

Il-pretensjonijiet li jiġu ppreżentati wara l-ftuħ tal-proċedimenti, fil-perjodu ta’ osservazzjoni jew fil-kors ta’ proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarji, jitħallsu skont id-dokumenti li jissostanzjawhom u m’għandhomx għalfejn jiġu inklużi fil-patrimonju tal-insolvenza. Din ir-regola tapplika wkoll għal pretensjonijiet li joħorġu wara l-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ stralċ.

12 Liema huma r-regoli li jirregolaw il-preżentata, il-verifika u l-ammissjoni tat-talbiet?

Ħlief għall-impjegati, li l-pretensjonijiet tagħhom jkunu rreġistrati mill-amministratur maħtur mill-qorti fuq il-bażi tar-rekords tal-kontabbiltà, il-kredituri kollha li l-pretensjonijiet tagħhom ikunu datati qabel il-ftuħ tal-proċedimenti għandhom jippreżentaw applikazzjoni għall-ammissjoni tal-pretensjonijiet tagħhom fi skadenza stabbilita fl-ordni li tiftaħ il-proċedimenti. L-applikazzjoni trid tinkludi l-isem tal-kreditur u l-indirizz tad-dar jew l-uffiċċju rreġistrat, l-ammont dovut, ir-raġunijiet tal-pretensjoni u dettalji ta’ kwalunkwe raġuni potenzjali għal klassifikazzjoni preferenzjali. Id-dokumenti li jappoġġaw il-pretensjoni u kwalunkwe raġuni għal klassifikazzjoni preferenzjali għandhom jiġu mehmuża mal-applikazzjoni mhux aktar tard mill-iskadenza stabbilita għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni nnifisha.

L-applikazzjoni għall-ammissjoni ta’ pretensjoni trid tiġi ppreżentata anki jekk il-pretensjoni ma tintweriex minn titolu infurzabbli. Il-pretensjonijiet li fid-data tal-ftuħ tal-proċedimenti jkunu għadhom mhumiex dovuti jew li jkunu soġġetti għall-kundizzjonijiet jiġu ammessi għall-inklużjoni fil-proprjetà tal-insolvenza.

Fejn issir applikazzjoni għall-ammissjoni ta’ pretensjoni li tkun qed titressaq minn parti leża f’kawża ċivili magħquda ma’ prosekuzzjoni kriminali, il-pretensjoni tiġi rreġistrata, soġġetta għal sospensjoni sakemm ikun hemm riżoluzzjoni finali tar-rikors favur il-parti leża.

Il-pretensjonijiet li jikkwalifikaw għal trattament preferenzjali jiġu inklużi fil-lista finali sal-valur tas-suq tal-garanzija, li tiġi stabbilita permezz ta’ valutazzjoni ordnata mill-amministratur jew likwidatur maħtur mill-qorti u mwettqa minn stimatur (evaluator).

Il-pretensjonijiet kollha se jkunu suġġetti għall-proċedura ta’ verifika, ħlief għal pretensjonijiet aċċertati f’sentenzi infurzabbli u għotjiet ta’ arbitraġġ infurzabbli; il-proċedura ma tkopri lanqas pretensjonijiet tal-baġit pubbliku li jirriżultaw minn titolu infurzabbli li ma jkunx ġie kkontestat fl-iskadenzi stabbiliti mil-liġijiet speċifiċi.

L-amministratur jew likwidatur maħtur mill-qorti jħejji lista preliminari ta’ pretensjonijiet, li tista’ tiġi kkontestata quddiem l-imħallef delegat minn kwalunkwe parti interessata, debitur jew kreditur. Ħlief meta l-ftuħ tal-proċedimenti jkun ġie nnotifikat bi ksur tar-regoli tat-taħrik u l-avviż tal-atti proċedurali, id-detentur ta’ pretensjoni li tiġi ppreżentata qabel il-ftuħ tal-proċedimenti li jonqos milli jissottometti applikazzjoni għall-ammissjoni tal-pretensjoni sal-limitu ta’ żmien stabbilit (il-limitu ta’ żmien jiġi indikat fl-avviż u mhux aktar minn 45 jum mill-ftuħ tal-proċedimenti) jitlef id-dritt li jiġi inklużi fil-lista tal-kredituri u ma jakkwistax il-pożizzjoni ta’ kreditur intitolat li jieħu sehem fil- proċedimenti fir-rigward ta’ dik il-pretensjoni. Il-kreditur ma jkunx intitolat li jinforza l-pretensjoni kontra d-debitur, jew kontra kwalunkwe membru jew sieħeb f’entità legali li jkollha responsabbiltà illimitata, wara li l-proċedimenti jkunu ngħalqu, ħlief jekk id-debitur ikun ħati ta’ falliment kriminali (bancrută simplă) jew falliment frodulenti (bancrută frauduloasă) jew ikun miżmum responsabbli għal ħlas jew trasferimenti frodulenti. It-telf tal-intitolament ikun aċċertat mill-amministratur jew likwidatur maħtur mill-qorti, li ma jdaħħalx il-kreditur fil-lista tal-kredituri.

13 Liema huma r-regoli li jirregolaw it-tqassim tal-assi wara tmiem il-proċedimenti? Kif jiġu kklassifikati t-talbiet u d-drittijiet tal-kredituri?

Il-fondi miksuba mill-bejgħ tal-assi u d-drittijiet mid-dejn tad-debitur li jkunu garantiti favur il-kreditur fuq bażi preferenzjali jiġu distribwiti fl-ordni li ġejja:

  1. tariffi, taxxi tal-boll u kwalunkwe nefqa oħra li tirriżulta mill-bejgħ tal-assi kkonċernati, inklużi spejjeż meħtieġa għall-konservazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ dawk l-assi, spejjeż imġarrba mill-kreditur taħt il-proċedura ta’ rkupru sfurzat, pretensjonijiet ta’ fornituri ta’ utilitajiet li jiġu ppreżentati wara l-ftuħ tal-proċedura, u remunerazzjoni dovuta lil persuni impjegati fl-interess komuni tal-kredituri kollha fid-data tad-distribuzzjoni, li jitħallsu fuq bażi pro rata fi proporzjon mal-valur tal-assi kollha tad-debitur;
  2. pretensjonijiet ta’ kredituri li jgawdu preferenza li jiġu ppreżentati matul il-proċedimenti ta’ insolvenza; dawn il-pretensjonijiet jinkludu kapital, imgħax u anċillari oħra, fejn applikabbli;
  3. pretensjonijiet ta’ kredituri li jgawdu preferenza, inkluż il-kapital kollu, imgħax, u żidiet u pieni ta’ kull tip.

Jekk is-somom imwettqa mill-bejgħ ta’ dawn l-assi ma jkunux biżżejjed għall-ħlas sħiħ tal-pretensjonijiet ikkonċernati, il-kredituri jkollhom pretensjoni tal-baġit mhux garantita jew pubblika, skont il-każ, għad-differenza, li tiġi kklassifikata mal-pretensjonijiet l-oħra fil-kategorija xierqa. Jekk, wara l-ħlas tas-somom imsemmija qabel, jibqa’ bilanċ favorevoli, dan jiġi ddepożitat minn likwidatur maħtur mill-qorti fil-kont tal-patrimonju tad-debitur: Il-pretensjonijiet fi stralċ jitħallsu fl-ordni li ġejja:

1. tariffi, taxxi tal-boll u kwalunkwe nefqa oħra li tirriżulta minn proċedimenti taħt l-istess titolu tal-Liġi, inklużi spejjeż meħtieġa għall-konservazzjoni u l-amministrazzjoni tal-assi tad-debitur, għat-tkomplija tan-negozju, u għall-ħlas tar-remunerazzjoni tal-persuni impjegati għall-finijiet tal-proċedimenti;

2. pretensjonijiet li jirriżultaw minn finanzjament mogħti matul il-proċedimenti;

3. pretensjonijiet li jirriżultaw minn relazzjonijiet ta’ impjieg;

4. pretensjonijiet li jirriżultaw mill-kontinwazzjoni tan-negozju tad-debitur wara l-ftuħ ta’ proċedimenti, pretensjonijiet dovuti lil kokuntratturi u lil akkwirenti terzi bona fide jew sottoakkwirenti li jirritornaw l-assi tagħhom jew il-valur tagħhom lill-patrimonju tad-debitur;

5. pretensjonijiet tal-baġit pubbliku;

6. pretensjonijiet għal somom dovuti minn debitur lil partijiet terzi fuq il-bażi ta’ obbligi ta’ manteniment, benefiċċji għal tfal minuri jew il-ħlas ta’ somom regolari bħala mezz ta’ sussistenza;

7. pretensjonijiet għal somom determinati mill-imħallef delegat biex isostnu lid-debitur u lill-familja tiegħu, jekk id-debitur ikun persuna fiżika;

8. pretensjonijiet li jirriżultaw minn self bankarju, bl-ispejjeż u l-imgħax relatati, pretensjonijiet li jirriżultaw minn provvisti ta’ oġġetti, provvista ta’ servizzi jew xogħol ieħor, pretensjonijiet minn kirjiet, u pretensjonijiet relatati ma’ lokazzjonijiet, inklużi bonds;

9. pretensjonijiet oħra mhux garantiti;

10. pretensjonijiet subordinati, fl-ordni ta’ preferenza li ġejja:

a) pretensjonijiet li jirriżultaw mill-assi ta’ partijiet terzi li jkunu akkwistaw oġġetti mid-debitur b’mala fede, pretensjonijiet ta’ sottoakkwirenti b’mala fede wara l-ammissjoni ta’ rikorsi għall-annullament, u self mogħti lil debitur li jkun persuna ġuridika minn soċju jew azzjonist li jkollu mill-inqas 10 % tal-kapital azzjonarju jew tad-drittijiet tal-vot fil-laqgħa ġenerali jew, fejn applikabbli , minn membru ta’ grupp ta’ interess ekonomiku (grupu de interes economic);

b) pretensjonijiet li jirriżultaw minn atti gratwiti.

14 Liema huma l-kundizzjonijiet għal, u l-effetti tal-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza (b'mod partikolari b'miżura komposta)?

Jekk il-proċedura għal arranġament mal-kredituri tkun tlestiet b’suċċess fi jew sal-limitu ta’ żmien stabbilit fil-kuntratt, l-imħallef delegat jieħu deċiżjoni li jirreġistra l-kisba tal-oġġetti tal-arranġament. Il-bidliet fil-pretensjonijiet stabbiliti fl-arranġament mal-kredituri mbagħad isiru finali (l-Artikolu 36 tal-Liġi Nru 85/2014).

Il-proċedimenti għar-riorganizzazzjoni bil-kontinwazzjoni tan-negozju jew għal-likwidazzjoni ippjanata (lichidare pe bază de plan) jingħalqu b’sentenza mogħtija fuq il-bażi ta’ rapport imfassal mill-amministratur maħtur mill-qorti li jsib illi jkunu ġew issodisfati l-obbligi tal-ħlas kollha mwettqa fil-pjan ikkonfermat u li jkunu tħallsu l-pretensjonijiet kollha li għadhom dovuti. Jekk il-proċedimenti miftuħa bil-ħsieb ta’ riorganizzazzjoni mbagħad jinbidlu fi proċedimenti ta’ stralċ, dawn jingħalqu skont ir-regoli dwar il-proċedimenti ta’ stralċ. Mid-data tal-konferma tal-pjan għar-riorganizzazzjoni taħt is-superviżjoni tal-qorti, u għat-tul tar-riorganizzazzjoni, id-debitur jiġi rilaxxat mid-differenza bejn il-valur tal-obbligazzjonijiet li kellu qabel il-konferma tal-pjan u l-valur indikat fil-pjan.

Il-proċedimenti ta’ stralċ jingħalqu meta l-imħallef delegat ikun approva r-rapport finali, meta l-fondi u l-assi kollha mill-patrimonju tad-debitur ikunu ġew distribwiti u meta l-fondi mhux mitluba jkunu ġew depożitati mal-bank. Wara l-għeluq tal-proċedimenti, issir ordni biex jitneħħa d-debitur mir-reġistri fejn ikun imniżżel.

Bis-saħħa tal-għeluq tal-proċedimenti, l-imħallef delegat, l-amministratur jew likwidatur maħtur mill-qorti u l-persuni kollha li jkunu għenuhom jiġu rilaxxati minn kwalunkwe dmirijiet jew obbligazzjonijiet relatati mal-proċedimenti, id-debitur u l-patrimonju tad-debitur, kredituri, detenturi ta’ drittijiet ta’ preferenza, azzjonisti jew sħab.

Bis-saħħa tal-għeluq tal-proċedimenti ta’ stralċ, debitur li jkun persuna fiżika (li jinvolvi ruħu f’attivitajiet ekonomiċi) jiġi rilaxxat mill-obbligazzjonijiet tiegħu qabel l-istralċ, sakemm ma jkunx ġie kkundannat għal falliment frodulenti jew li jkun għamel ħlas jew trasferimenti frodulenti; f’tali sitwazzjonijiet, huwa jiġi rilaxxat mill-obbligazzjonjiet jekk ikunu ġew issodisfati bħala parti mill-proċedimenti biss.

15 X'inhuma d-drittijiet tal-kredituri wara l-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza?

Wara l-għeluq tal-proċedimenti ta’ insolvenza ta’ kwalunkwe tip, il-kredituri ma jistgħux ifittxu lid-debitur għal pretensjonijiet li jkunu ġew ippreżentati qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza.

Il-kredituri xorta jistgħu jipproċedu għall-valur kollu tal-pretensjonijiet kontra l-kodebituri u l-garanti tad-debitur.

16 Min għandu jagħmel tajjeb għall-kostijiet u l-ispejjeż involuti fil-proċedimenti ta' insolvenza?

L-ispejjeż kollha li jirriżultaw minn proċedimenti stabbiliti legalment, inklużi dawk relatati ma’ avviż, stediniet u komunikazzjoni ta’ dokumenti proċedurali mill-amministratur jew likwidatur maħtur mill-qorti, għandhom jitħallsu mill-patrimonju tad-debitur (l-Artikolu 39 tal-Liġi Nru 85/2014). Jekk ir-riżorsi finanzjarji tad-debitur ma jkunux biżżejjed, issir sejħa fuq il-fond ta’ likwidazzjoni (fondul de lichidare).

17 X'inhuma r-regoli li għandhom x'jaqsmu man-nullità, l-annullabbiltà u n-nuqqas ta' eżekutorjetà ta' atti ġuridiċi detrimentali għall-korp ġenerali ta' kredituri?

L-amministratur jew likwidatur maħtur mill-qorti jista’ jippreżenta rikorsi għall-annullament ta’ atti u tranżazzjonijiet frodulenti mwettqa mid-debitur għad-detriment tad-drittijiet tal-kredituri fis-sentejn qabel il-ftuħ tal-proċedimenti.

L-atti jew trażsazzjonijiet li ġejjin imwettqa mid-debitur jistgħu jiġu annullati sabiex jiġu rritornati l-assi ttrasferiti jew il-valur ta’ benefiċċji oħra pprovduti:

a) atti ta’ trasferiment mingħajr korrispettiv imwettqa fis-sentejn qabel il-ftuħ tal-proċedimenti; l-isponsorizzazzjonijiet għal skopijiet umanitarji huma eżenti minn hawn;

b) tranżazzjonijiet fejn dak li jingħata mid-debitur ikun b’mod ċar akbar minn dak li jkun wasal, imwettqa fis-sitt xhur qabel il-ftuħ tal-proċedimenti;

c) atti mwettqa fis-sentejn qabel il-ftuħ tal-proċedimenti bl-intenzjoni min-naħat kollha li jipprevjenu li l-assi jiġu segwiti mill-kredituri, jew li jagħmlu ħsara għad-drittijiet tagħhom b’xi mod ieħor;

d) atti ta’ trasferiment ta’ sjieda lil kreditur għal jew lejn is-sodisfazzjon ta’ dejn minn qabel, imwettqa fis-sitt xhur qabel il-ftuħ tal-proċedimenti, jekk l-ammont li l-kreditur ikun jista’ jikseb fil-każ ta’ stralċ tad-debitur ikun taħt il-valur tal-att ta’ trasferiment tas-sjieda;

e) l-istabbiliment ta’ dritt ta’ preferenza fir-rigward ta’ pretensjoni mhux garantita fis-sitt xhur qabel il-ftuħ tal-proċedimenti;

f) ħlas bil-quddiem ta’ djun li jkunu saru fis-sitt xhur qabel il-ftuħ tal-proċedimenti, jekk l-iskadenza kellha tkun data wara l-ftuħ tal-proċedimenti;

g) atti ta’ trasferiment jew assunzjoni ta’ obbligi mwettqa mid-debitur fis-sentejn qabel il-ftuħ tal-proċedimenti bl-intenzjoni li jaħbi jew li jdewwem l-istat ta’ insolvenza jew li jiffroda lill-kreditur.

L-atti jew it-transazzjonijiet li ġejjin jistgħu jiġu annullati wkoll, u l-benefiċċji rkuprati, jekk ikunu ġew konklużi fis-sentejn ta’ qabel il-ftuħ tal-proċedimenti mal-persuni f’relazzjonijiet legali mad-debitur:

a) dawk konklużi ma’ sieħeb limitat (asociat comanditat) jew ma’ sieħeb li jkollu mill-inqas 20 % tal-kapital tas-sħubija jew tad-drittijiet tal-vot fil-laqgħa ġenerali tas-sħab, jekk id-debitur ikun dik is-sħubija limitata (societate în comandită) jew kumpanija agrikola (societate agricolă) f’forma ta’ sħubija (în nume colectiv) jew b’responsabbiltà limitata (cu răspundere limitată).

b) dawk konklużi ma’ membru jew direttur, jekk id-debitur ikun grupp ta’ interess ekonomiku;

c) dawk konklużi ma’ azzjonist li jkollu mill-inqas 20 % tal-ishma fid-debitur jew tad-drittijiet tal-vot fil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti fejn id-debitur ikun kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata;

d) dawk konklużi ma’ direttur, maniġer jew membru tal-korpi superviżorji tad-debitur, fejn id-debitur ikun kooperattiva, kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata jew kumpanija agrikola;

e) dawk konklużi ma’ kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha pożizzjoni ta’ kontroll fuq id-debitur jew in-negozju tiegħu;

f) dawk konklużi ma’ koproprjetarju jew ma’ parti li jkollha sjieda komuni ta’ assi komuni;

g) dawk konklużi mal-konjuġi, qraba mid-demm jew qraba bi żwieġ, sa u inkluż ir-raba’ grad ta’ parentela, tal-persuni fiżiċi mniżżla taħt il-punti (a)-(f).

Rikors għall-annullament ta’ atti frodulenti mwettqa mid-debitur għad-detriment tal-kredituri jista’ jiġi ppreżentat mill-amministratur jew likwidatur maħtur mill-qorti fi żmien sena mill-iskadenza tal-limitu ta’ żmien stabbilit għat-tħejjija tal-ewwel rapport mill-amministratur jew likwidatur maħtur mill-qorti, iżda mhux aktar tard minn 16-il xahar mill-ftuħ tal-proċedimenti. Jekk ir-rikors ikun ammess, il-partijiet tiegħu jerġgħu jiksbu l-pożizzjoni preċedenti tagħhom u l-obbligazzjonijiet eżistenti fid-data tat-trasferiment jiġu rreġistrati mill-ġdid.

Il-kumitat tal-kredituri jew kreditur li jkollu aktar minn 50 % tal-valur tal-pretensjonijiet imdaħħla fil-patrimonju tal-insolvenza jista’ jippreżenta tali rikos quddiem l-imħallef delegat jekk l-amministratur jew likwidatur maħtur mill-qorti jonqos milli jagħmel dan.

L-ebda rikors għall-annullament ma jista’ jitressaq kontra att kostituttiv (act de constituire) taħt il-liġi tal-proprjetà jew att ta’ trasferiment ta’ sjieda taħt il-liġi tal-proprjetà jekk ikun konkluż minn debitur fil-kors normali tan-negozju tiegħu ta’ kuljum. Applikazzjoni għall-annullament ta’ att kostituttiv jew ta’ att ta’ trasferiment ta’ sjieda tiddaħħal awtomatikament fir-reġistri pubbliċi xierqa.

Fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ atti u tranżazzjonijiet imsemmija hawn fuq jkun hemm il-preżunzjoni konfutabbli ta’ frodi għad-detriment tal-kredituri.

Wara li jkunu nfetħu l-proċedimenti ta’ falliment, l-atti, it-tranżazzjonijiet u l-ħlasijiet kollha li jsiru mid-debitur wara l-ftuħ tal-proċedimenti jsiru awtomatikament nulli u bla effett; bl-eċċezzjoni tal-passi meħtieġa għat-tmexxija tan-negozju li jkun għadu għaddej, tal-passi awtorizzati mill-imħallef delegat, u tal-passi approvati mill-amministratur maħtur mill-qorti

L-aħħar aġġornament: 18/12/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Insolvenza - Slovenja

1 Kontra min jistgħu jinfetħu proċedimenti ta' insolvenza?

Proċedimenti ta’ insolvenza u proċedimenti għal ristrutturar preventiv huma stabbiliti fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar l-Operazzjonijiet Finanzjarji, il-Proċedimenti ta’ Insolvenza u l-Istralċ Obbligatorju (Zakon o finančnem poslovanju, postopkih zaradi insolventnosti in prisilnem prenehanju) (minn hawn ’il quddiem: ZFPPIPP).

I. IL-PROĊEDIMENTI TA’ INSOLVENZA

1. Proċedimenti għal ristrutturar finanzjarju - riorganizzazzjoni

Proċedimenti ta’ saldu jistgħu jinfetħu kontra:

- persuna ġuridika organizzata bħala kumpanija jew kooperattiva, sakemm il-liġi ma tistipulax mod ieħor għal kumpanija jew kooperattiva partikolari meta tikkunsidra l-attività li din tkun involuta fiha;

- intraprenditur; jew

- kull persuna ġuridika oħra meta jkun stipulat hekk mil-liġi.

Il-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju jinkludu wkoll regoli speċjali għal saldu obbligatorju ta’ kumpanija kbira, medja jew żgħira. Dawn il-proċedimenti joffru għażla usa’ ta’ miżuri għar-ristrutturar finanzjarju tal-obbligi tad-debitur (pereżempju, pretensjonijiet garantiti tal-kredituri).

Proċedimenti ta’ saldu obbligatorju ssimplifikati huma permessi biss kontra kumpanija li tkun meqjusa bħala mikrokumpanija skont ir-regoli tal-Att dwar il-Kumpaniji (Zakon o gospodarskih družbah) jew kontra intraprenditur li jissodisfa l-kriterji għal kumpanija mikro jew żgħira.

2. Proċedimenti f’każ ta’ falliment

Proċedimenti ta’ falliment kontra entità ġuridika jistgħu jinfetħu kontra kwalunkwe entità ġuridika sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mil-liġi li tirregola forma ġuridika partikolari jew tip partikolari ta’ entità ġuridika jew persuna ġuridika partikolari. Proċedimenti ta’ falliment kontra kumpanija ta’ diżabbiltà jistgħu jiġu permessi biss bil-kunsens tal-gvern Sloven.

Falliment personali jista’ jinġieb kontra l-proprjetà ta’:

- intraprenditur;

- individwu (tabib, nutar, avukat, bidwi jew persuna fiżika li ma tkunx intraprenditur u li twettaq attività partikolari bħala professjoni); jew

- konsumatur.

Falliment ta’ suċċessjoni jista’ jinġieb kontra l-proprjetà ta’ testatur f'pożizzjoni ta' dejn eċċessiv - persuna fiżika mejta.

II. IL-PROĊEDIMENTI LI JIPPREĊEDU L-INSOLVENZA

Proċedimenti ta’ ristrutturar preventiv

Proċedimenti ta’ ristrutturar preventiv huma permessi biss kontra kumpanija kapitali li tkun meqjusa bħala kumpanija kbira, medja jew żgħira skont ir-regoli tal-Att dwar il-Kumpaniji.

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza?

Insolvenza

Ir-rekwiżit prinċipali biex jinfetħu proċedimenti ta’ insolvenza hu l-eżistenza ta’ ċirkostanzi ta’ insolvenza. L-insolvenza hija ddefinita bħala sitwazzjoni fejn:

- id-debitur ikun ilu insolventi għal perjodu ta’ żmien twil minħabba li ma kienx kapaċi jħallas l-obbligazzjonijiet kollha dovuti tiegħu f’dak il-perjodu; jew

- id-debitur ikun sar insolventi għal perjodu ta’ żmien twil minħabba li l-valur tal-proprjetà tiegħu jkun inqas mit-total tal-obbligazzjonijiet tiegħu (pożizzjoni ta' dejn eċċessiv), jew minħabba li t-telf tal-kumpanija kapitali tad-debitur flimkien mat-telf riportat fis-sena attwali jaqbeż nofs il-kapital azzjonarju, u t-telf ma jkunx jista’ jiġi kopert mill-profitt riportat jew mir-riżervi.

Proċedimenti ta’ insolvenza preliminari u prinċipali

Il-proċedimenti ta’ insolvenza jinkludu proċedimenti ta’ insolvenza “preliminari” u “prinċipali”. Il-proċedimenti ta’ insolvenza preliminari jinfetħu billi jitressaq rikors għall-ftuħ tal-proċedimenti (rikors għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza). Waqt il-proċedimenti ta’ insolvenza preliminari, il-qorti tiddeċiedi dwar il-kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-proċedimenti. Il-proċedimenti prinċipali jinfetħu permezz ta’ Deċiżjoni li fiha l-qorti tiddeċiedi dwar il-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza (il-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza).

Il-partijiet għall-proċedimenti ta’ insolvenza preliminari u prinċipali

Fil-proċedimenti preliminari, l-atti proċedurali jistgħu jitwettqu minn rikorrent tal-proċedimenti, debitur li kontrih ikun tressaq rikors għall-ftuħ ta’ proċedimenti meta d-debitur ma jkunx ir-rikorrent, u kreditur li jkun jista’ juri li x’aktarx għandu pretensjoni kontra d-debitur li kontrih ikun tressaq rikors għall-ftuħ ta’ proċedimenti, sakemm il-kreditur jikkomunika l-intenzjoni tiegħu li jipparteċipa fil-proċedimenti preliminari.

Fil-proċedimenti ta’ insolvenza prinċipali, l-atti proċedurali jistgħu jitwettqu minn kwalunkwe kreditur li jagħmel pretensjoni fil-proċedimenti kontra d-debitur insolventi u mid-debitur insolventi (f’saldu obbligatorju, saldu obbligatorju ssimplifikat u falliment personali).

Ftuħ u avviż tal-proċedimenti

Fl-istess jum li fih il-qorti toħroġ Deċiżjoni dwar il-ftuħ tal-proċedimenti, tippubblika d-Deċiżjoni fuq il-paġni web użati għall-pubblikazzjoni tad-dokumenti tal-qorti, dokumenti minn parteċipanti u informazzoni oħra fi proċedimenti ta’ insolvenza. Il-qorti tinforma lill-kredituri dwar il-ftuħ tal-proċedimenti permezz ta’ avviż, li għandu jiġi ppubblikat fl-istess jum u fl-istess ħin li fih tippubblika d-Deċiżjoni dwar il-ftuħ tal-proċedimenti. F’din id-Deċiżjoni, il-qorti tippubblika informazzjoni importanti dwar il-proċedimenti. Il-konsegwenzi legali tal-ftuħ tal-proċedimenti jibdew fil-jum tal-pubblikazzjoni tal-avviż dwar il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment.

Rikorrent fil-proċedimenti

Ir-rikors għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ saldu obbligatorju jista’ jitressaq biss minn debitur insolventi jew azzjonist li jkun personalment responsabbli għal kumpanija debitriċi. Ir-rikors għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ saldu obbligatorju kontra kumpanija kbira, medja jew żgħira jista’ jitressaq ukoll minn kredituri li, b’mod konġunt, ikunu sidien ta’ mill-inqas 20 % tal-pretensjonijiet finanzjarji kollha. Pereżempju, dawn jistgħu jkunu banek li jitqiesu bħala entitajiet informati tajjeb u li jkollhom l-informazzjoni, l-infrastruttura u l-persunal meħtieġa biex jimplimentaw pjan għar-ristrutturar finanzjarju tad-debitur insolventi.

Proċedimenti ta’ saldu obbligatorju jseħħu bl-intenzjoni li debitur insolventi jsir finanzjarjament solventi fuq perjodu ta' żmien qasir sa twil permezz tal-implimentazzjoni ta’ miżuri xierqa ta’ ristrutturar finanzjarju. Sabiex id-debitur ikun jista’ jwettaq in-negozju b’mod normali (u jipprovdi l-likwidità meħtieġa għall-operazzjonijiet tan-negozju kurrenti) waqt il-perjodu ta’ inċertezza waqt li jkunu għaddejjin il-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju, id-disponiment forzat tal-assi tad-debitur mhuwiex permess. Bħala kontrobilanċ għal dan il-“vantaġġ” u bil-għan li d-debitur ma jitħallhiex jabbuża minnu, l-operazzjonijiet tan-negozju tiegħu huma ristretti waqt il-proċedimenti għal negozju regolari biss.

Ir-rikors għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ saldu obbligatorju jista’ jitressaq biss minn debitur insolventi. F’dawn il-proċedimenti, pretensjonijiet ordinarji mhux garantiti biss huma suoġġetti għar-ristrutturar. Saldu obbligatorju ssimplifikat ma għandu ebda effett fuq pretensjonijiet ta’ prijorità jew garantiti, u lanqas fuq pretensonijiet għat-taxxi u l-kontribuzzjonijiet.

Ir-rikors għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment jista’ jitressaq minn debitur, azzjonist responsabbli ta’ debitur, kreditur, jew il-Fond tar-Repubblika tas-Slovenija għall-Garanzija Pubblika, il-Manteniment u d-Diżabbiltà (Javni jamstveni, preživninski in invalidski sklad Republike Slovenije). Il-kreditur irid juri l-probabbiltà li l-pretensjoni tiegħu kontra d-debitur se tirnexxi u li d-debitur ikun aktar minn xahrejn tard fil-ħlas tal-pretensjoni tiegħu. Il-Fond tar-Repubblika tas-Slovenja għall-Garanzija Pubblika, il-Manteniment u d-Diżabbiltà jrid juri l-probabbiltà li jeżistu pretensjonijiet ta’ ħaddiema kontra d-debitur tal-proċedimenti ta’ falliment proposti u li anki d-debitur ikun aktar minn xahrejn tard fil-ħlas ta’ dawn il-pretensjonijiet.

Proċedimenti ta’ ristrutturar preventiv jitwettqu bl-intenzjoni li d-debitur, li x’aktarx ikun se jsir insolventi fi żmien sena, jitħalla jimplimenta ċerti miżuri biex jirristruttura l-obbligi finanzjarji tiegħu u miżuri ta’ ristrutturar finanzjarju oħrajn li jkunu neċessarji biex jiġu eliminati l-kawżi tal-insolvenza possibbli, fuq il-bażi ta’ ftehim dwar ir-ristrutturar finanzjarju. Ir-rikors għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ ristrutturar preventiv jista’ jitressaq biss minn debitur. Irid ikun hemm qbil bejn il-kedituri li jkollhom sehem ta’ mill-inqas 30 % tal-pretensjonijiet finanzjarji kollha kontra d-debitur dwar ir-rikors għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ ristrutturar preventiv. Id-debitur għandu jehmeż mar-rikors, kopja ffirmata minn nutar tad-dikjarazzjoni tal-kredituri, fejn dawn jagħtu l-approvazzjoni tagħhom għall-ftuħ tal-proċedimenti.

Paġni web għall-pubblikazzjoni ta’ proċedimenti ta’ insolvenza

Għall-proċedimenti ta’ insolvenza kollha, dan li ġej għandu jiġi ppubblikat fuq il-paġni web għall-pubblikazzjonijiet pubbliċi fil-proċedimenti ta’ insolvenza:

  • l-informazzjoni dwar proċedimenti ta’ saldu obbligatorju individwali, proċedimenti ta’ falliment, likwidazzjoni obbligatorja, saldu obbligatorju ssimplifikat, ristrutturar preventiv u falliment ta’ suċċessjoni;
  • id-deċiżjonijiet tal-qorti maħruġin fil-proċedimenti (ħlief ċerti eċċezzjonijiet stipulati mil-liġi);
  • avviżi dwar il-ftuħ tal-proċedimenti, avviżi dwar id-dati tas-seduti u notifiki oħrajn u sejħiet għall-votazzjoni li jinħarġu minn qorti skont il-liġi;
  • ir-rekords tas-seduti u s-sessjonijiet tal-kumitat tal-kredituri;
  • ir-rapporti tal-amministraturi u tad-debituri insolventi fil-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju;
  • il-lista tal-pretensjonijiet ivverifikati;
  • is-sottomissjonijiet tal-partijiet fil-proċedimenti u dokumenti oħrajn tal-qorti li għandhom jiġu ppubblikati skont iz-ZFPPIPP; u
  • in-notifiki kollha ta’ rkant pubbliku fil-proċedimenti ta’ falliment u l-istediniet sabiex jiġu ppreżentati offerti li jirrigwadaw ir-realizzazzjoni tal-patrimonju fil-każ ta’ falliment.

Il-paġni web għall-pubblikazzjoni tal-proċedimenti ta’ insolvenza huma ġestiti mill-Aġenzija tar-Repubblika tas-Slovenja għar-Rekords Legali Pubbliċi u Servizzi Relatati (Agencija Republike Slovenije za javnopravne evidence in storitve; minn hawn ’il quddiem: AJPES). Hemm preżunjoni statutorja irrifjutabbli li l-partijiet fi proċedimenti ta’ insolvenza u kull persuna oħra jsiru konxji mid-deċiżjonijiet tal-qorti, mir-rikorsi ta’ partijiet oħrajn għall-proċedimenti u atti legali oħrajn fi żmien tmint ijiem wara li jiġu ppubblikati. Għal din ir-raġuni, il-paġni web huma Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapubbliċi u mingħajr ħlas.

3 Liema huma l-assi li jiffurmaw parti mill-patrimonju tal-insolvenza? Kif jiġu ttrattati l-assi li huma miksuba minn, jew li jiddevolvu lid-debitur wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza?

Il-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju

Wara li jiftaħ proċedimenti ta’ saldu obbligatorju, id-debitur għandu jżomm il-proprjetà tiegħu. Id-debitur jista’ jbigħ biss il-proprjetà li ma tkunx meħtieġa għall-operat tan-negozju tiegħu meta l-bejgħ ta’ proprjetà bħal din ikun identifikat bħala miżura ta’ ristrutturar finanzjarju fil-pjan ta’ ristrutturar finanzjarju. Wara li jiftaħ proċedimenti ta’ saldu obligatorji, id-debitur jista’ jieħu self biss bil-kunsens tal-qorti, bil-limitu massimu ta’ dan is-self ikun daqs il-valur totali tal-assi likwidi meħtieġa għall-finanzjament tal-operat tan-negozju regolari u biex jiġu koperti l-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju.

Il-pretensjonijiet li jirriżultaw b’rabta mal-finanzjament tal-operat tan-negozju regolari tad-debitur fi proċedimenti ta’ saldu obbligatorju u fi proċedimenti ta’ ristrutturar preventiv jitħallsu fi proċedimenti ta’ falliment potenzjali sussegwenti mid-distribuzzjoni ġenerali tal-patrimonju tal-falliment, qabel ma jitħallsu l-pretensjonijiet ta’ prijorità (jiġifieri l-ispejjeż tal-proċedimenti).

Proċedimenti f’każ ta’ falliment

Il-patrimonju tal-falliment ta’ debitur li jkun persuna ġuridika jinkludi l-proprjetà tad-debitur f'falliment fil-ftuħ tal-proċedimenti, il-proprjetà kollha miksuba permezz tar-realizzazzjoni u l-ġestjoni tal-patrimonju ta’ falliment u billi jiġu kkuntestati atti legali tad-debitur f'falliment, u l-proprjetà miksuba permezz ta' operat tan-negozju kontinwat fejn id-debitur f'falliment ikompli l-operat tan-negozju wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment f’konformità maż-ZFPPIPP. Il-patrimonju tal-falliment jinkludi wkoll il-proprjetà miksuba bil-preżentazzjoni ta’ azzonijiet kontra azzjonisti responsabbli personalment għad-debitur f'falliment; minbarra assi li jkunu neċessarji b’mod urġenti sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet bażiċi.

Il-patrimonju tal-falliment ta’ debitur f'falliment personali jinkludi l-proprjetà kollha li d-debitur f'falliment jikseb waqt il-perjodu ta’ verifika, sal-eżenzjoni mill-obbligi jew sal-għeluq tal-proċedimenti ta’ falliment. F’każ ta’ falliment personali, dan li ġej ikun eskluż mill-patrimonju f’każ ta’ falliment:

- oġġetti (oġġetti għal użu personali (ħwejjeġ, żraben, eċċ.), oġġetti tad-dar (għamara, friġġ, forn, washing machine, eċċ.) li jkunu neċessarji b’mod urġenti għad-debitur u l-membri tal-unità domestika tad-debitur, oġġetti meħtieġa b’mod urġenti għat-twettiq tax-xogħol tad-debitur, premjijiet u rikonoxximenti, iċ-ċurkett tat-tieġ, ittri personali, materjal miktub bl-id u dokumenti personali oħrajn (stampi u ritratti tal-membri tal-familja eċċ.); u

- riċevibbli (riċevibbli għal manteniment legali, riċevibbli għal kumpens għal korrimenti fuq il-persuna skont l-assigurazzjoni tad-diżabbiltà, riċevibbli għal għajnuna soċjali finanzjarja, eċċ.).

Barra minn hekk, il-patrimonju tal-falliment f’falliment personali ma jinkludix il-gwadanni tad-debitur meħtieġa għall-provvediment tad-dħul soċjali minimu (id-debitur iżomm tal-anqas 76 % tas-salarju minimu, u f’każ fejn id-debitur ikun isostni membru tal-familja jew persuna oħra, id-debitur għandu jipprovdi bil-liġi l-ammont preskritt għal kull persuna sostnuta).

F’każ ta’ falliment personali, id-debitur jiġi garantit l-istess dħul soċjali minimu li kieku jirċievi f’każ ta’ infurzar individwali.

4 X’setgħat għandhom id-debitur u l-prattikant tal-insolvenza, rispettivament?

Il-kompetenzi u l-kompiti ta’ qorti

Il-qorti tad-distrett għandha l-kompetenza sabiex tittratta l-proċedimenti ta’ insolvenza. Il-proċedimenti ta’ insolvenza jiġu ppreseduti minn imħallef wieħed. Il-Qorti Superjuri ta’ Ljubljana (Višje sodišče v Ljubljani) hija territorjalment kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar l-appelli fil-proċedimenti ta’ insolvenza kollha.

Il-ħatra ta’ amministratur u s-setgħat tiegħu

L-amministratur jeżerċita s-setgħat u jwettaq il-kompiti fil-proċedimenti ta’ insolvenza, kif inhu stipulat mil-liġi, sabiex jiġu protetti l-interessi tal-kredituri. L-amministratur jinħatar fil-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju u fil-proċedimenti ta’ falliment. L-amministratur jinħatar minn qorti b’Deċiżjoni dwar il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza. Fi proċedimenti ta’ saldu obbligatorju kontra kumpaniji kbar, medji jew żgħar, il-qorti taħtar amministratur b’Deċiżjoni speċjali fil-jum li jiġi wara dak li fih tirċievi rikors għall-ftuħ tal-proċedimenti.

Fi proċedimenti ta’ saldu obbligatorju, amministratur jissorvelja l-operat tan-negozju tad-debitur. Għal dan il-għan, id-debitur insolventi għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa għas-superviżjoni u jippermetti l-ispezzjoni tar-rekords u d-dokumentazzjoni tan-negozju tiegħu. Fi proċedimenti bħal dawn, il-kapaċità ġuridika tad-debitur hija limitata. Wara l-ftuħ tal-proċedimenti, id-debitur jista’ jwettaq biss negozju (kurrenti) regolari relatat mal-attivitajiet tiegħu u mas-saldu tal-obbligazzjonijiet relatati man-negozju. Wara l-ftuħ tal-proċedimenti, id-debitur jista’ jkollu x'jaqsam mal-proprjetà tiegħu biss sal-punt meħtieġ biex iwettaq negozju regolari u ma jistax jieħu self jew kreditu, jagħti garanziji jew avallijiet, jew jidħol f’kuntratt jew iwettaq kwalunkwe att ieħor li jwassal għat-trattament inugwali tal-kredituri jew jinibixxi l-implimentazzjoni tar-ristrutturar finanzjarju. Wara l-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ saldu obbligatorju, id-debitur jista’, barra mill-kuntratti regolari u soġġett għall-għoti ta’ kunsens mill-qorti, ibigħ proprjetà li ma tkunx meħtieġa għan-negozju tiegħu jekk il-bejgħ tal-proprjetà jkun speċifikat bħala miżura ta’ ristrutturar finanzjarju fil-pjan ta’ ristrutturar finanzjarju. Id-debitur jista’ jieħu self jew kreditu b’limitu massimu daqs il-valur totali tal-assi likwidi meħtieġa għall-finanzjament tal-operat tan-negozju regolari u biex jiġu koperti l-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju. Il-qorti tiddeċiedi jekk tagħtix il-kunses fuq bażi tal-opinjoni tal-amministratur jew il-kumitat tal-kredituri.

Ladarba jinfetħu proċedimenti ta’ falliment kontra entità ġuridika, is-setgħat tar-rappreżentanti tad-debitur, detentur ta’ prokura u persuni oħrajn awtorizzati sabiex jirrappreżentaw lid-debitur, kif ukoll is-setgħat tal-maniġment sabiex jiġġestixxi n-negozju tad-debitur jiġu tterminati. L-amministratur jakkwista s-setgħat li jiġġestixxi n-negozju tad-debitur insolventi waqt il-proċedimenti ta’ falliment skont il-bżonnijiet tal-proċedimenti u sabiex jirrappreżenta lid-debitur fi:

  • atti proċedurali u ġuridiċi oħrajn relatati mal-verifika tal-pretensjonijiet, u mad-drittijiet ta’ separazzjoni u esklużjoni;
  • atti proċedurali u atti ġuridiċi oħrajn sabiex jiġu kkuntestati atti ġuridiċi tad-debitur insolventi;
  • kuntratti ġuridiċi u atti oħrajn meħtieġa sabiex jiġi rrealizzat il-patrimonju f’każ ta’ falliment;
  • ir-realizzazzjoni ta’ deroga u drittijiet oħrajn miksubin mid-debitur insolventi bħala konsegwenza ġuridika tal-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment; u
  • tranżazzjonijiet ġuridiċi oħrajn li d-debitur insolventi jista’ jwettaq taħt il-liġi.

Ladarba jkunu nfetħu proċedimenti ta’ falliment personali, il-kapaċità ġuridika tad-debitur f'falliment tkun ristretta minn:

1. nuqqas ta’ abbiltà li jikkonkludi kuntratti jew jagħmel tranżazzjonijiet jew atti ġuridiċi oħrajn li jinkludu t-trattament ta’ proprjetà inkluża fil-patrimonju f’każ ta’ falliment; u

2. nuqqas ta’ abbiltà, mingħajr il-kunsens tal-qorti, li:

  • jissellef jew jieħu kreditu, jew jagħti garanziji;
  • jiftaħ kont bankarju jew kont tal-flus ieħor; jew
  • jirriftjuta d-drittijiet ta’ suċċessjoni jew drittijiet proprjetarji oħrajn.

Tranżazzjoni ġuridika jew att ġuridiku ieħor ta’ debitur f'falliment li jmorru kontra dawn ir-regoli ma jkollhomx effett ġuridiku, ħlief fejn il-parti kontraenti l-oħra ma tkunx taf u ma setgħetx tkun taf li l-proċedimenti ta’ falliment personali kienu miftuħin kontra d-debitur fil-waqt tal-konklużjoni tat-tranżazzjoni ġurdika jew it-twettiq tal-att ġuridiku, li s-suġġett tiegħu kien id-dispożizzjoni tal-proprjetà tad-debitur inkluża fil-patrimonju f’każ ta’ falliment. Bħala regola, u evidenza għall-kuntrarju mhix permessa, il-parti kontraenti l-oħra titqies li kienet taf li l-proċedimenti ta’ falliment personali kienu nfetħu kontra d-debitur, fejn il-kuntratt jew kwalunkwe tranżazzjoni ġuridika oħra tkun ġiet konkluża aktar minn tmint ijiem wara l-pubblikazzjoni tal-avviż tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment fuq il-paġni web pubbliċi għall-pubblikazzjoni tal-proċedimenti ta’ insolvenza.

Fi proċedimenti ta’ ristrutturar preventiv, amministratur ma jkunx involut. Il-kapaċità ġuridika tad-debitur mhijiex ristretta f’dawn il-proċedimenti. Amministratur lanqas ikun involut fi proċedimenti ta’ saldu obbligatorju ssimplifikati.

Liċenzja biex taġixxi bħala amministratur

Il-funzjoni ta’ amministratur tista’ titwettaq biss minn persuna li jkollha liċenzja valida mill-ministru responsabbli għall-affarijiet legali biex twettaq il-funzjoni ta’ amministratur fi proċedimenti ta’ insolvenza u likwidazzjoni obbligatorja.

Il-ministru responsabbli għall-affarijiet legali joħroġ il-liċenzja sabiex wieħed ikun jista’ jaġixxi bħala amministratur għal persuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

  • huwa ċittadin tar-Repubblika tas-Slovenja jew ta’ Stat Membru tal-UE, Stat Membru taż-ŻEE jew Stat Membru tal-OECD u jkollu għarfien operazzjonali tal-Isloven;
  • ikollu kapaċità ġuridika u, b’mod ġenerali, ikollu saħħa tajba;
  • ikollu tal-anqas l-ewwel ċiklu ta’ edukazzjoni għolja jew edukazzjoni komparabbli miksuba barra mill-pajjiż li tkun ġiet nostrifikata, rikonoxxuta jew evalwata f’konformità mal-liġi dwar l-evalwazzjoni u r-rikonoxximent tal-edukazzjoni, jew ikollu liċenzja biex iwettaq il-kompiti ta’ awditur jew awditur awtorizzat;
  • ikollu tal-anqas esperjenza ta’ tliet snin ta’ xogħol relatat mal-edukazzjoni professjonali tiegħu;
  • ikollu polza tal-assigurazzjoni li tkopri r-responsabbiltà tiegħu għad-danni ta’ tal-anqas EUR 500,000 f’sena;
  • ikun għadda minn eżami professjonali biex jaġixxi ta’ amministratur;
  • ikun persuna meqjusa bħala affidabbli mill-pubbliku biex taġixxi ta’ amministratur;
  • ikun ta dikjarazzjoni lill-ministru responsabbli għall-affarijiet legali li hu jkun ser iwettaq ir-rwol tiegħu ta’ amministratur b’mod kuxjenzjuż u responsabbli u li ser jaħdem lejn finalizzazzjoni mħaffa tal-proċedimenti bl-aktar termini ta’ ripagament favorevoli possibbli lill-kredituri f’kull proċediment ta’ insolvenza li fih jinħatar.

5 Taħt liema kundizzjonijiet tiġi invokata t-tpaċija ?

Tpaċija tal-pretensjonijiet mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju

Fejn, mal-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ saldu obbligatorju, ikun hemm pretensjoni minn kreditur kontra debitur insolventi u kontrapretensjoni tad-debitur insolventi kontra l-kreditur, jitqies li tkun saret tpaċija tal-pretensjonijiet mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju. Din ir-regola tapplika wkoll għal pretensjonijiet mhux monetarji u pretensjonijiet mhux dovuti għal ħlas fil-ftuħ tal-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju. Il-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ saldu obbligatorju ma jkollux effett fuq pretensjonijiet garantiti u ta’ prijorità u drittijiet ta’ esklużjoni. Fi proċedimenti ta’ insolvenza kontra kumpaniji kbar, medji jew żgħar, il-pretensjonijiet garantiti jistgħu jiġu soġġetti għal ristrutturar finanzjarju.

Tpaċija ta’ pretensjonijiet mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment

Fejn, mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, issir pretensjoni minn kreditur kontra d-debitur f'falliment u kontropretensoni tad-debitur f'falliment kontra dak il-kreditur, jitqies li tkun saret tpaċija tal-pretensjonijiet mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju. Din ir-regola tapplika wkoll għal pretensjonijiet mhux monetarji u pretensjonijiet mhux dovuti għal ħlas mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment. Il-kreditur ma jinnotifikax il-pretensjoni tiegħu kontra d-debitur f'falliment fil-proċedimenti ta’ falliment, iżda għandu jinnotifika lill-amministratur dwar it-tpaċija fi żmien tliet xhur minn wara li jiġi ppubblikat l-avviż tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment. Meta l-kreditur ma jinformax lill-amministratur bit-tpaċija, il-kreditur ikun responsabbli mad-debitur f'falliment biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż u telf ieħor li d-debitur f'falliment iġarrab minħabba l-ommissjoni tal-kreditur. Fejn il-pretensjoni tal-kreditur kontra d-debitur f'falliment tkun kondizzjonali, ikun hemm tpaċija jekk il-kreditur jitlob li jkun hemm tpaċija u l-qorti tagħti l-kunsens tagħha għal din it-tpaċija.

F’każ ta’ pretensjoni kontra kreditur f'falliment li tkun saret qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment jew li tkun ġiet akkwiżita minn kreditur ġdid qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment minħabba waqfien minn kreditur preċedenti, ma tistax issir tpaċija b’kontrapretensjoni tad-debitur f'falliment kontra l-kreditur il-ġdid, jekk dik il-pretensjoni tkun tqajmet qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment.

F’każ ta’ pretensjoni kontra l-kreditur f'falliment li tkun tqajmet qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, ma tistax issir tpaċija b’kontrapretensjoni tad-debitur f'falliment kontra dak il-kreditur, jekk dik il-pretensjoni tkun tqajmet wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment.

6 X’effett għandhom il-proċedimenti ta’ falliment fuq kuntratti kurrenti li d-debitur huwa parti tagħhom?

Ordnijiet sabiex issir tranżazzjoni ġuridika jew att ġuridiku ieħor għal debitur jiġu rtirati jekk id-debitur ikun ħariġhom qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment. Wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, fornitur ta’ servizz ta’ pagament ma jistax jagħmel pagamenti mill-assi monetarji tad-debitur insolventi skont Deċiżjoni dwar l-infurzar jew l-irkupru obbligatorju. Offerti mogħtijin mid-debitur f'falliment qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment jiġu rtirati, ħlief meta d-destinatarju jkun jaċċetta l-offerta qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment.

Amministratur jista’ jirtira kuntratti ta’ kera u lokazzjoni mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment jekk dawn il-kuntratti jkunu ġew konklużi mid-debitur f'falliment qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment bl-għoti ta’ avviż ta’ xahar, irrilevanti mir-regoli statutorji ġenerali u t-termini tal-kuntratt. Meta d-debitur f'falliment juża d-dritt tiegħu ta’ terminazzjoni, il-perjodu ta’ notifika jibda fl-aħħar jum tax-xahar li fih il-parti kontraenti l-oħra tirċievi d-dikjarazzjoni tad-debitur f'falliment dwar it-terminazzjoni, u jiskadi fl-aħħar jum tax-xahar ta’ wara. Il-parti kontraenti l-oħra għandha d-dritt għal kumpens għad-danni mingħand id-debitur f'falliment li jkunu rriżultaw mill-eżerċitar tad-dritt tat-terminazzjoni, għall-kuntrarju tar-regoli ġenerali. Il-pretensjoni għad-danni għandha tiġi nnotifikata fil-proċedimenti ta’ falliment u titħallas mill-patrimonju distribwibbli skont il-liġi dwar il-pagament tal-pretensjonijiet tal-kredituri.

Il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment ma jkollux effett fuq ftehim dwar saldu jew fuq kuntratt finanzjarju kwalifikat li għalih japplikaw ir-regoli stipulati fil-ftehim dwar is-saldu. Meta, wara li jiġu indirizzati d-drittijiet u l-obbligi reċiproċi skont ir-regoli stipulati fil-ftehim dwar is-saldu, tirriżulta pretensjoni monetarja netta ta’ parti kontraenti oħra kontra d-debitur f'falliment, il-parti kontraenti l-oħra għandha tinnotifika l-pretensjoni fil-proċedimenti ta’ falliment u l-pretensjoni titħallas mill-patrimonju distribwibbli, skont l-istat tad-dritt dwar il-pagament tal-pretensjonijiet tal-kredituri.

7 X'effetti għandhom il-proċedimenti ta' insolvenza fuq il-proċedimenti miġjuba minn kredituri individwali (bl-eċċezzjoni ta' kawżi pendenti)?

L-impermissibbiltà tal-infurzar u tar-rahan

Wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza kontra debitur insolventi, ġeneralment ma jkunx permissibbli mil-liġi li tinħareġ Deċiżjoni ta’ infurzar jew ta’ rahan, sakemm il-liġi ma tispeċifikax mod ieħor.

Wara l-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ ristrutturar preventivi kontra debitur, mhuwiex permess li tinħareġ Deċiżjoni għal infurzar jew għal rahan ta’ pretensjoni finanzjarja li tkun is-suġġett ta’ ristrutturar preventiv.

Terminazzjoni ta’ proċedimenti miftuħin għall-infurzar jew rahan

Il-proċedimenti għall-infurzar jew għal rahan li jkunu nfetħu kontra debitur insolventi qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju jiġu tterminati mal-ftuħ tal-proċedimenti tal-aħħar u jistgħu jitkomplew biss fuq bażi ta’ Deċiżjoni tal-qorti li tkun qed twettaq proċedimenti ta’ saldu obbligatorju li hija ddikjarata bil-liġi li hi l-bażi biex jitkomplew il-proċedimenti għall-infurzar jew għal rahan.

Il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment għandu l-konsegwenzi ġuridiċi li ġejjin fuq il-proċedimenti għall-infurzar jew ta’ rahan li jkunu nfetħu kontra debitur insolventi qabel il-bidu tal-proċedimenti ta’ ftuħ:

  • fejn, fil-proċedimenti ta’ infurzar jew ta’ rahan fuq proprjetà mobbli jew immobbli, il-kreditur ikun għadu ma kisibx id-dritt ta’ separazzjoni qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, il-proċedimenti għal infurzar jew ta’ rahan jiġu sospiżi mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment;
  • fejn, fil-proċedimenti għal infurzar jew ta’ rahan fuq proprjetà mobbli jew immobbli, il-kreditur ikun kiseb id-dritt ta’ separazzjoni qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment u jekk, il-bejgħ tal-proprjetà li tkun is-suġġett tad-dritt ta’ separazzjoni ikun għadu ma sarx qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, il-proċedimenti għal infurzar jew ta’ rahan jiġu sospiżi mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment;
  • fejn kreditur fil-proċedimenti ta’ infurzar jikseb dritt ta’ separazzjoni qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, u jekk qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment il-bejgħ tal-proprjetà li tkun is-suġġett ta’ dritt ta’ separazzjoni ikun sar fil-proċedimenti ta’ infurzar, il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment ma jkollux effett fuq il-proċedimenti ta’ infurzar; u
  • il-proċedimenti tas-sigurtà minn miżura interim jew preliminari jiġu sospiżi mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, u l-azzjonijiet kollha mwettqin f’dak il-proċedimenti jiġu annullati.

Il-proċedimenti ta’ infurzar jew ta’ rahan li jkunu nbdew kontra d-debitur qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ ristrutturar preventiv għall-infurzar jew għall-assigurazzjoni ta’ pretensjoni finanzjarja, li tkun is-suġġett ta’ ristrutturar preventiv, jiġu tterminati mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ ristrutturar preventiv. Il-qorti tal-infurzar tiddeċiedi dwar it-terminazzjoni tal-proċedimenti ta’ infurzar jew rahan skont ir-rikors tad-debitur.

Il-prinċipju tal-konsolidazzjoni tal-proċedimenti ta’ falliment

Kreditur jista’ jinnotifika l-pretensjoni tiegħu għat-twettiq ta' obbligazzjoni li tkun irriżultat mir-relazzjoni mad-debitur f'falliment sal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment biss fi proċedimenti ta’ falliment kontra dak id-debitur u skont ir-regoli tal-proċedimenti (regoli dwar in-notifika u l-verifika tal-pretensjonijiet, direzzjonijiet dwar it-tilwim (il-ftuħ ta' kawża) dwar pretensjonijiet ikkontestati, eċċ.)

8 X’inhu l-effett ta' proċediment ta’ insolvenza fuq il-kontinwazzjoni ta’ kawżi pendenti fil-mument tal-ftuħ ta’ proċediment ta’ insolvenza?

Fejn kreditur ikun fetaħ kawża biex jistabbilixxi pretensjoni qabel il-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment, it-tilwim jiġi sospiż fuq il-bażi tar-regoli tal-Att dwar il-Proċeduri Ċivili (Zakon o pravdnem postopku). Kreditur li jkun fetaħ kawża qabel il-ftuħ ta' proċedimenti ta’ falliment għandu jinnotifika l-pretensjoni tiegħu fil-proċedimenti ta’ falliment.

Fil-jum li tiġi ppubblikata Deċiżjoni dwar il-verifika tal-pretensjonijiet, jiġu tterminati r-raġunijiet li għalihom tkun ġiet sospiża kawża bħala konsegwenza tal-proċedimenti ta’ falliment. Jekk pretensjoni ta’ kreditur tiġi rikonoxxuta, l-interess legali tiegħu li jkompli bil-kawża fuq dik il-pretensjoni jispiċċa u l-proċedimenti tal-kawża jiġu sospiżi. Il-kreditur jingħata sehem ugwali u proporzjonat meta mqabbel ma’ dak tal-kredituri l-oħrajn li l-pretensjonijiet ordinarji mhux garantiti tagħhom ikunu ġew rikonoxxuti fil-proċedimenti ta’ falliment.

Jekk il-pretensjoni ta’ kreditur fil-proċedimenti ta’ falliment tiġi kkontestata mill-amministratur, il-kreditur għandu jressaq rikors biex il-kawża sospiża titkompla fi żmien xahar minn meta d-Deċiżjoni dwar il-verifika tal-pretensjonijiet tkun ġiet ippubblikata. F’dak il-każ, il-kreditur fil-kawża jeħtieġ biss li jfittex li jistabbilixxi l-eżistenza tal-pretensjoni. Jekk il-pretensjoni ta’ kreditur tiġi kkontestata minn kreditur ieħor, il-kreditur għandu jespandi l-kawża tiegħu sabiex jinkludi l-kreditur li jkun qed jikkontesta l-pretensjoni bħala imputat ġdid, fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni dwar il-verifika tal-pretensjonijiet. Meta l-pretensjoni tiegħu tkun stabbilita fil-kawża, il-kreditur jitħallas sehem ugwali u proporzjonat meta mqabbel ma’ dak tal-kredituri l-oħrajn li l-pretensjonijiet ordinarji mhux garantiti tagħhom kienu rikonoxxuti fil-proċedimenti ta’ falliment.

9 Liema huma l-karatteristiċi ewlenin tal-parteċipazzjoni tal-kredituri fil-proċedimenti ta’ insolvenza?

Fil-proċedimenti ta’ insolvenza prinċipali, l-atti proċedurali jistgħu jitwettqu minn kwalunkwe kreditur fil-proċedimenti li jfittex li jistabbilixxi l-pretensjoni tiegħu kontra d-debitur insolventi. Bħala regola ġenerali, kull kreditur (bħala parti) għandu dritt fil-proċedimenti ta’ insolvenza li jappella kull Deċiżjoni tal-qorti ħlief fejn il-liġi tistipula li appell kontra Deċiżjoni partikolari jista’ jitressaq biss minn ċerti partijiet. L-appell għandu jiġi ppreżentat fi żmien 15-il jum. Il-perjodu ta’ 15-il jum għal persuni li għandha tittieħed Deċiżjoni fir-rigward tagħhom sont iz-ZFPPIPP, jibda mill-jum li tinħareġ id-Deċiżjoni; għal persuni oħrajn il-perjodu ta’ 15-il jum jibda mill-jum li fih tiġi ppubblikata d-Deċiżjoni.

Fi proċedimenti ta’ insolvenza, kreditur jista’ jwettaq ukoll atti proċedurali permezz tal-kumitat tal-kredituri li, bħala korp tal-kredituri għan-nom tal-kredituri kollha li huma partijiet għall-proċedimenti, ikun awtorizzat li jwettaq atti proċedurali stipulati mil-liġi. Kumitat tal-kredituri jiġi stabbilit fil-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju; fi proċedimenti ta’ falliment, dan jiġi stabbilit biss meta l-kredituri jitolbu li jiġi stabbilit.

Il-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju

Il-Kumitat tal-kredituri

Fi proċedimenti ta’ saldu obbligatorju, il-qorti tistabbilixxi kumitat tal-kredituri li, sabiex jeżerċita d-drittijiet u s-setgħat tiegħu, għandu d-dritt li jispezzjona r-rekords tan-negozju tad-debitur (jiġifieri spezzjoni tal-operat u tas-sitwazzjoni finanzjarja tad-debitur) biex jiġi protett l-interess tal-kredituri u biex jingħataw proposti u opinjonijiet meħtieġa biex jiġu protetti l-kredituri fil-proċedimenti. Fil-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju, il-kumitat ta’ kredituri jista’, għal finijiet ta’ ristrutturar finanzjarju tad-debitur insolventi, jadotta deċiżjoni f’konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet leġiżlattivi dwar iż-żieda tal-kapital azzjonarju b’injezzjonijiet ta’ flus jew kontribuzzjonijiet in natura, li jkunu s-suġġett tal-pretensjonijiet tal-kredituri kontra d-debitur insolventi.

L-emendi leġiżlattivi fl-aħħar tal-2013, li għandhom l-għan li jiġi ffaċilitat ir-ristrutturar finanzjarju effiċjenti ta’ kumpanji kbar u medji, inkludew regoli speċjali għas-saldu obbligatorju kontra kumpaniji bħal dawn, li saħħew il-pożizzjoni tal-kredituri b’mod sinifikanti. Ir-regoli ta’ dawk il-proċedimenti jintużaw għal kumpaniji żgħar ukoll, skont l-emenda leġiżlattiva fl-2016. Sabiex l-amministratur iwettaq il-kompiti tiegħu b’mod korrett fil-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju, ikun hemm bżonn ta’ esperjenza usa’ u taħriġ u, għaldaqstant, meta jinħatar aministratur, ir-regola dwar il-ħatra skont l-ordni ta’ sekwenza ta’ ħatra awtomatika ma tapplikax u minflok il-qorti tagħżel amministratur fuq valutazzjoni tagħha stess. Meta l-kredituri stess jipproponu l-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ saldu obbligatorju kontra debitur insolventi skont id-dispożizzjoni ġuridika l-ġdida, il-qorti taħtar l-amministratur li jkun ġie ssuġġerit mir-rikorrenti. Skont is-sistema l-ġdida, il-kumitat ta-kredituri wkoll