Informazzjoni nazzjonali dwar il-punti ta’ kuntatt u t-tħaddim tan-NĠE (f'materji ċivili u kummerċjali)
L-Unjoni Ewropea għandha varjetà wiesgħa ta' sistemi legali nazzjonali, u din id-diversità, flimkien ma' leġiżlazzjoni ġdida tal-Unjoni, wasslet għall-bżonn li tingħata għajnuna u informazzjoni permezz ta' netwerk speċifiku lill-awtoritajiet li jkunu qed jittrattaw każijiet transfruntieri. Dawn il-każijiet jistgħu jkopru tilwim ta' negozju, tal-konsumaturi jew tal-impjiegi, jew kwistjonijiet ta' divorzju, kustodja tal-minuri jew tas-suċċessjoni. In-Netwerk jiġbor fi ħdanu l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-assistenza għall-qrati lokali, u twaqqaf biex jiffaċilita l-kooperazzjoni ġudizzjarja u legali bejn l-Istati Membri. In-NĠE (f'materji ċivili u kummerċjali) twaqqaf permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta' Mejju 2001 u beda jopera fl-1 ta' Diċembru 2002. Il-bażi ġuridika ġiet immodifikata darba, fl-2009 (il-verżjoni konsolidata tinsab hawn). Fin-NĠE (f'materji ċivili u kummerċjali) jipparteċipaw l-Istati Membri kollha ħlief id-Danimarka.
Agħti daqqa t'għajn lejn l-infografika tan-NĠE!
Sa mill-bidu tiegħu, in-NĠE (f'materji ċivili u kummerċjali) kien strument importanti biex jipprovdi appoġġ fl-implimentazzjoni ta’ strumenti tal-ġustizzja ċivili tal-UE fil-prattika ġuridika ta' kuljum. In-NĠE (f'materji ċivili u kummerċjali) jiffaċilita u joffri sostenn lir-relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali permezz ta' punti ta' kuntatt f'kull Stat Membru, u b'hekk jgħin biex il-każijiet transfruntieri jiġu ffaċilitati. Din il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet għandha l-għan li tagħti għajnuna lil nies involuti f'kawżi ġudizzjarji ċivili u kummerċjali transfruntieri.
Hemm iktar minn 500 membru tan-Netwerk, li jaqgħu taħt il-ħames kategoriji msemmija taħt. Kull Stat Membru għandu minn tal-anqas punt ta' kuntatt wieħed.
In-Netwerk hu magħmul minn:
Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.