Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna is-Sloven ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Dwar in-Networks

Slovenja
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

In-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-Materji Ċivili u Kummerċjali (NĠE) jopera fis-Slovenja permezz ta' 3 punti ta' kuntatt u 16-il membru tan-network.

Il-punti ta' kuntatt huma impjegati tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tas-Slovenja. B'dan il-mod, ħidmet il-punti ta' kuntatt tista' tiġi armonizzata u kkoordinata kuljum.

Il-Qrati distrettwali, li hemm 11 minnhom fir-Repubblika tas-Slovenja, huma awtorizzati jipprovdu għajnuna legali internazzjonali f'materji ċivili u kummerċjali. Fid-dawl ta' dan, is-Slovenja, b'konformità mal-Artikolu 2(1)(d) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2001 li tistabbilixxi Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali, ħatret rappreżentant minn kull qorti distrettwali bħala membru tan-NĠE. Barra minn hekk, is-Slovenja ħatret żewġ membri tan-network speċjalizzati (imħallfin) li huma kompetenti fi kwistjonijiet ta' kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji familjari, b'imħallef minnhom ikun impjegat fil-qorti distrettwali u l-ieħor fil-Ministeru tal-Ġustizzja.

L-emenda tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi NĠE fl-2009 għamlet possibbli l-kooperazzjoni ma' professjonijiet ġudizzjarji oħrajn fi ħdan in-NĠE. Mill-2011 'il quddiem, il-Kamra tan-Nutara tas-Slovenja (Notarska zbornica Republike Slovenije), il-Kamra tal-Avukati tas-Slovenja (Odvetniška zbornica Republike Slovenije) u l-Kamra tal-Uffiċċjali Eżekuttivi tas-Slovenja (Zbornica izvršiteljev Slovenije) ukoll kienu membri tan-network.

L-involviment ta' mħallfin u professjonisti legali oħrajn fin-NĠE huwa importanti għall-ksib tal-għanijiet tan-NĠE, peress li jiżgura kooperazzjoni diretta bejn l-imħallfin u l-professjonijiet legali l-oħrajn, li hija importanti għar-riżoluzzjoni b'inqas intoppi ta' kawżi speċifiċi quddiem il-qrati.

Il-punti ta' kuntatt tal-membri tan-NĠE jikkomunikaw ma' xulxin spiss u meta jkun hemm bżonn, inkluż permezz tal-posta elettronika, bit-telefown u wiċċ imb wiċċ, u jiltaqgħu f'laqgħat annwali fil-livell nazzjonali.

L-aħħar aġġornament: 24/03/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.