Dwar in-Networks

Slovakkja
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

Bħalissa, il-membri Slovakki tan-Network huma:

  • erba’ punti ta’ kuntatt mill-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka (id-Dipartiment tad-Dritt Internazzjonali Privat (Odbor medzinárodného práva súkromného) tat-Taqsima tad-Dritt Internazzjonali (Sekcia medzinárodného práva)).
  • maġistrat ta’ kollegament fil-liġi tal-familja;
  • rappreżentanti ta’ awtoritajiet ċentrali oħrajn definiti fl-istrumenti tal-UE:

iċ-Ċentru għall-Protezzjoni Legali Internazzjonali tat-Tfal u ż-Żgħażagħ (Centrum pre medzinárodnoprávnu ochranu detí a mládeže),
iċ-Ċentru għall-Għajnuna Legali (Centrum právnej pomoci);

  • rappreżentanti ta’ assoċjazzjonijiet professjonali:

il-Kamra tal-Avukati Slovakka (Slovenská advokátska komora),
il-Kamra tan-Nutara tar-Repubblika Slovakka (Notárska komora Slovenskej republiky),
il-Kamra tal-Uffiċjali Ġudizzjarji Slovakka (Slovenská komora exekútorov);

Wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE li tistabbilixxi Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali fis-Slovakkja ġie stabbilit network ġudizzjarju fil-materji ċivili (Súdna sieť pre občianske veci Slovenskej republiky) bl-għan li jiġi żgurat l-involviment effettiv tar-Repubblika Slovakka fin-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali. In-network Ġudizzjarju Slovakk fil-materji ċivili jinkludi punti ta’ kuntatt (imħallfin jew uffiċjali ġudizzjarji anzjani) minn kull qorti distrettwali (okresný súd) u qorti reġjonali (krajský súd), kif ukoll mill-Qorti Suprema (Najvyšší súd).

L-aħħar aġġornament: 06/04/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.