Dwar in-Netwerks

Rumanija
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

In-Netwerk tal-Korrispondenti Lokali għall-Assistenza Ġudizzjarja Internazzjonali (Rețeaua de corespondenți locali în domeniul asistenţei judiciare internaţionale) twaqqaf fl-2001 wara Ordni tal-Ministeru tal-Ġustizzja, ibbażata fuq il-mudell tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew. F'Marzu 2004, wara żewġ ordnijiet tal-Ministeru tal-Ġustizzja, in-Netwerk ġie riorganizzat f'żewġ netwerks speċjalizzati: in-Netwerk Ġudizzjarju Rumen f'materji kriminali (Reţeaua Judiciară Română în materie penală) - li jikkorrispondi għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew, u n-Netwerk Ġudizzjarju Rumen f'materji ċivili u kummerċjali (Reţeaua Judiciară Română în materie civilă şi comercială) - li jikkorrispondi għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f'materji ċivili u kummerċjali. Sussegwentement, iż-żewġ netwerks ġew riorganizzati b'mod suċċessiv fl-2005, fl-2007, fl-2010 u fl-2014, wara emendi għal-liġi tal-UE rilevanti u bidliet fil-persunal li jaħdem fis-sistema ġudizzjarja nazzjonali.

L-aħħar aġġornament sar bl-Ordni Nru 1929/C tal-Ministeru tal-Ġustizzja tad-29 ta' Mejju 2014 b'konformità mad-Deċiżjoni Nru 568/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta' Mejju 2001. L-Ordni tħejjiet b'konformità mal-Ordni tal-Gvern Nru 123/2007 dwar ċerti miżuri għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni ġudizzjarja mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, approvata b'emendi skont il-Liġi Nru 85/2008.

In-Netwerk Ġudizzjarju Rumen f'materji ċivili u kummerċjali jikkorrispondi għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali fil-livell nazzjonali.

Ir-Rumanija nnominat żewġ punti ta' kuntatt għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali. Il-punti ta' kuntatt għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali jinsabu fil-Ministeru tal-Ġustizzja. Dan jiżgura li d-dmirijiet tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali jkunu ssodisfati.

Skont l-Artikolu 6, in-Netwerk Ġudizzjarju Rumen fil-materji ċivili u kummerċjali jinkludi mħallef mit-Taqsima I – Materji Ċivili u mħallef mit-Taqsima II – Materji Ċivili (li qabel kienet Materji Kummerċjali) fi ħdan il-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja (Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie), u mħallef mit-Taqsima I – Materji Ċivili u mħallef mit-Taqsima II – Materji Ċivili (li qabel kienet Materji Kummerċjali) fi ħdan il-qrati tal-appell, imħallef minn kull qorti speċjalizzata/taqsima għall-minuri u l-materji familjari li jispeċjalizza f'materji ċivili relatati mal-ħtif internazzjonali ta’ minuri u l-konċessjoni ta' kumpensi għall-vittmi tal-kriminalità, uffiċjali mid-Direttorat tad-Dritt Internazzjonali u tal-Kooperazzjoni Ġudizzjarja li wkoll jissodisfaw id-dmirijiet tal-Ministeru tal-Ġustizzja bħala l-awtorità ċentrali fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-materji ċivili u kummerċjali, u rappreżentant maħtur minn kull waħda mill-assoċjazzjonijiet professjonali tan-nutara, tal-bailiffs u tal-avukati fir-Rumanija. Il-punti ta' kuntatt nazzjonali għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali huma membri sħaħ tan-Netwerk Ġudizzjarju Rumen fil-materji ċivili u kummerċjali.

L-imħallfin li huma membri tan-Netwerk Ġudizzjarju Rumen inħatru b'deċiżjoni tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura (Consiliul Superior al Magistraturii).

Mill-2001 'l hawn, id-Direttorat għad-Dritt Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja organizza għadd kbir ta' seminars u laqgħat ta' ħidma għall-membri tan-Netwerks bl-użu ta' riżorsi proprji (il-baġit tal-Ministeru tal-Ġustizzja). Mill-2007 'l hawn, b'mod partikolari, avvenimenti bħal dawn ġew organizzati taħt iktar minn 15-il programm Ewropew iffinanzjati mill-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, ir-rappreżentanti tan-Netwerk Ġudizzjarju Rumen attendew il-laqgħat tan-Netwerks Ġudizzjarji Ewropej fuq bażi regolari.

Il-membri tan-Netwerk Ġudizzjarju Rumen fil-materji ċivili u kummerċjali huma elenkati fl-Anness mal-Ordni Nru 1929/C tad-29 ta' Mejju 2014. L-Anness huwa parti integrali tal-Ordni.

Il-Membri tan-Netwerk Ġudizzjarju Rumen fil-materji ċivili u kummerċjali - Imħallfin

Il-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja

Iulia Cristina TARCEA, Viċi President

Romanița VRÂNCEANU, Taqsima I - Materji Ċivili

Roxana POPA, President Delegat, Taqsima II - Materji Ċivili

Il-Qorti tal-Appell ta' Alba Iulia

Cristina Gheorghina NICOARĂ, Taqsima I - Materji Ċivili (Viċi President tal-Qorti tal-Appell)

Olimpia Maria STÂNGĂ, Taqsima II - Materji Ċivili

Il-Qorti tal-Appell ta' Bacău

Liliana CIOBANU, Taqsima I - Materji Ċivili

Loredana ALBESCU, Taqsima II - Materji Ċivili

Il-Qorti tal-Appell ta' Braşov

Cristina ŞTEFĂNIŢĂ, Taqsima tal-Materji Ċivili

Anca PÎRVULESCU, Taqsima tal-Materji Ċivili

Gabriel ŞTEFĂNIŢĂ, Taqsima tal-Materji Ċivili

It-Tribunal tal-Minuri tal-Materji tal-Familja ta' Braşov (Tribunalul pentru Minori şi Familie)

Andrei IACUBA

Il-Qorti tal-Appell ta' Bucharest

Antonela BRĂTUIANU, Taqsima IV - Materji Ċivili

Ştefan CMECIU, Taqsima V - Materji Ċivili

Dumitru VĂDUVA, Taqsima VI - Materji Ċivili

Maria CEAUŞESCU, Taqsima VII - Materji li jinvolvu l-Post tax-Xogħol u Tilwim dwar is-Sigurtà Soċjali

Bogdan CRISTEA, Taqsima VIII - Litiġji Amministrattivi u Fiskali

It-Tribunal ta' Bucharest

Andreea Florina MATEESCU, Taqsima V - Materji Ċivili (imħallef ta' koordinament fin-Netwerk Internazzjonali tal-Aja għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta’ Minuri)

Anca Magda VOICULESCU, Taqsima IV - Materji Ċivili (imħallef ta' koordinament fin-Netwerk Internazzjonali tal-Aja għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta’ Minuri)

Constantin-Marino MARIN, President, Taqsima I - Materji Kriminali, il-Kummissjoni għall-Konċessjoni ta' Kumpensi għall-Vittmi tal-Kriminalità – It-Tribunal ta' Bucharest

Il-Qorti tal-Appell ta' Cluj

Denisa-Livia BĂLDEAN, Viċi President

Liviu UNGUR, Viċi President, Taqsima II - Materji Ċivili

Il-Qorti tal-Appell ta' Constanţa

Daniela PETROVICI, Taqsima I - Materji Ċivili

Iuliana Mihaela ȘERBAN, Taqsima II - Materji Ċivili

Il-Qorti tal-Appell ta' Craiova

Mihaela COTORA, President

Lotus Gherghină, Taqsima II - Materji Ċivili

Il-Qorti tal-Appell ta' Galaţi

Simona Claudia BACŞIN, Taqsima I - Materji Ċivili

Valentina VRABIE, Taqsima II - Materji Ċivili

Il-Qorti tal-Appell ta' Iaşi

Claudia Antoanela SUSANU, Taqsima I - Materji Ċivili

Il-Qorti tal-Appell ta' Oradea

Marcela FILIMON, Taqsima II - Materji Ċivili

Il-Qorti tal-Appell ta' Piteşti

Corina PINCU IFRIM, Taqsima I - Materji Ċivili

Raluca TRANDAFIR, Taqsima I - Materji Ċivili

Corina Georgeta NUŢĂ, Taqsima II - Materji Ċivili li jinvolvu Litiġji Amministrattivi u Fiskali

It-Tribunal ta' Argeş

Andreea Monica PRUNARU, Taqsima tal-Materji Ċivili, Viċi President

It-Tribunal ta' Vâlcea

Petre DINESCU, Taqsima I - Materji Ċivili

Il-Qorti tal-Appell ta' Ploieşti

Adriana Maria RADU, Taqsima I - Materji Ċivili

Elisabeta GHERASIM, President tat-Taqsima II - Materji Ċivili

Florentina DINU, Taqsima II - Materji Ċivili

Valentina GHEORGHE, Taqsima II - Materji Ċivili

Il-Qorti tal-Appell ta' Suceava

Ştefania Fulga ANTON, Taqsima I - Materji Ċivili

Daniela MITREA MUNTEA, Taqsima II - Materji Ċivili

Il-Qorti tal-Appell ta' Târgu Mureş

Andreea CIUCĂ, Taqsima II - Materji Ċivili

Il-Qorti tal-Appell ta' Timişoara

Cristian PUP, Taqsima I - Materji Ċivili

Florin MOŢIU, Taqsima II - Materji Ċivili

Il-Membri tan-Netwerk Ġudizzjarju Rumen fil-materji ċivili u kummerċjali – punti ta' kuntatt nazzjonali għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali

Il-Ministeru tal-Ġustizzja

Viviana ONACA, Direttriċi, Id-Direttorat għad-Dritt Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja

Ioana BURDUF, Id-Direttorat għad-Dritt Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja

Il-Membri tan-Netwerk Ġudizzjarju Rumen fil-materji ċivili u kummerċjali mid-Direttorat għad-Dritt Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Ministeru tal-Ġustizzja - l-awtorità ċentrali fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali

Dorina DOMINTEANU, Kap tal-Unità

Camelia TOBĂ

Flavius George PĂNCESCU

Il-Membri tan-Netwerk Ġudizzjarju Rumen fil-materji ċivili u kummerċjali - rappreżentant maħtur minn kull wieħed mill-Presidenti tal-Unjonijiet Nazzjonali tan-Nutara, tal-Bailiffs u tal-Kmamar tal-Avukati fir-Rumanija

Octavian ROGOJANU, Nutar Pubbliku, Segretarju tal-Kunsill tal-Unjoni Nazzjonali Rumena tan-Nutara

Bogdan DUMITRACHE, Bailiff

Costea-Corin C. DĂNESCU, Avukat

L-aħħar aġġornament: 01/02/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna