

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Il-Punt ta' Kuntatt
Il-Portugall ħatar punt ta' kuntatt għall-NĠE-ċivil (in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropea fl-oqsma ċivili u kummerċjali). Il-punt ta' kuntatt huma mħallef maħtur mill-Kunsill Suprem tal-Ġudikatura (Conselho Superior da Magistratura) permezz ta' kompetizzjoni.
In-Netwerk Nazzjonali
In-netwerk nazzjonali huwa ffurmat minn: awtoritajiet ċentrali skont l-istrumenti legali tal-UE, strumenti legali internazzjonali oħra li tagħhom huwa parti l-Portugall jew dispożizzjonijiet legali nazzjonali fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-oqsma ċivili u kummerċjali; awtoritajiet amministrattivi b'responsabbiltajiet fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-oqsma ċivili u kummerċjali; u l-assoċjazzjonijiet professjonali li jirrappreżentaw lill-professjonisti legali involuti direttament fl-eżekuzzjoni tal-istrumenti internazzjonali u tal-UE marbuta mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-oqsma ċivili u kummerċjali.
In-netwerk nazzjonali ma jinkludix imħallfin ta' kuntatt jew esperti.
Membri Nazzjonali tan-Netwerk
Minbarra l-punt ta' kuntatt, l-istruttura nazzjonali tan-netwerk tinkludi 12-il membru:
L-Awtoritajiet Ċentrali
Mill-membri msemmija hawn fuq, li ġejjin huma awtoritajiet ċentrali jew entitatjiet li jistgħu iwettqu ċertu kompiti previsti fil-liġi tal-UE:
Id-Direttorat-Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja - il-Ministeru tal-Ġustizzja
Id-Direttorat-Ġenerali għas-Servizzi tal-Ħabs u r-Riintegrazzjoni - Ministeru tal-Ġustizzja
L-Istitut tal-Uffiċċji tar-Reġistri u n-Nutara - Ministeru tal-Ġustizzja
L-Istitut tas-Sigurtà Soċjali – Ministeru għas-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali (Ministério da Solidariedade e da Segurança Social)
Il-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Vittmi ta’ Reati - Ministeru tal-Ġustizzja
L-Uffiċċju tal-Prosekutur-Ġenerali
Il-Koordinazzjoni tan-Netwerk Nazzjonali fi struttura deċentralizzata
Fil-Portugall, in-netwerk nazzjonali għandu struttura deċentralizzata Il-koordinament, li huwa assigurat mill-punt ta' kuntatt, huwa bbażat fuq il-kooperazzjoni volontarja bejn il-membri nazzjonali. Il-membri nazzjonali jipparteċipaw regolarment f'laqgħat trimestrali organizzati mill-punt ta' kuntatt. Kull fejn l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE teħtieġ bidliet fis-sistema nazzjonali, isiru laqgħat li għalihom jistgħu jattendu biss il-membri nazzjonali kkonċernati.
In-netwerk ma jinkludix l-esperti. Jekk għal kwistjoni partikolari jkun hemm bżonn l-opinjoni ta' espert, il-punt ta' kuntatt jitlob il-kooperazzjoni tal-aktar awtorità nazzjonali xierqa fuq bażi informali u volontarja. Il-membri nazzjonali kollha jiġu mħeġġa regolarment mill-punt ta' kuntatt biex jikkooperaw fl-oqsma speċifiċi fil-kompetenza u responsabbiltà tagħhom rigward il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'oqsma ċivili u kummerċjali.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.