Dwar in-Netwerks

Italja
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

In-network ġudizzjarju Taljan huwa bbażat fil-Ministeru tal-Ġustizzja, fl-Uffiċċju għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali fid-Dipartiment tal-Affarijiet Ġudizzjarji tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Italja.

Hemm sitt punti ta’ kuntatt.

Il-punt ta’ kuntatt ta’ koordinazzjoni huwa mħallef kwalifikat.

Il-punti ta’ kuntatt huma f’kuntatt kostanti ma’ membri oħra tan-network, li jikkollaboraw magħhom fl-ipproċessar ta’ talbiet għal kooperazzjoni jew fit-tħejjija ta’ skedi prattiċi sabiex jiġu ppubblikati fuq il-Portal tal-Ġustizzja Elettronika.

Il-membri l-oħra tan-network Taljan huma:

- id-Dipartiment tal-Ġustizzja għall-Minorenni u Komunitarja (Dipartimento per la giustizia minorile e di comunità)

- id-Direttorat Ġenerali għas-Sistemi ta’ Informazzjoni Awtomatizzati (Direzione generale per i sistemi informativi automatizzati, punt ta’ kuntatt għall-Portal tal-Ġustizzja Elettronika)

- l-awtorità ċentrali għan-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji

- il-Kunsill Nazzjonali tal-Kamra tal-Avukati (Consiglio Nationale Forense) u

- il-Kunsill Taljan tan-Nutara (Consiglio Italiano del Notariato).

Il-punti ta’ kuntatt għan-NĠE għandhom rabtiet ukoll ma’

- il-Kulleġġ Ġudizzjarju (Scuola Superiore della Magistratura)

- il-fergħa Taljana tan-network taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi (ECC-Net)

- l-istruttura fl-Italja tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u

- Pietro Franzina, professur tad-dritt internazzjonali privat fl-Università Kattolika ta’ Sacro Cuore, espert li jagħti pariri lill-punti ta’ kuntatt.

Bħala regola, il-membri Taljani tan-network jiltaqgħu darba fis-sena.

Il-punti ta’ kuntatt jipprovdu assistenza lill-qrati u lill-uffiċjali tal-liġi li jittrattaw kwistjonijiet transfruntiera.

Il-pubblikazzjonijiet kollha mibgħuta mill-Kummissjoni (fuljetti, sommarji ta’ informazzjoni, eċċ.) jitqassmu lill-qrati, lill-uffiċjali tal-liġi u lill-partijiet ikkonċernati.

Xi kultant, il-punti ta’ kuntatt jirċievu delegazzjonijiet minn Stati Membri oħra li jżuru l-Italja bħala parti mit-taħriġ ġudizzjarju tagħhom.

Issir referenza għan-network fis-sit tal-Ministeru tal-Ġustizzja: https://www.giustizia.it/giustizia/it/mg_2_1_2_1.wp?previsiousPage=mg_14_7

Lista ta’ awtoritajiet li jittrattaw ir-regolamenti l-iktar rilevanti għall-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali:

- ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001;

- id-Direttiva 8/2003 dwar għajnuna legali

Fiż-żewġ każijiet, l-awtorità ċentrali fl-Italja hija:

il-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministero della Giustizia)

id-Dipartiment tal-Affarijiet Ġudizzjarji (Dipartimento Affari di Giustizia)

Id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja - Uffiċċju I Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali (Direzione Generale degli Affari internazionali e della Cooperazione Giudiziaria – Ufficio I (Cooperazione Giudiziaria Internazionale)),

Via Arenula 70,

00186 Ruma

Telefown: +39 06 68852480 +39 06 68852517

Faks: +39 06 68897529

email: ufficio2.dgcivile.dag@giustizia.it

- Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar in-notifika ta’ dokumenti

L-awtorità ċentrali fl-Italja hija:

Uffiċċju Uniku tal-Uffiċjali Ġudizzjarji fil-Qorti tal-Appell ta’ Ruma (Ufficio Unico degli Ufficiali Giudiziari presso la Corte d’Appello di Roma)

Viale Giulio Cesare, 52,

00192 Ruma

Telefown: +39 06 328361

Faks: Faks:+39 06 328367933

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 (“Brussell IIa” jew “Brussels II bis”)

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 (l-obbligi ta’ manteniment)

L-awtorità ċentrali fl-Italja hija:

il-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministero della Giustizia)

- id-Dipartiment tal-Ġustizzja għall-Minorenni u Komunitarja (Dipartimento per la giustizia minorile e di comunità),

Via Damiano Chiesa, 24,

00136 Ruma

Telefown: +39 06 68188 535/331/326

Faks: +39 06 68808085

email: autoritacentrali.dgmc@giustizia.it

L-aħħar aġġornament: 20/01/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna