Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Dwar in-Netwerks

Ġermanja
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

Bħala riżultat tal-istruttura federali tal-Ġermanja, hemm ċentri ta' kuntatt f'kull stat minbarra ċ-ċentru ta' kuntatt federali tal-EJN (in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew). Iċ-ċentru federali ta’ kuntatt jinsab fil-kwartieri ġenerali tal-Uffiċċju Federali tal-Ġustizzja. Skont l-istruttura organizzattiva tal-istat individwali, iċ-ċentri ta’ kuntatt tal-istat jinsabu jew f’qorti (Bavarja - Qorti Reġjonali ta’ Munich(Oberlandesgericht München), Bremen - il-Qorti Reġjonali ta’ Bremen(Landgericht Bremen), Hamburg - il-Qorti Lokali ta’ Hamburg (Amtsgericht Hamburg), Hessen - il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Frankfurt am Main – (Oberlandesgericht Frankfurt am Main), is-Sassonja t’Isfel - il-Qorti Superjuri Reġjonali ta’ Celle (Oberlandesgericht Celle), in-North Rhine-Westphalia - il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Düsseldorf (Oberlandesgericht Düsseldorf), u s-Sassonja - Higher Regional Court of Dresden) (Oberlandesgericht Dresden) jew fl-istat tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Landesjustizministerium). B'kollox hemm 17-il ċentru ta' kuntatt tal-EJTN fil-Ġermanja. Iċ-ċentru ta' kuntatt federali huwa responsabbli għall-koordinament tan-netwerk nazzjonali u l-organizzazzjoni tal-avvenimenti, bħall-Jum Ewropew tal-Ġustizzja u l-laqgħat tal-membri Ġermaniżi tal-EJTN.

Id-dmirijiet jiġu allokati internament bejn iċ-ċentri ta' kuntatt tal-istat u ċ-ċentru ta' kuntatt federali. Iċ-ċentru federali ta' kuntatt iwieġeb il-mistoqsijiet kollha marbuta mal-liġi ċivili jew kummerċjali Ġermaniża, u l-organizzazzjoni tal-qrati. Madankollu, mistoqsijiet dwar każ speċifiku jiġu ttrattati miċ-ċentru ta' kuntatt fl-istat fejn il-każ ikun pendenti. Madankollu, iċ-ċentri kollha ta' kuntatt Ġermaniżi għandhom l-istess status, li jfisser illi kull wieħed minn danw is-17 jista' jiġi kkuntattjat għal kull tip ta' mistoqsija u, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, iċ-ċentru ta' kuntatt federali jista' jipprovdi assistenza għal każijiet speċifiċi. Din l-allokazzjoni interna tad-dmirijiet tiżgura illi l-mistoqsija tiġi ttrattata mill-aktar ċentru ta' kuntatt adattat.

Minbarra ċ-ċentri ta' kuntatt, hemm erba’ maġistrati ta' kuntatt (Verbindungsrichter) fil-Ġermanja li jaħdmu fil-qasam kopert mir-Regolament (KE) Nru 2201/2003 (ir-Regolament Brussell IIA). Id-dmirijiet tagħhom jiġu allokati internament fost l-istati. Il-mistoqsijiet esterni jistgħu jsiru lil kull wieħed mill-erba’ maġistrati ta' kuntatt. Jekk ikun hemm bżonn, il-persuna li tkun qed tagħmel il-mistoqsija tiġi riferuta immedjatament lill-aktar maġistrat adattat skont l-allokazzjoni interna tad-dmirijiet, kif ukoll abbażi tal-ħiliet fil-lingwa, kompetenzi speċifiċi u esperjenza marbuta mal-każ speċifiku.

Barra minn hekk, hemm uffiċjal ta’ kollegament Ġermaniż fil-Ministeru tal-Ġustizzja Franċiż huwa responsabbli għall-assistenza legali Ġermaniża-Franċiża. Jekk jinqalgħu problemi f’każijiet individwali b’talbiet minn Franza għal assistenza legali, jew jekk trid tiġi determinata s-sustanza tal-liġi Franċiża, l-uffiċjal ta’ kollegament Ġermaniż jista jintalab jgħin ukoll, minbarra l-metodi użwali permezz taċ-ċentri ta’ kuntatt.

Skont l-Artikolu 2(1)(e) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta' Mejju 2001 li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali, kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni Nru 568/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-Ġermanja ħatret lill-Kamra tal-Avukati Federali (Bundesrechtsanwaltskammer), il-Kamra tan-Nutara Federali (Bundesnotarkammer), il-Kamra tal-Avukati tal-Privattivi (Patentanwaltskammer), il-Kamra tal-Avukati Ġermaniżi (Deutscher Anwaltverein), il-Federazzjoni tal-Bailiffs Ġermaniżi (Deutscher Gerichtsvollzieher Bund e.V.) u fl-2014, il-Federazzjoni tal-Uffiċjali Ġudizzjarji Ġermaniżi (Bund Deutscher Rechtspfleger), bħala membri tal-EJN.

Membri oħra tal-EJN fil-Ġermanja jinkludu l-korpi ċentrali stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (Regolament dwar is-servizz ta’ dokumenti) u r-Regolament (KE) Nru 1206/2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati ta' l-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (Regolament dwar il-kumpilazzjoni tax-xhieda). Dawn il-korpi ċentrali u l-mekkaniżmi ġudizzjarji tal-istat jipprovdu lill-qrati b'informazzjoni aġġornata dwar l-għajnuna legali ċivili. Jintroduċu wkoll miżuri addizzjonali u jappoġġaw lill-qrati bin-notifika tad-dokumenti u l-kumpilazzjoni tax-xhieda f'każijiet b'element barrani. Barra minn hekk, l-Awtorità Ċentrali skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri (Regolament Brussell IIA) u l-Awtorità Ċentrali skont ir- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 of 18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (ir-Regolament dwar il-Manteniment) hija wkoll membru tal-EJN.

Aktar informazzjoni dwar l-EJN fil-Ġermanja u lista ta' kuntatti tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja (Bundesamt für Justiz) (http://www.bundesjustizamt.de/ejnzh).

L-aħħar aġġornament: 25/05/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.