Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Dwar in-Networks

Estonja
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

Il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk nazzjonali huma ż-żewġ konsulenti tad-Diviżjoni Internazzjonali tal-Kooperazzjoni Ġudizzjarja fil-Ministeru tal-Ġustizzja, li t-tnejn li huma jaqdu wkoll il-funzjonijiet ta’ rappreżentant tal-awtorità ċentrali. Il-funzjonijiet ewlenin tal-punti ta’ kuntatt huma dawn li ġejjin:

  • l-iżgurar li l-awtoritajiet ġudizzjarji lokali jirċievu informazzjoni ġenerali dwar l-istrumenti tal-UE u internazzjonali relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali;
  • il-forniment lill-punti ta’ kuntatt u l-awtoritajiet l-oħra kif ukoll lill-awtoritajiet ġudizzjarji lokali fl-Istat Membru tagħhom stess tal-informazzjoni meħtieġa għal kooperazzjoni ġudizzjarja b’saħħitha bejn l-Istati Membri, sabiex jgħinuhom fit-tħejjija ta’ talbiet prattiċi għal kooperazzjoni ġudizzjarja u fl-istabbiliment tal-kuntatti diretti l-aktar idonei;
  • l-għoti ta’ kwalunkwe informazzjoni biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-liġi ta’ Stat Membru ieħor li hija applikabbli skont strument tal-UE jew internazzjonali;
  • it-tiftix ta’ soluzzjonijiet għad-diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu b’rabta ma’ talba għal kooperazzjoni ġudizzjarja;
  • l-iffaċilitar tal-koordinament tal-ipproċessar ta’ talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja fl-Istat Membru kkonċernat, b’mod partikolari fejn diversi talbiet mill-awtoritajiet ġudizzjarji f’dak l-Istat Membru se jiġu eżegwiti fi Stat Membru ieħor;
  • il-kontribut biex il-pubbliku jiġi infurmat b’mod ġenerali, permezz tas-sit web tan-netwerk, dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali fl-Unjoni Ewropea, dwar strumenti rilevanti tal-UE u internazzjonali u dwar il-liġi domestika tal-Istati Membri, b’referenza partikolari għall-aċċess għall-ġustizzja;
  • il-kollaborazzjoni fl-organizzazzjoni u fil-parteċipazzjoni fil-laqgħat tan-netwerk;
  • l-assistenza bit-tħejjija u bl-aġġornament tal-informazzjoni għall-pubbliku;
  • l-iżgurar tal-koordinazzjoni bejn il-membri tan-netwerk fuq livell nazzjonali;
  • it-tfassil ta’ rapport biannwali dwar l-attivitajiet tagħhom, inkluż, fejn xieraq, l-aħjar prattika fin-netwerk, l-ippreżentar tiegħu f’laqgħa tal-membri tan-netwerk, u l-ġbid tal-attenzjoni speċifika għal titjib possibbli fin-netwerk.

Il-maġistrat ta’ kollegament tan-netwerk huwa mħallef tal-Qorti tal-Kontea ta’ Viru li jirrappreżenta wkoll lill-Estonja fin-netwerk tal-qrati stabbilit mill-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat. Il-kompitu tal-maġistrat ta’ kuntatt huwa li jagħti pariri lill-uffiċjali tal-qorti dwar il-liġi ċivili u kummerċjali tal-Unjoni Ewropea u jaqsam l-esperjenza tiegħu man-netwerk dwar l-applikazzjoni ta’ diversi liġijiet.

Fl-2011, bid-dħul fis-seħħ tat-tieni Deċiżjoni dwar in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’materji ċivili u kummerċjali (NĠE-sezzjoni civili), li espandiet l-attivitajiet tan-netwerk għall-assoċazzjonijiet professjonali, il-korpi li ġejjin saru membri tal-NĠE-sezzjoni civili fl-Estonja:

  • il-Kamra tal-Bailiffs u t-Trustees tal-Estonja fi proċedimenti ta’ Falliment li tirrapreżenta lill-bailiffs u trustees fi proċedimenti ta’ falliment;
  • l-Assoċazzjoni tal-Avukati Estonjana li tirrappreżenta avukati u nutara.

Fil-laqgħat, l-ewwel waħda minn dawn l-organizzazzjonijiet professjonali kienet irrappreżentata minn rappreżentanti differenti ta’ korpi professjonali u okkupazzjonali, skont is-suġġett ikkonċernat, u fl-2022 inħatar punt ta’ kuntatt speċifiku.

L-Assoċazzjoni tal-Avukati Estonjana ġiet irrappreżentata mid-direttur tagħha.

Ir-rappreżentanti tal-assoċazzjonijiet professjonali huma responsabbli għal dan li ġej:

  • l-iskambju ta’ esperjenza u informazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni effettiva u prattika tal-istrumenti tal-UE u dawk internazzjonali;
  • il-kollaborazzjoni fit-tħejjija u fl-aġġornament tal-iskedi informattivi;
  • il-parteċipazzjoni tal-assoċazzjonijiet professjonali fil-laqgħat rilevanti.

Skont is-suġġett ta’ diskussjoni, il-punt ta’ kuntatt jistieden ukoll esperti nazzjonali oħra biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom waqt il-laqgħat tan-netwerk. Pereżempju għal-laqgħat attendew diversi mħallfin minbarra l-maġistrat ta’ kuntatt, ir-rappreżentanti tal-ministeri l-oħra u l-Kamra tan-Nutara, konsulenti tal-Qorti Suprema, rappreżentanti mill-Bord tal-Protezzjoni tal-Konsumaturi, membri mill-fakultà tal-Università ta’ Tartu, eċċ.

L-aħħar aġġornament: 25/09/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.