Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Dwar in-Netwerks

Estonja
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

Il-punt ta' kuntatt nazzjonali tan-netwerk huwa l-Konsulent fid-Diviżjoni tal-Kooperazzjoni Internazzjonali Ġudizzjarja fil-Ministeru tal-Ġustizzja, li jservi wkoll ta' rappreżentant tal-korp ċentrali. Id-dmirijiet ewlenin tal-punt ta' kuntatt huma kif ġej:

  • jiżgura illi l-awtoritajiet ġudizzjarji lokali jirċievu informazzjoni ġenerali dwar l-istrumenti internazzjonali u tal-Unjoni relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kummerċjali;
  • jagħti lill-punti ta' kuntatt u l-awtoritajiet l-oħra kif ukoll lill-awtoritajiet ġudizzjarji lokali fl-Istat Membru tagħhom stess l-informazzjoni meħtieġa għal kooperazzjoni ġudizzjarja b'saħħitha bejn l-Istati Membri, sabiex jgħinhom fit-tħejjija ta' talbiet prattiċi għal kooperazzjoni ġudizzjarja u fl-istabbiliment tal-aktar kuntatti diretti xierqa;
  • jagħti kull informazzjoni biex jiffaċilita l-applikazzjoni tal-liġi ta' Stat Membru ieħor li hija applikabbli skont strument internazzjonali jew tal-UE;
  • ifittex soluzzjonijiet għad-diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu b'rabta ma' talba għal kooperazzjoni ġudizzjarja;
  • jiffaċilita l-koordinament tal-ipproċessar ta' talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja fl-Istat Membru konċernat, b'mod partikolari fejn diversi talbiet mill-awtoritajiet ġudizzjarji f'dak l-Istat Membru se jiġu eżegwiti fi Stat Membru ieħor;
  • jagħti sehem fl-għoti ta' informazzjoni lill-pubbliku, permezz tas-sit elettroniku tan-netwerk, dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kummerċjali fl-Unjoni Ewropea, dwar l-istrumenti internazzjonali u tal-Unjoni rilevanti u dwar il-liġi domestika tal-Istati Membri, b'referenza partikolari għall-aċċess għall-ġustizzja;
  • jikkollabora fl-organizzazzjoni tal-laqgħat tan-netwerk u jieħu sehem fihom;
  • jgħin bit-tħejjija u aġġornament tal-informazzjoni għall-pubbliku;
  • jiżgura koordinazzjoni bejn il-membri tan-netwerk fuq livell nazzjonali;
  • ifassal rapport biennali dwar l-attivitajiet tagħhom, inkluż, fejn xieraq, l-aħjar prattika fin-netwerk, jippreżentah waqt il-laqgħa tal-membri tan-netwerk, u jiġbed l-attenzjoni lejn titjib potenzjali fin-netwerk.

Il-maġistrat ta' kuntatt tan-netwerk huwa ġudikant tal-Qorti tal-Kontea ta' Harju li jirrappreżenta wkoll lill-Estonja fin-netwerk ta' mħallfin stabbilit mill-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat. Il-kompitu tal-maġistrat ta' kuntatt huwa li jagħti pariri lill-uffiċjali tal-qorti dwar il-liġi ċivili u kummerċjali tal-Unjoni Ewropea u jaqsam l-esperjenza tiegħu man-netwerk dwar l-applikazzjoni ta' diversi liġijiet.

Fl-2011, bid-dħul fis-seħħ tat-tieni Deċiżjoni dwar in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f'materji ċivili u kummerċjali (EJN-civil), li espanda l-attivitajiet tan-netwerk għall-assoċjazzjonijiet professjonali, il-korpi li ġejjin saru membri tal-EJN-civil fl-Estonja:

  • il-Kamra tal-Bailiffs u t-Trustees tal-Estonja fi proċedimenti ta' Falliment li tirrapreżenta lill-bailiffs u trustees fi proċedimenti ta' falliment;
  • il-Kamra tal-Avukati tal-Estonja li tirrapreżenta lill-avukati u lin-nutara.

Waqt il-laqgħat, il-Kamra tal-Bailiffs u t-Trustees fi proċedimenti ta' Falliment tkun irrappreżentata minn diversi rappreżentanti ta' korpi professjonali u okkupazzjonali, filwaqt li l-Kamra tal-Avukati tal-Estonja normalment jirrapreżentaha d-direttur tagħha. L-assoċjazzjonijiet professjonali huma responsabbli għal dan li ġej:

  • l-iskambju ta' esperjenza u informazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni effettiva u prattika tal-istrumenti internazzjonali u tal-Unjoni;
  • kollaborazzjoni fil-preparazzjoni u l-aġġornament tal-iskedi informattivi;
  • parteċipazzjoni fil-laqgħat rilevanti.

Skont is-suġġett ta' diskussjoni, il-punt ta' kuntatt jistieden ukoll esperti nazzjonali oħra biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom waqt il-laqgħat tan-netwerk. Pereżempju għal-laqgħat attendew diversi mħallfin minbarra l-maġistrat ta' kuntatt, ir-rappreżentanti tal-ministeri l-oħra u l-Kamra tan-Nutara, konsulenti tal-Qorti Suprema, rappreżentanti mill-Bord tal-Protezzjoni tal-Konsumaturi, membri mill-fakultà tal-Università ta' Tartu, eċċ.

L-aħħar aġġornament: 26/02/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna