

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Il-punti ta' kuntatt nazzjonali tan-netwerk huma ż-żewġ konsulenti fid-Diviżjoni tal-Ko‑operazzjoni Internazzjonali Ġudizzjarja fil-Ministeru tal-Ġustizzja, li jservu wkoll ta' rappreżentanti tal-korp ċentrali. Id-dmirijiet ewlenin tal-punti ta' kuntatt huma kif ġej:
Il-maġistrat ta' kuntatt tan-netwerk huwa ġudikant tal-Qorti tal-Kontea ta' Harju li jirrappreżenta wkoll lill-Estonja fin-netwerk ta' mħallfin stabbilit mill-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat. Il-kompitu tal-maġistrat ta' kuntatt huwa li jagħti pariri lill-uffiċjali tal-qorti dwar il-liġi ċivili u kummerċjali tal-Unjoni Ewropea u jaqsam l-esperjenza tiegħu man-netwerk dwar l-applikazzjoni ta' diversi liġijiet.
Fl-2011, bid-dħul fis-seħħ tat-tieni Deċiżjoni dwar in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f'materji ċivili u kummerċjali (EJN-civil), li espanda l-attivitajiet tan-netwerk għall-assoċjazzjonijiet professjonali, il-korpi li ġejjin saru membri tal-EJN-civil fl-Estonja:
Waqt il-laqgħat, il-Kamra tal-Bailiffs u t-Trustees fi proċedimenti ta' Falliment tkun irrappreżentata minn diversi rappreżentanti ta' korpi professjonali u okkupazzjonali, filwaqt li l-Kamra tal-Avukati tal-Estonja normalment jirrapreżentaha d-direttur tagħha. L-assoċjazzjonijiet professjonali huma responsabbli għal dan li ġej:
Skont is-suġġett ta' diskussjoni, il-punt ta' kuntatt jistieden ukoll esperti nazzjonali oħra biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom waqt il-laqgħat tan-netwerk. Pereżempju għal-laqgħat attendew diversi mħallfin minbarra l-maġistrat ta' kuntatt, ir-rappreżentanti tal-ministeri l-oħra u l-Kamra tan-Nutara, konsulenti tal-Qorti Suprema, rappreżentanti mill-Bord tal-Protezzjoni tal-Konsumaturi, membri mill-fakultà tal-Università ta' Tartu, eċċ.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.