Small claims

The European Small Claims procedure is designed to simplify and speed up cross-border claims of up to €5000.

The European Small Claims Procedure is available to litigants as an alternative to the procedures existing under the laws of the Member States. A judgment given in the European Small Claims Procedure is recognized and enforceable in another Member State without the need for a declaration of enforceability and without any possibility of opposing its recognition.

Standard forms have been drawn up for the Small Claims procedure and are available here in all languages. To start the procedure, "Form A" must be filled in. Any relevant supporting documents, such as receipts, invoices, etc. should be attached to the form.

Form A must be sent to the court that has the jurisdiction. Once the court receives the application form it must fill in its part of the "Answer Form". Within 14 days of receiving the application form, the court should serve a copy of it, along with the Answer Form, on the defendant. The defendant has 30 days to reply, by filling in his or her part of the Answer Form. The court must send a copy of any reply to the plaintiff within 14 days.

Within 30 days of receiving the defendant's answer (if any) the court must either give a judgment on the small claim, or request further details in writing from either party, or summon the parties to an oral hearing. If there is an oral hearing, it is not necessary to be represented by a lawyer and if the court has appropriate equipment the hearing should be carried out through videoconference or teleconference.

With the certificate issued by the court (which might need to be translated into the language of the other Member State), and a copy of the judgment, the judgment is enforceable in all the other Member States of the European Union, without any further formalities. The only reason that enforcement in another Member State can be refused is if it is irreconcilable with another judgment in the other Member State between the same parties. Enforcement takes place in accordance with the national rules and procedures of the Member State where the judgment is being enforced.

Related links

Please note, that the guides below provide useful information on the procedure, however they do not reflect the changes that are in force as from 14 July 2017. While we are working on necessary updates, please consult the amending Regulation.

A Guide for Users to the European Small Claims Procedure PDF (845 Kb) en

Practice Guide for the Application of the European Small Claims Procedure PDF (1055 Kb) en

Small claims – notifications of the Member States and a search tool helping to identify competent court(s)/authority(ies)

Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.

Last update: 18/01/2019

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Olandiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Talbiet żgħar - Belġju

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Ma hemm l-ebda proċedura speċifika għal talbiet żgħar fil-leġiżlazzjoni Belġjana. Madankollu, hemm l-hekk imsejħa "proċedimenti sommarji għall-ordni ta' ħlas". Ara l-fajl apparti.

Ma hemm l-ebda proċedura speċifika għal talbiet żgħar. Tintuża l-proċedura leġiżlattiva ordinarja li hija sempliċi ħafna.

Fil-qosor, il-proċedura ordinarja ssir kif ġej:

  • taħrika permezz ta' avviż mingħand il-bailiff
  • skambju ta' argumenti bil-miktub, jiġu ddikjarati s-sejbiet
  • data tas-smigħ (l-avukati jippreżentaw l-argumenti tagħhom) u konklużjoni tad-dibattiti
  • sentenza.

Fil-prinċipju, ma hemm l-ebda simplifikazzjoni, għalkemm ċerti talbiet ma jitressqux permezz ta' rikors ġuramentat iżda permezz ta' rikors kontradittorju. Dan jiġri partikolarment f'każ ta' tilwim li jirrigwarda l-kera. It-Taqsima 1344a tal-Kodiċi Ġudizzjarju (Gerechtelijk Wetboek) jistipula li, soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-lokazzjoni, kwalunkwe talba li tirrigwarda l-kirja ta' proprjetà tista' titressaq permezz ta' applikazzjoni bil-miktub, ippreżentata fir-reġistru tal-kummissarju tal-ġustizzja.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

1.3 Formoli

1.4 Assistenza

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

1.6 Proċedura bil-miktub

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Ħolqiet

Il-leġiżlazzjoni relatata mal-proċedimenti sommarji għall-ordni ta' ħlas: Websajt Servizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja:

  • Agħfas fuq "Leġiżlazzjoni kkonsolidata" taħt l-intestatura "Sorsi tal-liġi
  • Agħżel il-"Kodiċi Ġudizzjarju" taħt l-intestatura "Natura legali"
  • Daħħal iċ-ċifri "664" taħt l-intestatura "kliem"
  • Agħfas fuq "Fittex" u mbagħad fuq "Lista".
  • Agħfas fuq "Dettalji".
L-aħħar aġġornament: 26/10/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Bulgarija

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Bulgaru ma jipprovdix għal proċedura għal talbiet żgħar. Mill-1.1.2009, il-qrati Bulgari japplikaw ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. Dawn il-proċedimenti jinstemgħu fil-qrati reġjonali, filwaqt li għal kwistjonijet li mhumiex speċifikati fir-Regolament (KE) Nru 861/2007 japplikaw ir-regoli ġenerali tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Bulgaru ma jipprovdix għal proċedura għal talbiet żgħar.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Bulgaru ma jipprovdix għal proċedura għal talbiet żgħar.

1.3 Formoli

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Bulgaru ma jipprovdix għal proċedura għal talbiet żgħar.

1.4 Assistenza

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Bulgaru ma jipprovdix għal proċedura għal talbiet żgħar.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Bulgaru ma jipprovdix għal proċedura għal talbiet żgħar.

1.6 Proċedura bil-miktub

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Bulgaru ma jipprovdix għal proċedura għal talbiet żgħar.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Bulgaru ma jipprovdix għal proċedura għal talbiet żgħar.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Bulgaru ma jipprovdix għal proċedura għal talbiet żgħar.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Bulgaru ma jipprovdix għal proċedura għal talbiet żgħar.

L-aħħar aġġornament: 11/07/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Repubblika Ċeka

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Ir-Repubblika Ċeka ma għandix proċedura speċifika għal talbiet żgħar. Il-kategorija ta’ talbiet żgħar (jiġifieri l-kunsiderazzjoni tal-ammont ta’ kumpens finanzjarju) tiġi trattata biss fil-proċedimenti ta’ appell.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

L-Artikolu 202(2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili jipprovdi illi ma jistgħux isiru appelli minn sentenzi dwar kumpens finanzjarju li ma jaqbiżx CZK 10 000, minbarra l-imgħax u l-imposti marbuta mat-talba; dan ma japplikax għal sentenzi mogħtija b’kontumaċja.

L-appelli għalhekk jistgħu jsiru kontra sentenzi mogħtija b’kontumaċja, anke jekk ikun jikkonċernaw ammonti inqas minn CZK 10 000.

L-Artikolu 238(1)(c) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili jipprovdi illi l-appelli fuq punt ta’ liġi mhux ammissibbli minn sentenzi u ordnijiet tal-qorti li fihom il-parti operattiva kkontestata fl-appell kienet iddeċidiet dwarkumpens finanzjarju li ma jaqbiżx CZK 50 000 (minbarra l-imgħax u l-imposti marbuta mat-talba), ħlief fejn jikkonċernaw relazzjonijiet kuntrattwali tal-konsumatur jew ta’ impjieg.

1.3 Formoli

Mhemmx formoli speċifiċi għal proċedura għal talbiet żgħar.

1.4 Assistenza

Skont il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, il-qrati għandhom jinfurmaw lill-partijiet bid-drittijiet u l-obbligi proċedurali tagħhom. F’dan ir-rigward, il-liġi tistabbilixxi liema pariri għandha tagħti l-qorti lill-partijiet f’dik is-sitwazzjoni proċedurali partikolari.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

L-istess regoli jirregolaw is-sottomissjoni, l-evalwazzjoni u l-ġbir tal-provi fil-litigazzjoni skont il-proċedura ċivili, irrispettivament mill-ammonti involuti.

1.6 Proċedura bil-miktub

Il-liġi dwar il-proċedura għal talbiet żgħar ma għandhiex xi eċċezzjonijiet għal mod li bihom jitmexxew il-proċedimenti.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Sentenza dwar talbiet żgħar ma fihiex kontenut differenti minn oħrajn.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Ir-rimborż tal-ispejjeż huwa regolat mir-regoli ġenerali dwar il-proċedura ċivili.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Kif imsemmi aktar il-fuq, ma jistgħux isiru appelli minn sentenzi dwar kumpens finanzjarju li ma jaqbiżx CZK 10 000, minbarra l-imgħax u l-imposti marbuta mat-talba; dan ma japplikax għal sentenzi mogħtija b’kontumaċja.

L-aħħar aġġornament: 06/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Talbiet żgħar - Ġermanja

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Ma hemmx proċedura speċjali għal talbiet żgħar fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Zivilprozessordnung). Madankollu, it-Taqsima 495a tal-Kodiċi għandha dispożizzjoni dwar proċedura simplifikata. Din id-dispożizzjoni tippermetti lill-qorti tiddeċiedi kif tmexxi f'każijiet, fid-diskrezzjoni raġonevoli tagħha, fejn il-valur inkwistjoni huwa ta' EUR 600 jew inqas. Il-Kodiċi ma jillimitax din il-possibiltà b'kull mod ieħor: pereżempju, ma jillimitahiex għal xi tip ta' tilwima partikolari.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

F'dawn il-każijiet, għalhekk, il-qorti tista' tiddeċiedi kif tmexxi fid-diskrezzjoni raġonevoli tagħha u, b'mod partikolari, tista' tuża ċerti metodi partikolari biex tissimplifika l-proċedura. Il-qorti mhix obbligata tagħmel hekk. Anki fejn il-valur inkwistjoni huwa ta' inqas minn EUR 600 il-qorti tista' tmexxi wkoll skont ir-regoli tas-soltu.

Jekk il-qorti tiddeċiedi l-proċedura li se tadotta fid-diskrezzjoni tagħha, il-partijiet ma jistgħux jopponu. Jistgħu jitolbu biss għal seduta ta' smigħ.

1.3 Formoli

Ma hemmx formoli standard obbligatorji.

1.4 Assistenza

Japplikaw ir-regoli tas-soltu. Dan għaliex il-proċedimenti huwa simplifikati biss skont il-proċedura li ntgħażlet. Il-partijiet li ma għandhomx rappreżentanza legali huma megħjuna bl-istess mod bħal dawk li għandhom rappreżentanza legali. Pereżempju, f'kawżi quddiem il-qrati lokali (Amtsgerichte) it-talba tista' tiġi preżentata oralment fir-reġistru tal-qorti. Anki persuna li għandha rappreżentanza legali tista' tippreżenta t-talba tagħha oralment flok tippreżentaha permezz tal-avukat tagħha.

Bl-istess mod, il-kwistjoni dwar jekk parti għandhiex rappreżentanza legali jew le ma taffettwax in-natura u l-iskop tad-dmir tal-qorti li tinforma u tagħti parir (Aufklärungs- und Hinweispflichten). Il-qorti għandu obbligu legali li tispjega l-proċedimenti minn lenti legali u fattwali u tiċċara l-kwistjonijiet.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Ma hemmx restrizzjoni fuq il-qorti li tiġbor il-provi bil-metodi tas-soltu. Għall-kuntrarju tal-prinċipju ta' provi diretti (Unmittelbarkeit) li kieku japplika u jfisser li x-xhieda, l-esperti jew il-partijiet infushom iridu jinstemgħu qabel ma jibda l-proċess fil-preżenza tal-partijiet, fi proċedimenti simplifikati l-Qorti tista' pereżempju tordna li x-xhieda, l-esperti jew il-partijiet isirulhom il-mistoqsijiet bit-telefown jew bil-miktub.

1.6 Proċedura bil-miktub

Tista' tintuża proċedura esklużivament bil-miktub. Madankollu, irid ikun hemm proċedimenti orali jekk issir talba minn waħda mill-partijiet.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

L-istruttura tas-sentenza hija aktar sempliċi minn dik fi proċedimenti ordinarji. Dan għaliex għas-sentenzi fejn il-valur inkwistjoni huwa inqas minn EUR 600 ġeneralment ma hemmx appell.

Pereżempju, id-deskrizzjoni tal-fatti ma ssirx. Jistgħu jitħallew barra wkoll ir-raġunijiet għad-deċiżjoni jekk il-partijiet ikunu lesti jaċċettawha, jew jekk il-kontenut essenzjali tar-raġunijiet diġà jinstab fil-fajl tal-qorti. Madankollu, minħabba r-rekwiżiti tar-relazzjonijiet legali internazzjonali, ir-raġunijiet għas-sentenza jridu jingħataw jekk is-sentenza hija mistennija tiġi eżegwita barra l-pajjiż (it-Taqsima 313a(4) Nru 5 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Jekk, b'mod eċċezzjonali, il-qorti tippermetti li jsir appell, li hija fid-diskrezzjoni tal-imħallef, l-istruttura tas-sentenza ssir skont ir-regoli tas-soltu.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Ma hemmx restrizzjonijiet dwar ir-rimborż tal-ispejjeż; japplikaw ir-regoli tas-soltu.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Bħala regola ġenerali għas-sentenzi fejn il-valur inkwistjoni huwa inqas minn EUR 600 ma hemmx appell. Bħala eċċezzjoni, madankollu, jista' jsir appell jekk l-ewwel qorti tagħti permess fis-sentenza tagħha Dan jista' jseħħ għaliex il-każ ikun ta' importanza fundamentali, jew għaliex hemm bżonn ta' deċiżjoni minn qorti tal-appell sabiex tiżviluppa l-liġi jew sabiex ikun hemm ġurisprudenza konsistenti.

Jekk l-appell ma jitħalliex isir, l-ewwel qorti trid terġa' tisma' l-każ jekk il-parti li topponi s-sentenza ssostni li l-qorti naqqset milli tisma' l-argumenti tagħha b'mod xieraq u b'mod li huwa materjalment importanti għad-deċiżjoni.

L-aħħar aġġornament: 06/05/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Irlanda

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Iva din il-proċedura teżisti skont il-liġi Irlandiża bħala metodu alternattiv ta’ kif tibda talba ċivili żgħira. [Ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidar-Regoli tal-1997 u l-1999 dwar il-l-Qorti Distrettwali (il-Proċedura għat-Talbiet iż-Żgħar)]. Dan huwa servizz ipprovdut mill-uffiċċji tal-Qrati Distrettwali bl-għan illi jittratta t-talbiet tal-konsumaturi bl-irħis mingħajr il-bżonn ta’ solicitor. Il-proċedimenti li jinvolvu talbiet żgħar (jiġifieri ċerti talbiet ta’ valur massimu ta’ EUR 2 000) jistgħu jinbdew ukoll bl-Internet.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

It-tipi ta’ talbiet koperti mill-proċedura għat-talbiet iż-żgħar huma:

(I) talbiet għal oġġetti jew servizzi mixtrija għal użu privat minn xi ħadd li jbigħhom fil-kors ta’ negozju (talbiet tal-konsumaturi)

(ii) talbiet għal danni minuri kkawżati fuq proprjetà (minbarra danni fuq il-persuna)

(iii) talbiet għal nuqqas ta’ ritorn ta' depożitu fuq kera għal ċerti tipi ta’ propjetajiet mikrija. Pereżempju, dar tal-villeġġjatura jew kamra/appartament f’bini li fih jgħix ukoll is-sid sakemm it-talba ma taqbiżx l-ammont ta’ EUR 2000.

It-talbiet fir-rigward ta’ kwistjonijiet marbuta ma’ talbiet ta’ sid il-propjetà/il-kerrej jew akkomodazzjoni mikrija li ma taqax taħt il-proċedura għat-talbiet iż-żgħar jistgħu jitressqu quddiem il-Private Residential Tenancies Board (Bord tal-Użu Residenzjali Privat), 2nd Floor, O’Connell Bridge House, D’Olier Street, Dublin 2. Sit web: http://www.prtb.ie/

Esklużi mill-proċedura għal talbiet żgħar huma talbiet ġejjin minn:

(i) ftehim ta’ kiri bil-possibbiltà ta’ xiri

(ii) ksur ta’ ftehim ta’ kiri

(iii) djun

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Biex ikun eliġibbli għall-proċedura, il-konsumatur irid ikun xtara l-oġġetti jew is-servizzi għal użu privat mingħand xi ħadd li jbigħhom bħala parti min-negozju tiegħu. Il-proċedura tista’ tintuża wkoll minn negozjant kontra ieħor sa minn Jannar 2010. L-Iskrivan tal-Qorti Distrettwali, imsejjaħ ir-Reġistratur tat-Talbiet iż-Żgħar, jieħu ħsieb it-talbiet iż-żgħar. Fejn ikun possibbli, ir-reġistratur jinnegozja ftehim bejn il-partijiet mingħajr il-bżonn ta’ seduta ta’ smigħ il-qorti. Jekk il-kwistjoni ma tistax tiġi solvuta, ir-reġistratur iressaq it-talba quddiem il-Qorti Distrettwali għal seduta ta’ smigħ.

Ir-rikorrent irid ikun żgur mill-isem u l-indirizz tal-persuna jew kumpanija li jixtieq iressaq it-talba tiegħu kontriha. Jekk l-intimat ikun kumpanija jrid juża t-titlu ġuridiku eżatt. Dawn id-dettalji jridu jkunu preċiżi sabiex ix-Sheriff ikun jista’ jeżegwixxi l-Ordni (Digriet) tal-Qorti.

Jekk ir-Reġistratur tat-Talbiet iż-Żgħar jirċievi risposta mingħand l-intimat fejn jopponi t-talba jew jagħmel kontrotalba, ir-Reġistratur irid jikkuntattja lir-rikorrent u jagħtih kopja tar-risposta jew kontrotalba. Ir-Reġistratur jista’ jsaqsi liż-żewġ partijiet u jinnegozja magħhom biex jipprova jsib ftehim.

Jekk l-intimat jammetti t-talba huwa jrid jinnotifka lill-uffiċċju tar-Reġistratur billi jibgħat il-formola ta’ Avviż ta’ Aċċettazzjoni tar-Responsabbiltà. Jekk l-intimat ma jweġibx, it-talba tiġi awtomatikament meqjusa bħala mhux ikkontestata. Il-Qorti Distrettwali mbagħad toħroġ ordni favur ir-rikorrent (mingħajr il-bżonn illi jidher il-qorti) għall-ammont mitlub, u tordna illi dan jitħallas fi żmien qasir speċifiku.

1.3 Formoli

Ir-Reġistratur tat-Talbiet iż-Żgħar jipprovdi kopja tar-rikors lir-rikorrent li tista’ titniżżel ukoll mis-sit elettroniku tas-Servizzi tal-Qorti hawnhekk Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.courts.ie/

1.4 Assistenza

Peress illi l-għan tal-proċedura għat-talbiet iż-żgħar hija li tittratta talbiet tal-konsumaturi b’mod irħis u mingħajr solicitor, ġeneralment l-għajnuna legali jew parir legali ma jkunux meħtieġa għal dawn it-tip ta’ talbiet.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Jekk il-każ imur il-qorti, il-partijiet iridu jattendu s-seduta ta’ smigħ quddiem il-Qorti Distrettwali. Il-każ jinstema’ fil-pubbliku bħala parti minn seduta normali tal-Qorti Distrettwali. Meta l-każ jiġi msejjaħ ir-Reġistratur tal-Qorti jsejjaħ lill-intimat biex jitla’ fuq il-pedana u jixhed. Ix-xhieda trid tingħata taħt ġurament jew dikjarazzjoni u l-intimat jista’ jagħmel il-kontroeżami tar-rikorrent fuq kwistjonijiet relatati mat-talba. L-intimat jingħata wkoll iċ-ċans li jixhed. Kull xhud jista’ jkun soġġett għal kontroeżami mill-parti l-oħra jew mir-rappreżentanti legali tagħhom jekk ikunu preżenti. Il-partijiet wkoll għandhom dritt isejħu x-xhieda jew jissottomettu rapporti minn xhieda iżda ma jkunux jistgħu jirkupraw l-ispejjeż għal dan il-għan billi l-proċedura mhix maħsuba biex jiġu rkuprati l-ispejjeż iżda hija intiża biex tiffaċilita l-ftuħ ta’ talbiet żgħar f’forum relattivament irħis.

1.6 Proċedura bil-miktub

Jekk il-kwistjoni ma tiġix riżolta mir-Reġistratur tat-talbiet iż-żgħar, imbagħad dakinhar tas-seduta ta’ smigħ, ir-rikorrent irid iġib miegħu provi bil-miktub li jsostnu t-talba tiegħu, pereżempju ittri, irċevuti jew fatturi rilevanti. Barra minn jekk, iż-żewġ partijiet jingħataw iċ-ċans jixhdu oralment u jistgħu jiġu kontroeżaminati.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Jekk ir-rikorrent jirbaħ il-kawża, il-Qorti Distrettwali mbagħad tagħti ordni favur tiegħu għall-ammont mitlub, u tordna illi dan jitħallas fi żmien speċifiku u qasir.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Filwaqt li l-partijiet jistgħu iqabbdu konsulent legali, ma għandhomx dritt jirkupraw l-ispejjeż għas-servizzi tiegħu mill-parti l-oħra, lanqas jekk jirbħu l-kawża. L-għan aħħari tal-proċedura għat-talbiet iż-żgħar hija li tiffaċilita l-ftuħ tal-kawża mingħajr il-bżonn ta’ solicitor jew barrister.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Kemm ir-rikorrent u kemm l-intimat għandhom id-dritt li jappellaw mill-ordni tal-Qorti Distrettwali quddiem is-Circuit Court. L-ispejjeż jiġu aġġudikati mis-Circuit Court iżda dik hija kwistjoni għall-imħallef individwali tas-Circuit Court.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.courts.ie/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.courts.ie/courts.ie/Library3.nsf/PageCurrentWebLookUpTopNav/Small%20Claims%20Procedure

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.citizensinformation.ie/en/justice/courts_system/small_claims_court.html

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.courts.ie/courts.ie/Library3.nsf/PageCurrentWebLookUpTopNav/Small%20Claims%20Procedure

L-aħħar aġġornament: 06/11/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Greċja

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Fil-Greċja hemm proċedura għal talbiet żgħar (jiġifieri proċedura speċifika sempliċi mil-lat proċedurali meta mqabbla mal-proċedura ordinarja u li tapplika f’każijiet taħt ċertu livell limitu finanzjarju jew f’ċertu tip ta’ litigazzjoni irrispettivament mil-limitu finanzjarju)?

Il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili jipprovdi dispożizzjonijiet speċjali għal talbiet żgħar (Kapitolu XIII, Artikoli 466-472).

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Id-dispożizzjonijiet speċjali dwar talbiet żgħar japplikaw: (1) fejn is-suġġett tat-tilwima hija soġġetta għall-ġuriżdizzjoni tal-qorti ċivili distrettwali (eirinodikeío) u hija marbuta ma’ talbiet jew drittijiet fuq propjetà mobbli jew il-pussess ta’ propjetà mobbli li ma jaqbżux EUR 5 000 f’valur; jew (2) fejn il-valur kontestat jaqbeż EUR 5 000 jekk ir-rikorrent jiddikjara illi se jaċċetta somma li ma taqbiżx EUR 5 000 b’saldu tat-talba jew dritt mitlub fil-kawża. F’dan il-każ, l-intimat li jitlef il-kawża jiġi ordnat jissodisfa t-talba jew id-dritt mitlub fil-kawża jew iħallas l-istima tal-valur aċċettata mill-qorti.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Il-proċedura hija obbligatorja.

La l-qorti u l-anqas il-partijiet fil-kawża ma jistgħu jagħżlu l-proċedura ordinarja minflok il-proċedura speċjali ta’ talbiet żgħar.

1.3 Formoli

Ma hemmx formoli disponibbli.

1.4 Assistenza

Hemm assistenza fi kwistjonijiet proċedurali (pereżempju mill-iskrivan tal-qorti jew l-imħallef) għall-partijiet li ma jkollhomx avukat? Jekk iva, x’tip ta’ assistenza?

Il-partijiet fil-kawża jistgħu jidhru l-qorti f’isimhom stess. Parti fil-kawża tista’ tiġi rappreżentata wkoll mill-konjuġi tagħha, minn qarib fil-linja axxendenti jew dixxendenti, minn qarib sat-tieni grad ta’ parentela jew minn qarib relatat biż-żwieġ sat-tieni grad, jew minn impjegat tagħha stess. Konjuġi dejjem jiġi preżunt li jista’ jaġixxi f’isem il-konjuġi l-ieħor, u jista’ jaħtar rappreżentanti oħra. Ma hemmx dispożizzjoni f’dawn il-każjiet għall-iskrivan tal-qorti jew għall-imħallef biex jassisti lill-partijiet jew lir-rappreżentanti tagħhom li mhux avukati.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Ċerti regoli dwar il-kumpilazzjoni tal-provi huma inqas stretti meta’ mqabbla mal-proċedura ordinarja? Jekk iva, liema u kif?

Meta’ jkunu qed jisimgħu talbiet żgħar skont il-proċedura speċjali ta’ talbiet żgħar, l-imħallfin tal-qorti ċivili distrettwali jistgħu jillargaw mir-regoli proċedurali normali: Huma jistgħu jikkunsidraw il-provi li ma jissodisfawx ir-rekwiziti statutorji, u jistgħu fid-diskrezzjoni tagħhom japplikaw il-proċedura li f'dawk iċ-ċirkostanzi huma jaħsbu hija l-aktar metodu sikur, mgħaġġel u rħis biex jaslu għall-fatti.

1.6 Proċedura bil-miktub

Ir-rikors bil-miktub jista’ jiġi ppreżentat fir-reġistru tal-qorti ċivili distrettwali, jew oralment quddiem l-imħallef tal-qorti ċivili distrettwali, fejn imbagħad issir nota fl-atti tal-kawża. Ir-rikors għandu jkun fih: (a) deskrizzjoni preċiża tal-fatti li jagħtu prova tat-talba skont il-liġi u jiġġustifikaw il-ftuħ tal-kawża mir-rikorrent kontra l-intimat; (b) deskrizzjoni preċiża tas-suġġett tal-kawża; (c) il-forma speċifika ta’ ordni mitlub; u (d) l-provi kollha disponibbli.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Is-sentenzi jingħataw oralment fil-qorti, normalment eżatt wara s-seduta ta’ smigħ, hekk kif il-qorti tkun għadha għaddejja bis-seduta u qabel l-imħallef jgħaddi għall-kawża li jmiss. Is-sentenza ma tiġix notifikata lill-partijiet jekk jiġi konfermat fil-atti tal-kawża illi s-sentenza ngħatat fil-preżenza taż-żewġ partijiet, jew tal-persuni li qed jaġixxu f’isimhom, jew tal-avukati tagħhom.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Ma hemmx rimborż tal-ispejjeż.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Ma hemmx il-possibiltà ta’ appell mis-sentenzi dwar talbiet żgħar.

L-aħħar aġġornament: 17/07/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ispanjol ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Talbiet żgħar - Spanja

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Iva, hemm proċedimenti orali għal pretensjonijiet sa massimu ta’ EUR 6 000.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Il-pretensjonijiet sa massimu ta’ EUR 6 000 jsiru permezz ta’ proċedimenti orali.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Bil-preżentazzjoni ta’ rikors bil-miktub.

1.3 Formoli

Ma hemmx formola standard obbligatorja. Madankollu, ir-Reġistri tal-Imħallfin Anzjani (los Decanatos) normalment jipprovdu template standard jew formola stampata għal pretensjonijiet sa massimu ta’ EUR 2 000.

Din il-formola tintuża biss għad-dikjarazzjoni ta' pretensjoni u l-użu tagħha huwa fakultattiv. Din tista’ titnizzel mis-sit elettroniku tal- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Ġenerali tal-Ġudikatura (Consejo General del Poder Judicial).

1.4 Assistenza

Ir-rikorrenti jistgħu jidhru għall-proċedimenti orali personalment, iżda jekk l-ammont tal-pretensjoni jaqbeż EUR 2 000, l-assistenza ta’ avukat (abogado) u prokuratur legali (procurador) hija obbligatorja.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Dwar il-provi hemm regoli ġenerali: jiġi aċċettat kull tip ta’ prova, u qabel is-seduta ta’ smigħ il-provi jistgħu jiġu mitluba jew prodotti.

1.6 Proċedura bil-miktub

Il-formalitajiet bil-miktub fil-proċedura jinkludu d-dikjarazzjoni tal-pretensjoni u r-risposta. Il-kwistjonijiet proċedurali jiġu deċiżi matul il-proċess. Bl-istess mod, il-provi jingħataw oralment u prodotti prinċipalment fil-qorti.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Is-sentenza tingħata bir-raġunijiet u bil-miktub, l-istess bħal f’kull proċedura oħra.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Jekk l-avukat u l-prokuratur legali huma obbligatorji, u hemm ordni għal ħlas tal-ispejjeż, il-parti li tirbaħ l-ispejjeż tista’ tikseb rimborż għall-ispejjeż tal-proċedimenti, wara valutazzjoni, u jekk dawn ma jaqbżux terz tal-ammont tal-proċedimenti għal kull wieħed mill-partijiet li jkunu kisbu l-ordni.

Jekk il-parti li tkun rebħet l-ispejjeż tghix il-bogħod minn fejn qed isir il-proċess, l-ispejjeż tal-prokuratur legali jistgħu jiġu rimborżati, anke jekk l-involviment tiegħu ma kienx obbligatorju.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Jista’ jsir appell mis-sentenza jekk l-ammont tal-kawża jeċċedi EUR 3000. L-appell jiġi ppreżentat quddiem l-istess qorti, bil-miktub u fi żmien perjodu massimu ta’ 20 jum.

Il-qorti provinċjali (Audiencia Provincial) hija kompetenti biex tisma’ l-appell u ma jista’ jsir l-ebda appell mis-sentenza tagħha.

L-aħħar aġġornament: 26/07/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Talbiet żgħar - Franza

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Fi Franza hemm proċedura simplifikata quddiem il-qorti distrettwali u l-qorti lokali magħrufa bħala d-dikjarazzjoni fir-reġistru u rregolata mill-Artikoli 843 u 844 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili. Il-proċedura tibda quddiem il-qorti permezz ta’ dikjarazzjoni orali jew bil-miktub fir-reġistru tagħha. Ir-Reġistratur isejjaħ lill-partijiet għas-seduta permezz ta’ ittra reġistrata b’konferma tal-wasla. Fis-seduta, l-imħallef jipprova jirrikonċilja l-partijiet u jista’, bil-kunsens tagħhom, jaħtar konċiljatur tal-Ġustizzja. Fin-nuqqas ta’ konċiljazzjoni, il-proċedura tkompli għaddejja. Ir-rappreżentazzjoni minn avukat mhijiex obbligatorja. Il-partijiet jistgħu jagħżlu li jiġu rrappreżentati mill-konjuġi tagħhom, mis-sieħeb tagħhom, mill-persuna li magħha ffirmaw patt ċivili ta’ solidarjetà, mill-ġenituri tagħhom jew qraba fil-linja diretta jew kollaterali u mill-persuni li jaħdmu magħhom.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

It-talba ma għandhiex taqbeż l-EUR 4000 u trid taqa’ taħt il-kompetenza tal-qorti distrettwali jew tal-qorti lokali.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Il-proċedura ta’ dikjarazzjoni fir-reġistru hija fakultattiva.

Id-dikjarazzjoni fir-reġistru ma tistax tinbidel fi proċedura ordinarja.

1.3 Formoli

Il-formola mhix obbligatorja, peress illi d-dikjarazzjoni fir-reġistru tista’ ssir oralment. Madankollu teżisti formola sabiex kawża titressaq il-qorti. Din hija l-formola CERFA Nru 10–0099 disponibbli fis-sit tal-amministrazzjoni Franċiża u fir-reġistri tal-qrati distrettwali kollha.

1.4 Assistenza

Peress illi hija proċedura sempliċi fir-rigward ta’ talbiet li ma jaqbżux l-EUR 4 000, fejn il-partijiet jiġu mismugħa mill-imħallef, l-għajnuna legali mhix prevista.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Ir-regoli dwar il-provi huma simili għal dawk tal-proċedura ordinarja.

1.6 Proċedura bil-miktub

Ma hemmx proċedura purament bil-miktub fil-kuntest ta’ din il-proċedura simplifikata.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Ir-regoli applikabbli għas-sentenza huma l-istess bħal dawk għall-proċedura ordinarja.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Ir-regoli li japplikaw huma l-istess bħal dawk ta’ proċeduri oħra. Madankollu, peress li f’din il-proċedura ma hemmx bżonn tal-assenjazzjoni u ta’ rappreżentazzjoni minn avukat, l-ispejjeż huma inqas.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Minħabba l-valur tat-tilwima, il-possibbiltà ta’ appell hija eskluża. Is-sentenza tista’ biss tkun soġġetta għal risposta jew ta’ appell fil-kassazzjoni.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSit tal-Ministeru tal-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSit Legifrance

L-aħħar aġġornament: 20/07/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - il-Kroazja

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Fir-Repubblika tal-Kroazja, it-talbiet żgħar huma rregolati mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 457-467 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o parničnom postupku) (Narodne Novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja), Nri 53/91, 91/92, 112/99, 129/00, 88/01, 117/03, 88/05, 2/07, 96/08, 84/08, 123/08, 57/11, 25/13 u 89/14; minn hawn ’il quddiem: ZPP), filwaqt li l-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar skont ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (minn hawn ’il quddiem: ir-Regolament Nru. 861/2007) hija rregolata mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 507.o - 507.ž ZPP.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Proċeduri għal talbiet żgħar quddiem il-qrati lokali tfisser tilwima li fiha t-talba tkun għal ammont ta’ mhux aktar minn HRK 10 000.

Fil-proċeduri quddiem il-qrati kummerċjali, il-proċeduri għal talbiet żgħar huma tilwimiet li fihom it-talba tkun għal ammont ta’ mhux aktar minn HRK 50 000.

Il-proċeduri għal talbiet żgħar jinkludu wkoll dawk li fihom it-talba ma tikkonċernax flus, iżda fejn ir-rikorrent ikun qabel minflok li jirċievi somma ta’ mhux aktar minn HRK 10 000 (il-qrati lokali) jew HRK 50 000 (il-qrati kummerċjali) sabiex jissodisfa t-talba.

Il-proċeduri għal talbiet żgħar jinkludu wkoll dawk li fihom is-suġġett tat-talba mhuwiex flus, iżda l-konsenja ta’ proprjetà mobbli, li l-valur tagħha, skont ir-rikorrent, ma jaqbiżx is-somma ta’ HRK 10 000 (il-qrati lokali), jew HRK 50 000 (il-qrati kummerċjali).

Skont l-arranġamenti attwali għall-proċeduri Ewropej għal talbiet żgħar, ir-Regolament Nru 861/2007 jiġi applikat jekk il-valur tat-talba ma jkunx ta’ aktar minn EUR 2 000 fil-mument li tiġi riċevuta l-formola tat-talba mill-qorti jew mit-tribunal b’ġurisdizzjoni, minbarra l-imgħax, l-ispejjeż u t-tariffi kollha.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Il-proċeduri għal talbiet żgħar jitmexxew quddiem qorti lokali jew kummerċjali skont ir-regoli dwar il-ġurisdizzjoni ratione materiae previsti fl-Artikoli 34 u 34.b ZPP. Il-proċeduri għal talbiet żgħar jinbdew billi tiġi ppreżentata talba lill-qorti kompetenti, jiġifieri billi tiġi ppreżentata applikazzjoni għal eżekuzzjoni abbażi ta’ dokument awtentiku lil nutar pubbliku meta tkun ġiet ippreżentata oġġezzjoni ammissibbli għal mandat ta’ eżekuzzjoni fi żmien debitu.

1.3 Formoli

Il-formoli, talbiet oħrajn jew id-dikjarazzjonijiet jiġu ppreżentati bil-miktub, b’fax jew b’email u jintużaw biss għall-proċeduri Ewropej għal talbiet żgħar skont ir-Regolament Nru 861/2007

Ma hemm ebda formola oħra stabbilita sabiex tinbeda azzjoni fi proċeduri għal talbiet żgħar.

1.4 Assistenza

Iz-ZPP ma għandu ebda dispożizzjoni speċjali dwar l-għajnuna legali fil-proċeduri għal talbiet żgħar. Rikorrent jista’ jkun irrappreżentat minn avukat matul proċedura għal talbiet żgħar.

Jekk id-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar l-Għajnuna Legali Mingħajr Ħlas (Zakon o besplatnoj pravnoj pomoći) (Narodne Novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja), No 143/13 – Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://narodne-novine.nn.hr/clanci/sluzbeni/2013_12_143_3064.html) ikunu ġew issodisfati, il-litiganti għandhom id-dritt għal għajnuna legali primarja u sekondarja.

Lista ta’ assoċjazzjonijiet u kliniċi legali awtorizzati għall-għoti ta’ għajnuna legali primarja tista’ tinstab billi tikklikkja fuq il-link li ġejja:
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://pravosudje.gov.hr/istaknute-teme/besplatna-pravna-pomoc/ovlastene-udruge-i-pravne-klinike-za-pruzanje-primarne-pravne-pomoci/6190

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Fi proċeduri għal talbiet żgħar, il-partijiet iridu jippreżentaw il-fatti kollha li fuqhom jibbażaw it-talba tagħhom sa mhux aktar tard minn meta jippreżentaw l-azzjoni jew id-dikjarazzjoni ta’ difiża, kif ukoll jippreżentaw kwalunkwe xhieda meħtieġa li ssostni l-fatti ppreżentati.

Il-partijiet jistgħu jippreżentaw fatti ġodda jew iressqu provi ġodda biss f’seduta ta’ smigħ preliminari, jekk huma, mingħajr ebda ħtija tagħhom stess, ma jkunux jistgħu jippreżentawhom jew iressquhom fl-azzjoni jew fid-dikjarazzjoni ta’ difiża.

Kuntrarju għad-dispożizzjoni msemmija hawn fuq, il-fatti u l-provi ġodda ppreżentati jew imressqa mill-partijiet fis-seduta ta’ smigħ preliminari jiġu injorati mill-qorti.

Id-dispożizzjonijiet ġenerali taz-ZPP japplikaw għall-kumpilazzjoni tax-xhieda. Għalhekk, il-provi fi proċeduri għal talbiet żgħar jistgħu jikkonsistu fi spezzjonijiet, dokumenti, dikjarazzjonijiet ta’ xhieda, rapporti ta’ esperti ordnati minn qorti u xhieda mogħtija mill-partijiet u hija l-Qorti li tiddeċiedi liema mill-provi ppreżentati għandhom jintużaw sabiex jiġu stabbiliti l-fatti tal-każ.

Aktar informazzjoni dwar il-kumpilazzjoni tax-xhieda hija stabbilita fil-pakkett ta’ informazzjoni intitolat “Il-kumpilazzjoni tax-xhieda – Ir-Repubblika tal-Kroazja” (Izvođenje dokaza – Republika Hrvatska).

1.6 Proċedura bil-miktub

Il-proċeduri għal talbiet żgħar isiru bil-miktub.

Fi proċeduri għal talbiet żgħar, it-talba dejjem tiġi nnotifikata lill-konvenut sabiex dik il-parti tkun tista’ tippreżenta osservazzjonijiet, u ċ-ċitazzjoni tal-qorti sabiex tiġi pprovduta dikjarazzjoni ta’ difiża tinforma lill-partijiet li rikorrent jitqies bħala li rtira l-azzjoni jekk huwa jonqos milli jattendi l-ewwel seduta tal-qorti; li f’din il-proċedura l-partijiet iridu jippreżentaw il-fatti kollha sa mhux aktar tard minn meta jressqu t-talba jew id-dikjarazzjoni ta’ difiża; li fis-seduta ta’ smigħ preliminari ma jistgħux jiġu ppreżentati fatti ġodda jew jitressqu provi, ħlief fil-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 461a(a) taz-ZPP fejn il-partijiet kienu, mingħajr ebda ħtija tagħhom stess, imwaqqfa milli jippreżentaw kwalunkwe fatti jew iressqu provi qabel il-bidu tas-seduta ta’ smigħ preliminari; u li din id-deċiżjoni tista’ tiġi appellata biss fuq il-bażi ta’ ksur materjali tad-dispożizzjonijiet dwar il-proċedura ċivili msemmija fl-Artikolu 354(2), li huma:

• il-punt 1 - jekk imħallef li kellu jiġi rikużat skont il-liġi (il-punti 1-6 tal-Artikolu 71(1) taz-ZPP) jew li kien skwalifikat b’deċiżjoni tal-qorti, jew persuna li ma kellhiex l-istatus ta’ mħallef, ikunu ħadu sehem fl-għoti tas-sentenza,

• il-punt 2 - jekk tkun ittieħdet deċiżjoni dwar talba f’tilwima li ma tkunx taqa’ taħt il-kompetenza ġudizzjarja (l-Artikolu 16 taz-ZPP),

• il-punt 4 - jekk, kuntrarju għaz-ZPP, il-qorti tkun ibbażat id-deċiżjoni tagħha fuq dispożizzjonijiet inammissibbli mill-partijiet (l-Artikolu 3(3) taz-ZPP),

• il-punt 5 - jekk, kuntrarju għaz-ZPP, il-qorti tkun tat sentenza bbażata fuq l-ammissjoni tat-talba, sentenza bbażata fuq ir-rinunzja tal-pretensjoni, sentenza inadempjenti jew sentenza mingħajr proċess,

• il-punt 6 - jekk, minħabba azzjonijiet illegali u, speċifikament, minħabba nuqqas ta’ servizz (ta’ dokumenti tal-qorti), kwalunkwe waħda mill-partijiet ma tkunx ingħatat l-opportunità li tinstema’ mill-qorti;

• il-punt 8 - jekk persuna li ma tistax tkun parti għall-proċedura tkun ipparteċipat fiha bħala attur jew bħala konvenut, jew jekk il-persuna ġuridika ma kinitx irrappreżentata bħala parti mill-persuna awtorizzata, jew jekk parti inkapaċi ma kinitx irrappreżentata minn rappreżentant legali, jew jekk ir-rappreżentant legali jew l-avukat fil-fatt ma kellhomx l-awtorizzazzjoni meħtieġa sabiex jillitigaw jew jieħdu ċerti azzjonijiet proċedurali, fejn il-litigazzjoni jew ċerti azzjonijiet proċedurali ma jkunux awtorizzati sussegwentement;

• il-punt 9 - jekk tkun ittieħdet deċiżjoni dwar talba li l-litigazzjoni fir-rigward tagħha kienet diġà pendenti, jew li dwarha diġà ngħatat sentenza legalment effettiva, jew jekk diġà tkun instabet soluzzjoni bil-qorti jew soluzzjoni li, skont regolamenti separati, ikollha l-karatteristiċi ta’ soluzzjoni bil-qorti,

• il-punt 10 - jekk il-pubbliku kien eskluż mill-proċess, kuntrarju għal-liġi,

• il-punt 11 taz-ZPP - jekk is-sentenza jkollha difetti li minħabba fihom ma tkunx tista’ tiġi eżaminata u, b’mod partikolari, jekk il-parti operattiva tas-sentenza tkun inkomprensibbli, jekk il-parti operattiva tkun awtokontradittorja jew jekk tikkontradixxi r-raġunijiet għas-sentenza, jew jekk is-sentenza ma jkollha ebda raġuni jew jekk hija ma tispeċifikax ir-raġunijiet għall-fatti deċiżivi, jew jekk tali raġunijiet ma jkunux ċari jew ikunu kontradittorji, jew jekk ikun hemm kontradizzjoni rigward il-fatti deċiżivi bejn dak li huwa speċifikat fir-raġunijiet għas-sentenza dwar il-kontenut tad-dokumenti jew il-minuti relatati max-xhieda mogħtija matul il-proċedimenti u d-dokumenti u l-minuti attwali nfushom;

jew, fil-każ ta’ żball fil-liġi.

Jekk il-parti jkollha residenza permanenti jew temporanja barra mir-Repubblika tal-Kroazja u l-indirizz tagħha jkun magħruf, is-servizz tad-dokumenti tal-qorti għandu jseħħ f’konformità mar-regoli vinkolanti fuq ir-Repubblika tal-Kroazja u f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE, speċifikament fir-rigward tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 861/2007.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Sentenza fi proċedura għal talbiet żgħar tingħata immedjatament wara t-tmiem tas-seduta ta’ smigħ prinċipali. Malli jagħti s-sentenza, l-imħallef huwa obbligat li jagħti struzzjonijiet lill-partijiet preżenti dwar il-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jappellaw.

Billi ma teżisti ebda dispożizzjoni speċjali dwar il-kontenut tas-sentenza fi proċeduri għal talbiet żgħar, japplikaw id-dispożizzjonijiet ġenerali taz-ZPP, jiġifieri l-Artikolu 338 taz-ZPP, li jiddikjara li verżjoni bil-miktub tas-sentenza trid tinkludi introduzzjoni formali, parti operattiva u dikjarazzjoni tar-raġunijiet.

L-introduzzjoni ta’ sentenza għandha tinkludi: indikazzjoni li s-sentenza qed titħabbar f’isem ir-Repubblika tal-Kroazja; it-titolu tal-qorti; l-isem u l-kunjom tal-imħallef uniku jew li jippresjedi, tal-imħallef-rapporteur u tal-membri tal-bord, l-isem u l-kunjom jew it-titolu u r-residenza jew l-uffiċċju rreġistrat tal-partijiet u tar-rappreżentanti legali u l-aġenti tagħhom; indikazzjoni qasira tas-suġġett tat-tilwima; id-data li fiha ġie konkluż il-proċess; indikazzjoni tal-partijiet, ir-rappreżentanti legali u l-aġenti tagħhom li attendew dak il-proċess; u d-data meta ngħatat is-sentenza.

Il-parti operattiva tas-sentenza għandha tinkludi d-deċiżjoni tal-qorti dwar l-aċċettazzjoni jew iċ-ċaħda ta’ talbiet fuq il-merti u talbiet sekondarji, kif ukoll deċiżjoni dwar l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ eżistenza tat-talba mressqa għal soluzzjoni (l-Artikolu 333 taz-ZPP).

Fid-dikjarazzjoni tar-raġunijiet, il-qorti tiddeskrivi t-talba tal-partijiet, il-fatti li ppreżentaw u l-provi li fuqhom huma bbażati dawn it-talbiet, liema minn dawn il-fatti stabbilixxiet, għaliex u kif stabbilixxiet dawk il-fatti u jekk hija stabbilixxietx dawk il-fatti billi semgħet ix-xhieda, liema provi tressqu u għaliex u kif ġew ivvalutati. Il-qorti tiddikjara speċifikament liema dispożizzjonijiet tal-liġi sostantiva ġew applikati fid-deċiżjoni dwar it-talbiet tal-partijiet u tiddikjara l-pożizzjoni tagħha, jekk ikun meħtieġ, fuq il-fehmiet tal-partijiet dwar ir-raġunijiet legali għat-tilwima u dwar kwalunkwe mozzjoni jew oġġezzjoni li dwarha ma stabbilixxietx ir-raġunijiet fid-deċiżjonijiet li hija ħadet matul il-proċedimenti.

Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet ta’ sentenza inadempjenti, sentenza bbażata fuq l-ammissjoni ta’ talba jew sentenza bbażata fuq rinunzja tal-pretensjoni għandha tindika biss ir-raġunijiet għall-għoti ta’ tali sentenzi.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Deċiżjoni dwar ir-rimborż tal-ispejjeż għal proċeduri għal talbiet żgħar tinħareġ fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet ġenerali taz-ZPP, fejn il-parti li titlef kawża kompletament hija obbligata li tirrimborża l-ispejjeż tal-parti opposta u tal-intervenjent tagħha.

Jekk parti tikseb suċċess parzjali fl-azzjoni tagħha, il-qorti tista’, fid-dawl tas-suċċess miksub, tordna lil kull parti sabiex tħallas l-ispejjeż tagħha jew lil parti waħda sabiex tirrimborża lill-oħra u lill-intervenjent tagħha b’sehem proporzjonali tal-ispejjeż.

Il-qorti tista’ tiddeċiedi li parti waħda għandha tħallas l-ispejjeż kollha mġarrbin mill-parti opposta u mill-intervenjent tagħha, jekk il-parti opposta ma tkunx kisbet suċċess f’parti relattivament żgħira biss tat-talba tagħha u ma jkunux saru spejjeż separati għal dik il-parti.

Min-naħa l-oħra, parti hija obbligata, irrispettivament mill-eżitu tal-kawża, li tirrimborża kwalunkwe spejjeż tal-parti opposta li jirriżultaw mill-ħtija tagħha jew minn avvenimenti li tkun sofriet.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Fil-proċeduri għal talbiet żgħar, il-partijiet jistgħu jressqu appell kontra s-sentenza jew id-deċiżjoni tal-prim’istanza, fi żmien tmint ijiem.

L-iskadenza għall-appell tiġi kkalkolata mill-jum li fih tingħata s-sentenza jew id-deċiżjoni. Jekk is-sentenza jew id-deċiżjoni tkun ġiet innotifikata lil parti, l-iskadenza tiġi kkalkolata minn dakinhar li ġiet innotifikata.

Is-sentenza jew id-deċiżjoni li tittermina l-proċedura għal talbiet żgħar tista’ tiġi kkontestata għar-raġunijiet deskritti fid-dettall fil-punt 1.6, jiġifieri minħabba ksur materjali tar-regoli tal-proċedura ċivili msemmija fil-punti 1, 2, 4, 5, 6, 8, 9, 10 u 11 tal-Artikolu 354(2) taz-ZPP jew minħabba żball tal-liġi.

L-aħħar aġġornament: 23/08/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna it-Taljan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Talbiet żgħar - Italja

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Minkejja li ma hemmx proċediment speċifiku għat-talbiet iż-żgħar, madankollu dawn it-talbiet jaqgħu fil-kompetenza tal-Kummissarju tal-Ġustizzja.

Il-proċediment quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja huwa karatterizzat mis-simplifikazzjoni. (L-Artikoli 316-318 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili)

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Il-Kummissarju tal-Ġustizzja jisma' t-talbiet dwar beni mobbli b'valur li ma jaqbiżx il-EUR 5 000 (ħamest elef ewro), il-ġuriżdizzjoni skont il-valur hija tal-Kummissarju tal-Ġustizzja, sakemm ma tiġix assenjata lil xi ġudikant ieħor mil-liġi.

Il-Kummissarju tal-Ġustizzja għandu ġuriżdizzjoni wkoll għall-kawżi għal kumpens minħabba ħsara kkawżata miċ-ċirkolazzjoni ta' vetturi u bastimenti, sakemm il-valur tat-tilwima ma' jaqbiżx l-EUR 20 000 (għoxrin elf ewro).

Il-Kummissarju tal-Ġustizzja għandu ġuriżdizzjoni, ikun xi jkun il-valur, fl-oqsma li ġejjin:

  • il-kawżi dwar it-twaqqif u l-osservazzjoni tad-distanzi stabbiliti bil-liġi, mir-regolamenti jew l-użu dwar it-tħawwil tas-siġar u ħitan tal-ħaxix;
  • il-kawżi dwar liema u kif għandhom jintużaw is-servizzi tal-kondominju fid-djar;
  • il-kawżi dwar ir-relazzjonijiet bejn is-sidien jew id-detenturi tal-proprjetà immobbli maħsuba għall-abitazzjoni rigward ħruġ ta' duħħan jew sħana, irwejjaħ, storbju, ċaqliq u disturb simili li jaqbeż il-livell ta' tolleranza normali;
  • il-kawżi dwar l-interessi jew aċċessorji ta' pagament ta' benefiċċji ta’ sigurtà soċjali jew ta’ assistenza li sar tard.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja t-talba ssir permezz ta' ċitazzjoni għad-dehra fit-tali ġurnata. It-talba tista' ssir anki verbalment, imbagħad minnha l-Kummissarju tal-Ġustizzja jfassal proċess verbali li, fuq responsabbiltà tar-rikorrent, jiġi nnotifikat b'ċitazzjoni biex jidher għas-seduta stabbilita. (L-Artikoli 316 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). It-talba jrid ikun fiha, minbarra l-indikazzjoni tal-ġudikant u tal-partijiet, deskrizzjoni tal-fatti u indikazzjoni tas-suġġett. Bejn il-ġurnata tan-notifika  u dik tad-dehra l-qorti jridu jgħaddu termini iqsar bin-nofs meta mqabbla mal-proċess ordinarju dwar il-mertu. (L-Artikoli 318 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).  Fl-ewwel seduta l-Kummissarju tal-Ġustizzja jistaqsi domandi b'mod liberu lill-partijiet u jipprova jwassalhom għar-rikonċiljazzjoni, jekk din isseħħ ifassal proċess verbali. Jekk ir-rikonċiljazzjoni ma tirnexxix, il-Kummissarju tal-Ġustizzja jistieden lill-partijiet biex jiddikjaraw b'mod preċiż il-fatti li kull wieħed minnhom ibbaża fuqhom it-talba tiegħu, l-argumenti ta' difiża u l-eċċezzjonijiet, talba biex biex jipproduċu d-dokumenti u x'tip ta' provi jridu jippreżentaw. Meta jkun meħtieġ minħabba l-miżuri meħuda mill-partijiet fl-ewwel seduta, il-Kummissarju tal-Ġustizzja jista' jiffissa għal darba biss seduta oħra għall-produzzjoni ulterjuri u u talbiet għall-provi. Id-dokumenti prodotti mill-partijiet jistgħu jidħlu fil-fajl tal-qorti u jibqgħu ppreservati hemmhekk sakemm tingħata s-sentenza finali.

1.3 Formoli

Ma hemmx formoli.

1.4 Assistenza

Quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja l-partijiet jistgħu jidhru personalment mingħajr avukat f'kawżi b'valur li ma jaqbiżx l-EUR 1 100. (L-Artikolu 82 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili u skeda għat-tressiq quddiem il-qrati - bringing a case to court)

Fil-każijiet l-oħra, il-partijiet ma jistgħux jidhru l-qorti jekk mhux bil-prosekutur jew assistiti minn avukat. Madankollu il-Kummissarju tal-Ġustizzja, minħabba n-natura u l-istatus tal-kawża, permezz ta' digriet mogħti anki b'talba verbali tal-parti, jista' jħalli lill-partijiet jidhru mingħajr avukat.

Il-Kummissarju jivverifika ex officio jekk il-partijiet humiex leġittimi u, meta jkun meħtieġ, jistedinhom jimlew jew jirregolaw l-atti u d-dokumenti fil-fehma tiegħu diffettużi.

Jekk il-Kummissarju jsib nuqqas fir-rekwiżiti tar-rappreżentanza jew assistenza, jiġifieri difett li jġib in-nullità tal-prokura tad-difensur, huwa jagħti lill-partijiet żmien perentorju biex jirregolarizzaw ir-rappreżentazzjoni tagħhom. L-osservanza tat-termini tneħħi l-vizzju, u l-effetti sostanzjali u proċesswali tat-talba jidħlu fis-seħħ mal-ewwel notifika  (l-Artikolu 182 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili)

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

In-normi applikabbli fil-qasam tal-provi huma l-istess bħal dawk previsti għall-proċediment ordinarju. (ara l-anness provi – taking of evidence)

1.6 Proċedura bil-miktub

Mhix prevista proċedura strettament bil-miktub, minħabba li hemm l-obbligu tal-Kummissarju tal-Ġustizzja li jisma' b'mod liberu l-partijiet u jipprova jwassalhom għal rikonċiljazzjoni.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Ir-regoli dwar il-kontenut tad-deċiżjoni huma aktar flessibbli meta mqabbla ma' dawk tal-proċedura ordinarja? Jekk iva, kif?

Le. Japplikaw ir-regoli li ġejjin:

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Ir-rimbors tal-ispejjeż huwa limitat? Jekk iva, kif?

Dwar min se jbati l-ispejjeż  japplikaw ir-regoli ġenerali, jiġifieri tbatihom il-parti telliefa, ħlief li jrid jingħata kumpens jekk iż-żewġ partijiet jaħtu indaqs, jiġifieri jekk ikun hemm raġunijiet tajbin.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Il-possibiltà ta' appell hija eskluża jew hija biss limitata?

Bir-riforma riċenti (d.lgs. 2006, n. 40) ġew emendati d-dispożizzjonijiet tal-appell tas-sentenzi ta' ekwità (kawżi b'valur li ma jaqbiżx l-EUR 1 100,00) tal-Kummissarju tal-Ġustizzja, fis-sens li jista' jsir appell minn dawn is-sentenzi  biss minħabba ksur tad-dispożizzjonijiet fuq il-proċediment, jew ksur tan-normi kostituzzjonali jew komunitarji jiġifieri l-ksur ta' prinċipji regolatorji tas-suġġett inkwistjoni.

Dawn l-emendi japplikaw  għas-sentenzi mogħtija mit-2 ta' Marzu 2006 'l quddiem (l-Artikolu 27 d.lgs  2006/40)

Is-sentenzi tal-ekwità mogħtija qabel id-data msemmija hawn qabel huma soġġetti għal rikors fil-kassazzjoni (skont it-termini tal-liġi) biss għal ksur tan-normi kostituzzjonali, komunitarji u proċedurali, għal ksur tal-prinċipji regolatorji tas-suġġett u minħabba raġunijiet li ma jeżistux jew kienu sempliċement prima facie. Ma jistax isir appell mis-sentenzi mogħtija mill-Kummissarju tal-Ġustizzja fil-qasam tas-sanzjonijiet amministrattivi, iżda jista' jsir rikors straordinarju fil-kassazzjoni.

Mill-bqija, is-sentenzi tal-Kummissarju tal-Ġustizzja jistgħu jiġu appellati.

Ara l-iskeda dwar l-organizzazzjoni tal-ġustizzja, il-ġuriżdizzjoni tat-tribunali u r-rikors għall-qrati.

Ħoloq relatati

talbiet żgħar Artikoli tal-Proċedura ĊiviliPDF(114 Kb)it

L-aħħar aġġornament: 04/02/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Ċipru

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Ma hemm l-ebda proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar fis-sistema ġuridika ta' Ċipru ħlief dik stipulata fir-Regolament 861/2007. li ġie adottat regolament proċedurali għall-applikazzjoni tagħha.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

1.3 Formoli

1.4 Assistenza

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

1.6 Proċedura bil-miktub

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

1.9 Il-possibilità ta’ appell

L-aħħar aġġornament: 17/07/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Latvja

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Fil-Latva hemm proċeduri speċjali għat-talbiet żgħar fejn it-talba tkun għall-irkupru ta' flus jew manteniment u l-ammont totali tat-talba ma jaqbiżx EUR 2 100.

Talbiet għal ammonti żgħar huma regolati mill-Kapitolu 30.3: l-Artikoli 250.18 – 250.27 u l-Kapitolu 54.1: l-Artikoli 449.1–449.12 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Il-proċeduri għat-talbiet iż-żgħar japplikaw biss għal talbiet għall-irkupru ta' flus u tal-manteniment (l-Artikolu 35(1)(1) u (3) tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili).

Fil-proċedimenti għat-talbiet iż-żgħar id-dejn prinċipali, jew f'każ ta' talba għall-irkupru tal-manteniment, il-pagamenti totali ma' jistgħux jaqbżu EUR 2 100 fid-data ta' sottomissjoni tat-talba. F'każ ta' talbiet għall-irkupru tal-manteniment, il-massimu għall-ammont totali ta' pagamenti japplika għal kull tifel separatament, u l-ammont totali huwa l-ammont totali li jrid jitħallas fi żmien sena.

Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw it-talbiet iż-żgħar fil-leġiżlazzjoni domestika ma japplikawx għall-proċedura tat-talbiet iż-żgħar skont ir-Regolament (KE) Nru Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, ħlief għall-proċedura ta' appell mis-sentenzi ta' qorti tal-ewwel istanza. It-talbiet għall-irkupru tal-manteniment fi kwistjonijiet transfruntieri fi ħdan l-Unjoni Ewropea huma soġġetti għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4/2009 tat- 18 ta' Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment.

It-tariffa tal-Istat (valsts nodeva) għal rikors hija 15% tat-talba mitluba, iżda mhux inqas minn EUR 71/41c. F'każ ta' talbiet għall-irkupru tal-manteniment tat-tfal jew tal-konjuġi, ma jitħallsu ebda tariffi tal-Istat.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Waqt li tkun qed tiddeċiedi dwar it-talbiet żgħar il-qorti ssegwi l-proċeduri ordinarji tal-qorti b'ċerti eċċezzjonijiet stabbiliti għat-talbiet żgħar. Il-qorti tibda tisma' l-kawża permezz tar-rikors miktub.

Il-qorti ma' tkomplix fuq rikors jekk ma jkunx imfassal skont l-Artikolu Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida250.20 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili- ir-rikorrent ma jkunx uża l-formola apposta għat-talbiet żgħar, jew ikun naqas milli jindika jekk hux se jitlob seduta ta' smigħ biex tiġi mismugħa l-kwistjoni.

F'dak il-każ l-imħallef jagħti deċiżjoni dettaljata li mhux se jmexxi bir-rikors, jibgħata lir-rikorrent, u jiffissa żmien għar-rettifika tan-nuqqasijiet. Dan iż-żmien ma jistax ikun inqas minn 20 ġurnata mill-bidu tal-għotja tad-deċiżjoni. Id-deċiżjoni tal-imħallef tista' tiġi appellata fi żmien għaxart'ijiem, jew fi żmien 15-il ġurnata jekk il-post ta' residenza tal-parti jinsab barra l-Latvja.

1.3 Formoli

Ir-rikors u l-osservazzjonijiet tal-konvenut iridu jitfasslu skont il-formoli stabbiliti mir-Regolament tal-Kabinett (Ministru kabinets) Nru 783 tal-11 ta' Ottubru 2011 dwar il-formoli li jridu jintużaw għat-talbiet żgħar. L-annessi għar-Regolament jinkludu l-formoli li ġejjin:

  1. Rikors għal talba żgħira għall-irkupru tal-flus;
  2. Rikors għal talba żgħira għall-irkupru tal-manteniment;
  3. Osservazzjonijiet wara rikors għal talba żgħira għall-irkupru tal-flus;
  4. Osservazzjonijiet wara rikors għal talba żgħira għall-irkupru tal-manteniment.

Ir-Regolament huwa disponibbli fil-portal tal-leġiżlazzjoni tal-Gazzetta Uffiċċjali,  Latvijas Vēstnesis: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.tiesas.lv/.

Minbarra d-dettalji tar-rikorrent u tal-konvenut, trid tiġi mehmuża l-informazzjoni li pejja fil-formola għat-talbiet żgħar:

  1. L-isem tal-qorti distrettwali jew tal-belt (rajona (pilsētas) tiesa) li quddiemha se jistressaq ir-rikors: sakemm il-partijiet ma jkunux ftehmu permezz ta' kuntratt illi kull kwistjoni trid tinstema' f'post ieħor, li talba kontra persuna trid titressaq quddiem il-qorti tal-post ta' residenza dikjarat tagħhom, jew illi f'każ ta' persuna ġuridika il-post tal-uffiċċju reġistrat (jekk it-talba hija marbuta mal-attivitajiet tal-fergħa jew aġenzija ta' persuna ġuridika, it-talba tista' ssir ukoll fil-post fejn qiegħdin il-fergħa jew l-aġenzija).
    L-informazzjoni dwar liema qorti għandha ġurisdizzjoni, u għalhekk liema qorti trid tiġi indikata fuq il-formola, tinsab fil-portal fuq l-internet Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://likumi.lv/doc.php?id=237849, Taqsima Tiesas ("qrati"), Tiesu darbības teritorijas ("ġurisdizzjoni territorjali tal-qrati").
  2. Ir-rappreżentant tar-rikorrent irid jiġi indikat jekk ir-rikorrent jixtieq illi l-interessi tiegħu jkunu rappreżentanti l-qorti minn persuna oħra. Sabiex persuna oħra tkun tista' sservi ta' rappreżentant fil-qorti, trid issir prokura (pilnvara), iċċertifikati minn nutar, u indikata fil-kolonna li tistqarr il-bażi għar-rappreżentazzjoni. Jekk ir-rappreżentant huwa avukat ċertifikat (zvērināts advokāts), ir-rappreżentazzjoni trid tkun ikkonfermata minn kitba li turi li l-avukat ġie mqabbad mill-klijent, u jekk l-avukat se jaġixxi f'isem il-parti li ħatritu, irid ikun hemm prokura bil-miktub (li f'dan il-każ mhemmx għalfejn tkun iffirmata minn nutar).
  3. Is-suġġett tat-talba: il-formola trid tindika d-drittijiet kontestati u r-relazzjonijiet ġuridiċi bejn ir-rikorrent u l-konvenut, li dwarhom ir-rikorrent qed jitlon lill-qorti biex tikkonferma l-eżistenza jew l-assenza, b'talba lill-qorti biex tħares id-drittijiet tiegħu jew l-interessi mħarsa mil-liġi.
  4. Il-metodu tal-kalkolu tal-ammont mitlub: il-formola tat-talbiet żgħar trid turi d-dejn prinċipali, jiġifieri l-ammont ta'dejn qabel l-interessi u l-penali kuntrattwali, l-ammont ta' kull penali kuntrattwali, kull interess dovut skont il-kuntratt jew il-liġi, u t-total ta' dawn l-ammonti.
  5. Il-formola trid tindika l-fatti li fuqhom ibbaża t-talba tiegħu ir-rikorrent u l-provi ta' sostenn, id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-liġi li fuqhom hija bbażata t-talba, u, fl-aħħarnett, il-miżura li r-rikorrent qed jitlob mingħand il-qorti.
  6. Ir-rikors irid jiġi iffirmat mir-rikorrent jew mir-rappreżentant tiegħu, jew mir-rikorrent flimkien mar-rappreżentant jekk il-qorti hekk titlob. Id-dokumenti li jridu jiġu mehmuża mar-rikors jridu juru illi saret kull proċedura rigward l-eżami preliminari ekstraġudizzjarju tal-kwistjoni li hija mitluba mil-liġi, u jissostanzjaw il-fatti li fuqhom hija bbażata t-talba.

1.4 Assistenza

Il-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili ma għandhiex dispożizzjonijiet speċjali għall-għajnuna legali għat-talbiet żgħar. Persuna tista' tiġi rappreżentata f'kawża ta' talbiet żgħar.

Jekk ir-rikorrent jixtieq illi l-interessi tiegħu jiġu rappreżentati fil-qorti minn persuna oħra, u r-rikors isir mir-rappreżentant, ir-rikors irid jindika l-isem, kunjom, numru tal-identità personali u l-indirizz għall-korrispondenza mal-qorti tar-rappreżentant jew, jekk ir-rappreżentant huwa persuna ġuridika, in-numru ta' reġistrazzjonu u l-uffiċċju reġistrat tagħha. Kull persuna fiżika tista' tkun rappreżentant fi proċedimenti ċivili jekk tkun għalqwt it-18-il sena, mhix taħt kurazija, u mhix soġġett għal xi waħda mir-restrizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 84 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili. Jekk ir-rappreżentant fil-qorti se tkun persuna oħra, jrid ikollha awtorizzazzjoni għal dan il-għan mill-parti konċernata, permezz ta' prokura ċċertifikata minn nutar. Il-persuna li se tiġi rappreżentata tista' tagħti l-awtorizzazzjoni tagħha verbalment fil-qorti fejn tawtorizza lil persuna oħra biex taġixxi f'isimha, u dan il-fatt irid jiġi mniżżel fil-minuti tas-seduta tal-qorti. Ir-rappreżentant ta' persuna ġuridika jrid ikollha prokura bil-miktub jew dokumenti li jikkonfermaw illi l-persuna hija uffiċċjal li jista' jirrappreżenta lill-persuna ġuridika mingħajr awtorizzazzjoni speċjali. Jekk ir-rappreżentant huwa avukat ċertifikat, ir-rappreżentazzjoni trid tkun ikkonfermata minn kitba li turi li l-avukat ġie mqabbad mill-klijent, u jekk l-avukat se jaġixxi f'isem il-parti li ħatritu, irid ikun hemm prokura bil-miktub (li f'dan il-każ mhemmx għalfejn tkun iffirmata minn nutar). Jekk il-persuna jkollha rappreżentazzjoni, id-dokumenti meħtieġa jiġu ppreżentati lill-qorti u ffirmati mir-rappreżentant li qed jaġixxi f'isem il-parti, skont il-prokura.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Il-kumpilazzjoni tal-provi hija soġġetta għad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili. Għalhekk, fi proċedimenti għal ammonti żgħar, il-provi jistgħu ikunu osservazzjonijiet tal-partiiet jew ta' partijiet terzi, dikjarazzjonijiet mix-xhieda, provi miktuba u l-opinjonijiet tal-esperti.

1.6 Proċedura bil-miktub

L-imħallef jibda l-kawża dwar talba żgħira fuq il-bażi ta' rikors miktub. Formola bl-osservazzjonijiet tar-rikorrent tinbagħat lill-konvenut flimkien mar-rikors u kopji tad-dokumenti mehmuża magħhom: dan jiddetermina ż-żmien li fih il-konvenut jista' jibgħat l-osservazzjonijiet tiegħu dwar ir-rikors, li jkun ta' 30 jum li jibda jiddekorri minn meta jintbagħat ir-rikors lill-konvenut. Il-qorti tinforma wkoll lill-konvenut illi jekk ma jippreżentax l-osservazzjonijiet tiegħu is-sentenza xorta tingħata, u l-konvenut jista' jitlon għal seduta ta' smigħ. Meta' l-qorti tibgħat id-dokumenti lill-partijiet hija tispjegalhom id-drittijiet proċedurali tagħhom, tinfurmahom bil-kompożizzjoni li se tisma' l-kawża,  kif ukoll dwar ir-rikuża ta' mħallef. Il-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili tagħti lill-partijiet drittijiet proċedurali fil-preparazzjoni tal-kawża għall-proċediment, li huma jistgħu jeżerċitaw mhux aktar tard minn sebat'ijiem qabel id-data iffissata għas-smigħ.

Il-konvenut jista' jissottometti l-osservazzjoni tiegħu fuq formola approvata mill-Kabinett. Il-formola hija fost dawk li jinsabu fl-Anness għar-Regolament tal-Kabinett Nru 783 tal-11 ta' Ottubru 2011 dwar il-formoli biex jintużaw għat-talbiet żgħar (il-formola hija disponibbli mill-portal tal-qrati Latvjani: http://likumi.lv/doc.php?id=237849). Fl-osservazzjonijiet tiegħu il-konvenut irid jagħti l-informazzjoni li ġejja:

  1. l-isem tal-qorti li quddiemha se jippreżenta l-osservazzjonijiet;
  2. l-isem, kunjom, numru ta' identità personali, u l-post ta' residenza dikjarata tar-rikorrent, jew fin-nuqqas, il-post ta' residenza de facto tiegħu; jew fil-każ ta' persuna ġuridika, l-isem, numru ta' reġistrazzjoni u l-uffiċċju reġistrat tagħha;
  3. l-isem, kunjom, numru ta' identità personali, u l-post ta' residenza dikjarata tal-konvenut flimkien ma' kull indirizz addizzjonali ddikjarat mill-konvenut jew fin-nuqqas, il-post ta' residenza de facto tiegħu; fil-każ ta' persuna ġuridika, l-isem, numru ta' reġistrazzjoni u l-uffiċċju reġistrat tagħha; barra minn hekk, il-konvenut jista' jindika wkoll indirizz ieħor għall-korrispondenza mal-qorti;
  4. in-numru tal-kawża u s-suġġett tat-talba;
  5. jekk jammettix jew jiċżadx it-talba, kollha jew parti minnha;
  6. l-eċċezzjonijiet tiegħu kontra t-talba, ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati, u d-dispożizzjonijiet legali li fuqhom huma bbażati;
  7. il-provi li jissostanzjaw l-eċċezzjonijiet tiegħu kontra t-talba;
  8. is-sottomissjonijiet fejn il-qorti tintalab titlob għall-provi;
  9. jekk il-konvenut jixtieqx rimborż tal-ispejjeż tal-qorti;
  10. jekk il-konvenut jixtieqx rimborż tal-ispejjeż relatati mal-kawża, fejn jindika l-ammont u d-dokumenti mehmuża li juru l-ammont mitlub;
  11. jekk il-konvenut jixtieqx illi l-kawża tinstema' waqt seduta tal-qorti;
  12. kull ċirkostanza oħra illi l-konvenut iqis bħala importanti għall-eżitu tal-kawża;
  13. kull talba oħra;
  14. lista tad-dokumenti mehmuża mal-osservazzjonijiet;
  15. il-ħin u l-post fejn ġew imfassla l-osservazzjonijiet.

Il-konvenut għandu dritt jippreżenta kontrotalba, fi żmien 30 jum minn meta jirċievi r-rikors, jekk: 1) tista' ssir tpaċija bejn it-talbiet fir-rikors promotorju u l-kontrotalba; 2) permezz tal-kontrotalba l-qorti ma tkunx tista' tilqa' t-talbiet kollha jew parti minnhom ir-rikors promotorju; 3) il-kontrotalba u r-rikors promotorju huma reċiprokament relatati, u l-kwistjoni tista' tiġi solvuta aktar malajr u b'mod korrett jekk jiġu meqjusa flimkien. Il-kawża tinstema' skont il-proċedura għat-talbiet żgħar jekk il-kontrotalba nnifisha hija talba żgħira, jiġifieri taqa' taħt l-ammont massimu u hija mfassla skont ir-rekwiżiti.

Jekk is-somma mitluba fil-kontrotalba taqbeż il-massimu għat-talbiet żgħar, jew jekk il-kontrotalba mhix talba għall-irkupru ta' flus jew manteniment, il-qorti tisma' l-kawża skont il-proċeduri ordinarji tal-qorti.

Jekk il-partijiet ma jitolbux illi l-kawża tinstema' matul seduta l-qorti u l-qorti ma temminx illi hija meħtieġa seduta, it-talbiet żgħar jiġu deċiżi permezz ta' proċedura bil-miktub, u l-partijiet jiġu nnotifikati fil-żin tad-data li fiha tista' tinkiseb kopja tas-sentenza mis-segretarjat tal-qorti. Din id-data mbagħad titqies li hija d-data li fiha tingħata s-sentenza sħiħa.

Il-qorti tisma' l-kawża f'seduta skont il-proċeduri ordinarji tal-qorti jekk xi parti hekk titlob jew jekk il-qorti temmen li hemm bżonn ta' seduta.

Jekk il-post ta' residenza jew fejn tinsab il-persuna mhix fil-Latvja iżda l-indirizz tagħha magħruf, il-konsenja u n-notifika tad-dokumenti tal-qorti jsiru skont il-liġijiet internazzjonali li huma vinkolanti fuq il-Latvja flimkien mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Is-sentenza tal-qorti tingħata billi tinħareġ kopja tas-sentenza lill-partijiet minnufih hekk kif tingħata.

Kopja tas-sentenza tista' tintbagħat bil-posta jew, fejn possibbli, b'xi mod ieħor skont il-proċeduri għall-konsenja u n-notifika tad-dokumenti ġudizzjarji stabbiliti fil-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili. Kopa tas-sentenza trid tintbagħat immedjatament wara d-data li fiha toħroġ is-sentenza sħiħa. Iż-żmien mhux affetwat mid-data li fiha tasal is-sentenza.

Is-sentenza dwar talba żgħira trid tkun konformi mad-dispożizzjonijiet ordinarji tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili dwar il-kontenut tas-sentenzi. Sentenza tikkonsisti f'erba' taqsimiet:

  1. L-introduzzjoni tgħid illi s-sentenza qed tingħata f'isem ir-Repubblika tal-Latvja, u tindika d-data li fiha tingħata s-sentenza, l-isem tal-qorti, il-kompożizzjoni tagħha, l-iskrivan tas-seduta, il-partijiet u s-suġġett tal-kawża.
  2. Il-parti deskrittiva tispjega t-talba mressqa mir-rikorrent, kull kontrotalba mressqa mill-konvenut, l-eċċezzjonijiet, u s-sustanza tal-osservazzjonijiet sottomessi mill-partijiet.
  3. Ir-raġunijiet għas-sentenza jiddikjaraw il-fatti stabbiliti fil-kawża, il-provi li fuqhom huma bbażati l-konklużjonijiet tal-qorti u r-raġunijiet li minħabba fihom ġew miċħuda xi provi. Din il-parti turi wkoll il-liġijiet u r-regolamenti li applikat il-qorti, evalwazzjoni ġudizzjarja tal-fatti, u l-konklużjonijiet tal-qorti rigward il-validità jew l-invalidità tat-talba. Jekk il-konvenut aċċetta t-talba kollha, ir-raġunijiet fis-sentenza jindikaw biss il-liġijiet u regolamenti li applikat il-qorti.
  4. Il-parti operattiva tiddikjara jekk il-qorti laqgħetx ir-rikors sħiħ jew parti minnu biss, jew ċaħditux kollhu jew parti minnu, u tispjega s-sustanza tas-sentenza. Hija tispeċifika wkoll min se jħallas l-ispejjeż tal-qorti u f'liema proporzjon, iż-żmien għall-konformità volontarja mas-sentenza, iż-żmien u l-proċeduri għal appell, u d-data tal-kitba tas-sentenza sħiħa.

Il-partijiet jistgħu jappellaw mis-sentenza dwar talba żgħira fuq kull waħda mir-raġunijiet għall-appell imniżżla fil-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

It-talbiet żgħar huma soġġetti għar-regoli ġenerali dwar il-ħlas tal-ispejjeż tal-qorti.

Meta' tingħata sentenza hija tordna lill-parti t-telliefa biex tħallas l-ispejjeż tal-qorti kollha tal-parti rebbieħa. Jekk ir-rikors jiġi milqugħ biss parzjalment, il-konvenut jiġi ordnat iħallas l-ispejjeż tal-qorti tar-rikorrent fi proporzjon għat-talba milqugħa, u r-rikorrent ikollu jħallas l-ispejjeż tal-qorti tal-konvenut fi proporzjon għat-talbiet miċħuda. Mhemm rimborż tat-tariffa tal-Istat (valsts nodeva) għal oġġezzjoni anċillari (blakus sūdzība) kontra d-deċiżjoni tal-qorti jew, fejn is-sentenza ingħatat b'kontumaċja, għal rikors biex jerġgħu jinfetħu mill-ġdid il-proċedimenti u l-kawża terġa' tinstema.

Jekk ir-rikorrent ma jkomplix bil-kawża, huwa għandu jagħti lura l-ispejjeż tal-qorti imħallas mill-konvenut. F'dak il-każ il-konvenut ma jagħtix lura l-ispejjeż tal-qorti mħallsa mir-rikorrent, imma jekk rikorrent ma jkomplix bil-kawża għaliex il-konvenut volontarjament issodisfa l-obbligu li għalih tressaq ir-rikors, il-qorti tista', fuq talba tar-rikorrent, tordna lill-konvenut biex iħallas l-ispejjeż tal-qorti tiegħu.

Bl-istess mod, jekk il-kawża tibqa' ma tinqatax, il-qorti tista', fuq talba tal-konvenut, tordna lir-rikorrent biex iħallaslu l-ispejjeż tal-qorti.

Jekk ir-rikorrent jiġi eżentat mill-ispejjeż tal-qorti, il-konvenut jista' jiġi ordnat iħallas l-ispejjeż tal-qorti lill-Istat skont il-parti tar-rikors li tkun ġiet milqugħa.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Jista' jsir appell (apelācija) minn sentenza ta' qorti tal-ewwel istanza jekk:

  • il-qorti ma applikatx jew interpretat ħażin regola tal-liġi sostantiva, u dan wassal għal deċiżjoni skorretta tal-kawża;
  • il-qorti kisret regola tal-liġi proċedurali, u dan wassal għal deċiżjoni skorretta tal-kawża;
  • il-qorti tkun stabbilit fatti skorretti jew ma eżaminatx korrettament il-provi, jew ipprovdiet evalwazzjoni ġuridika skorretta taċ-ċirkostanzi tal-każ, u dan wassal għal deċiżjoni skorretta tal-kawża.

Jekk it-talba żgħira ġiet maqtugħa permezz tal-proċedura bil-miktub, iż-żmien għall-appell mis-sentenza jibda' għaddej mid-data li fiha tinkiteb is-sentenza.

Minbarra l-punti speċifikati fil-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, ir-rikors fl-appell li jgħid illi s-sentenza hija difettuża jrid jindika dan li ġej:

  • liema regola ta' liġi sostantiva ġiet applikata jew interpretata b'mod skorrett mill-qorti tal-ewwel istanza, jew liema regola tal-liġi proċedurali ġiet miksura, u kif dan jaffettwa l-eżitu finali tal-kawża.
  • liema mis-sejbiet ta' fatt li għamlet il-qorti tal-ewwel istanza huma skorretti, liema provi ġew evalwati ħażin, kif jista' jintwera illi l-eżami ġuridiku taċ-ċirkostanzi tal-kawża huwa difettuż, u kif dan jista' jaffettwa l-eżitu finali tal-kawża.

Imħallef tal-qorti tal-ewwel istanza jiddeċiedi jekk l-appell għandux ikompli: jekk l-appell mhux konformi mar-rekwiżiti tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, jew jekk ma ġewx mehmuża l-kopji kollha neċessarji, jew ma ġewx provduti traduzzjonijiet iċċertifikati korrettament tal-appell u tal-kopji tad-dokumenti mehmuża, l-imħallef jistabbilixxi żmien li fih jistgħu jiġu korretti n-nuqqasijiet.

Jekk in-nuqqasijiet jiġu korretti fiż-żmien stabbilit, l-appell jitqies li ġie sottomess fid-data li fiha kien ġie sottomess għall-ewwel darba. Fin-nuqqas, jiġi meqjus li qatt ma ġie sottomess u mibgħut lura lir-rikorrent.

Appell mhux iffirmat, jew li ġie sottomess minn persuna li ma kellhiex l-awtorizzazzjoni propja biex tressqu, jew li fuqu ma ġietx imħallsa t-tariffa tal-Istat, ma jiġix aċċettat u jiġi mibgħut lura lir-rikorrent. Deċiżjoni li tiċħad l-appell ma tistax tiġi kontestata.

Wara li jkun aċċerta ruħu illi ġew osservati l-proċeduri għas-sottomissjoni tal-appelli, l-imħallef tal-qorti tal-appell jieħu deċiżjoni biex jinbdew il-proċedimenti tal-appell fi żmien 30 jum mill-wasla tal-appell; f'ċerti każijiet din id-deċiżjoni tittieħed minn tliet imħallfin b'mod kolleġjali.

Sakemm tkun teżisti waħda mir-raġunijiet għall-appell, l-imħallef jiddeċiedi li jibda l-proċedimenti fl-appell u jinnotifika minnufih lill-partijiet, u jindika ż-żmien għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet bil-miktub.

Jekk l-imħallef maħtur biex jiddeċiedi dwar l-appell ikun tal-fehma illi l-proċedimenti tal-appell ma għandhomx jinbdew, il-kwistjoni tiġi deċiża minn tliet imħallfin b'mod kolleġjali.

Jekk tal-inqas wieħed mit-tliet imħallfin huwa tal-fehma illi teżisti tal-inqas waħda mir-raġunijiet sabiex jinbdew il-proċedimenti tal-appell, l-imħallef jiddeċiedi li jinbdew il-proċedimenti, u jinnotifika minnufih lill-partijiet.

Jekk l-imħallfin b'mod unanimu jiddeċiedu illi mhemmx raġuni għall-appell, huma jagħtu deċiżjoni biex ma jsirx l-appell, u jinnotifikaw minnufih lill-partijiet. Din id-deċiżjoni tieħu l-forma ta' riżoluzzjoni (rezolūcija) u ma tistax tiġi kontestata.

Fi żmien għoxrin jum mid-data tan-notifika tal-qorti lill-partijiet illi se jinbdew il-proċedimenti, il-partijiet jistgħu jissottomettu osservazzjonijiet bil-miktub dwar l-appell, flimkien ma' numru ta' kopji skont in-numru ta' partijiet.

Wara n-notifika tal-bidu tal-proċedimenti tal-appell, parti għandha 20 jum biex fih tressaq appell inċidentali. Kif jasal l-appell inċidentali l-qorti tibgħat kopji tiegħu lill-partijiet l-oħra.

Fil-kawża tat-talbiet żgħar, normalment l-appelli jiġu deċiżi permezz tal-proċedura bil-miktub; il-partijiet jiġu notifikati fil-ħin dwar id-data li fiha tkun disponibbli l-kopja tas-sentenza mingħand is-segretarjat tal-qorti, u nfurmati dwar il-kompożizzjoni tal-qorti u tad-dritt tagħhom ta' rikuża tal-imħallef. Is-sentenza titqies li ġiet miktuba fid-data li fiha tkun saret disponibbli kopja tagħha mingħand is-segretarjat tal-qorti. Iżda jekk il-qorti taħseb li jkun neċessarju, l-appell dwar talba żgħira jista' jiġi deċiż matul seduta tal-qorti.

Ma jistax isir appell fuq punt tal-liġi minn sentenza ta' qorti tal-appell, li tidħol fis-seħħ meta' tiġi moqrija fil-qorti jew, jekk tingħata wara proċedura bil-miktub, fid-data li fiha ġiet miktuba.

L-aħħar aġġornament: 07/02/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Litwan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Talbiet żgħar - Litwanja

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Il-Kapitolu XXIV tal-Parti IV tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Civilinio proceso kodeksas) tar-Repubblika tal-Litwanja jipprovdi għall-proċedura nazzjonali għal talbiet żgħar.

It-talbiet żgħar Ewropej jiġu trattati skont ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u t-talbiet żgħar Ewropej jinstemgħu skont ir-regoli ġenerali għall-proċedimenti ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim, skont l-eċċezzjonijiet provduti fil-Liġi tar-Repubblika tal-Litwanja li timplimenta l-leġiżlazzjoni internazzjonali u tal-Unjoni Ewropea li tirregola l-proċedimenti ċivili (Civilinį procesą reglamentuojančių Europos Sąjungos ir tarptautinės teisės aktų įgyvendinimo įstatymas).

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Il-proċedura nazzjonali għal talbiet żgħar tapplika għal talbiet finanzjarji sa massimu ta’ LTL 5 000 (madwar EUR 1 450).

Il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar tapplika għal talbiet ċivili sa massimu ta’ EUR 2 000. Il-proċedura ma tapplikax f’każijiet li jikkonċernaw: l-istatus jew il-kapaċità ġuridika tal-persuni fiżiċi; id-drittijiet ta’ propjetà minħabba relazzjoni matrimonjali, l-obbligi ta’ manteniment, it-testmenti u s-suċċessjonijiet; il-falliment, il-proċedimenti marbuta mal-istralċ ta’ kumpaniji falluti jew ta' persuni ġuridiċi oħra, l-assigurazzjoni soċjali, l-arbitraġġ, il-liġi industrijali, il-lokazzjoni ta’ propjetà immobbli, bl-eċċezzjoni ta’ kawżi għal talbiet monetarji, u l-ksur tad-dritt ta’ privatezza u ta’ drittijiet marbuta mal-persuna, inkluż il-malafama.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Il-proċedura ilha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009. Il-kawżi ta’ talbiet żgħar Ewropej jinstemgħu mill-qrati distrettwali skont ir-regoli tal-ġurisdizzjoni territorjali stabbiliti fil-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja, jiġifieri mill-qrati distrettwali tal-bliet u l-irħula.

Fil-każijiet speċifikati fl-Artikoli 4(3) u 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 861/2007, il-qorti trid tinforma lir-rikorrent/intimat illi huwa għandu dritt jippreżenta talba/kontrotalba mhux aktar tard minn 14-il jum wara li jirċievi n-notifika tal-qorti, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja. Meta’ r-rikorrent/intimat ma jippreżentax dik it-talba/kontrotalba mfassla kif suppost lill-qorti, u fiż-żmien stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ir-rikors jitqies li ma ġiex ippreżentat u jintbagħat lura lir-rikorrent/intimat b’ordni tal-qorti. Kontra dan l-ordni jista’ jiġi ppreżentat appell separat.

1.3 Formoli

Il-formoli jiġu pprovduti mill-qrati jew jistgħu jitniżżlu mis-sit elettroniku tal-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Qrati http://www.teismai.lt/en/ u mis-sit elettroniku tas-servizzi tal-qrati Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://e.teismas.lt/lt/public/home/.

1.4 Assistenza

Il-preżenza ta’ rappreżentant legali/avukat mhix meħtieġa. Il-qrati jipprovdu assistenza biex jimtlew il-formoli, iżda ma jagħtux pariri dwar il-mertu tat-talba.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Il-ġbir tal-provi huwa regolat mill-Kapitolu XIII tal-Parti II tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

1.6 Proċedura bil-miktub

Skont il-proċedura nazzjonali għal talbiet żgħar, il-qorti li tisma’ l-kawża tista’ tiddeċiedi hija nnifisha dwar il-forma u l-proċedura għas-smigħ tal-kawża. Seduta orali tista’ ssir meta’ ssir rikjesta minn tal-inqas parti waħda. Bil-proċedura bil-miktub, il-persuni nvoluti fil-kawża ma jiġux imsejjħa u ma jattendux għas-seduta ta’ smigħ il-qorti. Il-persuni nvoluti fil-kawża jiġu notifikati bil-proċedura bil-miktub skont l-Artikolu 133(3) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili. Jekk il-każ jinstema’ rigward il-merti skont il-proċedura bil-miktub, id-data, l-ħin u l-post għas-seduta tal-qorti kif ukoll il-kompożizzjoni tal-qorti jiġu mħabbra fuq sit elettroniku speċjali (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://pranesimai.teismai.lt/teismu_pranesimai/)tal-inqas sebgħat'ijiem qabel id-data tas-seduta ta’ smigħ, ħlief fil-każijiet speċifikati mill-Kodiċi, fejn il-partijiet jiġu notifikati bi proċedura differenti. Din l-informazzjoni tingħata wkoll mir-reġistru tal-qorti.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Skont il-proċedura nazzjonali għal talbiet żgħar, id-deċiżjoni tal-qorti jenħtieġ li jkollha partijiet introduttorji u operattivi u tagħti dikjarazzjoni qasira tar-raġunijiet.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Għat-talbiet żgħar titħallas tariffa tal-qorti (žyminis mokestis) fl-ammont stabbilit fl-Artikolu 80(1)(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja. It-tariffa tiswa 3% tal-ammont tat-talba, iżda mhux inqas minn LTL 50.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

L-Artikolu 29 tal-Liġi jipprovdi illi d-deċiżjonijiet tal-qrati Litwani adottati taħt il-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar jistgħu jiġu appellati. Il-proċedura ta’ appell hija regolata mill-Artikoli 301-333 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili Litwan. Skont l-Artikolu 307(1) tal-Kodiċi, fejn ikun hemm raġunijiet għall-appell, l-appell jrid jiġi ppreżentat fi żmien 30 ġurnata mid-data tad-deċiżjoni tal-qorti.

L-aħħar aġġornament: 27/07/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Talbiet żgħar - Lussemburgu

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Minbarra l-proċedura Ewropea dwar it-talbiet iż-żgħar, ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-11 ta' Lulju 2007, il-liġi Lussemburgiża torganizza proċedura ta' rkupru semplifikat għal talbiet għal ammonti li ma jaqbżux l-EUR 10 000 (li ma jinkludux l-imgħax u l-ispejjeż), magħrufa bħala "ordni għall-ħlas" (ordonnance de paiement).

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

L-irkupru tad-dejn skont il-proċedura tal-ordni għall-ħlas huwa possibbli għat-talbiet kollha fi flus għal ammonti li ma jaqbżux l-EUR 10 000 u bil-kundizzjoni li d-debitur ikun domiċiljat fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

L-użu tal-proċedura tal-ordni tal-ħlas huwa fakultattiv għall-kreditur, li jista' jagħżel ukoll li jiftaħ kawża b'ċitazzjoni quddiem il-kummissarju tal-ġustizzja.

Waħda mid-differenzi li jeżistu bejn il-proċedura ta' ordni tal-ħlas quddiem il-kummissarju tal-ġustizzja u l-proċedura ta' ordni wara talba hi li l-proċedura quddiem il-kummissarju tal-ġustizzja tista' twassal għal sentenza filwaqt li l-proċedura quddiem it-tribunal distrettwali tista' twassal biss għal ordni.

1.3 Formoli

It-talba biex jinkiseb ordni ta' ħlas issir fir-reġistru tat-tribunal tal-Kummissarju tal-Ġustizzja, b'sempliċi dikjarazzjoni verbali jew miktuba.

Biex it-talba ma tkunx nulla jrid ikun fiha l-kunjomijiet, l-ismijiet, il-professjonijiet u d-domiċilji jew residenzi tal-partijiet pretendenti u tal-konvenuti, il-kawżi u l-ammont pretiż u talba biex jinkiseb ordni ta' ħlas kundizzjonali.

Il-kreditur irid jehmeż jew jiddepożita kull dokument li jipprova l-eżistenza u l-ammont tad-dejn u li jistabbilixxi l-bażi tiegħu.

Tqabbil tat-testi juri li r-rekwiżiti tal-motivazzjoni għat-talbiet quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja huma inqas estensivi għax ikun biżżejjed li jiġi speċifikat l-ammont u l-oriġini tad-dejn.

1.4 Assistenza

It-test ma jipprevedi l-ebda obbligu fuq il-bailiffs jew fuq il-qrati biex jgħinu lill-partijiet.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Japplikaw ir-regoli ordinarji tal-provi.

1.6 Proċedura bil-miktub

Jekk id-debitur joġġezzjona u l-kreditur ikun jixtieq ikompli l-proċedura, ikollha tinstema' l-kawża f'seduta pubblika.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Is-sentenzi mogħtija fi kwistjoni ta' ordni ta' ħlas isegwu l-istess regoli u prinċipji bħas-sentenzi mogħtija skont il-proċedura ordinarja.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Fil-liġi Lussemburgiża, il-parti telliefa normalment teħel l-ispejjeż. Il-parti telliefa tiġi ordnata tħallas l-ispejjeż, iżda l-Qorti tiddeċiedi permezz ta' deċiżjoni motivata speċjali jekk l-ispejjeż kollha jew parti minnhom biss għandhomx jitħallsu minn parti oħra. Jekk il-parti rebbieħa ġġarrab l-ispejjeż tal-proċeduri, tkun tista' titlob lill-parti l-oħra biex tirrimborżaha.

Kuntrarju għar-regola li teżisti fi Stati oħrajn, ir-rimborż tal-ispejjeż tal-avukat mhux sistematiku. Fil-liġi Lussemburgiża, l-ispejjeż previsti mill-Artikolu 238 tal-Kodiċi l-ġdid ta' proċedura ċivili jkopru l-ispejjeż tal-bailiff, l-ispejjeż tal-esperti, l-indennizzi li jitħallsu lix-xhieda, l-ispejjeż tat-traduzzjoni, eċċ., imma mhux l-ispejjeż tal-avukat.

L-imħallef jista' jalloka indennizz lill-parti rebbieħa biex jikkumpensaha għall-ispejjeż tal-proċess, fosthom l-ispejjeż tal-avukat. Dan jiġri pereżempju meta jkun inekwu li parti tingħata r-responsabbiltà li tħallas l-ispejjeż imġarrba minn dik il-parti u li ma jkunux inklużi bħala spejjeż, u f'dak il-każ l-imħallef jista' jordna lill-parti l-oħra tħallas l-ammont li jiddeċiedi li jkun xieraq.

Ta' min jinnota li d-deċiżjoni jingħatax indennizz għall-proċedura u l-ammont ta' dan l-indennizz, qegħdin f'idejn l-imħallef.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Ir-regoli tal-liġi ordinarja japplikaw ukoll għall-ordnijiet ta' ħlas. Is-sentenzi tal-kummissarju tal-ġustizzja jistgħu jiġu appellati meta l-ammont ikkonċernat ikun jaqbeż l-EUR 2000.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.legilux.lu/; Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://justice.public.lu/fr.html

L-aħħar aġġornament: 14/06/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ungeriż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Talbiet żgħar - Ungerija

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Iva, hemm proċedura bħal din (il-"proċedura għal pretensjonijiet b'valur baxx"), stipulata mill-Att III tal-1952 dwar il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Il-proċedura għal talbiet żgħar hija disponibbli fil-qafas ta' azzjonijiet ġudizzjarji mressqa bħala riżultat ta' dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni għal ordni għal ħlas, maħruġa esklużivament biex tinforza ħlas ta' fondi ta' valur ta' mhux aktar minn HUF 1 miljun.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Il-proċedura hija applikata mill-qrati distrettwali (járásbíróság).

1.3 Formoli

Ebda formola mhi pprovduta għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet li jniedu l-proċedimenti, iżda għall ordnijiet għal proċeduri għall-ħlas qabel tali applikazzjonijiet - li huma fil-kompetenza tan-nutara tal-liġi ċivili - hemm formola fis-sit elettroniku tal-Kamra Ungeriża tan-Nutara tad-Dritt Ċivili u fl-uffiċċji tan-nutara.

1.4 Assistenza

Hija disponibbli assistenza. Sabiex jiġi ffaċilitat l-infurzar tad-drittijiet tagħhom, individwi li d-dħul u l-pożizzjoni finanzjarja tagħhom ma jippermettulhomx li jħallsu l-ispejjeż tal-proċedimenti għandhom, fuq talba tagħhom, ikunu kompletament jew parzjalment eżentati mill-ħlas ta' dawn l-ispejjeż. Skont l-Att dwar il-Miżati, il-partijiet jistgħu wkoll ikunu intitolati għal konċessjonijiet fir-rigward ta' xi tariffi tal-qorti (eżenzjoni mit-tariffi jew id-dritt li jiddifferuhom), u persuni fil-bżonn huma wkoll intitolati li jimpjegaw assistent ġuridiku jew avukat skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Għajnuna Ġuridika jekk ikun meħtieġ biex jinfurzaw b'mod effettiv id-drittijiet tagħhom.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Fi proċeduri mnedija bħala riżultat ta' dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni għal ordni ta' ħlas, il-qorti tinnotifika lill-konvenut bil-fatti u l-provi ppreżentati mill-pretendent mhux aktar tard milli fiċ-ċitazzjoni għas-seduta. Il-parti tista' tressaq provi fl-ewwel ġurnata tas-seduta, l-aktar tard. Bħala eċċezzjoni għal din ir-regola, il-parti tista' tipprovdi kull evidenza waqt il-proċedimenti jekk il-parti li qed topponi tagħti l-approvazzjoni tagħha jew jekk il-parti tinvoka fatti jew provi, deċiżjonijiet finali tal-qrati jew deċiżjonijiet amministrattivi fil-preżentazzjoni tagħha ta' evidenza li, għal raġunijiet li ma jkunux attribwibbli lill-parti, saru magħrufa lilha wara l-iskadenza standard stabbilita għall-forniment ta' evidenza, jew li kienet informata wara din id-data ta' skadenza għal raġunijiet li ma jkunux attribwibbli lilha, u jekk il-parti tipprovdi provi suffiċjenti sabiex issostni dan il-pretensjoni.

Jekk isir tibdil għall-applikazzjoni jew titressaq kontrotalba, il-parti tista' tipprovdi evidenza rilevanti meta jsiru l-bidliet / titressaq il-kontrotalba, filwaqt li fil-każ ta' oppożizzjonijiet għal talbiet ta' tpaċija, provi dwar il-pretensjoni tat-tpaċija jistgħu jiġu pprovduti flimkien mal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni. Il-qorti għandha tirrifjuta kull evidenza pprovduta bi ksur ta' dawn id-dispożizzjonijiet. Ir-regoli ġenerali ta' evidenza japplikaw fl-aspetti l-oħra kollha.

1.6 Proċedura bil-miktub

Il-Qorti twettaq ukoll seduta ta' smigħ.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Il-kontenut tas-sentenzi huwa rregolat minn regoli applikabbli b'mod ġenerali, bil-kundizzjoni li l-partijiet għandhom ikunu pprovduti b'informazzjoni wara l-parti operattiva tas-sentenza dwar l-elementi li għandhom jiġu inklużi fl-appell u l-konsegwenzi ġuridiċi jekk dawk l-elementi jitħallew barra.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Bħala regola ġenerali, il-prinċipju ta' "min jitlef iħallas" japplika.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Il-possibbiltà ta' appell hija limitata f'diversi aspetti, u l-aktar limitazzjoni importanti minn dawn hija li l-appelli jistgħu jitressqu biss minħabba nuqqas ta' osservanza gravi tar-regoli tal-proċedura fl-ewwel istanza jew l-applikazzjoni żbaljata tal-leġiżlazzjoni li tipprovdi l-bażi għall-qorti biex tiddeċiedi dwar il-mertu tal-każ. Ir-regoli ġenerali japplikaw għall-preżentata ta' appelli u għall-iskadenza stabbilita għall-appelli, jiġifieri, għandhom ikunu ppreżentati quddiem il-qorti li tressaq riżoluzzjoni fl-ewwel istanza fi żmien 15-il jum min-notifika tas-sentenza u jiġu ġġudikati mill-qorti reġjonali kompetenti (törvényszék).

L-aħħar aġġornament: 16/10/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Talbiet żgħar - Malta

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Il- proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar hija regolata bil-Kap. 380 tal-Liġijiet ta’ Malta (Att dwar Tribunal għat-Talbiet Żgħar) kif ukoll b’Leġislazzjoni Sussidjarja 380.01, 380.02 u 380.03.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Dan it-tribunal għandu ġurisdizzjoni sabiex jisma’ u jaqta’ biss it-talbiet kollha ta’ flus ta’ ammont mhux iżjed minn €5,000.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Il-proċeduri jibdew billi l-parti li tagħmel it-talba timla l-formola neċessarja, tippreżenta t-talba tagħha fir-Reġistru tat-Tribunal, tħallas id-dritt u titlob lit-Tribunal jinnotifika lill-konvenut bit-talba. Imbagħad il-kontro-parti jkollha tmintax-il jum minn meta jkun ġie notifikat bl-avviż tat-talba sabiex tippreżenta r-risposta. Tista’ wkoll tagħmel kontro-talba. Jekk il-konvenut iħoss li għandu jkun ħaddieħor li jħallas għat-talba ta’ l-attur, allura dan għandu jindika lil dik il-persuna. Ir-Reġistratur tal-Qrati mbagħad jinnotifika lill-partijiet bid-data u bil-ħin tas-smigħ. Il-ġudikatur jirregola l-proċedimenti quddiem it-Tribunal kif ikun jidhirlu xieraq skont id-dettami tal-ġustizzja naturali. Il-ġudikatur għandu jiżgura li każ għandu, daqskemm ikun possibli, jinstema’ u jinqata’ sommarjament fl-istess jum tas-smigħ u li dak is-smigħ ma jtulx iktar minn seduta waħda. Għandu jitgħarraf b’kull mod li jista’ jidhirlu xieraq u ma jkunx marbut bil-prattika dwar l-aħjar prova jew dwar xhieda fuq kliem ħaddieħor jekk ikun sodisfatt li x-xhieda li jkollu quddiemu tkun biżżejjed veritiera li biha jista’ jasal jaqta’ l-każ li jkun qed jitratta. Il-ġudikatur għandu kemm jista’ jkun jiddeżisti milli jqabbad periti sabiex jagħtul-parir espert tagħhom. Il-gudikatur ikollu l-istess setgħa daqs Maġistrat li joqgħod fil-Qorti tal-Maġistrati fil-kompetenza ċivili tagħha u b’mod partikolari jkun jista’ jħarrek ix-xhieda u jamministralhom il-ġurament.

1.3 Formoli

Il-parti li tagħmel it-talba għandha timla l-formola għat-talba li tinsab fl-ewwel Skeda tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 380.01 (Regoli dwar tribunal għat-talbiet żgħar). Il-kontro-parti għandha tirrispondi billi timla formola wkoll, liema formola ukoll tinsab fl-ewwel Skeda tal-Leġislazzjoni Sussidjarja msemmija.

1.4 Assistenza

Il-partijiet jistgħu jkunu assistiti minn kull persuna. Persuna mhux bilfors tkun assistita minn avukat jew prokuratur legali.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Parti tista’ ġġib kemm xhieda li tingħata bil-fomm kif ukoll xhieda dokumentarja jew dawn iż-żewġ tipi ta’ xhieda flimkien. Xhud jista’ jitħarrek biex jagħti x-xhieda tiegħu jew iġib miegħu xi dokument quddiem it-Tribunal billi jiġi notifikat, permezz tat-Tribunal, b’taħrika sabiex jidher quddiemu fid-data u fil-ħin hemm indikati, mill-inqas tliet ijiem qabel id-data meta x-xhud ikun meħtieġ li jixhed. Jekk xhud li jkun ġie debitament imħarrek jonqos milli jidher waqt seduta, it-Tribunal jista’ jordna li dak ix-xhud jinġieb b’arrest għal seduta li ssir f’data oħra.

1.6 Proċedura bil-miktub

It-talba u ir-risposta għall-dik it-talba isiru bil-miktub. Ix-xhieda tista’ tkun dokumentarja. Pero’ wieħed bilfors irid jidher quddiem it-Tribunal fid-dati ffissati mit-Tribunal stess.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Fid-deċiżjoni tiegħu il-ġudikatur għandu jelenka d-dettalji ewlenin li fuqhom ikun sejjes id-deċiżjoni tiegħu. Fl-istess deċiżjoni għandu jiddeċiedi wkoll fuq l-ispejjeż.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

F’kull deċiżjoni li jagħti l-ġudikatur għandu jiddeċiedi dwar l-ispejjeż li xi waħda mill-partijiet ikollha tbati. Sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi speċjali li jitolbu xort’ oħra l-parti li titlef il-każ tiġi ordnata tħallas l-ispejjeż tal-parti l-oħra li favur tagħha jkun inqata’ l-każ. L-ispejjeż ikunu limitati biss għan-nefqiet attwali li jkunu saru b’mod dirett dwar il-każ mill-parti li favur tagħha jkun inqata’ l-każ. Fil-każ ta’ talba vessatorja jew frivola t-Tribunal jista’ jordna lill-parti li tkun għamlitha sabiex tħallas lill-konvenut penali ta’ mhux iżjed minn €232.94, liema penali jkunu dovuti bħala dejn ċivili.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Appell minn deċiżjoni tat-Tribunal għandu jiġi ppreżentat fir-Reġistru tal-Qrati b’rikors li jsir fil-Qorti ta’ l-Appell fil-kompetenza inferjuri tagħha fi żmien tmintax-il jum mid-data meta l-Ġudikatur ikun ta d-deċiżjoni tiegħu.

L-aħħar aġġornament: 22/03/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Olanda

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Il-proċedura għal talbiet żgħar hija l-proċedura permezz ta’ ċitazzjoni fis-sezzjoni sub distrettwali tal-qorti (sector kanton van de rechtbank). Din hija l-proċedura ordinarja permezz ta’ ċitazzjoni, b’simplifikazzjoni tal-proċedura. Il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Wetboek van Burgerlijke Rechtsvordering) ma fihx dispożizzjonijiet separati għall-ftuħ ta’ kawżi quddiem il-qorti sub distrettwali.

Il-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar tista’ tintuża wkoll f'każijiet transfruntiera fl-UE.

Fil-liġi Netherlandiża, hemm Att li jimplimenta r-Regolament li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (l-Att tad-29 ta’ Mejju 2009 li jimplimenta Regolament (KE) NRU 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (Wet van 29 mei 2009 tot uitvoering van Verordening (EG) nr. 861/2007 van het Europees Parlement en de Raad van de Europese Unie van 11 juli 2007 tot vaststelling van een Europese procedure voor geringe vorderingen).

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Il-qorti sub distrettwali tisma’:

  • kawżi marbuta ma’ talbiet sa valur massimu ta’ EUR 25 000;
  • kawżi marbuta ma' talbiet ta’ valur mhux determinat, jekk il-valur x’aktarx ma jaqbiżx EUR 25 000.

Barra minn hekk, l-imħallef tal-qorti sub distrettwali jiddeċiedi kawżi li jikkonċernaw il-liġi industrijali, kirjiet, aġenziji, kuntratti ta’ lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri u kuntratti ta’ bejgħ lil konsumatur, appelli mill-multi tat-traffiku u reati minuri.

Il-kawżi dwar talbiet żgħar Ewropej jinstemgħu wkoll mill-qorti sub distrettwali. Il-livell limitu għall-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar huwa determinat mir-Regolament għal valur massimu ta’ EUR 2 000.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Mhemmx proċedura speċjali tal-qorti sub distrettwali. Fil-prinċipju, ir-regoli għall-proċedura biċ-ċitazzjoni japplikaw kemm għall-qorti distrettwali kif ukoll is-sezzjoni sub distrettwali tagħha. Differenza importanti hija li fil-kawżi quddiem il-qorti sub distrettwali, il-partijiet għandhom id-dritt jiddefendu l-kawża huma stess, filwaqt li għal kawżi oħra (quddiem il-qorti distrettwali), il-partijiet għandhom bżonn ir-rappreżentanza ta’ avukat. Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 1.4 hawn taħt. Barra minn hekk, fis-sezzjoni sub distrettwali, il-kawżi jiġu mismugħa minn imħallef uniku.

Ir-regoli dwar il-proċedura b’ċitazzjoni japplikaw ukoll għat-talbiet żgħar Ewropej.

1.3 Formoli

Il-proċedimenti quddiem il-qorti sub distrettwali normalment jibdew b’ċitazzjoni. Il-proċedimenti li jibdew b’ċitazzjoni huma l-istess għall-qrati kollha (il-qorti distrettwali u l-qorti sub distrettwali). L-aktar dikjarazzjonijiet importanti fiċ-ċitazzjoni huma l-pretensjoni u r-raġunijiet warajha (il-fatti u l-liġi li fuqhom hija bbażata l-pretensjoni).

Xi ftit partikolaritajiet tal-proċedimenti tal-qorti sub distrettwali huma:

  1. L-intimat jitħarrek quddiem il-qorti distrettwali A, iżda jidher quddiem l-imħallef tal-qorti sub distrettwali fis-sede prinċipali tal-qorti A jew f'sede speċifika tal-qorti sub distrettwali A).
  2. Jekk għall-proċedimenti l-intimat ikun rappreżentat minn rappreżentant awtorizzat, l-isem u l-indirizz ta’ dan ir-rappreżentat iridu jitniżżlu fiċ-ċitazzjoni.

Talba skont il-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar ssir bil-formola A. Din il-formola tista’ titniżżel mill-portal Ewropew tal-ġustizzja elettronika.

Ir-rikors irid isir lill-qorti li għandha ġuriżdizzjoni. Il-qorti jrid ikollha ġuriżdizzjoni skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali.

1.4 Assistenza

F’kawżi quddiem il-qorti sub distrettwali, l-partijiet jistgħu jiddefendu l-kawża huma stess. Dan ifisser illi mhemmx l-obbligu ta’ rappreżentanza minn avukat. L-għajnuna mogħtija minn rappreżentant awtorizzat, li mhemmx għalfejn ikun avukat, hija possibbli wkoll. Dwar ir-rimborż tal-ispejjeż għall-assistenza legali ta’ avukat, ara wkoll it-tweġiba għall-mistoqsija 1.8 hawn taħt.

Fil-proċedura Ewropea, bl-istess mod, il-partijiet ma għandhomx għalfejn jiġu rappreżentati minn avukat jew minn konsulent legali ieħor.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Japplikaw ir-regoli normali dwar il-liġi tal-provi. Skont il-liġi Netherlandiża dwar il-provi, l-imħallef huwa liberu li jevalwa l-provi edotti. Ara wkoll “kumpilazzjoni tal-provi”. L-Artikolu 9 tal-imsemmi Regolament (KE) Nru 861/2007 jirregola l-kumpilazzjoni tal-provi fil-proċedura Ewropea.

1.6 Proċedura bil-miktub

Hemm regoli ta’ proċedura nazzjonali għal qasam ċivili tas-sezzjonijiet sub distrettwali. Id-dokumenti bil-miktub jistgħu jiġu ppreżentati fir-reġistru tal-qorti distrettwali (personalment jew bil-posta jew faks) qabel id-data tal-kawża, iżda wkoll fis-seduta ta' smigħ. Id-dikjarazzjonijiet u r-risposti jistgħu jiġu ppreżentati oralment fil-proċedimenti quddiem il-qorti sub distrettwali. Il-proċedura Ewropea hija proċedura bil-miktub, għalkemm tista’ ssir seduta ta’ smigħ jekk l-imħallef iqisha neċessarja jew jekk hekk parti titlob li ssir.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Is-sentenza għandu jkun fiha:

  • l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet u tar-rappreżentanti awtorizzati jew avukati tagħhom;
  • kif miexja l-proċedura;
  • il-konklużjoni taċ-ċitazzjoni u d-dikjarazzjonijiet tal-partijiet;
  • ir-raġunijiet għad-deċiżjoni, bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet tal-imħallef;
  • id-deċiżjoni finali tal-imħallef;
  • l-isem tal-imħallef u
  • id-data tal-għotja tas-sentenza.

L-imħallef jiffirma s-sentenza.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Jekk il-kawża titressaq quddiem qorti sub distrettwali, din tista’ tinvolvi dawn l-ispejjeż: It-tariffa tal-qorti għall-preżentata, it-tqassim tal-ispejjeż ordnati mill-qorti u l-ispejjeż għall-assistenza legali

It-tariffa tal-qorti għall-preżentata titħallas meta’ l-kawża titressaq quddiem il-qorti. L-ammont jiddependi min-natura tal-każ. Fil-prattika, l-avukat tiegħek iħallas dan l-ammont bil-quddiem u mbagħad iżommlok tagħha aktar tard. L-imħallef jista’ jordna lill-parti telliefa biex tħallas l-ispejjeż tal-parti l-oħra. Jekk ħadd mill-partijiet ma jirbaħ il-kawża għal kollox, kulħadd iħallas l-ispejjeż tiegħu. It-tqassim tal-ispejjeż ordnati mill-qorti jistgħu jinkludu l-ispejjeż għall-assistenza legali, kif ukoll l-ispejjeż tax-xhieda, l-esperti, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza, l-ispejjeż tal-estratti u spejjeż l-oħra barra mill-qorti (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.rechtspraak.nl/).

Skont il-leġiżlazzjoni Netherlandiża, dawk il-persuni b’inqas mezzi biex iħallsu ġieli jkollhom il-possibiltà li jingħataw kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-assistenza legali. L-assistenza legali sussidjata mhix possibbli għall-kawżi kollha quddiem il-qrati sub distrettwali kollha. Jekk l-assistenza legali sussidjata mhix possibbli, il-partijiet fil-kawża jħallsu wkoll kontribuzzjoni propja għall-ispejjeż tal-assistenza legali, skont is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom. Rikors għal kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-assistenza legali jsir mill-avukat quddiem il-Bord għall-Għajnuna Legali (Raad voor rechtsbijstand). Dan huwa regolat mill-Att dwar l-Għajnuna Legali (Wet op de Rechtsbijstand). Il-Kapitolu III A ta’ dan l-Att jistabbilixxi r-regoli dwar l-għoti ta’ għajnuna legali f’kawżi transfruntiera fl-UE. Dan l-Att jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 biex ittejjeb l-aċċess għal ġustizzja f'tilwimiet bejn il-konfini billi tistabbilixxi regoli komuni minimi konnessi ma' għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.rvr.org./).

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Appell kontra s-sentenzi tas-sezzjoni sub distrettwali tal-qorti jista’ jiġi ppreżentat quddiem il-qorti tal-appell. L-appell huwa possibbli biss jekk it-talba taqbeż EUR 1 750. L-appell jrid isir fi żmien tliet xhur mid-data tal-għotja tas-sentenza. Fil-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar, l-appell mid-deċiżjoni tal-qorti sub distrettwali mhux possibbli.

L-aħħar aġġornament: 28/01/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Talbiet żgħar - Awstrija

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Ma hemm l-ebda proċedura għal pretensjonijiet żgħar bħala tali fil-liġi Awstrijaka. Il-Kodiċi Awstrijak ta’ Proċedura Ċivili (ZPO) jipprovdi biss għal proċedura simplifikata f’ċerti kwistjonijiet imressqa quddiem il-Qrati Distrettwali. Bħala regola, dawn huma regoli proċedurali speċjali jew proċedura simplifikata għal tilwim purament finanzjarji li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Qrati Distrettwali (ammont inkwistjoni ta’ EUR 15 000 jew inqas, li jitla’ għal EUR 20 000 mill-1 ta’ Jannar 2015 u għal EUR 25 000 mill-1 ta’ Jannar 2016). Ċerti simplifikazzjonijiet proċedurali jistgħu jiġu applikati f’każijiet li jinvolvu l-liġi tax-xogħol u tas-sigurtà soċjali, irrispettivament mill-ammont inkwistjoni.

Bħala regola, dawn is-simplifikazzjonijiet japplikaw għal pretensjonijiet żgħar sa EUR 1 000 (ara l-punt 1.5) jew EUR 2 700 (ara l-punt 1.9).

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Ir-regoli speċifiċi għal pretensjonijiet żgħar taħt il-liġi proċedurali Awstrijaka huma obbligatorji u l-partijiet ma jistgħux jidderogaw minnhom.

Għalhekk, la l-Qorti u lanqas il-partijiet ma jistgħu jittrasferixxu l-pretensjoni għal proċedimenti "ordinarji".

1.3 Formoli

Peress li ma hemm l-ebda proċedura għal pretensjonijiet żgħar fl-Awstrija, ma hemm l-ebda formoli partikolari għal dawn il-pretensjonijiet.

1.4 Assistenza

Ir-rappreżentazzjoni legali mhijiex obbligatorja fl-Awstrija għall-ammonti inkwistjoni sa EUR 5 000. L-imħallfin għandhom jipprovdu assistenza lil partijiet mingħajr ebda rappreżentanza legali, jiġifieri huma għandhom jagħtu pariri lill-partijiet dwar id-drittijiet u l-obbligi proċedurali tagħhom u dwar il-konsegwenzi legali tal-atti u l-omissjonijiet tagħhom. Il-Partijiet huma wkoll kapaċi jirreġistraw il-pretensjoni tagħhom bil-fomm quddiem il-Qorti Distrettwali b’ġuriżdizzjoni jew quddiem il-Qorti Distrettwali fil-post ta’ residenza tagħhom. Jekk sottomissjoni bil-miktub minn parti b’ebda rappreżentanza legali hija inadegwata, l-imħallef għandu jagħti lil dik il-parti spjegazzjoni xierqa u gwida. L-imparzjalità tal-imħallef ma għandhiex tiġi kompromessa b’dan.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Fil-każ ta’ pretensjonijiet ta’ EUR 1 000 jew inqas, il-qorti tista’ tinjora l-evidenza offruta mill-parti jekk kjarifika sħiħa taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha tkun sproporzjonalment diffiċli. Hawnhekk ukoll, madankollu, l-imħallef għandu jieħu deċiżjoni mhux arbitrarja in bona fede, bbażata fuq ir-riżultat tal-proċedimenti b'mod ġenerali. Din id-Deċiżjoni tista’ tiġi riveduta fi stadji suċċessivi tal-appell.

1.6 Proċedura bil-miktub

Il-liġi Awstrijaka ma tippermettix li l-proċedimenti jitwettqu kompletament bil-miktub. Madankollu, peress li ma hemm l-ebda restrizzjoni ta’ evidenza fl-Awstrija, l-istqarrijiet tax-xhieda jistgħu jiġu ppreżentati bil-miktub. Madankollu, tali prova hija trattata bħala evidenza dokumentata minflok xhieda.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Skont il-Kodiċi Awstrijak ta’ Proċedura Ċivili, jekk is-sentenza tiġi ppronunzjata oralment, japplikaw rekwiżiti inqas stretti għall-kopja bil-miktub tas-sentenza, irrispettivament mill-ammont inkwistjoni. Jekk sentenza ġiet iddikjarata bil-fomm fil-preżenza taż-żewġ partijiet u l-ebda parti ma appellat kontra din fil-ħin, il-qorti tista’ toħroġ “kopja tas-sentenza abbrevjata” limitata għar-raġunijiet prinċipali għad-deċiżjoni.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Skont il-liġi Awstrijaka, l-ispejjeż fil-kawżi ċivili ġeneralment huma rimborżati fi proporzjon mal-grad ta’ suċċess. Kemm l-ispejjeż tal-qorti kif ukoll it-tariffi legali huma marbuta direttament mal-ammont inkwistjoni. Bħala regola, għalhekk, ammont iżgħar inwkistjoni se jirriżulta f’inqas spejjeż tal-qorti u tariffi legali. Billi l-ispejjeż huma stabbiliti f’atti u regolamenti fil-forma ta’ tariffi, l-ispejjeż jistgħu jinżammu baxxi għal pretensjonijiet żgħar. Madankollu, ma hemm l-ebda regoli tal-spiża speċjali għal dan it-tip ta’ pretensjoni.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Il-liġi Awstrijaka tippermetti biss drittijiet limitati ta’ appell fi proċedimenti ta' pretensjonijiet żgħar. L-appelli fi proċedimenti ta' pretensjonijiet sa EUR 2 700 huma permessi biss fuq punti ta’ liġi jew fuq il-bażi ta’ invalidità (żbalji proċedurali estremament serji). Żbalji proċedurali oħra ma jistgħux jiġu kkontestati, lanqas is-sejbiet dwar il-fatti jew l-evalwazzjoni tal-evidenza mill-Qorti tal-Prim’ Istanza ma jistgħu jiġu kkontestati. Altrimenti, japplikaw ir-regoli tal-proċedura "ordinarja".

L-aħħar aġġornament: 02/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Portugiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Talbiet żgħar - Portugall

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Hemm proċeduri ssimplifikati speċjali li japplikaw għall-kawżi msemmija f'din il-mistoqsija.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Il-proċedura speċjali biex titlob konformità mal-obbligi monetarji meqjusa ta' valur baxx jew li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet kummerċjali tapplika taħt limitu monetarju ta' EUR 15 000.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Din il-proċedura hija sempliċement fakultattiva.

1.3 Formoli

Ma teżisti l-ebda formola fil-liġi Portugiża għal azzjonijiet bħal dawn għal digriet dikjaratorju.

1.4 Assistenza

L-iskema tal-għajnuna legali tapplika għall-qrati kollha għat-tipi ta' kawżi kollha.

F'kawżi li jinvolvu valur ta' EUR 5 000 jew inqas, jekk il-partijiet ma jkunu qabbdu avukat jew l-avukat ma jkunx attenda s-seduta fejn ġiet diskussa l-kawża u ngħatat is-sentenza, l-eżami tax-xhieda jsir mill-imħallef.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Din il-proċedura fiha regoli dwar il-ġbir tal-provi li huma inqas stretti u iktar flessibbli minn dawk li jirregolaw il-proċedura dikjaratorja komuni.

Ir-regoli li jirriflettu l-għan li l-proċess ikun inqas ta' piż u iktar flessibbli huma dawn li ġejjin:

a)      Il-provi jiġu ppreżentati fis-seduta. Jekk l-ammont ikkonċernat ikun inqas minn EUR 5 000, il-partijiet ma jistgħux itellgħu iktar minn tliet xhieda; f'każijiet oħrajn jistgħu jtellgħu sa ħames xhieda. Madankollu, mhumiex permessi jipprovdu iktar minn tliet xhieda għal kull wieħed mill-fatti li jixtiequ jippruvaw. Dawk li jiddikjaraw li ma jafu xejn mhumiex inklużi għal din il-fini.

b)      Is-seduta tinstema' fi żmien 30 jum u jekk l-ammont tal-kawża jkun inqas minn EUR 5 000, mhux neċessarju li tiġi skedata data bi qbil ma' kwalunkwe avukat li jitqabbad.

c)      Li persuna ma tidhirx, anki jekk b'ġustifikazzjoni, mhix raġuni biex is-seduta tiġi aġġornata; lanqas ma hi raġuni għal aġġornament li ma jidhirx l-avukat, anki jekk b'ġustifikazzjoni, meta s-somma kkonċernata tkun inqas mis-somma ddikjarata fil-punt ta' fuq.

d)     Jekk is-somma tkun ikbar minn dan l-ammont u jsir aġġornament, is-seduta trid tinstema' f'wieħed mit-30 jum ta' wara. Qatt ma jista' jsir aġġornament għat-tieni darba.

e)      Jekk imħallef iqis li hemm bżonn ta' iktar investigazzjoni biex jasal għal deċiżjoni xierqa, jissospendi s-seduta fil-mument li jqis li jkun l-iktar konvenjenti u jagħżel data minnufih għal dawk l-investigazzjonijiet. Il-kawża trid tingħalaq fi żmien 30 jum.

f)       Evidenza esperta tiġi pprovdut dejjem minn espert wieħed.

g)      Wara li jinstemgħu l-provi kollha, kull avukat jista' jagħmel dikjarazzjoni qasira.

1.6 Proċedura bil-miktub

Bħal proċeduri oħrajn, din il-proċedura ssir b'forma orali.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Ir-regoli tal-kontenut tas-sentenza huma iktar flessibbli, peress li r-raġunament irid dejjem ikun fil-qosor.

Barra minn hekk, l-imħallef mhux meħtieġ li jikteb is-sentenza, imma jista' jiddettaha minnufih għall-atti tal-kawża.

Id-deċiżjoni ġudizzjarja li trid tingħata f'kawżi fejn il-konvenut, imħarrek personalment, ma jikkontestax il-kawża, għandha wkoll struttura iktar ħafifa, peress li l-unika azzjoni tal-imħallef, li jkollha l-qawwa ta' sentenza, tkun li jikkonferixxi s-setgħa ta' eżekuzzjoni tat-talba, sakemm ma jkunx hemm każ ċar ta' eċċezzjonijiet dilatorji jew jekk it-talba tkun manifestament inammissibbli.

Il-kunsiderazzjoni tal-eċċezzjonijiet dilatorji (nuqqasijiet proċedurali li jkunu importanti biżżejjed biex l-imħallef ma jikkunsidrax it-talba u jassolvi lill-konvenut), jew iċ-ċaħda tat-talbiet tal-attur bħala manifestament inammissibbli jsiru biss meta jkun hemm evidenza ċara tagħhom.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Ma teżisti l-ebda restrizzjoni.

Sa ħamest ijiem wara d-deċiżjoni finali, il-partijiet li huma intitolati għall-ispejjeż jibagħtu n-nota ġustifikattiva rispettiva lill-qorti, għall-parti telliefa.

In-nota ġustifikattiva jrid ikun fiha l-informazzjoni li ġejja:

a)      Isem il-parti, in-numru tal-każ u isem l-avukat jew l-uffiċjal tal-eżekuzzjoni;

b)      Taħt titolu differenti, is-somom imħallsa mill-parti fir-rigward tat-tariffi tal-qorti;

c)      Taħt titolu differenti, is-somom imħallsa mill-parti fir-rigward tal-ispejjeż;

d)     Taħt titolu differenti, is-somom imħallsa għall-avukat, ħlief meta s-somom ikkonċernati jkunu iktar minn 50 % tat-total tat-tariffi tal-qorti mħallsa mill-parti telliefa u mill-parti rebbieħa;

e)      Indikazzjoni tal-ammont li jrid jiġu rċevut.

L-ispejjeż jitħallsu direttament mill-parti telliefa lill-kreditur ta' dawn l-ispejjeż, ħlief kif stipulat Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafl-Artikolu 540 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili.

B'konformità mal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, il-parti telliefa tiġi ordnata tħallas l-ammonti li ġejjin bħala spejjeż:

a)      Somom relatati mat-tariffi tal-qorti mħallsin mill-parti rebbieħa, bi proporzjon għas-salarju;

b)      Is-somom imħallsa mill-parti rebbieħa għall-ispejjeż;

c)      50 % tat-total tat-tariffi tal-qorti mħallsa mill-parti telliefa u mill-parti rebbieħa, bħala kumpens għall-parti rebbieħa tal-ispejjeż relatati mat-tariffi tal-avukat, meta n-nota msemmija fuq tiġi ppreżentata;

1.9 Il-possibilità ta’ appell

L-appelli mhumiex suġġetti għal regoli speċifiċi u ma teżisti l-ebda esklużjoni jew limitu speċifiku dwar il-possibilità ta' appell, l-appell ikun ammissibbli (jew le) skont it-termini ġenerali.

Related links

Tista' tikseb iktar informazzjoni permezz tal-ħolqiet li ġejjin:

L-aħħar aġġornament: 28/01/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Rumanija

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

L-Artikoli 1025-1032 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili l-ġdid li daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Frar 2013, jirregolaw b’mod speċifiku din il-proċedura ta’ talbiet żgħar.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

L-Artikolu 1025 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili l-ġdid jgħid illi l-valur tat-talba, mingħajr interessi, spejjeż tal-kawża u dħul anċillari ieħor, ma għandux jaqbeż l-ammont ta’ RON 10 000 dakinhar tal-preżentata l-qorti.

Rigward il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha (ratione materiae), il- proċedura għal talbiet żgħar ma tistax tiġi applikata f’materji fiskali, doganali jew amministrattivi jew fir-rigward tar-responsabbiltà tal-Istat għall-azzjonijiet jew omissjonijiet fl-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi. Bl-istess mod, il-proċedura ma tapplikax għal talbiet li jirrigwardaw: l-istatus ta’ miżżewwġin jew il-kapaċità ta’ persuni fiżiċi; id-drittijiet ta’ propjetà ġejjin minn relazzjonijiet familjari; is-suċċessjoni; Ii-falliment, l-arranġamenti mal-kredituri, il-proċeduri li jinvolvu l-istralċ ta’ kumpaniji falluti u ta’ persuni ġuridiċi oħra jew proċeduri simili oħra; l-assigurazzjoni soċjali; il-liġi industrijali; il-kiri ta’ assi immobbli, ħlief għal proċedimenti li jinvolvu d-dejn u l-pagament tal-flus; l-arbitraġġ; il-ksur tad-dritt għall-privatezza jew tad-drittijiet rigward il-personalità.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Fil-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili l-ġdid, il-proċedura għal talbiet żgħar għandha natura alternattiva. Ir-rikorrent jista’ jagħżel bejn il- proċedura għal talbiet żgħar u l-proċedura ordinarja tal-qorti. Jekk ir-rikorrent ikun deher quddiem il-qorti biex jippreżenta t-talba tiegħu, din tiġi solvuta skont il-proċedura ordinarja, sakemm, mhux aktar tard mill-ewwel seduta ta’ smigħ, ma jkunux talab b’mod ċar għall-applikazzjoni tal-proċedura speċjali. Meta’ talba ma tistax tiġi solvuta skont il-proċedura għal talbiet żgħar, il-qorti tista’ tinnotifika lir-rikorrent b’dan u jekk huwa ma jirtirax it-talba tiegħu, din tiġi solvuta skont il-liġi ordinarja. Il-qorti kompetenti tal-ewwel istanza li ssolvi l-każ hija l-qorti distrettwali. Il-kompetenza territorjali hija stabbilita skont il-liġi ordinarja.

1.3 Formoli

L-ordni Nru 359/C tad-29 ta’ Jannar 2013 tal-Ministeru tal-Ġustizzja li japprova l-formoli użati fil-proċedura għal talbiet żgħar pprovduti mill-Artikoli 1025-1032 tal-Liġi Nru 134/2010 dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili jipprevedi formola standard obbligatorja għall-proċedura għal talbiet żgħar. Il-formoli standard huma: Il-formola ta’ applikazzjoni, il-formola li temenda u/jew tikkoreġi l-formola ta’ applikazzjoni, u l-formola għar-risposta.

1.4 Assistenza

Din tingħata fil-limiti tar-rwol attiv eżerċitat mill-imħallef, mhux speċifikament għal dan it-tip ta’ każ.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Il-qorti tista’ taċċetta wkoll forom oħra ta’ provi minbarra s-sottomissjonijiet tal-partijiet. Madankollu, il-provi l-oħra li huma għaljin wisq biex jiġu ġestiti meta mqabbla mal-valur tat-talba jew tal-kontrotalba ma jiġux aċċettati.

1.6 Proċedura bil-miktub

L-Artikolu 1028 u ff. tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili l-ġdid jgħid illi r-rikorrent jibda proċedura għal talbiet żgħar meta’ jimla l-formola ta’ applikazzjoni u jissottomettiha jew jibgħata lill-qorti kompetenti bil-posta jew b’mezzi oħra li jassiguraw it-trażmissjoni u r-rikonoxximent tal-irċevuta. Il-kopji tas-sottomissjonijiet illi r-rikorrent beħsiebu juża wkoll jiġu sottomessi jew mibgħuta mal-formola ta’ applikazzjoni. Jekk l-informazzjoni mogħtija mir-rikorrent mhix ċara jew xierqa biżżejjed, jew jekk il-formola ta’ applikazzjoni ma ġietx mimlija kif suppost, il-qorti toffri lir-rikorrent il-possibiltà li jimliha jew jikkoreġiha jew li jissottometti informazzjoni jew dokumenti addizzjonali, ħlief f’każijiet fejn it-talba hija manifestament infondata jew inammissibbli. Talba tiġi miċħuda jekk hija manifestament infondata jew inammissibbli. Jekk ir-rikkorent ma jimlix jew ma jikkoreġix il-formola ta’ applikazzjoni fiż-żmien indikat mill-qorti, it-talba tiġi miċħuda.

Il-proċedura għal talbiet żgħar hija proċedura bil-miktub u sseħħ kollha hemm hi fl-awla tal-qorti. Il-qorti tista’ tordna lill-partijiet biex jidhru l-qorti jekk hija tqis illi l-preżenza tagħhom hija meħtieġa jew fuq talba ta’ kull waħda mill-partijiet. Il-qorti tista’ tirrifjuta din it-talba meta tqis illi ma hemmx bżonn ta’ seduti orali minħabba ċ-ċirkostanzi tal-każ. Ir-raġunijiet għar-rifjut jingħataw bil-miktub u ma jistgħux jiġu appellati.

Wara li tkun irċeviet formola ta’ applikazzjoni mimlija kif suppost, il-qorti tibgħat il-formola għar-risposta lill-intimat, flimkien ma’ kopja tal-formola ta’ applikazzjoni u kopji tas-sottomissjonijiet tar-rikorrent. L-intimat irid jissottometti l-formola għar-risposta mimlija kif suppost fi żmien 30 ġurnata min-notifika tad-dokumenti, kif ukoll kopji tad-dokumenti li beħsiebu juża. L-intimat jista’ jwieġeb b’kull mezz xieraq ieħor, mingħajr ma juża l-formola għar-risposta. Il-qorti immedjatament tinnotifika lir-rikorrent bil-kopji tar-risposta tal-intimat, bil-kontrotalba, jekk tapplika, u bis-sottomissjonijiet tal-intimat. Jekk l-intimat ippreżenta kontrotalba, ir-rikorrent irid jissottometti l-formola għar-risposta mimlija kif suppost jew iwieġeb b’kull mezz ieħor fi żmien 30 ġurnata mid-data tan-notifika. Kontrotalba, li ma tistax tiġi kkunsidrata f’din il-proċedura, titneħħa mill-bqija tad-dokumenti u tiġi trattata skont il-liġi ordinarja. Il-qorti tista’ titlob lill-partijiet biex jipprovdu aktar informazzjoni matul iż-żmien iffissat għal dan il-għan, li ma jistax jaqbeż 30 ġurnata mid-data tal-wasla tar-risposta tal-intimat jew fejn applikabbli, tar-rikorrent. Jekk il-qorti tkun iffissat perjodu ta’ żmien għall-partijiet biex jidhru quddiem il-qorti, huma jridu jiġu nnotifikati b’ċitazzjoni. Meta l-qorti tkun iffissat perjodu ta’ żmien għat-tlestija ta’ pass proċedurali, hija tinnotifika lill-parti interessata bil-konsegwenzi jekk ma tosservax dak il-perjodu.

Il-qorti tagħti s-sentenza tagħha fi żmien 30 ġurnata minn meta tirċievi l-informazzjoni kollha meħtieġa jew, fejn applikabbli, mis-seduta ta’ smigħ. Jekk ma tirċevix l-ebda risposta mill-parti interessata fil-perjodu ta’ żmien indikat, hija tagħti s-sentenza fuq it-talba prinċipali jew fuq il-kontrotalba b’rabta mal-atti mehmuża fl-atti tal-kawża. Is-sentenza mogħtija mill-qorti tal-prim'istanza ssir eżekuttiva mid-data tal-għoti tagħha u tiġi nnotifikata lill-partijiet

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Le.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

L-Artikolu 1031 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili l-ġdid jgħid illi l-parti t-telliefa hija responsabbli mill-ispejjeż tal-kawża fuq talba tal-parti l-oħra. Madankollu, il-qorti ma tordnax il-ħlas ta’ spejjeż mhux meħtieġa lill-parti r-rebbieħa jew spejjeż li huma sproporzjonati meta’ mqabbla mal-valur tat-talba.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

L-Artikolu 1032 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili l-ġdid jipprovdi illi s-sentenza tal-qorti hija soġġetta għal appell quddiem it-tribunal fi żmien 30 ġurnata min-notifika tagħha biss. Jekk ikun hemm raġunijiet, il-qorti tal-appell tista’ tissospendi l-eżekuzzjoni jekk titħallas garanzija ta’ 10% tal-valur kontestat. Id-deċiżjoni tal-qorti tal-appell tiġi nnotifikata lill-partijiet u hija finali.

L-aħħar aġġornament: 31/07/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna is-Sloven ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Talbiet żgħar - Slovenja

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Il-leġiżlazzjoni Slovena għandha proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar, li hija rregolata mill-Kapitolu 30 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o pravdnem postopku, ZPP).

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Skont id-dispożizzjonijiet taz-ZPP, tilwima dwar talbiet żgħar hija tilwima fejn l-ammont mitlub ma jaqbiżx l-EUR 2 000. F'tilwim kummerċjali, tilwima dwar talbiet żgħar hija tilwima fejn l-ammont mitlub ma jaqbiżx l-EUR 4 000. It-talbiet iż-żgħar ikopru wkoll tilwim fejn it-talba ma tkunx pekunjarja, bir-rikorrent jiddikjara fl-azzjoni li lest jaċċetta somma li ma taqbiżx l-EUR 2 000 (EUR 4 000 f'tilwim kummerċjali) minflok ma t-talba tiġi sodisfatta, u tilwim fejn is-suġġett tat-talba tkun il-konsenja ta' proprjetà mobbli, fejn l-ammont iddikjarat mir-rikorrent fl-azzjoni ma jkunx jaqbeż l-EUR 2 000 (l-EUR 4 000 f'tilwim kummerċjali). Talbiet żgħar ma jinkludux tilwim dwar proprjetà, tilwim dwar id-drittijiet tal-awtur, tilwim dwar il-ħarsien jew l-użu ta' invenzjonijiet u marki kummerċjali jew id-dritt tal-użu ta' isem kummerċjali, tilwim dwar protezzjoni mill-kompetizzjoni, jew tilwim dwar dħul fi proprjetà bla jedd.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

L-applikazzjoni tal-proċedura hija stabbilita fil-punt 1.1. Proċedura għal talbiet żgħar tinstema' quddiem qorti lokali (okrajno sodišče), ħlief fil-każ ta' tilwim kummerċjali, li jinstema' quddiem qorti distrettwali (okrožno sodišče).

1.3 Formoli

Hemm formoli biss għal proċedura għal talbiet żgħar mibdija minn parti abbażi ta' dokument awtentiku. Formola mimlija tista' tintbagħat b'mezzi elettroniċi fl-indirizz li ġej Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://evlozisce.sodisce.si/esodstvo/index.html. Dan jinvolvi proċedimenti ta' eżekuzzjoni bbażati fuq dokument awtentiku li, wara t-tressiq ta' rikors sostanzjat sew, ikompli bħala oġġezzjoni għal ordni ta' ħlas. Barra minn hekk, ma tħejjew l-ebda formoli bil-quddiem għal proċeduri għal talbiet żgħar sabiex jgħinu lill-partijiet jiftħu kawża.

Għal iktar informazzjoni dettaljata dwar il-possibilitajiet għal tressiq ta' rikorsi b'mezzi elettroniċi, ara t-taqsima "Ipproċessar awtomatiku".

1.4 Assistenza

Il-partijiet jistgħu jitolbu l-għajnuna legali, li tingħatalhom jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Att dwar l-Għajnuna Legali B'Xejn (Zakon o brezplačni pravni pomoči, ZBPP).

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Fi proċeduri għal talbiet żgħar, ir-rikorrent huwa obbligat jiddikjara l-fatti kollha u jippreżenta l-evidenza kollha fl-azzjoni, filwaqt li l-intimat huwa obbligat li jagħmel dan fl-eċċezzjonijiet għad-difiża tiegħu. Kull parti tista' mbagħad tressaq eċċezzjoni preparatorja waħda. Fatti u provi ppreżentati f'eċċezzjonijiet bil-miktub iktar tard jiġu injorati. Il-partijiet għandhom tmint ijiem għall-preżentazzjoni ta' eċċezzjoni għad-difiża u eċċezzjonijiet preparatorji.

1.6 Proċedura bil-miktub

Proċeduri għal talbiet żgħar jinstemgħu fuq bażi ta' rikorsi ġuridiċi magħmula bil-miktub. Il-qorti tista' tillimita ż-żmien u l-ambitu tal-proċedura tal-kumpilazzjoni tal-evidenza u tmexxi dik il-proċedura fid-diskrezzjoni tagħha biex toħloq bilanċ bejn l-għoti ta' protezzjoni adegwata għad-drittijiet tal-partijiet u l-għan li tħaffef il-proċedimenti u żżomm l-ispejjeż baxxi.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Sentenza fi proċedura għal talbiet żgħar titħabbar minnufih wara tmiem is-seduta ewlenija. Sentenza bil-miktub trid tinkludi parti introduttorja, parti operattiva, stqarrija tal-mottivi u nota tad-drittijiet ġuridiċi. L-istqarrija tal-mottivi tikkonsisti biss f'ġabra qasira tal-kunsiderazzjonijiet fattwali u indikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi proċedurali u l-liġi sostantiva li d-deċiżjoni ttieħdet abbażi tagħhom. F'tilwim dwar talbiet żgħar kummerċjali, il-parti spjegattiva tas-sentenza fiha biss indikazzjoni tat-talbiet u tal-fatti li t-talbiet tal-partijiet kienu bbażati fuqhom, nota ta' dritt ġuridiku u nota dwar id-dritt għal appell, u indikazzjoni li l-effett tas-sentenza se jitfassal bi stqarrija tal-mottivi jekk parti tħabbar l-intenzjoni tagħha li tappella.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

L-ispejjeż tal-proċedimenti jkunu deċiżi b'konformità mas-suċċess fil-kawża ta' parti jew oħra – jiġifieri l-parti li titlef il-kawża tkun obbligata tirrimborża l-ispejjeż tal-parti l-oħra.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Il-partijiet jistgħu jappellaw minn sentenza tal-ewwel istanza jew deċiżjoni li ttemm tilwima dwar talbiet żgħar fi żmien tmint ijiem. Sentenza u deċiżjoni jistgħu jkunu kkontestati biss fuq il-bażi ta' ksur serju tad-dispożizzjonijiet ta' proċedura ċivili msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 339 taz-ZPP u ksur tal-liġi sostantiva. Fi proċeduri ta' talbiet żgħar kummerċjali, hija biss il-parti li tkun ħabbret li beħsiebha tappella li tista' tappella s-sentenza. Ma hemm l-ebda proċess ta' reviżjoni f'tilwim ta' talbiet żgħar, u r-raġunijiet biex ikun hemm ordni biex proċedura tiġi ripetuta huma limitati.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.dz-rs.si/wps/portal/Home/deloDZ/zakonodaja/preciscenaBesedilaZakonov

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.sodisce.si/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.uradni-list.si/glasilo-uradni-list-rs

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.pisrs.si/Pis.web/

L-aħħar aġġornament: 05/12/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Slovakkja

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Ma hemmx proċedura speċifika għal talbiet żgħar, li huma regolati mid-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-proċedimenti ċivili. Ma jsiru l-ebda seduti ta’ smigħ għal talbiet li ma jaqbżux EUR 2 000 u li jeħtieġu biss valutazzjoni sempliċi.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Il-proċedura hija regolata mid-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-proċedimenti ċivili.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Il-proċedura tibda permezz ta’ mozzjoni, bil-proċedura ordinarja għal kull tip ta’ mozzjoni li tibda l-proċedimenti.

1.3 Formoli

Ma huma stipulati l-ebda formoli speċifiċi.

1.4 Assistenza

Il-partijiet jirċievu l-għajnuna skont l-obbligu ġenerali tal-qrati biex javżaw lill-partijiet bid-drittijiet u l-obbligi proċedurali tagħhom f’kull ħin, u li jistgħu jagħżlu avukat jew jikkuntattjaw iċ-Ċentru għall-Għajnuna Legali (Centrum právnej pomoci).

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.centrumpravnejpomoci.sk/

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Il-proċedura hija regolata mid-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-proċedimenti ċivili.

1.6 Proċedura bil-miktub

Dan huwa l-istess bħal fil-każ ta’ proċedimenti ċivili oħra.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Dan huwa l-istess bħal fil-każ ta’ proċedimenti ċivili oħra.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Dan huwa l-istess bħal fil-każ ta’ proċedimenti ċivili oħra.

Il-qorti trebbaħ l-ispejjeż legali tal-kawża lill-parti rebbieħa. Jekk il-parti tirbaħ il-kawża parzjalment, il-qorti trebbaħha l-ispejjeż tal-kawża fuq bażi pro rata jew tiddeċiedi illi l-ebda naħa ma għandha dritt għar-rimborż tal-ispejjeż legali. Jekk waħda mill-partijiet hija responsabbli mit-twaqqif tal-proċedimenti, il-qorti trebbaħ l-ispejjeż lill-parti l-oħra. Jekk waħda mill-partijiet hija responsabbli għall-ispejjeż tal-proċedimenti li kieku ma kienux jinqalgħu, il-qorti trebbaħ l-ispejjeż lill-parti l-oħra. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, għal raġunijiet li jistħoqqilhom attenzjoni speċjali, il-qorti tiddeċiedi li ma trebbaħx l-ispejjeż legali.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Parti fil-kawża għandha l-għażla li tappella kontra s-sentenza kif normalment isir għall-proċedimenti ċivili. Appell jista’ jitressaq quddiem il-qorti li d-deċiżjoni tagħha qed tiġi kontestata fi żmien 15-il jum wara l-għoti tad-deċiżjoni.

L-aħħar aġġornament: 08/04/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Finlandja

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Attwalment, il-leġiżlazzjoni Finlandiża ma tinkludix regolamenti proċedurali skont l-ammont monetarju mitlub mir-rikorrent. Madankollu, tista' tiġi ordnata proċedura ad hoc, skont in-natura tal-kawża. Kawża tgħaddi biss mill-istadji kollha tal-proċedimenti ġudizzjarji normali jekk ikun hemm raġunijiet għal dan u jekk il-partijiet interessati jkunu jixtiequ li jiġri hekk. Pereżempju, kawża tista' tiġi deċiża minn imħallef wieħed, mingħajr l-ebda sessjoni preparatorja orali, jew permezz ta' proċedura kompletament miktuba. Il-kawżi ċivili mhux kontenzjużi għandhom proċedura speċifika għalihom. Il-pretensjonijiet mhux ikkontestati jiġu pproċessati permezz tal-proċedura sempliċi deskritta hawn fuq (ara "Il-Proċedura għall-Ordni ta' Ħlas – Il-Finlandja" u "L-ipproċessar awtomatiku – Il-Finlandja").

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Kif intqal hawn fuq, il-valur monetarju tal-pretensjoni mhuwiex rilevanti. It-tip ta' proċedura li tintuża tiddependi mill-kontenut kwalitattiv tal-kawża.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Il-proċedimenti tal-kawżi ċivili jinbdew billi jiġi ppreżentat rikors bil-miktub għal ċitazzjoni lill-Qorti Distrettwali (käräjäoikeus). Il-pretensjonijiet mhux ikkontestati jistgħu jiġu introdotti wkoll permezz ta' rikors elettroniku (ara "Il-Proċedura għall-Ordni ta' Ħlas – Il-Finlandja").

1.3 Formoli

Fil-livell nazzjonali ma teżisti l-ebda formola, apparti dik maħsuba biex wieħed jinnotifika l-intenzjoni tiegħu li jappella kontra deċiżjoni meħuda mill-Qorti Distrettwali. Ċerti Qrati Distrettwali ħolqu xi formoli għal tipi speċifiċi ta' korrispondenza; normalment ikun hemm il-formoli għal rikors jew il-formoli għal risposta. Ma hemm l-ebda obbligu biex jintużaw dawn il-formoli.

Il-pretensjonijiet mhux ikkontestati jistgħu jiġu introdotti permezz ta' rikors elettroniku billi timtela formola elettronika għal rikors (ara "Il-Proċedura għall-Ordni ta' Ħlas – Il-Finlandja").

1.4 Assistenza

Skont kif ikun meħtieġ, ir-reġistri tal-qrati jistgħu jipprovdu xi pariri fil-qasam proċedurali.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Jekk il-pretensjoni ma tkunx ikkontestata, ma hemmx għalfejn tiġi ppreżentata evidenza. Jekk tintuża proċedura kompletament miktuba, tiġi eżaminata biss l-evidenza miktuba. Ma hemm l-ebda dispożizzjoni speċjali li tindika li, f'kawżi ta' talbiet żgħar, ikunu japplikaw regoli speċifiċi għall-ġbir ta' evidenza.

1.6 Proċedura bil-miktub

Kawża tista' tinqata' mingħajr ma jsir smigħ orali, purament abbażi ta' evidenza miktuba. Il-kawżi mhux kontenzjużi dejjem jiġu deċiżi b'dan il-mod. Il-kawżi kkontestati jistgħu jinqatgħu permezz ta' evidenza miktuba biss jekk in-natura tagħhom tkun tali li ma jkunx hemm bżonn ta' smigħ u jekk l-ebda waħda mill-partijiet interessati ma toġġezzjona għall-użu ta' proċedura bil-miktub.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Ma hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika dwar il-kontenut tas-sentenzi f'kawżi ta' talbiet żgħar.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Bħala regola ġenerali, il-parti telliefa tkun obbligata tħallas l-ispejjeż legali kollha raġonevoli li kellha ġġarrab il-kontroparti tagħha biex ħadet il-passi neċessarji fil-kwistjoni. Madankollu, l-ammont tal-ispejjeż li għandu jiġi rimborżat f'kawżi relatati ma' pretensjonijiet mhux ikkontestati u mal-kera ta' postijiet residenzjali, huwa soġġett għal-limitu massimu stabbilit. F'dawn il-każijiet, l-ammont massimu tal-ispejjeż li l-intimat li jkun tilef il-kawża jista' jiġi obbligat iħallas lir-rikorrent ikun skont tabella tat-tariffi.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

In-natura tal-kawża ma tiddeterminax id-dritt għall-appell. Il-proċedura tal-appell hija l-istess għall-kawżi kollha. L-intenzjoni li tiġi appellata d-deċiżjoni tal-Qorti Distrettwali trid tiġi nnotifikata fiż-żmien stipulat, u l-appelli jinstemgħu mill-Qrati tal-Appell (hovioikeus).

L-aħħar aġġornament: 08/02/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Svezja

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Iva hemm proċedura speċjali għal kwistjonijiet ċivili li jinvolvu ammonti żgħar.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Il-proċedura speċjali għal kwistjonijiet ċivili li jinvolvu ammonti żgħar tiġi segwita mill-qorti ordinarja tal-prim'istanza (il-qorti distrettwali; "tingsrätt") meta t-talba tar-rikorrent taqa' taħt ċertu livell limitu. Il-livell limitu attwalment huwa ta' (sa mill-2013) SEK 22,500. Il-livell limitu mhux ammont stabbilit mil-liġi, iżda huwa marbut ma' dak magħruf bħala l-ammont tal-prezz bażi, u dan ifisser li l-livell limitu huwa kkalkulat b'referenza għax-xejra fil-prezz.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

L-użu ta' din il-proċedura mhux limitat għal ċerti tipi ta' każijiet, bħal kawżi ċivili tal-konsumatur. Il-kriterji applikabbli huma li l-każ irid ikun kawża ċivili, u li l-valur tat-tilwima jrid ikun taħt il-livell limitu. Il-proċedura ma tistax tintuża f'kawżi tal-familja.

1.3 Formoli

Mhemmx formola standard biex tinbeda proċedura għal każ li jinvolvi ammont żgħir. Hemm formola sabiex wieħed japplika għal ċitazzjoni, li tista' tintuża irrispettivament mill-ammont involut fil-każ. Il-formola tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali Svediżi ("Domstolsverket") (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.domstol.se/) bl- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIsvediz u bl- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIngliz.

1.4 Assistenza

Jekk isir rikors quddiem qorti distrettwali ("tingsrätt"), hija disponibbli l-għajnuna għat-tnedija tal-proċedimenti. L-awtoritajiet tal-Istat għandhom obbligu ġenerali ta' servizz li huma mnaqqxa fil-liġi. Dan l-obbligu jfisser li l-persuni jistgħu jċemplu lil jew imorru quddiem qorti distrettwali, pereżempju, u jirċievu pariri ġenerali dwar il-proċedimenti u r-regoli li japplikaw għalihom. L-imħallef presjedenti wkoll għandu obbligu biex jiżgura li l-kwistjonijiet konċernati jiġu ċċarati, u li l-partijiet jispeċifikaw fuq xhiex beħsiebhom iserrħu fil-kawża, matul il-preparamenti għal kawża u skont in-natura tal-każ. Fil-prattika, l-imħallef iwettaq id-dmirijiet tiegħu permezz ta' mistoqsijiet u rimarki addizzjonali.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Mhemmx regoli speċjali għal każijiet li jikkonċernaw tilwim li jinvolvi ammonti żgħar. Fi kliem ieħor, iridu jiġu ppreżentati kemm provi orali u bil-miktub. Id-dikjarazzjonijiet bil-miktub tax-xhieda huma permessi biss f'ċerti sitwazzjonijiet speċjali. Tista' tinkiseb aktar informazzjoni dwar ir-regoli dwar il-kumpilazzjoni tax-xhieda skont il-liġi Svediża hawnhekk.

1.6 Proċedura bil-miktub

Il-qorti tista' tagħti deċiżjoni purament abbażi ta' proċedimenti bil-miktub. Din l-opportunità tintuża meta l-proċedimenti orali la huma meħtieġa b'referenza għall-investigazzjoni tal-każ u lanqas mhuma mitluba mill-partijiet.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Mhemmx regoli speċjali li jirregolaw il-formolazzjoni ta' sentenza f'każijiet li jinvolvu ammonti żgħar. Dan li ġej japplika għall-kawżi ċivili kollha, inklużi s-sentenzi f'kawżi li jinvolvu ammonti żgħar. Is-sentenza trid tingħata bil-miktub u jkollha l-informazzjoni li ġejja f'taqsimiet separati: l-isem tal-qorti u d-data u l-post tal-għoti tas-sentenza, il-partijiet u r-rappreżentanti jew konsulenti tagħhom, il-parti operattiva tas-sentenza, il-pretensjonijiet u t-talbiet tal-partijiet rispettivi u ċ-ċirkostanzi li fuqhom huma bbażati, u r-raġunijiet għas-sentenza, inkluża l-informazzjoni dwar x'ġie ppruvat fil-każ.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Ir-regoli speċjali dwar l-ispejjeż huma l-aktar fattur speċjali u importanti tal-każijiet li jinvolvu ammonti żgħar. Il-parti rebbieħa għand biss dritt għar-rimborż għal siegħa ta' pariri legali għal darba biss quddiem kull qorti, kif ukoll għat-tariffa tar-rikors, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni b'rabta mas-seduta tal-qorti, l-ispejjeż tal-provi li nkisbu mix-xhieda u l-ispejjeż tat-traduzzjoni tad-dokumenti. Il-kumpens jingħata biss jekk l-ispejjeż intalbu b'mod raġonevoli sabiex il-parti rebbieħa tkun tista' tassserixxi d-drittijiet tagħha. Il-ħlas tar-rappreżentanti għalhekk mhux soġett għal rimborż, aktar mill-ammont korrispondenti għas-siegħa pariri legali.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Jista' jsir appell minn sentenza mogħtija minn qorti inferjuri quddiem qorti superjuri.

Irid jinġieb permess għal appell sabiex il-qorti tal-appell ("hovrätt") tkun tista' teżamina s-sentenza mill-qorti distrettwali ("tingsrätt"). Il-permess għall-appell jista' jingħata biss jekk l-eżami tal-appell minn qorti superjuri huwa importanti għall-ġestjoni tal-applikazzjoni tal-liġi, jekk hemm raġunijiet għalfejn għandha tinbidel is-sentenza mogħtija mill-qorti distrettwali, jew jekk hemm raġunijiet raġonevoli oħra għall-eżami tal-appell. Parti li tixtieq tappella kontra sentenza tal-qorti distrettwali trid tagħmel dan bil-miktub, u l-appell irid jasal quddiem il-qorti distrettwali fi żmien tliet ġimgħat mid-data li fiha ngħatat is-sentenza.

L-aħħar aġġornament: 05/11/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.