European payment order

The European Payment Order is a simplified procedure for cross-border monetary claims which are uncontested by the defendant, based on standard forms.

Standard forms have been drawn up for the European Payment Order and are available here in all languages. This link will also provide more information about which courts can issue a European Payment Order and where the application forms should be sent.

To start the procedure, Form A must be filled in, giving all the details of the parties and the nature and amount of the claim. The court will examine the application, and if the form is correctly filled in, the court should issue the European Payment Order within 30 days.

The European Payment Order must then be served on the defendant by the court. S/he can either pay the amount of the claim, or contest it. S/he has 30 days to lodge any statement of opposition to the European Payment Order. If this happens, the case may, subject to a choice of the claimant, either be transferred to the normal civil law courts to be dealt with under national law; or dealt with in accordance with a European Small Claims Procedure, or discontinued.

If there is no statement of opposition by the defendant, the European Payment Order will become automatically enforceable. A copy of the European Payment Order, and if necessary a translation, must be sent to the enforcement authorities of the Member State where it needs to be enforced. Enforcement takes place in accordance with the national rules and procedures of the Member State where the European Payment Order is being enforced. For details on the enforcement, please consult the relevant section.

Related link

Practice Guide for the application of the Regulation on the European Order for Payment PDF (5809 Kb) en

European payment order – notifications of the Member States and a search tool helping to identify competent court(s)/authority(ies)

Please note that there are also national order for payment procedures. You can obtain information about such national procedures by selecting the relevant country's flag.

Last update: 22/04/2020

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.
The Commission is in the process of updating some of the content on this website in the light of the withdrawal of the United Kingdom from the European Union. If the site contains content that does not yet reflect the withdrawal of the United Kingdom, it is unintentional and will be addressed.

Proċedura dwar "l-ordni ta' pagament" - Belġju

1 L-eżistenza ta’ ordni għal proċeduri għall-ħlas

Il-Belġju għandu ordni sommarja għal proċedura ta’ ħlas (procédure sommaire d’injonction de payer/summiere rechtspleging om betaling te bevelen). L-għan ta’ din il-proċedura semplifikata, li hemm provvediment dwarha fit-Taqsimiet 1338 sa 1344 tal-Kodiċi Ġudizzjarju (Code judiciaire/Gerechtelijk Wetboek), huwa li jinkiseb ħlas ta’ ammonti żgħar f’ċerti każijiet.

Il-leġiżlazzjoni dwar l-ordni sommarja għal proċedura ta’ ħlas hija disponibbli mis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tas-Servizz Pubbliku Federali għall-Ġustizzja:

  • Ikklikkja fuq Législation belge – Législation consolidée et index législatif/Belgische wetgeving - Geconsolideerde wetgeving en wetgevingsindex (Leġiżlazzjoni Belġjana – Leġiżlazzjoni kkonsolidata u indiċi leġiżlattiv) fil-parti ta’ isfel fuq ix-xellug tal-paġna.
  • Ikklikkja fuq Législation belge/Belgische wetgeving (Leġiżlazzjoni Belġjana).
  • Taħt Nature juridique/Juridische aard (Natura legali), agħżel CODE JUDICIAIRE/GERECHTELIJK WETBOEK (Kodiċi Ġudizzjarju).
  • Fl-ispazju Mot(s)/Woord(en) (Kelma/Kliem), ikteb “664”.
  • Ikklikkja fuq Recherche/Opzoeking (Fittex) u mbagħad Liste/Lijst (Lista).
  • Ikklikkja fuq Détail/Detail (Dettalji).
  • Fittex Chapitre XV/Hoofdstuk XV (Kapitolu XV).

1.1 L-ambitu tal-proċedura

1.1.1 Liema talbiet huma eliġibbli (pereżempju talbiet fi flus biss, talbiet kuntrattwali biss eċċ.)?

Pretensjonijiet pekunarji biss huma eliġibbli.

1.1.2 Hemm limitu massimu fir-rigward tal-valur tat-talba?

L-Artikolu 1338 tal-Kodiċi Ġudizzjarju jiddikjara li huma eliġibbli biss pretensjonijiet għall-ħlas ta’ dejn likwidat ta’ mhux iktar minn EUR 1 860.

1.1.3 L-użu ta’ dik il-proċedura huwa fakultattiv jew obbligatorju?

L-użu tal-ordni sommarja għall-proċedura ta’ ħlas huwa kompletament fakultattiv.

1.1.4 Din il-proċedura hija disponibbli jekk l-intimat jgħix fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz?

Le. L-Artikolu 1344 tal-Kodiċi Ġudizzjarju jiddikjara li r-regoli tal-ordni sommarja għall-proċedura ta’ ħlas japplikaw biss jekk id-debitur ikollu l-indirizz (domicile/woonplaats) jew ir-residenza (résidence/verblijfplaats) tiegħu fil-Belġju.

1.2 Il-qorti kompetenti

Din il-proċedura tista’ tintuża qabel il-ġustizzja tal-paċi (juge de paix/vrederechter), sakemm il-pretensjoni taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti (għal informazzjoni dwar il-ġurisdizzjoni tal-ġustizzja tal-paċi, ara l-iskeda informattiva dwar “Ġurisdizzjoni – il-Belġju”). Fit-tilwim imsemmi fl-Artikolu 1338 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, din il-proċedura tista’ tintuża wkoll għal kwalunkwe pretensjoni li taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti kummerċjali (tribunal de commerce/rechtbank van koophandel) jew il-qorti tal-pulizija (tribunal de police/politierechtbank).

1.3 Ir-rekwiżiti formali

1.3.1 L-użu ta’ formola standard huwa obbligatorju? (jekk iva, minn fejn tista’ tinkiseb din il-formola?)

M’hemmx bżonn tintuża formola standardizzata. Madankollu, il-liġi tistipula numru ta’ kundizzjonijiet rigward l-informazzjoni li għandha tidher fit-talba għal ħlas u fir-rikors li bih ssir it-talba fil-qorti.

Qabel jippreżenta r-rikors lill-qorti, il-kreditur għandu jibgħat talba għall-ħlas lid-debitur (sommation de payer/aanmaning tot betaling). Dan ir-rekwiżit huwa stabbilit fl-Artikolu 1339 tal-Kodiċi Ġudizzjarju. It-talba għall-ħlas tista’ tiġi notifikata lid-debitur minn marixxall (huissier de justice/gerechtsdeurwaarder) jew tintbagħat permezz ta’ ittra rreġistrata b’konferma ta’ riċevuta. L-Artikolu 1339 jindika wkoll l-informazzjoni li jrid ikun fiha t-talba għall-ħlas biex tkun valida legalment, jiġifieri:

  • kopja tal-artikoli mill-kapitolu tal-Kodiċi Ġudizzjarju dwar l-ordni sommarja għall-proċedura ta’ ħlas;
  • avviż formali biex isir il-ħlas fi żmien 15-il jum minn meta tintbagħat jew tiġi nnotifikata t-talba għall-ħlas;
  • l-ammont mitlub;
  • il-qorti li magħha tiġi ppreżentata l-pretensjoni jekk id-debitur jonqos milli jħallas.

Fi żmien 15-il jum mill-iskadenza tal-limitu ta’ żmien ta’ 15-il jum stabbilit fit-talba, il-pretensjoni tiġi ppreżentata lill-qorti permezz ta’ rikors (requête/verzoekschrift) ippreżentata f’żewġ kopji. L-Artikolu 1340 tal-Kodiċi Ġudizzjarju jindika x’għandu jkun fih ir-rikors:

  • il-jum, ix-xahar u s-sena;
  • il-kunjom, l-isem, il-professjoni u l-indirizz jew ir-residenza tal-applikant, u, jekk applikabbli, il-kunjom, l-isem, l-indirizz jew ir-residenza u l-kapaċità tar-rappreżentanti legali tiegħu;
  • il-miżura li sar ir-rikors għaliha u informazzjoni preċiża dwar l-ammont li qed jintalab, inkluża analiżi tad-diversi oġġetti li jiffurmaw il-pretensjoni u r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata l-pretensjoni;
  • dettalji tal-qorti li għandha tisma’ l-pretensjoni;
  • firma tal-avukat tal-parti.

L-applikant jista’ wkoll jagħżel li jiddikjara l-oġġezzjonijiet tiegħu għall-għoti ta’ kwalunkwe perjodu ta’ grazzja.

Ir-rikors għandu jkun akkumpanjat minn:

  • fotokopja tad-dokument li l-pretensjoni tkun ibbażata fuqu;
  • rekord tan-notifika tal-marixxall għat-talba għall-ħlas, jew inkella kopja tal-ittra rreġistrata akkumpanjata bir-rikonoxximent tal-irċevuta, jew il-verżjoni oriġinali ta’ dik l-ittra akkumpanjata minn evidenza li r-riċevitur irrifjuta li jaċċettaha jew naqas milli jiġborha mill-posta u ċertifikat li jikkonferma li d-debitur huwa rreġistrat fir-reġistru tal-popolazzjoni fl-indirizz indikat.

1.3.2 Jeħtieġ li nkun rappreżentat minn avukat?

Waħda mill-affarijiet meħtieġa fir-rikors hija l-firma ta’ avukat. L-Artikolu 1342 tal-Kodiċi Ġudizzjarju jipprovdi wkoll li għandha tintbagħat kopja tal-ordni bil-posta lill-avukat tal-applikant. Dawn huma l-uniċi dispożizzjonijiet legali li jeħtieġu l-involviment ta’ avukat.

1.3.3 Kemm trid tkun dettaljata r-raġuni għat-talba?

Ir-rikors għandu jkollha livell raġonevoli ta’ dettall. L-Artikolu 1340, l-ewwel paragrafu, subparagrafu 3, tal-Kodiċi Ġudizzjarju jeħtieġ li r-rikors jiddikjara l-miżura li għaliha sar ir-rikors u jipprovdi informazzjoni preċiża dwar l-ammont li qed jintalab, inkluż tqassim tad-diversi oġġetti li jiffurmaw il-pretensjoni u r-raġunijiet li hija bbażata l-pretensjoni fuqhom.

1.3.4 Huwa meħtieġ li tiġi ppreżentata prova bil-miktub fir-rigward tat-talba kkonċernata? Jekk iva, liema dokumenti huma ammissibbli bħala provi?

Iva. Skont l-Artikolu 1338, il-pretensjoni għandha tkun issostanzjata b’dokument bil-miktub maħruġ mid-debitur. Madankollu, dan id-dokument ma għandux għalfejn jinkludi rikonoxximent tad-dejn.

1.4 Iċ-ċaħda ta’ rikors

Fi żmien 15-il jum mill-preżentazzjoni tar-rikors, il-qorti taċċettah jew tirrifjutah permezz ta’ ordni magħmula fl-awli (en chambre du conseil/in raadkamer). Il-qorti tista’ tagħti perjodi ta’ grazzja u tista’ tagħżel li taċċetta r-rikors parzjalment biss (l-Artikolu 1342 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Il-qorti għandha informazzjoni quddiemha dwar il-komponenti varji tad-dejn u tista’ tirrifjuta uħud minn dawn. Hija tista’ tikkunsidra kwalunkwe ħlasijiet li jkunu saru fil-frattemp. Il-qorti tista’ tirrifjuta l-pretensjoni għal kollox jekk il-kundizzjonijiet meħtieġa ma jkunux ġew sodisfatti (ara l-Artikoli 1338 sa 1344 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

Meta l-qorti taċċetta r-rikors kollu jew parti minnu, l-ordni tagħha jkollha l-effett ta’ sentenza mogħtija fil-każ ta’ kontumaċja mill-konvenut.

Il-kreditur għandu mbagħad jinnotifika lid-debitur dwar l-ordni tal-qorti.

L-Artikolu 1343(2) tal-Kodiċi Ġudizzjarju jipprovdi li, sabiex ikun validu, ir-rekord tan-notifika tal-ordni għandu jkun fih dan li ġej:

  • kopja tar-rikors;
  • indikazzjoni tal-limitu ta’ żmien li fih id-debitur jista’ joġġezzjona għall-ordni;
  • indikazzjoni tal-qorti li għandha tintbagħat dik l-oġġezzjoni lilha u l-formalitajiet li għandhom jiġu sodisfatti f’dak ir-rigward.

Sabiex ikun validu, ir-rekord tan-notifika għandu wkoll iwissi lid-debitur li, jekk ma jikkontestax l-ordni fil-limitu taż-żmien iddikjarat, il-mezzi legali kollha jistgħu jintużaw biex iġiegħluh iħallas is-somom mitluba.

Jekk id-debitur ma jippreżentax oġġezzjoni jew appell fil-limiti taż-żmien permessi, l-ordni ssir finali.

1.5 Appell

Appell mill-kreditur

L-opzjonijiet ta’ appell tal-kredituri huma stabbiliti fl-Artikolu 1343(4) tal-Kodiċi Ġudizzjarju. Il-kredituri ma jistgħux jappellaw kontra ordni li tiċħad ir-rikors tagħhom jew li taċċettah parzjalment biss. Iżda jistgħu jerġgħu jissottomettu l-pretensjoni tagħhom permezz tal-proċedura ordinarja (u mhux permezz tal-proċedura sommarja). Jekk il-pretensjoni tiġi aċċettata parzjalment, il-kreditur ma jistax jerġa’ jissottomettiha permezz tal-proċedura ordinarja wara li jkun innotifika lid-debitur dwar l-ordni.

Oġġezzjoni jew appell mid-debitur

Hemm żewġ modi kif id-debituri jistgħu jikkontestaw l-ordni: permezz ta’ appell quddiem qorti superjuri (appel/hoger beroep) jew permezz ta’ oġġezzjoni (opposition/verzet) mressqa quddiem l-istess qorti li ħarġet l-ordni (minħabba li l-ordni tal-qorti titqies bħala sentenza f’każ ta’ kontumaċja jekk taċċetta r-rikors tal-kreditur kollu kemm hu jew parzjalment – ara l-Artikolu 1343(4) tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Fiż-żewġ każijiet, il-limitu ta’ żmien huwa xahar mid-data li fiha tiġi notifikata s-sentenza (ara l-Artikoli 1048 u 1051 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Dan il-limitu ta’ żmien jiġi estiż jekk wieħed mill-partijiet ma jkollux l-indirizz jew ir-residenza tiegħu jew indirizz għan-notifika (domicile élu/gekozen woonplaats) fil-Belġju.

Japplikaw ir-regoli ordinarji dwar l-oġġezzjoni u l-appell, b’eċċezzjoni waħda, li hija stabbilita fl-Artikolu 1343(3), it-tieni subparagrafu, tal-Kodiċi Ġudizzjarju: bħala eċċezzjoni mill-Artikolu 1047 (li teħtieġ notifika minn marixxall), oġġezzjoni tista’ ssir billi jiġi ppreżentat rikors fir-reġistru tal-qorti (greffe/griffie), fl-istess numru ta’ kopji daqs in-numru ta’ partijiet u avukati, li mbagħad tiġi nnotifikata lill-kreditur u lill-avukat tiegħu mill-iskrivan tal-qorti (greffier/griffier) permezz ta’ ittra rreġistrata speċjali (pli judiciaire/gerechtsbrief).

Sabiex tkun valida legalment, l-oġġezzjoni għandha tinkludi:

  • il-jum, ix-xahar u s-sena;
  • il-kunjom, l-isem, il-professjoni u l-indirizz jew ir-residenza tal-parti li toġġezzjona;
  • il-kunjom, l-isem u l-indirizz jew ir-residenza tal-kreditur u l-isem tal-avukat ta’ dan tal-aħħar;
  • dettalji tal-ordni kkontestata;
  • it-talbiet tal-parti li toġġezzjona.

Il-partijiet jiġu msejħa mill-iskrivan tal-qorti biex jidhru f’seduta skedata mill-qorti.

1.6 Dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Fil-proċedura sommarja, il-liġi Belġjana ma tipprovdix espressament għal dikjarazzjoni ta ’oġġezzjoni għall-pretensjoni.

Id-debitur jista’ jibgħat informazzjoni lill-ġustizzja tal-paċi, iżda dan ma jimpedixxix li l-ordni tiġi ttrattata bħala sentenza mogħtija f’kontumaċja.

1.7 L-effett tad-dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Kif intqal hawn fuq, ma tistax tiġi sottomessa dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni. Il-proċedura sommarja ssir kemm jekk id-debitur jiddefendi lilu nnifsu jew le.

1.8 L-effett tan-nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 1.7.

1.8.1 X’jeħtieġ li jsir sabiex tinkiseb deċiżjoni eżekuttiva?

1.8.2 Din id-deċiżjoni tkun finali jew ikun għad fadal il-possibilità li l-intimat jappella minnha?

L-aħħar aġġornament: 24/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Bulgaru ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Proċedura dwar "l-ordni ta' pagament" - Bulgarija

1 L-eżistenza ta’ ordni għal proċeduri għall-ħlas

Il-Kapitolu ХХХVІІІ “Proċedura tal-ordni ta' ħlas” tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Gazzetta tal-Istat (SG) Nru 59 tal-20 ta’ Lulju 2007, b’effett mill-1 ta’ Marzu 2008, kif emendat fil-SG Nru 42/2009 u kif emendat l-aħħar fil-SG Nru 13/2017) jipprovdi proċedura simplifikata li biha l-pretendent jista’ jirkupra t-talba tiegħu meta’ dik it-talba x’aktarx li ma tiġix ikkontestata mill-konvenut.

1.1 L-ambitu tal-proċedura

1.1.1 Liema talbiet huma eliġibbli (pereżempju talbiet fi flus biss, talbiet kuntrattwali biss eċċ.)?

Il-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas jista’ jintalab mill-kreditur minħabba t-talbiet li ġejjin:

  • talbiet pekunarji jew talbiet għal oġġetti funġibbli fejn it-talba taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti distrettwali;
  • It-trasferiment ta’ propjetà mobbli li d-debitur irċieva bl-obbligu li jirritornaha, jew li hija s-suġġett ta’ pleġġ, jew li ġiet trasferita mid-debitur bl-obbligu li jċedi l-pussess tagħha meta’ t-talba taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti distrettwali.

Barra minn hekk, skont id-dispożizzjoni ċara tal-Artikolu 417 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (CPC), ir-rikorrent jista’ jitlob ukoll il-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas fejn it-talba, irrispettivament mill-ispiża tagħha, tirreferi għal:

  • att amministrattiv fejn id-deċiżjoni għall-eżekuzzjoni taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-qrati ċivili;
  • dokument jew estratt minn kotba tal-kontabbiltà li jistabbilixxu talbiet minn uffiċini tal-gvern, muniċipalitajiet u banek;
  • att, ftehim jew tip ieħor ta’ kuntratt, b’awtentikazzjoni notarili tal-firem li jirreferu għall-obbligi kontenuti fihom għal ħlas ta’ flus jew affarijiet oħra funġibbli, kif ukoll xi obbligi biex tiġi trasferita propjetà partikolari;
  • estratt mir-reġistru tal-pleġġ għal titolu rreġistrat u għall-bidu ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni - rigward it-trasferiment ta’ assi mirhuna;
  • estratt mir-reġistru tar-rahan għal kuntratt ta’ bejgħ irreġistrat li jżomm is-sjieda sakemm jiġi miftiehem prezz, jew ftehim ta’ kiri - rigward ir-ritorn ta’ assi mibjugħa jew mikrija;
  • ftehim ta’ rahan jew att ta’ self ipotekarju skont l-Artikolu 160 u l-Artikolu 173(3) tal-Att dwar l-Obbligi u l-Kuntratti;
  • att validu li jservi ta’ bażi għal talba privata, mill-Istat jew muniċipju meta’ l-eżekuzzjoni tagħha ssir skont il-proċedura prevista fil-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili;
  • avviż ta’ inadempjenza;
  • promissory note, kambjala jew titolu ekwivalenti tagħhom, kif ukoll bond jew kupuni.

Meta r-rikors ikun akkumpanjat minn dokument kif previst mill-Artikolu 417 CPC li tirreferi għalih it-talba, il-kreditur jista’ jitlob lill-qorti sabiex tordna l-eżekuzzjoni b’effett immedjat u biex toħroġ mandat ta’ eżekuzzjoni.

1.1.2 Hemm limitu massimu fir-rigward tal-valur tat-talba?

Meta t-talba tkun ġejja minn xi wieħed mill-atti msemmija mill-Artikolu 417 CPC, ma hemmx limitu massimu f’termini tal-ammont tagħha.

Skont id-dispożizzjonijiet l-oħra dwar talbiet pekunjarji, it-talbiet għal affarijiet funġibbli jew it-trasferiment ta’ propjetà mobbli, ordni ta’ ħlas jista’ jinħareġ biss meta t-talba taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti distrettwali. Il-qorti distrettwali hija responsabbli għat-talbiet fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali bl-ammont tat-talba sa massimu ta’ BGN 25 000 u għat-talbiet kollha għal manteniment, tilwim fuq ix-xogħol u talbiet minħabba avviżi ta’ inadempjenza.

1.1.3 L-użu ta’ dik il-proċedura huwa fakultattiv jew obbligatorju?

L-użu tal-proċedura huwa fakultattiv. Anke jekk jeżistu l-prerekwiżiti għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas, ir-rikorrent mhux obbligat jagħżel dan il-metodu ta’ difiża, iżda jista’ jressaq talba skont il-proċedura għal talbiet ġenerali.

1.1.4 Din il-proċedura hija disponibbli jekk l-intimat jgħix fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz?

Ordni ta’ ħlas ma jinħariġx meta’ d-debitur ma jkollux indirizz permanenti u residenza abitwali, jew sede u post ta’ negozju fit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija.

1.2 Il-qorti kompetenti

Ir-rikors jiġi ppreżentat lill-qorti distrettwali skont l-indirizz permanenti jew is-sede tad-debitur, u l-qorti għandha tliet (3) ijiem biex twettaq verifika uffiċjali tal-ġuriżdizzjoni lokali. Jekk il-qorti tkun tal-fehma li l-każ ma’ jaqax taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha, tibgħatu lill-qorti adattata.

1.3 Ir-rekwiżiti formali

1.3.1 L-użu ta’ formola standard huwa obbligatorju? (jekk iva, minn fejn tista’ tinkiseb din il-formola?)

L-użu tal-formoli tar-rikors approvati mill-Ministeru tal-Ġustizzja huwa obbligatorju. Ir-rikors jikkostitwixxi anness għar-Regolament Nru 6 tal-20 ta’ Frar 2008 dwar l-approvazzjoni ta’ formoli għal ordnijiet ta’ ħlas, rikors għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas u karti oħra marbuta mal-proċedura “ordni għal ħlas” maħruġ mill-Ministeru tal-Ġustizzja.

1.3.2 Jeħtieġ li nkun rappreżentat minn avukat?

Le ir-rappreżentazzjoni mhix obbligatorja.

1.3.3 Kemm trid tkun dettaljata r-raġuni għat-talba?

Ir-rikors għandu jindika ċ-ċirkostanzi li fuqhom hija bbażata t-talba u x’inhi l-essenza tat-talba.

1.3.4 Huwa meħtieġ li tiġi ppreżentata prova bil-miktub fir-rigward tat-talba kkonċernata? Jekk iva, liema dokumenti huma ammissibbli bħala provi?

Mhux meħtieġ li jiġu annessi provi mar-rikors sabiex tiġi stabbilita t-talba. Ir-rikorrent jista’ jehmeż dawn il-provi, madankollu mhux obbligat li jagħmel dan, għaliex il-proċedura hija ntiża biss biex tivverifika jekk it-talba hix fondata jew le. Huwa biżżejjed li r-rikorrent jgħid li hemm raġunijiet għat-talba tiegħu. Jekk id-debitur jikkontesta l-ordni ta’ ħlas, il-verifika tal-eżistenza tat-talba ssir matul il-proċedimenti tagħha. Ir-rikors irid ikun akkumpanjat minn prokura jekk jiġi ppreżentat minn persuna f’isem ir-rikorrent, kif ukoll il-provi tal-ħlas tal-bolla u tal-ispejjeż legali, fejn xieraq.

1.4 Iċ-ċaħda ta’ rikors

Ir-rikors għall-ħruġ ta’ ordni għal ħlas jiġi miċħud fil-każijiet li ġejjin:

  • Meta t-talba ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 410 CPC, jiġifieri ma tirreferix għall-ħlas ta’ flus jew oġġetti funġibbli bi prezz sa massimu ta’ BGN 25 000, jew propjetà mobbli tal-kategorija skont il-Paragrafu 1, punt 2 tal-Artikolu 410 CPC, rispettivament; f’każ fejn ir-rikors ma jissodisfax ukoll ir-rekwiżiti ta’ konformità, allura r-rikors jiġu miċħud mill-ewwel. F’każijiet eċċezzjonali biss, fejn ir-rikorrent ma jużax il-formola approvata għar-rikors, jew juża formola mhux xierqa, il-qorti ttih istruzzjonijiet sabiex jagħmel tajjeb għal din l-irregolarità, u tehmeż il-formola rilevanti (l-Artikolu 425(2) CPC) mal-avviż.
  • meta t-talba toħloq kunflitt mal-liġi jew mal-morali.
  • meta d-debitur ma għandux indirizz permanenti jew sede fit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija, jew meta ma għandux residenza abitwali jew post ta’ negozju fit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija.

1.5 Appell

L-ordni ta’ ħlas mhux suġġett għal appell mill-partijiet, ħlief għall-parti tal-ispejjeż. Ordni li jiċħad, totalment jew parzjalment, ir-rikors jista’ jiġi appellat mir-rikorrent quddiem il-qorti reġjonali rilevanti permezz ta’ appell privat mingħajr is-sottomissjoni ta’ kopja tan-notifika. L-ordni għall-eżekuzzjoni immedjata li toħroġ il-qorti f’każijiet ta’ dokument sottomess skont l-Artikolu 417 CPC wkoll hija soġġetta għal appell. Appell privat kontra l-ordni għall-eżekuzzjoni immedjata għandu jiġu ppreżentat flimkien mal-oġġezzjoni kontra l-ordni ta’ ħlas maħruġ u jista’ jsir biss fuq il-kunsiderazzjonijiet li ħarġu mill-atti skont l-Artikolu 417 CPC.

1.6 Dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Wara l-irċevuta tal-ordni ta’ ħlas mid-debitur, dan tal-aħħar jista’ jippreżenta oġġezzjoni bil-miktub fi żmien ġimgħatejn Oġġezzjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 414 CPC hija kwalukwe ħaġa li minħabba l-kontenut tagħha hija inkompatibbli mal-eżekuzzjoni, kull forma ta’ nuqqas ta’ ftehim, kull dikarazzjoni li mminha huwa ċar li d-debitur mhux lest iħallas. Huwa ddikjarat b’mod ċar li l-oġġezzjoni ma għandhiex bżonn ġustifikazzjoni.

1.7 L-effett tad-dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Meta d-debitur jissottometti oġġezzjoni fil-ħin, il-qorti tavża lir-rikorrent li jista’ jressaq kawża sabiex tiġi ddeterminata l-kawża fi żmien xahar jekk iħallas il-bilanċ tat-taxxa tal-boll dovuta. Jekk ir-rikorrent ma jippreżentax provi li ressaq il-kawża fiż-żmien stabbilit, il-qorti tannulla l-ordni ta’ ħlas, kemm totalment jew dik il-parti li għaliha ma saritx talba.

1.8 L-effett tan-nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

1.8.1 X’jeħtieġ li jsir sabiex tinkiseb deċiżjoni eżekuttiva?

Skont l-Artikolu 416 CPC, jekk ma tipi ppreżentata l-ebda oġġezzjoni fil-ħin, jew l-oġġezzjoni tiġi rtirata, l-ordni ta’ ħlas issir effettiva u fuq il-bażi tagħha l-qorti toħroġ rikors ta’ eżekuzzjoni, li jiġi indikat fl-ordni.

1.8.2 Din id-deċiżjoni tkun finali jew ikun għad fadal il-possibilità li l-intimat jappella minnha?

Fi żmien xahar minn meta jsir jaf bl-ordni ta’ ħlas, id-debitur li ġie mċaħħad mill-possibiltà li jikkontesta t-talba jista’ jippreżenta oġġezzjoni lill-qorti tal-appell jekk:

  • l-ordni ta’ ħlas ma ġietx innotifikata kif xieraq;
  • l-ordni ta’ ħlas ma ġietx innotifikata lilu personalment u ma kellux residenza abitwali fit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija dakinhar tan-notifika
  • ma ġiex infurmat fil-ħin bin-notifika minħabba ċirkostanzi speċjali li ma setgħux jiġu mbassra
  • ma ppreżentax l-oġġezzjoni minħabba ċirkostanzi speċjali li ma setgħux jiġu mbassra u li ma setgħux jiġu megħluba

Is-sottomissjoni ta’ din l-oġġezzjoni ma tissospendix l-eżekuzzjoni tal-ordni, iżda fuq talba tad-debitur u wara l-preżentata tal-garanzija xieraq minn dan tal-aħħar, il-qorti tista’ tissospendi l-eżekuzzjoni.

Il-qorti tilqa’ l-oġġezzjoni jekk ikunu ġew issodisfati l-prerekwiżiti mniżżla hawn fuq. Jekk il-qorti tal-appell tilqa’ l-oġġezzjoni minħabba l-fatt li d-debitur ma għandux indirizz permanenti jew sede fit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija, jew ma għandux residenza abitwali jew post ta’ negozju fit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija, mbagħad tinvalida uffiċjalment l-ordni ta’ ħlas u r-rikors ta’ eżekuzzjoni maħruġ. Inkella, jekk il-qorti tal-appell tilqa’ l-oġġezzjoni, tissospendi l-eżekuzzjoni tal-ordni ta’ ħlas maħruġ u tibgħat il-każ quddiem il-qorti distrettwali fejn torna lir-rikorrent li jista’ jressaq kawża minħabba t-talba tiegħu fi żmien xahar mill-ħlas tal-bilanċ tat-taxxa tal-boll dovuta.

Barra minn hekk, id-debitur jista’ jikkontesta, fi proċedura dwar it-talbiet, it-talba li għaliha nħareġ l-ordni ta’ ħlas jekk jinkixfu fatti ġodda jew provi ġodda bil-miktub ta’ importanza essenzjali għall-kawża li ma setax isir jaf bihom matul il-perjodu rilevanti għall-preżentazzjoni tal-oġġezzjoni, jew li ma setax jikseb fl-istess perjodu ta’ żmien. Il-kawża tista’ titressaq fi żmien tliet xhur mid-data li fiha d-debitur sar jaf biċ-ċirkostanzi l-ġodda, jew mid-data li fiha setgħa jikseb il-provi l-ġodda bil-miktub, iżda mhux aktar tard minn sena mit-tmiem tal-irkupru obbligatorju tat-talba.

L-aħħar aġġornament: 24/07/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Proċedura dwar "l-ordni ta' pagament" - Repubblika Ċeka

1 L-eżistenza ta’ ordni għal proċeduri għall-ħlas

Minbarra l-proċedimenti fuq ordni ta’ ħlas Ewropea rregolati mir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea, hemm tliet tipi oħra ta’ proċeduri bħal dawn fir-Repubblika Ċeka – proċedura tal-ordni ta’ ħlas, proċedura tal-ordni ta’ ħlas elettronika, u proċedura tal-ordni ta’ ħlas b’kambjala jew b’ċekk (dispożizzjonijiet tal-Artikoli 172 sa 175 tal-Att Nru 99/1963, Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (občanský soudní řád)).

1.1 L-ambitu tal-proċedura

Ordni ta’ ħlas tista’ tinħareġ anki mingħajr applikazzjoni espliċita mill-pretendent, fuq il-bażi ta’ rikors li jitlob l-issodisfar ta’ riċevibbli finanzjarju, jekk jirriżulta dan id-dritt mill-fatti ddikjarati u ddokumentati mill-pretendent. Dejjem ikun għad-diskrezzjoni tal-qorti jekk tismax kawża billi toħroġ ordni ta’ ħlas; jekk qorti ma toħroġx ordni ta’ ħlas, din tordna smigħ. Ordni ta’ ħlas ma tistax tinħareġ jekk tkun se tiġi kkonsenjata lil konvenut barra l-pajjiż, jew jekk ma jkunx magħruf fejn qiegħed il-konvenut (dispożizzjonijiet tat-Taqsima 172(2) tal-Att Nru 99/1963, Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Ordni ta’ ħlas elettronika tista’ tinħareġ biss fuq it-talba tal-pretendent, ippreżentata fuq formola elettronika ddeżinjata u ffirmata b’firma elettronika ċċertifikata, dment li r-riċevibbli mitlub ma jaqbiżx il-CZK 1,000,000; l-aċċessorji mhumiex inklużi fl-ammont ta’ riċevibbli. Ordni ta’ ħlas elettronika ma tistax tinħareġ jekk tkun se tiġi kkonsenjata lil konvenut barra l-pajjiż, jew jekk ma jkunx magħruf fejn qiegħed il-konvenut (dispożizzjonijiet tal-Artikolu 174a (3) tal-Att Nru 99/1963, Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Ordni ta’ ħlas b’kambjala jew b’ċekk tista’ tagħti drittijiet li jirriżultaw minn kambjala jew minn ċekk. Dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti formali, qorti tkun obbligata tieħu deċiżjoni fi proċeduri mħaffa billi toħroġ ordni ta’ ħlas b’kambjala (b’ċekk). Ordni ta’ ħlas b’kambjala jew b’ċekk tista’ tinħareġ biss fuq l-inizjattiva tal-pretendent, u tista’ tinħareġ anki jekk se tingħata barra l-pajjiż. Ordni ta’ ħlas b’kambjala jew b’ċekk tista’ tiġi nnotifikata lill-konvenut b’mod personali biss; formoli sostituti ta’ notifika huma esklużi.

L-iskop tat-tnedija ta’ proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea hu li tiġbor riċevibbli finanzjarji mhux ikkontestati ta’ ċertu ammont. Riċevibbli finanzjarji mhux ikkontestati jridu jkunu dovuti biex jitħallsu fi żmien il-preżentata ta’ rikors għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea. Il-Formola A trid timtela biex jiġi ppreżentat rikors, u fiha tingħata l-informazzjoni kollha dwar il-partijiet u dwar in-natura u l-ammont tat-talba. Il-qorti se tirrieżamina l-applikazzjoni u, jekk il-formola tkun imtliet kif suppost, jenħtieġ li toħroġ ordni ta’ ħlas Ewropea fi żmien 30 jum.

1.1.1 Liema talbiet huma eliġibbli (pereżempju talbiet fi flus biss, talbiet kuntrattwali biss eċċ.)?

Deċiżjonijiet fil-forma ta’ ordni ta’ ħlas, ta’ ordni ta’ ħlas elettronika, jew ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea jistgħu jittieħdu biss fir-rigward ta’ riċevibbli finanzjarji.

Ordni ta’ ħlas b’kambjala jew b’ċekk tista’ tinħareġ biss fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta’ obbligi finanzjarji li jirriżultaw minn kambjala jew minn ċekk.

1.1.2 Hemm limitu massimu fir-rigward tal-valur tat-talba?

Limitu massimu ta’ CZK 1,000,000 (flimkien ma’ aċċessorji) japplika fil-każ ta’ ordni ta’ ħlas elettronika; ma hemm ebda limitu massimu għal ordni ta’ ħlas Ewropea jew għal ordni ta’ ħlas b’kambjala (b’ċekk).

1.1.3 L-użu ta’ dik il-proċedura huwa fakultattiv jew obbligatorju?

Il-proċedura għal ordni ta’ ħlas mhix obbligatorja; pretendent jista’ jitlob ir-riċevibbli finanzjarju tiegħu permezz tal-proċedura ċivili regolari. Madankollu, jekk pretendent jippreżenta rikors “ordinarju” u r-riċevibbli mitlub fih jissodisfa r-rekwiżiti għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas, il-qorti tista’ toħroġ ordni ta’ ħlas anki jekk il-pretendent ma jkunx applika għaliha b’mod espliċitu. Ordni ta’ ħlas elettronika, ordni ta’ ħlas Ewropea u ordni ta’ ħlas b’kambjala (b’ċekk) tista’ tinħareġ biss bit-talba tal-pretendent.

1.1.4 Din il-proċedura hija disponibbli jekk l-intimat jgħix fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz?

Ordni ta’ ħlas jew ordni ta’ ħlas elettronika ma tistax tinħareġ jekk tkun se tiġi eżegwita fil-konfront ta’ konvenut barra l-pajjiż. F’dak il-każ, il-qorti tmexxi l-proċedimenti f’konformità mar-regoli tal-proċedura ċivili regolari.

Jekk ordni ta’ ħlas Ewropea maħruġa minn qorti Ċeka jew minn qorti ta’ Stat Membru ieħor tkun se tiġi eżegwita fir-Repubblika Ċeka, din trid tiġi nnotifikata lill-konvenut b’mod personali; forom sostituti ta’ notifika mhumiex permessi (dispożizzjonijiet tat-Taqsima 174b(1) tal-Att Nru 99/1963, Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

1.2 Il-qorti kompetenti

Deċiżjoni dwar ordni ta’ ħlas jew ordni ta’ ħlas elettronika tittieħed mill-qorti distrettwali (okresní soud) li jkollha ġurisdizzjoni territorjali. Deċiżjoni dwar ordni ta’ ħlas b’kambjala (b’ċekk) dejjem tittieħed minn qorti reġjonali (krajský soud) (dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 tal-Att Nru 99/1963, Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Sabiex wieħed jara għandux locus standi biex jippreżenta rikors għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea, ara l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea.

1.3 Ir-rekwiżiti formali

Ma hemm ebda formola disponibbli għal rikors għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas jew ta’ ordni ta’ ħlas b’kambjala (b’ċekk).

Qorti tista’ toħroġ ordni ta’ ħlas mingħajr applikazzjoni espliċita mill-pretendent; din ma tapplikax għal ordnijiet ta’ ħlas elettroniċi u għal ordnijiet ta’ ħlas b’kambjala jew b’ċekk.

Għalhekk, rikors, jew applikazzjoni għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas jew ta’ ordni ta’ ħlas b’kambjala jew b’ċekk, iridu jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali għal preżentata quddiem qorti – jekk il-liġi ma tkun teħtieġ ebda dettall ieħor għal preżentata ta’ ċertu tip, tal-inqas dawn li ġejjin iridu jkunu evidenti minn preżentata: il-qorti li lilha hi indirizzata, il-persuna li qed tippreżentaha, il-materja relatata u x’inhu qed jitfittex, u din il-preżentata trid tkun iffirmata u datata. L-obbligu ta’ ffirmar u ta’ datazzjoni ma japplikax għal preżentati f’forma elettronika f’format konformi ma’ dispożizzjonijiet speċifiċi. Preżentata trid issir bil-miktub, u tista’ tiġi ppreżentata fuq karta jew inkella f’forma elettronika permezz ta’ netwerk pubbliku ta’ data jew b’fax (dispożizzjonijiet tat-Taqsima 42(1) u (4) tal-Att Nru 99/1963, Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Preżentata li ssir f’forma elettronika jew b’fax trid tiġi ssupplimentata mill-oriġinali fi żmien tlett ijiem, jew bi preżentata bil-miktub bl-istess test. Dan ma japplikax għal preżentati elettroniċi li fuqhom ikun hemm firma elettronika ċċertifikata bbażata fuq ċertifikat iċċertifikat maħruġ minn fornitur akkreditat (dispożizzjonijiet tat-Taqsima 42(3) tal-Att Nru 99/1963, Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Applikazzjoni għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas elettronika tista’ tiġi ppreżentata biss fuq formola prestabbilita f’format elettroniku (il-formola hi disponibbli fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.justice.cz/). Minbarra r-rekwiżiti ġenerali (dispożizzjonijiet tal-Artikolu 42(4) tal-Att Nru 99/1963, Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), l-applikazzjoni trid tiddikjara wkoll l-ismijiet, il-kunjomijiet, u l-indirizzi tal-partijiet, u n-numri tal-identifikazzjoni personali jew in-numri tal-identifikazzjoni (skont il-każ) tal-partijiet (l-isem tal-kumpanija jew l-isem u l-uffiċċju reġistrat ta’ entità ġuridika, in-numru tal-identifikazzjoni, id-deżinjazzjoni ta’ stat u tal-unità organizzazzjonali rilevanti tal-istat li tirrappreżenta lill-istat fil-qorti) kif ukoll, jekk rilevanti, l-ismijiet tar-rappreżentanti tagħhom, rappreżentazzjoni ta’ fatti deċiżivi, u d-deżinjazzjoni tal-prova li jipproponi l-pretendent, u l-iċċarar ta’ x’inhu jfittex il-pretendent (dispożizzjonijiet tal-Artikolu 79(1) tal-Att Nru 99/1963, Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Applikazzjoni trid tiddikjara wkoll id-data tat-twelid ta’ individwu, in-numru tal-identifikazzjoni ta’ entità ġuridika jew l-identifikazzjoni ta’ individwu involut f’negozju (dispożizzjonijiet tat-Taqsima 174a(2) tal-Att Nru 99/1963, Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Applikazzjoni trid tkun iffirmata b'firma elettronika ċċertifikata tal-pretendent fuq il-bażi ta' ċertifikat iċċertifikat maħruġ minn fornitur iċċertifikat.

Biex tiġi ppreżentata applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea, trid timtela l-formola A pprovduta fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006. Fil-formola trid tiġi pprovduta l-informazzjoni kollha dwar il-partijiet u n-natura u l-ammont tat-talba.

1.3.1 L-użu ta’ formola standard huwa obbligatorju? (jekk iva, minn fejn tista’ tinkiseb din il-formola?)

Fil-każ ta’ ordni ta’ ħlas elettronika biss. Il-formola elettronika hi disponibbli fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.justice.cz/. Applikazzjoni trid tkun iffirmata b'firma elettronika ċċertifikata tal-pretendent fuq il-bażi ta’ ċertifikat iċċertifikat maħruġ minn fornitur iċċertifikat. (dispożizzjonijiet tat-Taqsima 174a tal-Att Nru 99/1963, Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Għar-rekwiżiti formali għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea, ara aktar ’il fuq, it-Taqsima 1.3.

1.3.2 Jeħtieġ li nkun rappreżentat minn avukat?

Le.

1.3.3 Kemm trid tkun dettaljata r-raġuni għat-talba?

Ordni ta’ ħlas jew ordni ta’ ħlas elettronika tista’ tinħareġ biss jekk id-dritt mitlub jirriżulta mill-fatti ddikjarati u ddokumentati mill-pretendent (ara t-Taqsima 1.3.4.). Il-konklużjoni li d-dritt mitlub jirriżulta mill-fatti asseriti mill-pretendent tassumi rappreżentazzjoni tal-fatti deċiżivi sostnuti b’mod suffiċjenti bi prova li hi ċara u li tippermetti lill-qorti tagħmel eżami legali tal-fatti tal-każ asseriti mill-pretendent. Iċ-ċirkustanzi tal-każ iridu jiġu asseriti fis-sħuħija tagħhom biex ikun possibbli li jiġi evalwat liema dritt ġuridiku qed jintalab (liema regolament ġuridiku għandu jiġi applikat); u, barra minn hekk, il-pretendent jeħtieġlu jasserixxi l-fatti kollha li magħhom ir-regolament jorbot il-ħolqien, it-tibdil jew il-waqfien tad-drittijiet u tal-obbligi, li lkoll iridu jkunu sostnuti kif xieraq bi provi.

Fi proċedura dwar il-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas b’kambjala jew b’ċekk, hu meħtieġ li l-pretendent jippreżenta l-kambjala jew iċ-ċekk oriġinali, li l-awtentiċità tagħhom ma jkunx hemm dubji raġonevoli dwarha, u dokumenti oħra meħtieġa għall-eżerċizzju tad-dritt.

1.3.4 Huwa meħtieġ li tiġi ppreżentata prova bil-miktub fir-rigward tat-talba kkonċernata? Jekk iva, liema dokumenti huma ammissibbli bħala provi?

Iva. Hekk kif tissuġġerixxi n-natura tal-proċeduri, trid tiġi ppreżentata evidenza dokumentarja li tiddokumenta d-dritt mitlub mir-rikorrent. Fil-każ ta’ applikazzjoni għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas elettronika, l-evidenza dokumentarja trid tkun mehmuża f’formola elettronika. Il-kambjala jew iċ-ċekk oriġinali jridu jkunu mehmuża ma’ applikazzjoni għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas b’kambjala (b’ċekk). Id-dritt tal-pretendent li jippreżenta diversi mezzi ta’ prova bl-ebda mod ma hu ristrett f’termini tal-ambitu.

1.4 Iċ-ċaħda ta’ rikors

Jekk ordni ta’ ħlas ma tkunx tista’ tinħareġ, il-qorti ma tiċħadx l-applikazzjoni għall-ħruġ tagħha, iżda timxi f’konformità mar-regoli ta’ proċedura ċivili (b’mod partikolari, tordna smigħ). Ordni ta’ ħlas ma tistax tinħareġ jekk pretendent ma jitlobx riċevibbli finanzjarju, jekk ma jkunx magħruf fejn qiegħed il-pretendent, jew jekk l-ordni ta’ ħlas tkun se tiġi eżegwita fil-konfront ta’ konvenut barra l-pajjiż.

Qorti tiċħad applikazzjoni għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas elettronika jekk din ma jkunx fiha d-dettalji kollha meħtieġa mil-liġi jew jekk ma tkunx tinftiehem jew tkun ambigwa u t-tali difetti jagħmluha impossibbli li jitkomplew il-proċedimenti. F’dan il-każ, il-qorti ma tistidinx lill-pretendent biex jikkoreġi jew jissupplimenta s-sottomissjoni tiegħu.

Jekk applikazzjoni għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas b’kambjala jew b’ċekk ma tkunx tista’ tintlaqa’, il-qorti tordna smigħ.

1.5 Appell

Qorti ma toħroġx deċiżjoni li tannulla ordni ta’ ħlas, ordni ta’ ħlas elettronika jew ordni ta’ ħlas b’kambjala (b’ċekk); għaldaqstant, il-kwistjoni ta’ appell kontra ordni ta’ ħlas miċħuda mhix rilevanti.

1.6 Dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Tista’ tiġi ppreżentata dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni biex tiġi kkontestata ordni ta’ ħlas jew ordni ta’ ħlas elettronika. Il-konvenut jista’ jippreżenta dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni fi żmien 15-il jum min-notifika ta’ ordni ta’ ħlas jew ta’ ordni ta’ ħlas elettronika. Dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni li tikkontesta ordni ta’ ħlas elettronika tista’ tiġi ppreżentata wkoll fuq formola elettronika ffirmata b’firma elettronika ċċertifikata. Dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni ma jkollhiex bżonn tkun sostnuta b’motivazzjonijiet, iżda jinħtieġ li tissodisfa r-rekwiżiti ġenerali għal preżentata quddiem il-qorti, jiġifieri, b’mod partikolari, trid tkun iffirmata u datata, u jinħtieġ li jkun evidenti mill-preżentata lil liema qorti tkun indirizzata, min qed jagħmilha, ma’ liema materja hi relatata, u x’inhu mfittex

Jistgħu jiġu ppreżentati oġġezzjonijiet fil-kontestazzjoni ta’ ordni ta’ ħlas b’kambjala (b’ċekk), fi żmien 15-il jum min-notifika ta’ din. Fl-oġġezzjonijiet tiegħu, il-konvenut jeħtieġlu jiddikjara dak kollu li joġġezzjona għalih dwar l-ordni ta’ ħlas b’kambjala (b’ċekk).

Fil-proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea, il-konvenut jista’ jew iħallas l-ammont mitlub jew jikkontesta t-talba fi żmien 30 jum, billi jippreżenta dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni quddiem il-qorti li tkun ħarġet l-ordni ta’ ħlas Ewropea; biex jippreżenta dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni, dan juża l-Formola F stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006. Imbagħad il-każ jingħadda lill-qrati ċivili ordinarji u jiġi ttrattat f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali.

1.7 L-effett tad-dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Jekk anki konvenut wieħed biss jippreżenta dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni fiż-żmien allokat, l-ordni ta’ ħlas jew l-ordni ta’ ħlas elettronika tiġi annullata fis-sħuħija tagħha, il-qorti tordna smigħ, u l-proċedura tipproċedi f’konformità mar-regoli regolari tal-proċedura ċivili.

Jekk konvenut jippreżenta oġġezzjonijiet kontra ordni ta’ ħlas b’kambjala (b’ċekk) fiż-żmien allokat, il-qorti tordna wkoll smigħ biex tiddelibera dwarhom. Skont l-eżitu tal-proċedura dwar l-oġġezzjonijiet, il-qorti se tiddeċiedi permezz ta’ sentenza, li jew tikkonferma l-ordni ta’ ħlas b’kambjala (b’ċekk) (jinstab li l-oġġezzjonijiet huma mingħajr bażi), jew li tannullaha f’parti minnha jew fis-sħuħija tagħha permezz tas-sentenza tagħha (jinstab li l-oġġezzjonijiet għandhom bażi f’parti minnhom jew fis-sħuħija tagħhom). Din is-sentenza tista’ tiġi appellata. Għall-kuntrarju ta’ dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni ppreżentata kontra ordni ta’ ħlas jew ordni ta’ ħlas elettronika, ordni ta’ ħlas b’kambjala (b’ċekk) ma tiġix annullata mas-sottomissjoni ta’ oġġezzjonijiet.

1.8 L-effett tan-nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Ordni ta’ ħlas, ordni ta’ ħlas elettronika u ordni ta’ ħlas Ewropea li ma jkunux ġew ikkontestati b’dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni għandhom l-effett ta’ sentenza li tista’ tkun infurzata. Jekk il-konvenut jonqos milli jippreżenta, jew inkella dan jirtira, oġġezzjonijiet kontra ordni ta’ ħlas b’kambjala (b’ċekk), dawn ukoll għandhom l-effett ta’ sentenza li tista’ tkun infurzata.

1.8.1 X’jeħtieġ li jsir sabiex tinkiseb deċiżjoni eżekuttiva?

Wara talba, qorti se tehmeż klawżola tal-effett legali u tal-eżegwibilità ma’ ordni ta’ ħlas, ma’ ordni ta’ ħlas elettronika, jew ma’ ordni ta’ ħlas b’kambjala (b’ċekk). Ordni ta’ ħlas bi klawżoli bħal dawn tikkostitwixxi titolu eżekuttiv.

Fi proċeduri rigward ordni ta’ ħlas Ewropea, jekk il-konvenut jonqos milli jippreżenta dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni sal-iskadenza stabbilita, l-ordni ta’ ħlas Ewropea jsir eżegwibbli b’mod awtomatiku. L-eżekuzzjoni sseħħ f’konformità mar-regoli u mal-proċeduri nazzjonali tal-Istat Membru li fih għandha tiġi eżegwita l-ordni ta’ ħlas Ewropea.

1.8.2 Din id-deċiżjoni tkun finali jew ikun għad fadal il-possibilità li l-intimat jappella minnha?

Ma hemm ebda mezz regolari ta’ rimedji disponibbli biex tiġi kkontestata ordni ta’ ħlas, ordni ta’ ħlas elettronika jew ordni ta’ ħlas b’kambjala (b’ċekk) li kontriha ma jkunux ġew ippreżentati dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni jew oġġezzjonijiet u li jkollha l-effett ta’ sentenza li tista’ tkun infurzata. F’każijiet speċifikati mil-liġi, il-konvenut jista’ juża biss mezzi straordinarji ta’ rimedju, rikors għal konfużjoni, u fil-każ ta’ ordni ta’ ħlas li tista’ tkun infurzata anki rikors għat-tiġdid tal-proċeduri (dispożizzjonijiet tat-Taqsima 228(2) u tat-Taqsima 229(2) tal-Att Nru 99/1963, Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Wara li jiskadi l-perjodu ta’ 30 jum stabbilit għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni kontra ordni ta’ ħlas Ewropea mingħajr ma tiġi ppreżentata t-tali dikjarazzjoni, il-konvenut jista’ jitlob rieżami ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006. Il-ġurisdizzjoni fi proċeduri li jikkonċernaw applikazzjoni għar-rieżami ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea tappartjeni għall-qorti li tkun ħarġitha. Applikazzjoni għar-rieżami ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea hi l-uniku mezz ta’ rimedju li l-konvenut ikollu kontra ordni ta’ ħlas Ewropea li tista’ tiġi infurzata fl-istat fejn tkun inħarġet l-ordni ta’ ħlas. Deċiżjoni (sentenza) li tikkonċerna l-applikazzjoni għal rieżami ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea tingħata kemm lill-pretendent kif ukoll lill-konvenut (dispożizzjonijiet tal-Artikolu 174b(2) u (3) tal-Att Nru 99/1963, Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.justice.cz/

L-aħħar aġġornament: 15/06/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Proċedura dwar "l-ordni ta' pagament" - Ġermanja

1 L-eżistenza ta’ ordni għal proċeduri għall-ħlas

1.1 L-ambitu tal-proċedura

Iva. Ir-regoli tal-proċedura ċivili jipprovdu għal proċedura għal ordni ta' ħlas (Mahnverfahren) sabiex jiġu mħallsa talbiet għal flus li mhux neċessarjament huma kontestati. Din il-proċedura hija regolata mit-Taqsimiet 688 et seq. tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Zivilprozessordnung).

1.1.1 Liema talbiet huma eliġibbli (pereżempju talbiet fi flus biss, talbiet kuntrattwali biss eċċ.)?

Din il-proċedura ġeneralment tista' tintuża meta t-talba tkun għall-ħlas ta' somma fissa ta' flus f'EUR.

Madankollu, ma tistax tintuża f'dawn il-każijiet:

  • għal talbiet ġejjin minn ftehim ta' kreditu lill-konsumatur b'rata ta' interess ta' 12% aktar mir-rata bażika,
  • talbiet li jiddependu fuq it-twettiq ta' obbligi li għad iridu jitwettqu,
  • jekk l-ordni ta' ħlas ikollu jiġi nnotifikat permezz ta' avviż ippubblikat għaliex l-indirizz tal-konvenut mhux magħruf.

1.1.2 Hemm limitu massimu fir-rigward tal-valur tat-talba?

Mhemmx livell massimu għas-somma li tista' tintalab.

1.1.3 L-użu ta’ dik il-proċedura huwa fakultattiv jew obbligatorju?

L-użu tal-proċedura tal-ordni ta' ħlas mill-kreditur mhix obbligatorja. Il-kreditur jista' jagħżel bejn din il-proċedura u l-proċedimenti ordinarji.

1.1.4 Din il-proċedura hija disponibbli jekk l-intimat jgħix fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz?

Fil-prinċipju, il-proċedura ta' ordni ta' ħlas Ġermaniża tista' tintuża wkoll jekk il-konvenut huwa residenti fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz. Madankollu, għandu jiġi nnutat illi t-Taqsima 688(3) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Ġermaniż jistipula illi f'każijiet fejn l-ordni ta' ħlas irid jiġi nnotifikat barra l-pajjiż, il-proċedura għall-ordni ta' ħlas tista' tintuża biss jekk jiġi hekk provvdut fl-Att dwar it-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi (Anerkennungs- und Vollstreckungsausführungsgesetz). Attwalment, dan jinkludi l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera.

1.2 Il-qorti kompetenti

Il-ġuriżdizzjoni esklussiva għall-proċedura ta' ordni ta' ħlas hija tal-qorti lokali (Amtsgericht) li għandha l-ġuriżdizzjoni ordinarja fuq ir-rikorrent. Dan jiġi determinat mill-post ta' residenza tiegħu jew, f'każ ta' entità ġuridika, mill-uffiċċju reġistrat tagħha. Madankollu, ħafna mill-Istati federali tal-Ġermanja waqqfu qrati ċentrali għall-kawżi dwar ordnijiet ta' ħlas (Mahngerichte) (bħal pereżempju l-qorti lokali ta' Wedding f'Berlin). Dan ifisser illi l-ġuriżdizzjoni għall-proċedimenti ta' ordni ta' ħlas ikkonċentrat ruħha f'numru ta' qrati lokali jew anke f'qorti lokali waħda f'dak l-istat. F'dawn il-każijiet il-post ta' ġuriżdizzjoni ordinarja tar-rikorrent hija fil-qorti ċentrali tal-ordni ta' ħlas li għandha ġuriżdizzjoni fil-post ta' residenza tiegħu.

Jekk ir-rikorrent m'għandux post ta' ġuriżdizzjoni ordinarja fil-Ġermanja, il-qorti lokali ta' Wedding f'Berlin għandha l-ġuriżdizzjoni esklussiva. Jekk il-konvenut m'għandux post ta' ġuriżdizzjoni ordinarja fil-Ġermanja, il-ġuriżdizzjoni hija tal-qorti lokali li kieku jkollha ġuriżdizzjoni għat-tilwima irrispettivament minn kull distinzjoni bejn ġuriżdizzjonijiet minħabba s-suġġett (ġeneralment il-qrati lokali għandhom ġuriżdizzjoni biss sa EUR 5 000). Hawnhekk ukoll jista' jkun hemm qrati ċentrali għall-ordnijiet ta' ħlas f'xi stati federali.

1.3 Ir-rekwiżiti formali

1.3.1 L-użu ta’ formola standard huwa obbligatorju? (jekk iva, minn fejn tista’ tinkiseb din il-formola?)

L-użu ta' formola stampata minn qabel huwa obbligatorju. Hemm diversi formoli stampati minn qabel għall-proċedura awtomatizzata ta' ordni ta' ħlas u għall-proċedura ta' ordni ta' ħlas manwali.

Il-proċeduri għal ordni ta' ħlas huma awtomatizzati f'ħafna stati federali. Hawnhekk l-applikazzjonijiet jistgħu isiru jew fuq formoli stampati minn qabel jew bl-iskambju elettroniku tad-dejta. Numru ta' fornituri tas-software joffru programmi tas-software għall-preżentazzjoni elettronika tal-applikazzjonijiet fi proċeduri awtomatizzati ta' ordni ta' ħlas. F'xi qrati lokali jistgħu isiru wkoll applikazzjonijiet onlajn fuq l-internet.

Il-formoli stampati minn qabel għall-proċeduri awtomatizzati u manwali ta' ordnijiet ta' ħlas jistgħu jinxtraw mingħand tal-gazzetti.

1.3.2 Jeħtieġ li nkun rappreżentat minn avukat?

Le, mhix meħtieġa r-rappreżentanza legali.

1.3.3 Kemm trid tkun dettaljata r-raġuni għat-talba?

Ir-raġunijiet li fuqhom hija bbażata t-talba mhemmx għalfejn jiġu mfissra fid-dettal. Kull ma hu meħtieġ hija dikjarazzjoni fil-qosor tat-talba u l-ammont speċifiku ta' flus mitlub. Dan isir billi jimtlew il-kaxex fil-formola stampata minn qabel għall-proċedura ta' ordni ta' ħlas. It-talbiet prinċipali u sekondarji jridu jitniżżlu separatament.

1.3.4 Huwa meħtieġ li tiġi ppreżentata prova bil-miktub fir-rigward tat-talba kkonċernata? Jekk iva, liema dokumenti huma ammissibbli bħala provi?

Mhemmx għalfejn jiġu preżentati provi dokumentarji għat-talbiet.

1.4 Iċ-ċaħda ta’ rikors

Ir-rikors għal ordni ta' ħlas jiġi miċħud jekk il-proċedura ta' ordni ta' ħlas mhix ammissibbli, jekk il-qorti li quddiemha titressaq it-talba ma għandhiex ġuriżdizzjoni, jew jekk ir-rikors għall-ħlas mhux konformi mar-rekwiżiti formali. Ir-rikors jiġi miċħud ukoll jekk l-ordni ta' ħlas jista' jinħareġ biss għal parti mit-talba. Ir-rikorrent għandu jinstema' qabel ma jiġi miċħud l-ordni.

Il-qorti ma għandhiex għalfejn teżamina jekk it-talba hix ġustifikata qabel ma tagħti l-ordni ta' ħlas.

1.5 Appell

Ġeneralment mhemmx appell minn ordni ta' ħlas miċħud. Oġġezzjoni immedjata (sofortige Beschwerde) hija possibbli biss jekk ir-rikors kien ġie trażmess biss f'forma li tinqara elettronikament u ġie miċħud għaliex il-qorti dehrilha li ma kienx adattat għas-sistema ta' pproċessar elettroniku tagħha; madankollu, fil-prattika din ir-regola mhix ta' importanza kbira.

1.6 Dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Jekk l-ordni ta' ħlas ingħata u ġie nnotifikat lill-konvenut, huwa għandu ġimagħtejn biex jopponi. Madankollu, oġġezzjoni tibqa' valida anke wara din l-iskadenza, sakemm ma jkunx inħareġ ordni ta' eżekuzzjoni.

Meta l-ordni ta' ħlas jiġi nnotifikat, il-konvenut jirċievi formola stampata minn qabel li juża biex joġġezzjona. L-użu ta' din il-formola stampata minn qabel, madankollu, mhux obbligatorju. Dan ifisser illi oġġezzjoni tista' ssir f'forma oħra; l-uniku rekwiżit formali huwa li trid tkun bil-miktub.

1.7 L-effett tad-dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Jekk il-konvenut joġġezzjoni fil-ħin, ma jistax jinħareġ ordni għall-eżekuzzjoni, u t-talba fl-ordni ta' ħlas ma tistax tiġi eżegwita. Madankollu, il-każ ma jiġix trattat awtomatikament permezz tal-litigazzjoni ordinarja. Dan ikun jeħtieġ rikors espress għal proċedimenti ordinarji, li jista' jsir jew mir-rikorrent jew mill-konvenut fil-proċedura ta' ordni ta' ħlas. Ir-rikorrent jista' jagħżel li jippreżenta dan ir-rikors meta jsir jaf bl-oġġezzjoni, u jista' jehmżu wkoll mal-ordni ta' ħlas innifsu bħala miżura kawtelatorja.

1.8 L-effett tan-nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

1.8.1 X’jeħtieġ li jsir sabiex tinkiseb deċiżjoni eżekuttiva?

Il-qorti mbagħad, fuq talba tal-partijiet, toħroġ ordni għall-eżekuzzjoni. Ir-rikors ma jistax isir qabel ma jispiċċa ż-żmien imħolli għall-oġġezzjoni; għandu jkun fih dikjarazzjoni ta' liema pagamenti, jekk ikun hemm, saru fir-rigward tal-ordni ta' ħlas. Jekk ikunu sar ħlas parzjali, ir-rikorrent irid inaqqas l-ammont mitlub skont il-każ.

1.8.2 Din id-deċiżjoni tkun finali jew ikun għad fadal il-possibilità li l-intimat jappella minnha?

L-ordni għall-eżekuzzjoni huwa ekwivalenti għal sentenza provviżorjament eżegwibbli. Oġġezzjoni tista' ssir fi żmien ġimgħatejn wara n-notifika.

L-aħħar aġġornament: 18/06/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Proċedura dwar "l-ordni ta' pagament" - Irlanda

1 L-eżistenza ta’ ordni għal proċeduri għall-ħlas

Ma hemm ebda proċedura tal-“ordni ta’ ħlas” speċifika fl-Irlanda iżda attur li għandu jitħallas ammont speċifiku ta’ flus jew li t-talba tiegħu tkun faċilment kwantifikabbli jista’ jirċievi sentenza f’kontumaċja.

1.1 L-ambitu tal-proċedura

Jekk il-konvenut jonqos milli jidher jew milli jiddefendi ruħu kontra t-talba tal-attur, l-attur jista’ jikseb sentenza f’kontumaċja. Meta t-talba oriġinali tkun għal somma likwidata jew definita, is-sentenza finali tista’ tiġi rreġistrata fl-Uffiċċju Ċentrali tal-Qorti Superjuri jew fl-Uffiċċju tal-Qorti Ċirkwit, skont l-ammont tat-talba (ħlief f’numru żgħir ta’ każijiet, pereż. kwistjonijiet relatati ma’ self ta’ flus, f’liema każ l-attur jeħtieġlu jagħmel applikazzjoni għal sentenza f’kontumaċja jew jikseb il-permess mingħand il-qorti biex is-sentenza tiġi rreġistrata favurih). Fi kliem ieħor, f’ħafna każijiet ċari ta’ ġbir tad-dejn, l-attur/il-pretendent jista’ jikseb sentenza f’kontumaċja bla ma jkollu jitla' l-qorti u jista’ jikseb is-sentenza mingħand l-uffiċċju rilevanti tal-qorti permezz ta’ proċedura amministrattiva.

Jekk it-talba ma tkunx għal somma definita ta’ flus, l-attur jeħtieġlu jitlob lill-qorti għal sentenza u s-sentenza ma tkunx tista’ tinkiseb b’xi mod ieħor ħlief billi jitla' l-qorti.

1.1.1 Liema talbiet huma eliġibbli (pereżempju talbiet fi flus biss, talbiet kuntrattwali biss eċċ.)?

Sentenza tista’ tinkiseb f’kontumaċja kważi f’kull tip ta’ każ. Din il-proċedura mhix limitata għal talbiet kuntrattwali jew pekunarji, għad li s-sistema hi saħansitra aktar sempliċi għal dawn il-każijiet. L-eċċezzjonijiet ewlenin jinkludu kwistjonijiet relatati ma’ self ta’ flus.

1.1.2 Hemm limitu massimu fir-rigward tal-valur tat-talba?

Le.

1.1.3 L-użu ta’ dik il-proċedura huwa fakultattiv jew obbligatorju?

L-użu tal-proċedura hu fakultattiv, peress li l-attur jeħtieġlu jieħu ċerti passi qabel ma jkun jista’ jirċievi sentenza f’kontumaċja: pereżempju l-preżentazzjoni tal-karti neċessarji fl-uffiċċju tal-qorti rilevanti jew il-ħruġ jew in-notifika ta’ avviż ta’ mozzjoni u ta’ affidavit lill-konvenut. Meta konvenut jonqos jew jirrifjuta milli jwieġeb għal talba ta’ attur u jekk l-attur ma jfittixx is-sentenza fi proċedura ta’ kontumaċja, l-unika alternattiva għall-attur tkun li jirtira t-talba.

1.1.4 Din il-proċedura hija disponibbli jekk l-intimat jgħix fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz?

Soġġetta għal ftehimiet bejn pajjiżi dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi bejn l-Irlanda u Stati Membri oħra (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali issa ssostitwit mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1215/2012), jew għal ftehimiet simili li jsiru ma’ pajjiżi terzi, il-proċedura hi disponibbli jekk il-konvenut ikun jgħix f’ġurisdizzjoni oħra. Meta l-konvenut ikun jirrisjedi barra mill-ġurisdizzjoni, l-attur jeħtieġlu jiżgura li l-konvenut jiġi nnotifikat kif xieraq f’konformità mar-regoli rilevanti tal-qorti li japplikaw għan-notifika barra mill-ġurisdizzjoni. Jekk konvenut li jirrisjedi f’ġurisdizzjoni oħra jonqos milli jidher jew milli jiddefendi kontra t-talba, l-attur jista’ japplika quddiem qorti għal sentenza f’kontumaċja bħalma jsir normalment.

1.2 Il-qorti kompetenti

Il-qorti kompetenti tiddependi min-natura jew mill-ammont tat-talba involuta. Jenħtieġ li l-attur japplika quddiem il-qorti fejn ikun nieda l-proċeduri u li l-qorti tkun f’pożizzjoni li tiżgura jekk il-konvenut deherx jew iddefendiex kontra t-talba u jekk skadiex iż-żmien biex jagħmel dan. Jekk l-ammont tat-talba jkun ta' anqas minn €75,000 (€60,000 għal rikorsi dwar danni personali), l-attur ikun jista’ jippreżenta t-talba tiegħu fil-Qorti Ċirkwit. Jekk l-ammont ikun akbar, it-talba trid tiġi ppreżentata quddiem il-Qorti Superjuri. Jekk l-ammont tat-talba jkun anqas minn €15,000, it-talba trid tiġi ppreżentata quddiem il-Qorti Distrettwali. Jekk it-talba jkollha valur ta’ anqas minn €2,000, it-talba tista’ tiġi ppreżentata fil-proċedura għal Talbiet Żgħar.

1.3 Ir-rekwiżiti formali

L-attur jeħtieġlu jiżgura li jsegwi l-proċeduri t-tajba kif stabbiliti mir-regoli tal-qorti. Jeħtieġlu jinnotifika lill-konvenut bil-proċeduri. Jekk il-konvenut jonqos milli jidher jew milli jiddefendi kontra t-talba, l-attur ikun jista’ jitlob sentenza f’kontumaċja. Jekk it-talba tkun għal somma likwidata, kulma jkollu jagħmel l-attur hu li jkun għamel it-talba jew id-domanda għal ħlas u ladarba din issir, ġeneralment l-attur ikun intitolat għal sentenza mir-reġistru tal-qorti rilevanti mingħajr il-bżonn ta’ ordni tal-qorti jew ta’ rikors quddiem imħallef. Il-persunal rilevanti tal-uffiċċju tal-qorti involuta mbagħad jikkontrolla biex jara jekk il-konvenut irrikonoxxiex it-talba, jekk it-termini perentorji biex jagħmel hekk skadewx u li l-attur ikun ipprovda lill-uffiċċju bl-evidenza neċessarja bħal affidavit ta’ notifika u affidavit ta’ dejn li jispeċifika s-somma li fil-fatt tkun dovuta f’dak iż-żmien.

Jekk it-talba tkun għal ammont mhux speċifikat jew jekk it-talba ma tkunx kwantifikabbli minnufih, l-attur jeħtieġlu jagħmel applikazzjoni quddiem il-qorti għal sentenza f’kontumaċja.

1.3.1 L-użu ta’ formola standard huwa obbligatorju? (jekk iva, minn fejn tista’ tinkiseb din il-formola?)

Iva. Fil-Qorti Superjuri, ir-Regola rilevanti għas-sentenza f’nuqqas ta’ dehra hi l-Ordni 13 tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegoli tal-Qrati Superjuri 1986 kif emendati u għas-sentenza f’kontumaċja tad-difiża din hi l-Ordni 27. Fil-Qorti Ċirkwit, applikazzjoni għal sentenza f’kontumaċja trid tkun appoġġata minn ċerta dokumentazzjoni inklużi d-dokument tat-talba oriġinali u dikjarazzjoni tan-notifika tat-talba. Barra minn hekk, l-applikazzjoni għal sentenza trid tkun konformi mal-Formoli 9 u 10 tal-Iskeda tal-Formoli mehmuża mar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegoli tal-2001 dwar il-Qorti Ċirkwit. Il-formoli jistgħu jinkisbu fi skeda mehmuża mar-Regoli.

B’mod simili, fil-każ tal-Qorti Distrettwali, il-formoli huma disponibbli bħala Skeda għar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegoli tal-Qrati Distrettwali.

1.3.2 Jeħtieġ li nkun rappreżentat minn avukat?

Le. Madankollu, jekk it-talba għandha valur ta' aktar minn €75,000 (€60,000 għal rikorsi għal danni personali), din tkun talba tal-Qorti Ċirkwit u jekk din tinvolvi materji kkumplikati, hu rakkomandat, iżda mhux bilfors, li wieħed ifittex pariri u rappreżentazzjoni legali.

1.3.3 Kemm trid tkun dettaljata r-raġuni għat-talba?

It-talba inizjali trid tispeċifika l-ismijiet, l-indirizzi u, jekk applikabbli, l-okkupazzjoni tal-partijiet. Trid tispeċifika wkoll l-ammont tat-talba, deskrizzjoni ta’ dak li wassal għat-talba/tal-kawża tar-rikors u d-dettalji ta’ kwalunkwe talba li saret għall-ħlas.

1.3.4 Huwa meħtieġ li tiġi ppreżentata prova bil-miktub fir-rigward tat-talba kkonċernata? Jekk iva, liema dokumenti huma ammissibbli bħala provi?

Fit-talba inizjali, l-attur/il-pretendent jispeċifika d-dettalji rilevanti kollha rigward it-talba bħall-ammont dovut/tat-talba, id-dettalji ta’ dak li wassal għat-talba, it-talbiet għall-ħlas u deskrizzjoni, jekk applikabbli u skont in-natura tat-talba, ta’ kwalunkwe fatt rilevanti ieħor bħad-dettalji ta’ kwalunkwe korriment jew dannu imġarrab, it-trattament riċevut jew kwalunkwe konsegwenza avvers aoħra li tirriżulta mill-kawża tar-rikors

1.4 Iċ-ċaħda ta’ rikors

Il-qorti tiċħad talba jew applikazzjoni għal sentenza f’kontumaċja meta l-applikant ikun naqas milli jikkonforma mar-rekwiżiti tar-regoli tal-qorti. Pereżempju, jekk ir-regoli rigward in-notifika tad-dokumenti ma jkunux ġew irrispettati kif xieraq, it-talba għal sentenza f’kontumaċja tiġi miċħuda.

1.5 Appell

Jekk il-qorti tkun ċaħdet milli taqta’ sentenza f’kontumaċja, ir-raġuni ġeneralment tkun li l-attur ma kienx qed jirrispetta r-regoli tal-qorti u, b’hekk, jaf ikun hemm bżonn li l-attur jibda mill-ġdid billi jinnotifika talba ġdida kontra l-konvenut f’konformità mar-regoli applikabbli tal-qorti.

Konvenut jista’ japplika għall-annullament ta’ sentenza mogħtija f’kontumaċja. Biex jappella sentenza f’kontumaċja b’suċċess, konvenut ikollu jissodisfa l-qorti bir-raġuni tiegħu għaliex naqas milli jidher jew milli jiddefendi ruħu kontra t-talba u l-qorti jkollha tiġi ssodisfata li r-raġunijiet mogħtija jispjegaw jew jiġġustifikaw dak in-nuqqas. Jekk il-konvenut jirnexxilu jappella kontra s-sentenza, din tiġi annullata u l-konvenut ikollu l-opportunità li jiddefendi l-proċedimenti.

1.6 Dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Jekk il-qorti tkun tal-fehma li s-sentenza għandha tiġi annullata, il-konvenut jista’ jiddefendi l-proċeduri u jippreżenta difiża u l-każ jipproċedi bħas-soltu.

1.7 L-effett tad-dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Jekk konvenut jippreżenta difiża fi ħdan iż-żmien permess mir-regoli jew mill-qorti skont xi jkun il-każ, il-każ jipproċedi bħas-soltu. L-imħallef jiddetermina kif il-każ għandu jipproċedi f’każ li tkun meħtieġa xi gwida f’dan ir-rigward.

1.8 L-effett tan-nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

In-nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ difiża jista’ jirriżulta fil-qtugħ ta’ sentenza f’kontumaċja tad-difiża favur l-attur.

1.8.1 X’jeħtieġ li jsir sabiex tinkiseb deċiżjoni eżekuttiva?

Sentenza f’kontumaċja hi sentenza li tista’ tkun infurzata. Ara t-tweġibiet għal 1.3.d) aktar ’il fuq.

1.8.2 Din id-deċiżjoni tkun finali jew ikun għad fadal il-possibilità li l-intimat jappella minnha?

Il-konvenut jista’ japplika quddiem il-qorti biex is-sentenza tiġi emendata jew annullata. Din l-applikazzjoni jkollha tinstema’ mill-istess qorti. Il-qorti tista’ tannulla s-sentenza jekk tkun tal-fehma li jkun ġust li tagħmel dan u jekk kien hemm xi aġir mhux xieraq involut fil-kisba tas-sentenza jew jekk tkun issodisfata li l-konvenut ikollu prospett reali li jiddefendi t-talba. Kwalunkwe waħda mill-partijiet tista’ tappella kontra ordni li tannulla s-sentenza jew li tiċħad milli tannulla sentenza.

L-aħħar aġġornament: 26/11/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Proċedura dwar "l-ordni ta' pagament" - Greċja

1 L-eżistenza ta’ ordni għal proċeduri għall-ħlas

Hemm possibbiltà li tinħareġ ordni ta’ ħlas. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 623 – 634 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, jiġifieri d-Digriet Presidenzjali 503/1985, kif emendat u fis-seħħ, huma applikabbli.

1.1 L-ambitu tal-proċedura

Materji ċivili u kummerċjali: tilwimiet regolati mid-dritt privat jekk il-liġi ma tagħmilhomx soġġetti għall-ġurisdizzjoni ta’ qrati oħra (Artikolu 1 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili)

1.1.1 Liema talbiet huma eliġibbli (pereżempju talbiet fi flus biss, talbiet kuntrattwali biss eċċ.)?

Talbiet ta’ flus jew talbiet għal titoli, jiġifieri, talbiet minn ċekkijiet, minn kambjali, minn ċedoli, jekk it-talba u l-ammont dovut ikunu ċċertifikati minn dokument pubbliku jew privat, u jekk dawn it-talbiet ikunu espliċitament f'euro jew f’munita barranija oħra (Artikolu 623 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

1.1.2 Hemm limitu massimu fir-rigward tal-valur tat-talba?

Le, ma hemmx limitu massimu fir-rigward tal-valur tat-talba.

1.1.3 L-użu ta’ dik il-proċedura huwa fakultattiv jew obbligatorju?

Il-proċedura tal-ordni ta' ħlas hi fakultattiva peress li l-kreditur dejjem jista’ jiftaħ rikors ordinarju li għalih jibda proċess dikjaratorju tat-talba tiegħu li warajh tinqata’ sentenza fuq it-talba tiegħu, għall-kuntrarju tal-proċedura tal-ordni ta' ħlas, li fiha tinħareġ l-ordni ta’ ħlas, li mhix sentenza iżda strument li jista’ jkun infurzat (Artikolu 631 tas-CCP).

1.1.4 Din il-proċedura hija disponibbli jekk l-intimat jgħix fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz?

Le, ordni ta’ pagament ma tistax tinħareġ (u jekk tinħareġ, tkun null u bla effett) jekk tkun se tiġi nnotifikata lil persuna li tirresjedi barra l-pajjiż jew li d-domiċilju tagħha ma jkunx magħruf, sakemm dik il-persuna ma tkunx ħatret rappreżentant ad litem fil-Greċja (Artikolu 624 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Il-post hu dak fejn id-debitur ikun stabbilit fiżikament (corpore) fiż-żmien tan-notifika.

1.2 Il-qorti kompetenti

Il-maġistrat hu responsabbli għat-talbiet fi flus b’valur li jasal sa għoxrin elf euro (EUR 20 000), u l-imħallef tal-Qorti tal-Prim’Istanza għat-talbiet fi flus l-oħra kollha. Il-ġurisdizzjoni territorjali, jiġifieri l-qorti li jkollha ġurisdizzjoni ratione loci, tiġi ddeterminata fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-kompetenza lokali, jiġifieri, fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 22 sa 41 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Pereżempju, fuq il-bażi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, il-qorti (il-Qorti Ċivili Distrettwali jew il-Qorti tal-Prim’Istanza) għall-post tad-domiċilju tad-debitur jew għall-post tal-ħruġ tal-istrument ta’ dejn (pereż. ċekk) jew għall-post ta’ aċċettazzjoni jew ta’ ħlas tal-kambjala, jista’ jkollha ġurisdizzjoni ratione loci.

1.3 Ir-rekwiżiti formali

L-applikazzjoni ssir:

(A) oralment quddiem il-maġistrat permezz tat-tħejjija ta’ rapport rilevanti (l-Artikolu 626(1), flimkien mal-Artikolu 215(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili) mingħajr ma tkun eskluża l-għażla li tiġi ppreżentata applikazzjoni bil-miktub jew

(B) bilfors bil-miktub quddiem l-imħallef tal-Qorti tal-Prim’Istanza fuq talba bil-miktub lir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza li jrid ikun fiha:

  1. il-qorti li lilha tiġi ppreżentata l-applikazzjoni (Qorti Ċivili Distrettwali jew Qorti tal-Prim’Istanza);
  2. it-tip ta’ strument legali, jiġifieri “Applikazzjoni għal Ordni ta’ Ħlas”;
  3. l-isem, il-kunjom, isem il-missier u l-post tad-domiċilju tal-partijiet kollha: il-kreditur u d-debitur – u / jew ir-rappreżentanti legali tagħhom, u, jekk huma persuni ġuridiċi, l-isem kummerċjali u l-uffiċċju reġistrat tagħhom;
  4. is-suġġett tal-istrument ġuridiku, b’mod ċar, iddefinit, fil-qosor u li jinftiehem, miktub bil-Grieg, u jekk fih dokumenti b’lingwa barranija, eż. fatturi b’lingwa barranija, trid tiġi pprovduta traduzzjoni statutorja tagħhom;
  5. id-data u l-firma tal-parti jew tar-rappreżentant legali jew tar-rappreżentant awtorizzat tagħha u, fejn il-preżenza ta’ avukat tkun obbligatorja, il-firma tal-avukat;
  6. l-indirizz u, b’mod partikolari, it-triq u n-numru tar-residenza jew tal-uffiċċju jew tal-ħanut tal-parti li tiftaħ il-kawża, tar-rappreżentant legali tagħha u tar-rappreżentant awtorizzat tagħha;
  7. talba għal ordni ta’ ħlas; u
  8. it-talba u l-ammont eżatt ta’ flus jew ta’ titoli, flimkien ma’ kwalunkwe mgħax dovut fuq il-ħlas mitlub (Artikolu 626(1) u (2) flimkien mal-Artikoli 118 u 119(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

1.3.1 L-użu ta’ formola standard huwa obbligatorju? (jekk iva, minn fejn tista’ tinkiseb din il-formola?)

Le, l-użu ta’ formola standard mhuwiex obbligatorju.

1.3.2 Jeħtieġ li nkun rappreżentat minn avukat?

Iva, jekk l-applikazzjoni tiġi ppreżentata quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza u tikkonċerna talbiet ta’ aktar minn għoxrin elf euro (EUR 20 000), jew quddiem il-Qorti Ċivili Distrettwali għal talbiet ta’ tnax-il elf euro (EUR 12 000) sa għoxrin elf euro (EUR 20 000).

Jekk l-applikazzjoni tiġi ppreżentata lill-Qorti Ċivili Distrettwali u tikkonċerna talba li tasal sa tnax-il elf euro (EUR 12 000), il-parti tista’ tiftaħ jew tiddefendi proċeduri tal-qorti mingħajr ma tkun irrappreżentata minn avukat awtorizzat (Artikolu 94 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

1.3.3 Kemm trid tkun dettaljata r-raġuni għat-talba?

L-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas trid tispeċifika tal-anqas fil-qosor ħafna t-tip ta’ att legali li minnu rriżultat it-talba dovuta (= dejn), eż. talbiet skont kuntratti ta’ self jew kuntratti ta’ bejgħ, riċevibbli minn self jew ċekkijiet pendenti. It-tip ta’ kuntratt jew ta’ att legali b’mod ġenerali wkoll jikkostitwixxi l-motivazzjonijiet għall-ħlas u ż-żmien meta rriżulta, pereżempju, iż-żmien li fih id-debitur kellu jħallas l-ammont mitlub u naqas milli jagħmel dan irid jiġi speċifikat. Imbagħad l-applikazzjoni trid telenka d-dokumenti forniti li minnhom jirriżultaw it-tip u l-ammont tat-talba skont it-tali applikazzjoni.

1.3.4 Huwa meħtieġ li tiġi ppreżentata prova bil-miktub fir-rigward tat-talba kkonċernata? Jekk iva, liema dokumenti huma ammissibbli bħala provi?

L-eżistenza tat-talba għal ordni ta’ ħlas tista’ tintwera bil-provi permezz ta’ dokumenti biss peress li ma jistgħux ikunu preżenti xhieda matul din il-proċedura. Dawn id-dokumenti għandhom jiġu ppreżentati mal-applikazzjoni u jinżammu fir-Reġistru tal-Qorti sakemm jiskadi t-terminu perentorju għall-kontestazzjoni, sabiex il-parti li kontrieha tinħareġ l-ordni ta' ħlas - id-debitur tat-talba - tiġi nnotifikata dwarha. Id-dokumenti (privati u pubbliċi) kollha li jkollhom valur probatorju skont l-Artikoli 432 – 465 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, inklużi t-titoli (eż. ċekkijiet, kambjali), huma aċċettati bħala evidenza. Dawn id-dokumenti jridu jiddikjaraw mingħajr ambigwitajiet il-kapaċità u d-dettalji (l-isem sħiħ) tal-kreditur - il-benefiċjarju, il-kapaċità u d-dettalji tad-debitur, kif ukoll ir-raġunijiet u l-ammont tat-talba.

B’mod partikolari, kwalunkwe dokument li ma jkunx pubbliku u li, skont l-Artikolu 443 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, irid ikollu fuqu l-firma bl-idejn tal-emittent biex ikollu valur probatorju jitqies bħala dokument privat u kwalunkwe persuna li tieħu impenn għal obbligi li jirriżultaw mid-dokument titqies li hi emittent.

Kwalunkwe dokument li jkun tfassal fil-forma xierqa minn uffiċjal pubbliku jew minn persuna li twettaq servizzi pubbliċi jitqies li hu dokument pubbliku (eż. atti ċċertifikati minn nutar).

1.4 Iċ-ċaħda ta’ rikors

L-applikazzjoni għandha tiġi miċħuda:

(A) jekk ir-rekwiżiti legali għall-ħruġ tal-ordni ta' ħlas ma jkunux issodisfati u, b’hekk, jekk it-talba jew l-ammont ta’ din jew id-debitur jew il-benefiċjarju ma jkunux murija bil-provi immedjatament u mingħajr ambigwità mid-dokumenti ta’ akkumpanjament jew

(B) jekk l-applikant ma jipprovdix l-ispjegazzjonijiet mitluba mill-imħallef jew jirrifjuta milli jikkonforma mar-rakkomandazzjonijiet dwar il-preżentata jew il-korrezzjoni tal-applikazzjoni tiegħu jew dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-awtenċitià tal-firem fuq kwalunkwe dokument privat fornit (l-Artikoli 628 u 627 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Peress li l-imħallef kompetenti jista’ jitlob aktar dettalji, dokumenti u korrezzjonijiet mingħand l-applikant, jekk dan tal-aħħar ma jikkonformax, l-applikazzjoni tiġi miċħuda b’din il-motivazzjoni.

Iċ-ċaħda tiġi indikata fi tmiem l-applikazzjoni, u l-motivazzjoni għaċ-ċaħda tiġi ddikjarata fil-qosor. Dan ifisser li l-imħallef kompetenti ma jagħtix sentenza u, għalhekk, din in-nota li tikkonċerna ċ-ċaħda ma tistax tiġi kkontestata b’appell. Ovvjament, l-applikant - kreditur xorta waħda jista’ jippreżenta rikors ordinarju rigward it-talba tiegħu (ara aktar ’il fuq, 1.1.3) jew jippreżenta applikazzjoni ġdida għal ordni ta' ħlas (Artikolu 628(3) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

1.5 Appell

Ma jista’ jiġi eżerċitat ebda dritt ta’ appell jekk tiġi miċħuda l-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas.

1.6 Dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Jekk l-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas tiġi aċċettata u tinħareġ ordni ta’ ħlas, id-debitur li tinħareġ kontrieh jista’ jippreżenta kontestazzjoni kontra l-ordni ta’ ħlas fi żmien ħmistax (15)-il jum ta’ xogħol mid-data ta’ notifika tal-ordni ta’ ħlas (Artikolu 632(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Il-kontestazzjoni tista’ tiġi ppreżentata qabel ma tiġi nnotifikata l-ordni ta’ ħlas ukoll

Il-qorti li jkollha ġurisdizzjoni ratione loci u ratione materiae hi l-qorti, il-Qorti Ċivili Distrettwali jew Qorti tal-Prim’Istanza, li ħarġet l-ordni ta’ ħlas.

Il-kontestazzjoni għandha tinstema’ (l-Artikolu 632(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili) f’konformità mad-dispożizzjonijiet ikkombinati tal-Artikoli 643, 649 u 650 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, li jaqgħu taħt il-proċeduri speċjali għal strumenti ta’ dejn u tilwimiet relatati mal-kirjiet, flimkien mad-dispożizzjonijiet dwar il-proċedimenti ordinarji li ma jmorrux kontra d-dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri speċjali msemmija aktar ’il fuq (l-Artikolu 591(1)(a) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Il-kontestazzjoni, li n-notifika tagħha trid issir fi ħdan it-terminu perentorju msemmi hawn fuq ta’ ħmistax (15)-il jum ta’ xogħol u li fi kwalunkwe każ ieħor tkun inammissibbli, trid tiġi nnotifikata lill-avukat li ffirma l-applikazzjoni għall-ordni ta’ ħlas jew inkella fuq l-indirizz tal-persuna li kontrieha tinħareġ l-ordni ta’ ħlas, iddikjarat fl-ordni ta’ ħlas, sakemm ma jkunx ġie nnotifikat xi tibdil fl-indirizz permezz ta’ strument legali (l-Artikolu 632(1)(b) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

1.7 L-effett tad-dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Il-preżentazzjoni ta’ kontestazzjoni m’għandhiex tissospendi l-infurzar tal-ordni ta’ ħlas, li hi strument direttament infurzabbli (Artikolu 631 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Madankollu, il-Qorti li ħarġet l-ordni ta’ ħlas tista’, billi tuża l-proċedura għal miżuri interim stabbilita fl-Artikolu 686 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili u wara li tiġi ppreżentata applikazzjoni mill-parti li kontrieha tinħareġ l-ordni ta’ ħlas, tordna s-sospensjoni, b’garanzija jew mingħajr jew b’mod kundizzjonat, sa ma tinqata’ s-sentenza finali dwar il-kontestazzjoni li trid tkun ġiet ippreżentata.

Il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni tal-applikazzjoni għal sospensjoni tal-infurzar tal-ordni ta’ ħlas huma dawn li ġejjin: (a) preżentazzjoni tal-kontestazzjoni fi żmien debitu u (b) spekulazzjoni dwar is-suċċess ta’ mill-anqas motivazzjoni waħda tal-kontestazzjoni.

Is-sentenza li tordna s-sospensjoni ċċaħħadha min-natura eżegwibbli tagħha u ddgħajjef l-eżegwibilità tagħha bħala strument.

1.8 L-effett tan-nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Jekk kontestazzjoni ma tiġix ippreżentata fi żmien debitu (fi żmien ħmistax-il jum min-notifika tal-ordni ta’ ħlas), il-parti li favuriha tkun inħarġet l-ordni ta’ ħlas tista’ terġa’ tinnotifika l-ordni lid-debitur, li jkollu t-tieni opportunità biex jippreżenta kontestazzjoni. Jiġifieri, dan tal-aħħar jista’ jippreżenta kontestazzjoni fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol mid-data tan-notifika l-ġdida. F’dan il-każ, m’għandhiex tiġi ordnata s-sospensjoni msemmija hawn fuq (ara n-nota 1.7).

Jekk dan it-terminu perentorju ta’ għaxart ijiem jinqabeż ukoll, l-ordni ta’ ħlas tikseb is-saħħa ta’ res judicata, li tfisser li mhux biss l-ordni ta’ ħlas iżda anki t-talba huma validi għalkollox, fuq il-bażi tal-motivazzjoni storika u legali ddikjarati fl-ordni ta’ ħlas.

Ir-res judicata tal-ordni ta’ ħlas li kontrieha ma ġietx ippreżentata kontestazzjoni fi żmien debitu tista’ titreġġa’ lura biss billi jintuża r-rimedju straordinarju ta’ ftuħ mill-ġdid tal-kawża. Dan jista’ jsir fuq il-bażi ta’ motivazzjonijiet ferm limitati u primarjament formali (Artikoli 633(2) u 544 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili) u fi ħdan it-terminu perentorju stabbilit fl-Artikolu 544(3) u (4) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili quddiem il-qorti li tkun ħarġet l-ordni ta’ ħlas.

1.8.1 X’jeħtieġ li jsir sabiex tinkiseb deċiżjoni eżekuttiva?

L-ordni ta’ ħlas hi strument li hu eżegwibbli mid-data tal-ħruġ tiegħu (l-Artikolu 631 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). B’hekk, ma hi meħtieġa ebda azzjoni oħra biex din issir eżegwibbli u, għalhekk, jekk is-sospensjoni tal-infurzar ma tiġix ordnata, il-proċeduri ta’ infurzar għandhom jitnedew, fil-qosor, kif ġej:

L-ordni ta’ infurzar tiżdied mal-ordni ta’ ħlas oriġinali, jiġifieri l-frażi “F’isem il-poplu Grieg” tiżdied fil-bidu tat-test tal-ordni ta’ ħlas u l-frażi “Kull uffiċjal ġudizzjarju hu ordnat jinfurza din id-deċiżjoni, eċċ.” tiżdied fl-aħħar, kopja uffiċjali (ċitazzjoni ta’ eżekuzzjoni) tagħha tinħareġ u mbagħad ordni (talba) ta’ ħlas tal-ammont tal-ordni ta’ ħlas tiġi nnotifikata lid-debitur.

Madankollu, jekk l-ordni ta’ ħlas ma tiġix innotifikata fi żmien xahrejn (2) mill-ħruġ tagħha, din ma tibqax fis-seħħ (Artikolu 630A tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

1.8.2 Din id-deċiżjoni tkun finali jew ikun għad fadal il-possibilità li l-intimat jappella minnha?

Is-sentenza dwar il-kontestazzjoni mhix finali iżda hi soġġetta għad-drittijiet ta’ appell kollha.

L-aħħar aġġornament: 27/07/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ispanjol ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Proċedura dwar "l-ordni ta' pagament" - Spanja

1 L-eżistenza ta’ ordni għal proċeduri għall-ħlas

Iva, hemm Proċedura tal-Ordni ta’ Ħlas. L-iskop ewlieni tagħha hu li tipproteġi l-kreditu. Din topera billi toħloq strument eżegwibbli għal dawk id-djun li jossidisfaw sensiela ta’ rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni.

Il-konsulenti legali huma awtorizzati biex jittrattaw u jiddeċiedu dwar proċeduri tal-ordni ta’ ħlas f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni proċedurali.

1.1 L-ambitu tal-proċedura

1.1.1 Liema talbiet huma eliġibbli (pereżempju talbiet fi flus biss, talbiet kuntrattwali biss eċċ.)?

Dan japplika għal djun pekunarji li huma ċerti, dovuti u pagabbli għal somma speċifikata. Mill-31 ta’ Ottubru 2011 ’l hawn ma kien hemm ebda limitu fuq l-ammont involut. Id-dejn irid ikun evidenzjat b’wieħed mill-modi li ġejjin:

a) Permezz ta’ dokumenti, li jkunu ta’ kwalunkwe forma, tip jew fi kwalunkwe mezz fiżiku, iffirmati mid-debitur jew li fuqhom ikun hemm it-timbru, il-marka jew it-trademark tad-debitur jew kwalunkwe sinjal ieħor, fiżiku jew elettroniku.

b) Permezz ta’ fatturi, ta’ noti tal-konsenja, ta’ ċertifikati, ta’ telegrammi, ta’ faxes jew ta’ kwalunkwe dokument ieħor li, anki jekk jinħolqu b’mod unilaterali mill-kreditur, normalment jintużaw biex jiġu ddokumentati l-krediti u d-djun f’relazzjonijiet ta’ dan it-tip bħal dak eżistenti bejn il-kreditur u d-debitur.

c) Jekk, flimkien mad-dokument li jirreġistra d-dejn, jiġu pprovduti dokumenti kummerċjali li jagħtu prova tal-eżistenza ta’ relazzjoni preċedenti fit-tul;

d) F’każijiet li jikkonċernaw proprjetà taħt sjieda konġunta (propiedad horizontal), fejn l-evidenza tad-dejn tiġi pprovduta fil-forma ta’ ċertifikati ta’ nuqqas ta’ ħlas tas-somom dovuti fir-rigward ta’ spejjeż komuni pagabbli mis-sidien ta’ proprjetajiet fi blokok ta’ appartamenti urbani.

1.1.2 Hemm limitu massimu fir-rigward tal-valur tat-talba?

Le, qatt ma kien hemm limitu massimu mill-31 ta’ Ottubru 2011 ’l hawn.

1.1.3 L-użu ta’ dik il-proċedura huwa fakultattiv jew obbligatorju?

Fakultattiv.

1.1.4 Din il-proċedura hija disponibbli jekk l-intimat jgħix fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz?

Le, ħlief għad-djun għan-nuqqas ta’ pagament ta’ spejjeż komuni pagabbli mis-sidien ta’ proprjetajiet fi blokok ta’ appartamenti urbani jew f’kondominji, peress li f’dan il-każ il-qorti tal-post fejn tinsab il-proprjetà hi wkoll ikollha ġurisdizzjoni, fuq l-għażla tal-applikant.

1.2 Il-qorti kompetenti

Il-Qorti tal-Prim’Istanza fid-domiċilju jew fir-residenza tad-debitur, jew fil-post fejn tinsab il-proprjetà urbana li hi rregolata mir-regolamenti dwar il-proprjetajiet urbani fi sjieda konġunta.

1.3 Ir-rekwiżiti formali

Il-pretendent jeħtieġlu jippreżenta talba bil-miktub li tidentifika lill-kreditur u lid-debitur, b’dettalji qosra dwar l-oriġini tad-dejn u tal-ammont.

1.3.1 L-użu ta’ formola standard huwa obbligatorju? (jekk iva, minn fejn tista’ tinkiseb din il-formola?)

Dan mhuwiex obbligatorju, iżda hemm formoli standard disponibbli mingħand l-Uffiċċju Klerikali tal-Qorti jew is-Servizzi Proċedurali Komuni. Il-formola tista’ titniżżel bi klikk fuq din il-link: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaformola.

1.3.2 Jeħtieġ li nkun rappreżentat minn avukat?

Meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni inizjali għall-proċedura tal-ordni ta’ ħlas, ma hemmx bżonn ta’ rappreżentazzjoni minn rappreżentant tal-qorti jew minn rappreżentant legali. Iżda jekk l-applikant jixtieq li jkun difiż minn avukat, il-parti l-oħra jeħtiġilha tkun informata b’tali mod li tkun tista’ tieħu kwalunkwe pass li tqis neċessarju fid-difiża tagħha.

F’każ ta’ oġġezzjoni mid-debitur jew ta’ proċeduri ta’ infurzar, ir-rappreżentanza legali minn avukat u minn rappreżentant tal-qorti hi obbligatorja jekk l-ammont tat-talba jkun ta’ aktar minn €2 000.

1.3.3 Kemm trid tkun dettaljata r-raġuni għat-talba?

Trid tiġi pprovduta spjegazzjoni qasira ta’ kif irriżulta d-dejn.

1.3.4 Huwa meħtieġ li tiġi ppreżentata prova bil-miktub fir-rigward tat-talba kkonċernata? Jekk iva, liema dokumenti huma ammissibbli bħala provi?

Ara t-taqsima 1.1.1 aktar ’il fuq.

1.4 Iċ-ċaħda ta’ rikors

Nuqqas ta’ ssodisfar tar-rekwiżiti ta’ hawn fuq rigward il-ġurisdizzjoni territorjali u l-forniment ta’ evidenza prima facie, jew nuqqas milli jitranġa difett proċedurali jfisser li l-qorti tiċħad l-applikazzjoni. Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-applikazzjoni tista’ tiġi appellata quddiem il-Qorti Provinċjali (Audiencia Provincial).

1.5 Appell

Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-applikazzjoni tista’ tiġi appellata quddiem il-Qorti Provinċjali. L-appell irid jiġi ppreżentat fi żmien 20 jum quddiem il-qorti oriġinali.

1.6 Dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Id-debitur għandu perjodu ta’ 20 jum mid-data tat-talba għal ħlas, u mbagħad sat-3 p.m. tal-għada li jiskadi dak il-perjodu, li fih irid iħallas jew jippreżenta oġġezzjoni. L-oġġezzjoni trid issir bil-miktub. Mhuwiex possibbli li ssir oralment fil-qorti. Jekk l-ammont tat-talba jkun ta’ aktar minn EUR 2 000, l-oġġezzjoni trid tkun iffirmata minn avukat u minn rappreżentant tal-qorti. Ma hemm ebda motivazzjoni speċifika għall-appell, u d-debitur jista’ jasserixxi kemm motivazzjonijiet sostantivi kif ukoll motivazzjonijiet purament formali jew proċedurali.

1.7 L-effett tad-dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Jekk l-ammont tat-talba ma jkunx jaqbeż € 6 000, il-konsulent legali jagħmel ordni li ttemm il-proċedura tal-ordni ta’ ħlas u li tiddikjara li l-każ irid jipproċedi permezz tal-proċedura rapida. L-applikant jiġi nnotifikat bl-oġġezzjoni, u jkollu 10 ijiem biex jippreżenta kontestazzjoni bil-miktub. Fl-oġġezzjonijiet u fil-kontestazzjonijiet rispettivi tagħhom, il-partijiet jistgħu jitolbu li jsir smigħ.

Jekk l-ammont tat-talba jkun jaqbeż € 6 000 u l-applikant ma jippreżentax it-talba rilevanti fi żmien xahar mindu jiġi nnotifikat bl-oġġezzjoni, il-proċeduri jiġu annullati u l-applikant jiġi ordnat iħallas l-ispejjeż.

Jekk l-applikant jippreżenta talba, il-konvenut jiġi nnotifikat biha u dan ikollu 20 jum biex jikkontestaha, u l-każ jipproċedi skont il-proċedura ordinarja.

Jekk l-ammont tat-talba jkun ta’ aktar minn €6 000, il-qorti tagħti lill-kreditur perjodu ta’ xahar biex jippreżenta talba skont il-proċedura ordinarja.

Jekk, fid-dawl tal-argumenti mressqa fl-oġġezzjoni, il-kreditur ma jkunx jixtieq ikompli bil-proċeduri ordinarji, dan jeħtieġlu jirtira t-talba b’mod espliċitu.

1.8 L-effett tan-nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Jekk id-debitur jonqos milli jwieġeb għad-domanda għal ħlas jew ma jidhirx, il-konsulent legali joħroġ ordni li ttemm il-proċedura tal-ordni ta’ ħlas u jinnotifika lill-kreditur bl-ordni biex il-kreditur ikun jista’ jibda bl-azzjoni ta’ infurzar, li hu jkun jista’ jagħmel permezz ta’ applikazzjoni sempliċi.

1.8.1 X’jeħtieġ li jsir sabiex tinkiseb deċiżjoni eżekuttiva?

Il-kreditur irid jippreżenta applikazzjoni għall-infurzar. Jekk l-ammont ikun ta’ aktar minn EUR 2 000, l-applikazzjoni trid tkun iffirmata minn avukat u minn rappreżentant tal-qorti.

1.8.2 Din id-deċiżjoni tkun finali jew ikun għad fadal il-possibilità li l-intimat jappella minnha?

Ma hemm ebda appell. L-unika alternattiva hi li tiġi ppreżentata oġġezzjoni kontra l-azzjoni ta’ infurzar fuq il-bażi ta’ motivazzjonijiet speċifiċi.

L-aħħar aġġornament: 02/04/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Proċedura dwar "l-ordni ta' pagament" - Franza

1 L-eżistenza ta’ ordni għal proċeduri għall-ħlas

L-Artikoli 1405 sa 1425 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jipprovdu għal proċedura ssimplifikata tal-ordni ta’ ħlas, magħrufa bħala l-“procédure d’injonction de payer”.

1.1 L-ambitu tal-proċedura

1.1.1 Liema talbiet huma eliġibbli (pereżempju talbiet fi flus biss, talbiet kuntrattwali biss eċċ.)?

Il-proċedura hi disponibbli għall-irkupru tat-talbiet kollha ta’ oriġini kuntrattwali, jew li jirriżultaw minn obbligu impost mir-regoli li jirregolaw professjoni jew okkupazzjoni, u li jkunu ta’ ammont fiss.

1.1.2 Hemm limitu massimu fir-rigward tal-valur tat-talba?

Il-proċedura hi disponibbli għall-irkupru tat-talbiet kollha ta’ oriġini kuntrattwali, jew li jirriżultaw minn obbligu impost mir-regoli li jirregolaw professjoni jew okkupazzjoni, u li jkunu ta’ ammont fiss.

1.1.3 L-użu ta’ dik il-proċedura huwa fakultattiv jew obbligatorju?

Il-proċedura hi fakultattiva.

1.1.4 Din il-proċedura hija disponibbli jekk l-intimat jgħix fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz?

Proċeduri ta’ din ix-xorta jridu jinfetħu quddiem il-qorti b’ġurisdizzjoni għall-post tar-residenza tad-debitur jew ta’ wieħed mid-debituri kkonċernati, u b’hekk il-proċedura ma tistax tintuża meta l-uniku debitur ikun jgħix barra l-pajjiż.

1.2 Il-qorti kompetenti

L-applikazzjoni trid tiġi ppreżentata quddiem il-qorti distrettwali (tribunal d’instance), il-qorti lokali (juridiction de proximité), il-President tal-Qorti Kummerċjali (tribunal de commerce) jew, mill-1 ta’ Jannar 2013, il-President tal-Qorti Reġjonali (tribunal de grande instance), skont liema qorti jkollha ġurisdizzjoni f’każ ta’ tip partikolari.

Il-qorti tal-post tar-residenza tad-debitur jew ta’ wieħed mid-debituri li kontrihom jinfetħu l-proċeduri jkollha ġurisdizzjoni esklużiva. Din hi regola tal-ordni pubbliku (ordre public), u l-qorti trid tqajjem kwalunkwe kwistjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni permezz ta’ mozzjoni tagħha stess.

1.3 Ir-rekwiżiti formali

1.3.1 L-użu ta’ formola standard huwa obbligatorju? (jekk iva, minn fejn tista’ tinkiseb din il-formola?)

Ir-rekwiżiti formali jelenkaw ċerta informazzjoni li trid tkun inkluża fl-applikazzjoni:

  • il-kunjomijiet, l-ismijiet, il-professjonijiet u l-indirizzi tad-dar (domiciles) tal-kredituri u tad-debituri, jew, għal persuni ġuridiċi, il-forma, l-isem u l-uffiċċju reġistrat tagħhom;
  • indikazzjoni preċiża tal-ammont mitlub, bid-disaggregazzjoni tad-diversi komponenti tat-talba, u l-bażi tagħha.

Hemm formola li għad li mhix obbligatorja hi ferm rakkomandata. Din hi formola CERFA tinkiseb minn fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja u mill-uffiċċju tal-iskrivan (greffe) tal-qrati kollha kkonċernati.

1.3.2 Jeħtieġ li nkun rappreżentat minn avukat?

L-applikazzjoni tista’ tiġi ppreżentata mill-kreditur innifsu jew minn kwalunkwe rappreżentant.

1.3.3 Kemm trid tkun dettaljata r-raġuni għat-talba?

Ir-raġuni tat-talba ma għandhiex bżonn tiġi ppreżentata fid-dettall, iżda fil-qosor biss (ara t-tweġiba 1.3.1 aktar ’il fuq).

1.3.4 Huwa meħtieġ li tiġi ppreżentata prova bil-miktub fir-rigward tat-talba kkonċernata? Jekk iva, liema dokumenti huma ammissibbli bħala provi?

L-applikazzjoni trid tkun akkumpanjata minn dokumenti ta’ sostenn li juru l-validità tat-talba (fatturi, ftehim ta’ lokazzjoni, kuntratt tal-bejgħ, ftehim ta’ kreditu, dikjarazzjonijiet, eċċ.). Huma applikabbli r-regoli tal-liġi ordinarja li tirregola l-proċedura ċivili.

1.4 Iċ-ċaħda ta’ rikors

Qabel ma tinħareġ ordni ta’ ħlas, il-qorti teżamina l-validità tal-applikazzjoni u tista’ tiċħadha, fis-sħuħija tagħha jew f’parti minnha, jekk din tqis li t-talba mhix iġġustifikata.

1.5 Appell

Jekk l-applikazzjoni tiġi miċħuda, il-kreditur ma jkollu ebda dritt ta’ appell, iżda jkun ħieles li jsegwi l-proċeduri tal-liġi ordinarja, jiġifieri li jieħu passi legali għall-ħlas ta’ dejn bil-proċedura ordinarja.

1.6 Dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Id-debitur għandu perjodu ta’ xahar li fih jista’ joġġezzjona (former opposition), jew b'mod personali fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti li tkun ħarġet l-ordni jew permezz ta’ ittra rreġistrata indirizzata lill-istess uffiċċju tal-iskrivan. Ma hemm ebda rekwiżit ieħor biex issir it-tali oġġezzjoni.

1.7 L-effett tad-dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Il-preżentazzjoni ta’ oġġezzjoni tniedi l-proċedimenti. L-iskrivan tal-qorti jħarrek lill-partijiet kollha għal smigħ (anki dawk li ma jkunux ippreżentaw oġġezzjoni). Fil-limiti tal-ġurisdizzjoni mogħtija lilha, il-qorti mhux tikkunsidra biss l-applikazzjoni inizjali iżda anki kwalunkwe applikazzjoni anċillari u talba fid-difiża dwar il-merti.

1.8 L-effett tan-nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

1.8.1 X’jeħtieġ li jsir sabiex tinkiseb deċiżjoni eżekuttiva?

Wara li jkun għadda perjodu ta’ xahar min-notifika, il-kreditur japplika mal-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti li tkun ħarġet l-ordni, filwaqt li jitolbu jehmeż ordni ta’ eżekuzzjoni. Ma hemm ebda rekwiżit formali għal din l-applikazzjoni (il-kreditur jista’ sempliċiment jagħmel dikjarazzjoni jew jibgħat ittra permezz tal-posta ordinarja). L-ordni ta’ infurzar tagħti lill-ordni ta’ ħlas l-effetti kollha ta’ sentenza f’kawża difiża.

1.8.2 Din id-deċiżjoni tkun finali jew ikun għad fadal il-possibilità li l-intimat jappella minnha?

Id-deċiżjoni mhix soġġetta għal appell ordinarju (appel) jew għal appell dwar punt tal-liġi quddiem il-Qorti ta’ Kassazzjoni (pourvoi en cassation). L-unika kontestazzjoni possibbli hi li jiġi ppreżentat appell dwar punt tal-liġi quddiem il-Qorti ta’ Kassazzjoni kontra l-mod li bih l-ordni ta’ eżekuzzjoni ġie mehmuż mill-iskrivan tal-qorti.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSit web ta’ Legifrance

L-aħħar aġġornament: 26/07/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Proċedura dwar "l-ordni ta' pagament" - il-Kroazja

1 L-eżistenza ta’ ordni għal proċeduri għall-ħlas

Fir-Repubblika tal-Kroazja tapplika l-ordni ta’ ħlas Ewropea, u l-proċedura tal-ħruġ tat-tali ordnijiet hi rregolata mid-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o parničnom postupku) (Narodne Novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja), Nri 53/91, 91/92, 112/99, 129/00, 88/01, 117/03, 88/05, 2/07, 96/08, 84/08, 123/08, 57/11, 25/13 u 89/14; minn hawn ’il quddiem: ZPP) u mir-Regoli dwar il-Modalità tal-Preżentazzjoni ta’ Applikazzjoni għall-Ħruġ ta’ Ordni ta’ Ħlas Ewropea u ta’ Dikjarazzjoni ta’ Oppożizzjoni kontra Ordni ta’ Ħlas Ewropea (Pravilnik o načinu podnošenja zahtjeva za izdavanje europskog platnog naloga i prigovora protiv europskog platnog naloga) (NN Nru 124/13).

1.1 L-ambitu tal-proċedura

Il-proċedura għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea hi applikata għall-ġbir ta’ talbiet pekunarji li l-ammont tagħhom hu fiss, u li kienu dovuti fil-mument li fih ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-ordni ta’ ħlas Ewropea. Ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 (minn hawn ’il quddiem: Ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006) ħoloq proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea, u t-tali Regolament japplika f’materji legali ċivili u kummerċjali transfruntiera, irrispettivament mit-tip ta’ qorti, bid-derogi pprovduti mir-Regolament.

1.1.1 Liema talbiet huma eliġibbli (pereżempju talbiet fi flus biss, talbiet kuntrattwali biss eċċ.)?

Talbiet li huma relatati ma’ talbiet fuq flus (talbiet pekunarji). Is-suġġett tat-talba jista’ jkun biss talbiet li jikkostitwixxu obbligi kuntrattwali jew mhux kuntrattwali u li huma ddeterminati b’mod nominali.

1.1.2 Hemm limitu massimu fir-rigward tal-valur tat-talba?

Ma hemmx limitu massimu għall-valur tat-talba.

1.1.3 L-użu ta’ dik il-proċedura huwa fakultattiv jew obbligatorju?

L-użu tal-proċedura mhuwiex obbligatorju għaliex il-pretendent hu ħieles li jiddeċiedi fuq il-kwistjoni li dwarha jagħmel it-talba tiegħu, dment li din ma tkunx tikkontradixxi r-regoli mandatorji u r-regoli dwar il-moralità pubblika. L-ordni ta’ ħlas tinħareġ mill-qorti anki jekk il-pretendent ma jkunx issuġġerixxa l-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas fit-talba tiegħu, jekk ikunu ġew issodisfati r-rekwiżiti kollha għall-ħruġ ta’ din. Għaldaqstant, il-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas hu mandatorju għall-qorti jekk ir-rekwiżiti għall-ħruġ ta’ din ikunu ġew issodisfati.

1.1.4 Din il-proċedura hija disponibbli jekk l-intimat jgħix fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz?

Iva.

1.2 Il-qorti kompetenti

Id-deċiżjoni dwar applikazzjonijiet biex tinħareġ u tiġi rieżaminata — u jiġi pprovdut ċertifikat ta’ eżegwibilità għal — l-ordni ta’ ħlas Ewropea skont ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 hi r-responsabbiltà esklużiva tal-Qorti Kummerċjali f’Zagreb (Trgovački sud u Zagrebu).

1.3 Ir-rekwiżiti formali

L-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea u d-dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni għall-ordni għandhom jiġu sottomessi biss f’forma li tinqara minn magna jekk il-qorti tqis li dawn l-atti huma xierqa għall-ipproċessar b’magna.

Il-modalità ta’ preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-ordni ta’ ħlas Ewropea u d-dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni kontra dik l-ordni huma rregolati mir-Regoli dwar il-Modalità ta’ Preżentazzjoni ta’ Applikazzjoni għall-Ħruġ ta’ Ordni ta’ Ħlas Ewropea u ta’ Dikjarazzjoni ta’ Oppożizzjoni kontra Ordni ta’ Ħlas Ewropea (Pravilnik o načinu podnošenja zahtjeva za izdavanje europskog platnog naloga i prigovora protiv europskog platnog naloga) (Narodne Novine (NN; Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja), Nri 124/13; minn hawn ’il quddiem: ir-Regoli), li daħlu fis-seħħ fis-17 ta’ Ottubru 2013.

1.3.1 L-użu ta’ formola standard huwa obbligatorju? (jekk iva, minn fejn tista’ tinkiseb din il-formola?)

L-applikazzjoni għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea u d-dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni kontra l-ordni għandhom jiġu ppreżentati fuq il-formoli stabbiliti mir-Regolament Nru 1896/2006 lill-qorti kompetenti f’forma fuq karti b'mod personali jew bil-posta. Għaldaqstant, l-użu ta’ formola standardizzata fil-proċedura għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea hu obbligatorju, u l-formoli jistgħu jitniżżlu mis-sit tal-internet tal-Qorti Kummerċjali f’Zagreb (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://sudovi.pravosudje.hr/tszag/).

1.3.2 Jeħtieġ li nkun rappreżentat minn avukat?

Kwalunkwe parti -persuna fiżika jew ġuridika - hi awtorizzata tagħżel liberament jekk tirrappreżentax lilha nfisha fil-proċedimenti, jew tqabbadx intermedjarju, li normalment ikun avukat, sakemm id-dispożizzjonijiet tal-istat taz-ZPP ma jistipulawx mod ieħor. Għaldaqstant, ir-rappreżentanza minn avukat mhix obbligatorja fil-proċedura tal-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea.

1.3.3 Kemm trid tkun dettaljata r-raġuni għat-talba?

Il-parti hi obbligata timla l-formola A (Applikazzjoni għall-ordni ta’ ħlas Ewropea) f’forma li tinqara minn magna. Il-punt 6 tat-tali formola joffri għażla ta’ motivazzjonijiet legali li jiċċaraw dak li għalih tirreferi t-talba.

1.3.4 Huwa meħtieġ li tiġi ppreżentata prova bil-miktub fir-rigward tat-talba kkonċernata? Jekk iva, liema dokumenti huma ammissibbli bħala provi?

Il-punt 10 tal-formola A jipprovdi biex il-parti tehmeż l-evidenza disponibbli għaliha u tiddeskrivi għalxiex tirreferi l-evidenza speċifika. L-evidenza u l-kumpilazzjoni ta’ xhieda huma rregolati mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 219 - 271 taz-ZPP, u l-qorti tiddeċiedi liema mill-evidenza ppreżentata għandha tiġi kkumpilata biex jinstabu u jiġu vvalutati l-fatti rilevanti. Barra minn hekk, il-qorti, bid-diskrezzjoni tagħha, tiddeċiedi liema fatti se tiddikjara bħala murija bil-provi, wara valutazzjoni approfondita u bir-reqqa tal-evidenza kollha, kemm b’mod individwali kif ukoll fis-sħuħija tagħha, u b’kunsiderazzjoni tar-riżultati tal-proċeduri sħaħ.

Aktar informazzjoni dwar l-evidenza u l-kumpilazzjoni ta’ xhieda hi pprovduta fil-pakkett ta’ informazzjoni intitolat “Il-kumpilazzjoni ta' xhieda – Ir-Repubblika tal-Kroazja” (Izvođenje dokaza – Republika Hrvatska).

1.4 Iċ-ċaħda ta’ rikors

Ir-regola ġenerali tal-Artikolu 109 taz-ZPP hi applikata għaċ-ċaħda tal-applikazzjonijiet. Dan l-artikolu jiddikjara li jekk l-applikazzjoni ma tkunx tinftiehem jew ma jkunx fiha dak kollu li hu neċessarju biex tittieħed azzjoni fuqha, il-qorti tordna lill-parti tal-preżentazzjoni biex tikkoreġi l-preżentata, jiġifieri temendaha f’konformità mal-istruzzjonijiet ipprovduti u tirritornaha għall-fini ta’ korrezzjoni jew ta’ emenda. Il-preżentata titqies li ġiet irtirata jekk ma tintbagħatx lura lill-qorti u ma tiġix ikkoreġuta f’konformità mal-istruzzjonijiet riċevuti mingħand il-qorti fi ħdan it-terminu perentorju pprovdut, u jekk tintbagħat lura mingħajr korrezzjoni jew emenda, din tiġi miċħuda.

1.5 Appell

Dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni hi l-unika rimedju legali disponibbli għall-konvenut meta tiġi ppreżentata applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea. It-talba għal rieżami tal-ordni ta’ ħlas Ewropea f’konformità mal-Artikolu 20(1) jew (2) tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 hi deċiża b’ordni, li kontrieha ma jiġi ppreżentat ebda appell. Appell kontra ċ-ċitazzjoni ta’ eżekuzzjoni għar-raġunijiet relatati mat-talba stabbiliti fl-ordni ta’ ħlas Ewropea hu permess biss jekk dawn ir-raġunijiet ikunu seħħew wara li ġiet innotifikata l-ordni u jekk ma jkunux għadhom jistgħu jiġu ppreżentati fid-dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 1896/2006.

1.6 Dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Il-konvenut jista’ jippreżenta dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni għall-ordni ta’ ħlas Ewropea quddiem il-qorti ta’ oriġini billi juża l-formola standard F, li tiġi pprovduta lilu flimkien mal-ordni ta’ ħlas Ewropea. Id-dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni għandha tintbagħat fi żmien 30 jum min-notifika tal-ordni lill-konvenut, u l-konvenut għandu jindika fid-dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni li hu jikkontesta t-talba, mingħajr ma jkollu jispeċifika r-raġunijiet għalxiex.

1.7 L-effett tad-dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Jekk il-konvenut jippreżenta dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni kontra l-ordni ta’ ħlas Ewropea skont it-tifsira tal-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 1896/2006, il-proċedura li ssegwi titwettaq f’konformità mad-dispożizzjonijiet taz-ZZP dwar il-proċedura fil-każ ta’ dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni kontra ordni ta’ ħlas (l-Artikoli 445a u 451-456 taz-ZZP, filwaqt li jittieħdu f’kunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006.

1.8 L-effett tan-nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Jekk, fi żmien 30 jum min-notifika tal-ordni ta’ ħlas lill-konvenut, filwaqt li jittieħed f’kunsiderazzjoni l-perjodu xieraq għar-riċevuta ta’ dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni, ma tkun ġiet ippreżentata ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni mal-qorti, il-qorti tiddikjara l-eżegwibilità tal-ordni ta’ ħlas Ewropea bil-formola standard G.

Ordni ta’ Ħlas Ewropea eżegwibbli (Artikoli 18 u 19 tar-Regolament Nru 1896/2006), maħruġa minn qorti fir-Repubblika tal-Kroazja, hi ordni ta’ infurzar li fuq il-bażi tagħha, fir-Repubblika tal-Kroazja, jista’ jitfittex l-infurzar bl-istess mod bħalma jsir fuq il-bażi ta’ deċiżjoni li tista’ tkun infurzata ta’ qorti Kroata.

1.8.1 X’jeħtieġ li jsir sabiex tinkiseb deċiżjoni eżekuttiva?

Bħala regola ġenerali, il-pretendent jeħtieġlu jitlob b’mod espliċitu lill-qorti biex toħroġ ċertifikat ta’ eżegwibilità, u l-qorti tiddikjara l-eżegwibilità tal-ordni ta’ ħlas Ewropea billi tuża l-formola standard G.

1.8.2 Din id-deċiżjoni tkun finali jew ikun għad fadal il-possibilità li l-intimat jappella minnha?

Il-konvenut jista’ jitlob rieżami tal-ordni ta’ ħlas Ewropea fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 507n taz-ZPP, filwaqt li jiġu kkunsidrati r-raġunijiet tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006, u l-qorti li tiddeċiedi dwar it-talba tista’ tipposponi l-eżekuzzjoni billi tapplika d-dispożizzjonijiet xierqa tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni rigward il-posponiment tal-eżekuzzjoni fuq it-talba tad-debitur.

L-aħħar aġġornament: 23/08/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna it-Taljan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Proċedura dwar "l-ordni ta' pagament" - Italja

1 L-eżistenza ta’ ordni għal proċeduri għall-ħlas

Fost proċeduri sommarji oħra, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Taljan jirregola l-proċedura għal ordni għal ħlas (“procedimento di ingiunzione”) (l-Artikolu 663 et seq.). Dan huwa proċediment ex parte, għaliex il-Qorti tiddeċiedi dwar it-talba tal-kreditur mingħajr ma tisma' lid-debitur u mingħajr ma tħallih jippreżenta risposta jew osservazzjonijiet.

Id-debitur jinstema' biss wara, jekk huwa jikkontesta l-ordni għal ħlas.

L-ordni għal ħlas jista' jintalab biss għal ċerti tipi ta' pretensjonijiet (talba għal ħlas ta' somma ta' flus jew għall-konsenja ta' kwantità speċifika ta' oġġetti funġibbli, eċċ.), u dejjem jekk jiġu sodisfati ċerti kundizzjonijiet previsti mill-Kodiċi Ċivili (pereż. l-kredituri jrid ikollhom prova bil-miktub tal-pretensjoni tagħhom, eċċ.).

Jekk il-qorti tilqa' r-rikors tal-kreditur, hija tordna lid-debitur sabiex iħallas din is-somma fi żmien speċifiku, normalment 40 jum, iżda twissi wkoll lid-debitur li huwa jista' jikkontesta dan l-ordni matul l-istess perjodu u li fin-nuqqas, l-ordni għall-ħlas isir definittiv u eżekuttiv.

1.1 L-ambitu tal-proċedura

Il-proċedura tapplika għal talbiet imressqa minn kredituri li lilhom huma dovuti flus jew kwantità speċifika ta' oġġetti funġibbli jew minn kull persuna bid-dritt li tirċievi ass mobbli speċifiku.

1.1.1 Liema talbiet huma eliġibbli (pereżempju talbiet fi flus biss, talbiet kuntrattwali biss eċċ.)?

Fejn il-proċedura tikkonċerna talba għal flus, is-somma trid tiġi ppreċiżata. Dan fil-fatt ineħħi l-possibiltà li ssir talba għal ordni għal ħlas għal talbiet mhux kuntrattwali, pereżempju talba għal kumpens minħabba dannu kkawżat wara att illegali.

1.1.2 Hemm limitu massimu fir-rigward tal-valur tat-talba?

Le, ma hemmx livell limitu. L-ordni għal ħlas jista' jintalab għal kull ammont.

1.1.3 L-użu ta’ dik il-proċedura huwa fakultattiv jew obbligatorju?

L-użu tal-proċedura ta' ordni għal ħlas mhux obbligatorju. Il-kreditur jista' dejjem jiftaħ kawża ordinarja.

1.1.4 Din il-proċedura hija disponibbli jekk l-intimat jgħix fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz?

Iva.

1.2 Il-qorti kompetenti

Ir-rikors ta' ordni għal ħlas jista' jitressaq quddiem il-Kummissarju għall-Ġustizzja (giudice di pace) jew qorti ġenerali (tribunale) li jkollha ġuriżdizzjoni għal proċedimenti ordinarji. Il-Kummissarju tal-Ġustizzja jista' jisma' biss talbiet żgħar, skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 7 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (ara l-anness mehmuż). Meta r-rikors jitressaq quddiem il-qorti ġenerali, il-qorti tkun iffurmata minn imħallef uniku.

Għal talbiet li jikkonċernaw id-drittijiet tal-avukati għas-servizzi legali pprovduti, sew jekk marbuta ma' litigazzjoni jew barra l-qorti, jew ir-rimborż tal-ispejjeż li jridu jitħallsu lill-avukati, il-marixxalli jew lil kull persuna oħra li tkun tat is-servizzi tagħha matul il-proċedimenti ġudizzjarji, dawn jiġu eżaminati mill-qorti  li tisma' l-każ li għalih tirreferi t-talba tal-kreditur.

L-avukati jistgħu jressqu rikors għal ordni għal ħlas kontra l-klijenti tagħhom quddiem il-qorti tal-post fejn huma rreġistrati mal-Kamra tal-Avukati (consiglio dell'ordine).  Bl-istess mod, in-nutara jistgħu jressqu t-talbiet tagħhom quddiem il-qorti tal-post fejn huma rreġistrati mal-Kunsill tan-Nutara (consiglio notarile)  (ara wkoll l-iskeda  dwar "Ġuriżdizzjoni").

1.3 Ir-rekwiżiti formali

It-talba għall-ħlas għandu jkollha l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 638 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (ara l-anness msemmi aktar 'l isfel) u trid tiġi ppreżentata fir-reġistru tal-qorti flimkien mad-dokumenti mehmuża.

1.3.1 L-użu ta’ formola standard huwa obbligatorju? (jekk iva, minn fejn tista’ tinkiseb din il-formola?)

Le, ma hemmx formola speċjali.

1.3.2 Jeħtieġ li nkun rappreżentat minn avukat?

Bħala regola ġenerali iva. Madankollu, f'ċerti każijiet ir-rikorrent jista' jirrappreżenta lilu nnifsu quddiem il-qorti. Dan iseħħ meta t-talba tinstema' mill-Kummissarju tal-Ġustizzja għal valur ta' EUR 1 100 jew inqas; każ ieħor huwa meta r-rikorrent ikun avukat u jista' jidher quddiem il-qorti li qed tisma' l-każ.

1.3.3 Kemm trid tkun dettaljata r-raġuni għat-talba?

Ir-rikors irid ikun fih it-talba u r-raġunijiet li jiġġustifikawha. Ir-raġunijiet għat-talba ma hemmx għalfejn ikunu dettaljati, u jistgħu jagħtu deskrizzjoni fil-qosor tal-fatti u d-dokumenti rilevanti.

1.3.4 Huwa meħtieġ li tiġi ppreżentata prova bil-miktub fir-rigward tat-talba kkonċernata? Jekk iva, liema dokumenti huma ammissibbli bħala provi?

Iva. Għall-finijiet tal-ordni jiġu ammessi provi bil-miktub, b'mod partikolari l-irċevuti tal-konsenja u wegħdiet unilaterali bil-miktub. Meta t-talba tikkonċerna l-forniment ta' oġġetti jew servizzi, u dan il-forniment isir minn negozju għal ieħor jew lil persuna li ma tmexxix attivitajiet professjonali jew kummerċjali, il-provi bil-miktub jistgħu jinkludu estratti awtentiċi mill-kontijiet tan-negozju kreditur, sakemm dawn il-kontijiet ikunu miżmuma skont il-liġi. Il-fatturi kummerċjali wkoll huma ammissibbli bħala provi bil-miktub, sakemm ikunu akkumpanjati minn kopja ttimbrata mir-reġistru tal-fatturi tar-rikorrent.

Hemm regoli speċifiċi għall-provi ta' appoġġ għat-talbiet dwar drittijiet u r-rimborż tal-avukati, in-nutara u l-membri ta' professjonijiet oħra, u għat-talbiet mill-awtoritajiet tal-Istat u dawk pubbliċi.

1.4 Iċ-ċaħda ta’ rikors

Jekk il-qorti tkun tal-fehma li t-talba ma ġietx ippruvata b'mod suffiċjenti, hija tavża lir-rikorrent b'dan permezz tal-iskrivan tal-qorti, fejn titlob lir-rikorrent biex jippreżenta aktar provi. Jekk ir-rikorrent jonqos milli jwieġeb jew ma jirtirax it-talba, jew jekk ir-rikors ma jistax jiġi milqugħ, il-qorti tiċħad it-talba b'digriet fejn tagħti r-raġunijiet.

Ir-rikorrent madankollu jista', minkejja ċ-ċaħda, jerġa' jippreżenta t-talba tiegħu, anki permezz ta' proċedura ordinarja.

1.5 Appell

Ma hemmx appell mid-digriet li jiċħad it-talba, la quddiem il-qorti tal-appell u lanqas fil-kassazzjoni.

1.6 Dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Jekk il-qorti tilqa' r-rikors, hija tordna l-ħruġ ta' ordni għall-ħlas, u kopja awtentika tal-ordni tiġi nnotifikata lill-konvenut. In-notifika trid issir fi żmien 60 jum mid-data tad-deċiżjoni jekk in-notifika trid issir l-Italja; fi żmien 90 jum jekk in-notifika trid issir barra l-Italja.

Meta jirċievi l-ordni għall-ħlas, id-debitur għandu 40 jum biex jikkontesta t-talba.

Fejn ikunu jeżistu raġunijiet fondati, il-preskrizzjoni għall-preżentata ta' oppożizzjoni għat-talba tista' titnaqqas għal għaxart ijiem jew tiżdied għal 60 jum. Jekk il-konvenut jgħix f'pajjiż ieħor tal-UE, il-preskrizzjoni hija ta' 50 jum u tista' titnaqqas għal 20 jum. Jekk il-konvenut jgħix f'pajjiż mhux fl-UE, il-preskrizzjoni hija ta' 60 jum u tista' titnaqqas għal 30 jum jew tiżdied sa 120 jum.

Il-konvenut jista' jikkontesta t-talba anki wara li tagħlaq il-preskrizzjoni, jekk juri li ma kienx infurmat fil-ħin minħabba n-notifika irregolari tal-ordni, jew minħabba xi avveniment mhux mistenni jew force majeure. L-ebda oppożizzjoni ma tista' ssir wara għaxart jiem mill-ewwel miżura ta' eżekuzzjoni.

Oppożizzjoni li tikkontesta l-ordni (opposizione) titressaq quddiem il-qorti li tkun ħarġet l-ordni, permezz ta' rikors (atto di citazione) li jrid jiġi nnotifikat lill-konvenut fl-indirizz indikat fir-rikors. Ir-rikors li jikkontesta l-ordni jrid ikun fih informazzjoni li ġeneralment tkun karatteristika ta' dawn ir-rikorsi. B'mod partikolari, il-konvenut irid jindika r-raġunijiet għall-kontestazzjoni tiegħu.

1.7 L-effett tad-dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Kontestazzjoni ta' din ix-xorti twassal għal proċedimenti ordinarji fejn il-qorti teżamina l-validità tat-talba għall-ħlas.

1.8 L-effett tan-nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Jekk ma ssir l-ebda oppożizzjoni fiż-żmien indikat, jew jekk il-konvenut jonqos li jidher quddiem il-qorti, il-qorti li toħroġ l-ordni tiddikjarah eżekuttiv wara talba tar-rikorrent.

1.8.1 X’jeħtieġ li jsir sabiex tinkiseb deċiżjoni eżekuttiva?

Hemm erba' xenarji differenti.

L-ewwel wieħed iseħħ meta l-preskrizzjoni għall-oppożizzjoni tal-konvenut tkun għadha ma skadietx. Ir-rikorrent jista' jitlob lill-qorti sabiex tiddikjara l-ordni eżekuttiv provviżorjament b'effett immedjat. Din it-talba tista' tintlaqa' biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet speċjali għall-eżekuzzjoni provviżorja stabbiliti fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili: pereżempju jekk it-talba hija bbażata fuq kambjala jew fuq ċekk, jew jekk id-dewmien fl-eżekuzzjoni jista' jikkaġuna dannu serju lill-kreditur. Il-qorti tista', bħala kundizzjoni għall-eżekuzzjoni provviżorja f'dan l-istadju bikri, titlob garanzija mill-kreditur favur id-debitur.

It-tieni xenarju jseħħ meta' konvenut li jkun ġie nnotifikat b'ordni għall-ħlas ma jopponix l-ordni fiż-żmien stabbilit. Meta jiġri hekk, il-kreditur jista' jippreżenta talba għall-eżekuzzjoni tal-ordni.

It-tielet xenarju jseħħ meta l-konvenut ikun oppona l-ordni u l-kawża tkun għadha pendenti. F'dan il-każ, il-kreditur jista' jippreżenta talba għall-eżekuzzjoni provviżorja tal-ordni. Din it-talba tista' tiġi milqugħa biss meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kodiċi (pereżempju, meta l-oppożizzjoni ma tkunx akkumpanjata minn provi bil-miktub). Il-qorti tista' wkoll tordna l-eżekuzzjoni provviżorja ta' parti tal-ordni, jiġifieri sa ammont mhux ikkontestat mid-debitur. Il-qorti tista' wkoll  tordna l-eżekuzzjoni provviżorja tal-ordni jekk il-kreditur jagħti garanzija li tkopri l-ammont għar-rimborż, flimkien mal-ispejjeż u d-danni.

Ir-raba' xenarju jseħħ meta l-oppożizzjoni tiġi miċħuda: b'konsegwenza taċ-ċaħda, l-ordni jakkwista saħħa eżekuttiva.

L-ordni għall-ħlas iddikjarat eżekuttiv jippermetti lill-kreditur l-iskrizzjoni ta' ipoteka ġudizzjarja fuq l-assi tad-debitur.

1.8.2 Din id-deċiżjoni tkun finali jew ikun għad fadal il-possibilità li l-intimat jappella minnha?

L-ordni li sar eżekuttiv minħabba n-nuqqas tad-debitur li jippreżenta oppożizzjoni jista' jiġi irtirat f'każijiet eċċezzjonali stabbili mil-liġi (pereżempju jekk jinstab li d-deċiżjoni tal-qorti kienet ibbażata fuq provi li wara nstabu li kienu foloz). Meta l-ordni għall-ħlas jaffettwa d-drittijiet ta' terzi, dawk it-terzi wkoll jistgħu jippreżentaw oppożizzjoni.

Is-sentenza li tiddeċiedi l-proċedimenti ta' oppożizzjoni tista' tiġi appellata skont il-proċeduri ordinarji.

Ħoloq relatati

ordni għall-ħlas  procedura cod proc civile - decreto ingiuntivo art. 633-656PDF(112 Kb)it

ordni għall-ħlas Kodiċi tal-Proċedura Ċivili ĠuriżdizzjoniPDF(46 Kb)it

L-aħħar aġġornament: 14/04/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Proċedura dwar "l-ordni ta' pagament" - Ċipru

1 L-eżistenza ta’ ordni għal proċeduri għall-ħlas

Mhemmx "ordni ta' ħlas" speċifiku nazzjonali għajr dak li hemm provdut fir-Regolament 1896/2006, li għall-applikazzjoni tiegħu ġie adottat regolament proċedurali.

1.1 L-ambitu tal-proċedura

1.1.1 Liema talbiet huma eliġibbli (pereżempju talbiet fi flus biss, talbiet kuntrattwali biss eċċ.)?

Mhux applikabbli.

1.1.2 Hemm limitu massimu fir-rigward tal-valur tat-talba?

Mhux applikabbli.

1.1.3 L-użu ta’ dik il-proċedura huwa fakultattiv jew obbligatorju?

Mhux applikabbli.

1.1.4 Din il-proċedura hija disponibbli jekk l-intimat jgħix fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz?

Mhux applikabbli.

1.2 Il-qorti kompetenti

Mhux applikabbli.

1.3 Ir-rekwiżiti formali

1.3.1 L-użu ta’ formola standard huwa obbligatorju? (jekk iva, minn fejn tista’ tinkiseb din il-formola?)

Mhux applikabbli.

1.3.2 Jeħtieġ li nkun rappreżentat minn avukat?

Mhux applikabbli.

1.3.3 Kemm trid tkun dettaljata r-raġuni għat-talba?

Mhux applikabbli.

1.3.4 Huwa meħtieġ li tiġi ppreżentata prova bil-miktub fir-rigward tat-talba kkonċernata? Jekk iva, liema dokumenti huma ammissibbli bħala provi?

Mhux applikabbli.

1.4 Iċ-ċaħda ta’ rikors

Mhux applikabbli.

1.5 Appell

Mhux applikabbli.

1.6 Dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Mhux applikabbli.

1.7 L-effett tad-dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Mhux applikabbli.

1.8 L-effett tan-nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

1.8.1 X’jeħtieġ li jsir sabiex tinkiseb deċiżjoni eżekuttiva?

Mhux applikabbli.

1.8.2 Din id-deċiżjoni tkun finali jew ikun għad fadal il-possibilità li l-intimat jappella minnha?

Mhux applikabbli.

L-aħħar aġġornament: 15/06/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Proċedura dwar "l-ordni ta' pagament" - Latvja

1 L-eżistenza ta’ ordni għal proċeduri għall-ħlas

Fil-Latvja hemm żewġ possibiltajiet: l-eżekuzzjoni mhux kontestata tal-obbligi (saistību bezstrīdus piespiedu izpildīšana, il-Kapitolu 50, l-Artikoli 400 – 406 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili(Civilprocesa likums)) u l-eżekuzzjoni tal-obbligi fuq notifika tal-qorti (saistību piespiedu izpildīšana brīdinājuma kārtība, il-Kapitolu 50.1, Artikoli 406.1–406.10 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili).

1.1 L-ambitu tal-proċedura

1.1.1 Liema talbiet huma eliġibbli (pereżempju talbiet fi flus biss, talbiet kuntrattwali biss eċċ.)?

L-eżekuzzjoni mhux kontestata tal-obbligi tista' ssir:

  1. skont il-ftehimiet dwar obbligi li jiġu garantiti b'ipoteka pubblika jew pleġġ kummerċjali;
  2. skont ftehimiet b'terminu fiss iċċertifikati minn nutar jew ftehimiet b'terminu fiss ta' effett legali ekwivalenti għall-ħlas ta' flus jew ir-radd lura ta' proprjetà mobbli;
  3. skont il-ftehimiet b'terminu fiss għall-kiri jew lokazzjoni ta' proprjetà li huma ċertifikati minn nutar jew imniżżla f'reġistru tal-artijiet u li jipprovduli l-lokatarju jew kerrej għandu obbligu, malli jiskadi t-terminu, biex jivvaka jew jagħti l-proprjetà mikrija jew biċ-ċens, (ħlief appartament) u jħallas il-kera jew iċ-ċens;
  4. skont ċedola kontestata.

L-obbligi msemmija hawn qabel mhumiex soġġetti għal eżekuzzjoni mhux kontestata jekk:

  1. l-eżekuzzjoni se ssir kontra proprjetà tal-Gvern;
  2. l-obbligu sar preskritt, għaliex jidher mingħajr ebda dubju mid-dokument innifsu.

L-eżekuzzjoni tal-obbligi fuq notifika tal-qorti tista' ssir fir-rigward ta' obbligi ta' ħlas li għalihom hemm provi permezz ta' dokument u li wasalilhom iż-żmien għall-eżekuzzjoni, u fir-rigward ta' obbligi għall-ħlas ta' kumpens previst f'kuntratt għall-forniment ta' prodotti, l-akkwist ta' prodotti jew il-forniment ta' servizzi, jekk dawn l-obbligi jidhru f'dokument u ma ġiex speċifikat żmien għall-eżekuzzjoni.

L-eżekuzzjoni ta' obbligi fuq notifika tal-qorti ma tistax issir:

  1. għal pagamenti marbuta mal-obbligu korrispettiv mhux imwettaq;
  2. jekk il-post ta' residenza dikjarata jew de facto tad-debitur mhux magħruf;
  3. jekk il-post ta' residenza dikjarata, il-post ta’ residenza de facto il-pożizzjoni geografika jew l-uffiċċju reġistrat tad-debitur ma jinsabx fil-Latvja;
  4. jekk il-penali mitluba taqbeż l-ammont tad-dejn prinċipali;
  5. jekk l-imgħax mitlub jaqbeż l-ammont tad-dejn prinċipali.

1.1.2 Hemm limitu massimu fir-rigward tal-valur tat-talba?

Le.

1.1.3 L-użu ta’ dik il-proċedura huwa fakultattiv jew obbligatorju?

L-użu tal-proċeduri mhux obbligatorju.

1.1.4 Din il-proċedura hija disponibbli jekk l-intimat jgħix fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz?

L-eżekuzzjoni tal-obbligi fuq notifika tal-qorti ma tistax issir jekk il-post ta' residenza dikjarata jew de facto tad-debitur, il-pożizzjoni ġeografika jew l-uffiċċju reġistrat tiegħu ma jinsabx il-Latvja.

L-eżekuzzjoni mhux kontestata tal-obbligi tista' ssir jekk jitressaq rikors fuq il-bażi ta' dokumenti ipotekarji fuq proprjetà immobbli, jew ta' obbligu biex wieħed jivvaka jew jagħti lura proprjetà immobbli mikrija jew b'ċens, jekk il-proprjetà tkun tinsab il-Latvja. Rikors għall-eżekuzzjoni mhux kontestata bbażat fuq ipoteka fuq bastiment jista' jitressaq il-Latvja jekk l-ipoteka tkun reġistrata hemmhekk.

1.2 Il-qorti kompetenti

Rikors għall-eżekuzzjoni mhux kontestata jiġi ppreżentat fir-reġistru tal-artijiet tal-qorti distrettwali jew tal-belt (rajona (pilsētas) tiesa):

  1. tal-post ta' residenza dikjarata tad-debitur, jew fin-nuqqas il-post ta' residenza de facto, jekk ir-rikors jikkonċerna obbligi ta' ħlas ta' flus jew għar-restituzzjoni ta' proprjetà mobbli, jew obbligi imposti b'kuntratt li huma garantiti bi pleġġ kummerċjali;
  2. tal-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli, jekk ir-rikors isir fuq il-bażi ta' dokumenti ta' ipoteka fuq proprjetà immobbli jew obbligu biex tiġi vvakata jew ritornata proprjetà immobbli b'ċens jew mikrija. Jekk diversi proprjetajiet immobbli jservu ta' garanzija għal obbligu partikolari, u r-rikorsi jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-uffiċċji tar-reġistru tal-artijiet tal-qrati distrettwali jew tal-belt differenti, ir-rikors jinstema' mill-uffiċċju tar-reġistru tal-artijiet tal-qorti distrettwali jew tal-belt tal-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli, fuq għażla tar-rikorrent;
  3. tal-post fejn hija r-reġistrata l-ipoteka fuq bastiment, jekk ir-rikors huwa bbażat fuq ipoteka fuq bastiment.

Rikors għall-eżekuzzjoni ta' obbligi fuq notifika tal-qorti jitressaq quddiem l-uffiċċju tar-reġistru tal-artijiet tal-qorti distrettwali jew tal-belt tal-post ta' residenza tad-debitur, jew fin-nuqqas il-post ta' residenza de facto tad-debitur jew tal-uffiċċju reġistrat.

1.3 Ir-rekwiżiti formali

1.3.1 L-użu ta’ formola standard huwa obbligatorju? (jekk iva, minn fejn tista’ tinkiseb din il-formola?)

Rikors għall-eżekuzzjoni ta' obbligi fuq notifika tal-qorti għandu jsir b'konformità mal-Anness 1 tar-Regolament tal-Kabinett Nru 792 tal-21 ta' Lulju 2009 dwar il-mudelli biex jintużaw għall-obbligi ta' eżekuzzjoni fuq notifika tal-qorti. Il-mudell huwa disponibbli fuq il-portal tal-qrati Latvjani: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.tiesas.lv/

L-ebda mudell mhu disponibbli għal rikors dwar l-eżekuzzjoni mhux kontestata tal-obbligi, jenħtieġ li jkun disponibbli skont l-Artikolu 404 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili.

1.3.2 Jeħtieġ li nkun rappreżentat minn avukat?

Le, dan mhux obbligatorju. Ir-regoli ġenerali dwar ir-rappreżentanza huma mniżżla fil-Kapitolu 12 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili - Rappreżentanti.

1.3.3 Kemm trid tkun dettaljata r-raġuni għat-talba?

Ir-raġunijiet fir-rikors ma hemmx għalfejn ikunu dettaljati.

Rikors għall-eżekuzzjoni mhux kontestata ta' obbligi trid tispeċifika l-obbligu u d-dokument li jixtieq jeżegwixxi l-kreditur, jindika d-dejn prinċipali li jrid jiġu rkuprat u kull penali u interessi, u fil-każ ta' ċedola, l-ispejjeż assoċjati mal-kontestazzjoni taċ-ċedola u l-kumpens stabbilit bil-liġi. Dawn li ġejjin jridu jiġu annessi mar-rikors: id-dokument li jrid jiġi eżegwit, u kopja awtentika tiegħu, jew f'każ ta' ċedola, id-dokument b'oppożizzjoni għaliha, u provi li ngħata avviż lid-debitur, sakemm ma jkunx previst mil-liġi li dan l-avviż mhux meħtieġ.

Rikors għall-eżekuzzjoni ta' obbligi fuq notifika tal-qorti jiġi ppreżentat billi timtela l-formola standard li tagħti dettalji tar-rikorent u tad-debitur, l-obbligu ta’ ħlas, id-dokumenti li huma prova tal-obbligu u l-iskadenza għat-twettiq tal-obbligu, l-ammont mitlub u l-mod tal-kalkolu, dikjarazzjoni mir-rikorrent li tiċċertifika li t-talba ma tiddependix minn obbligu korrispettiv jew li twettaq obbligu korrispettiv.

1.3.4 Huwa meħtieġ li tiġi ppreżentata prova bil-miktub fir-rigward tat-talba kkonċernata? Jekk iva, liema dokumenti huma ammissibbli bħala provi?

Dawn li ġejjin iridu jiġu annessi ma' rikors għall-eżekuzzjoni mhux kontestata ta' obbligi: id-dokument li se jiġi eżegwit, u kopja awtentika tiegħu, jew f'każ ta' promissory note, id-dokument li qed jopponiha, u provi li ngħata avviż lid-debitur, sakemm ma jkunx previst mil-liġi li dan l-avviż mhux meħtieġ (il-prova li ngħata avviż tista' tkun dikjarazzjoni mfassla minn bailiff ċertifikat jew mill-assistent tiegħu fejn jiġi dikjarat li d-destinatarju rrifjuta li jaċċetta l-avviż).

Għall-eżekuzzjoni ta' obbligi fuq notifika tal-qorti, ma trid tiġi preżentata l-ebda prova bil-miktub tat-talba, iżda r-rikors irid jidentifika d-dokumenti li jiffurmaw il-bażi tal-obbligu u ż-żmien stabbilit għat-twettiq tal-obbligu. Jekk id-debitur jikkontesta l-validità tal-obbligu ta' pagament fi żmien 14-il jum mill-wasla tan-notifika mibgħuta mill-qorti, jintemmu l-proċedimenti tal-qorti għall-eżekuzzjoni tal-obbligi fuq notifika tal-qorti. Id-deċiżjoni biex jintemmu l-proċedimenti għall-eżekuzzjoni ta’ obbligi fuq notifika tal-qorti fuq oġġezzjoni tad-debitur ma xxekkilx lill-kreditur milli jressaq kawża ordinarja l-qorti dwar it-talba.

1.4 Iċ-ċaħda ta’ rikors

L-eżekuzzjoni mhux kontestata ta' obbligi - l-imħallef uniku jagħti deċiżjoni fi żmien sebat ijiem mid-data tal-preżentazzjoni tar-rikors, fuq il-bażi tar-rikors u tad-dokumenti annessi miegħu mingħajr notifika minn qabel lir-rikorrent u lid-debitur. L-imħallef jiċħad ir-rikors jekk ma jkunx fondat, jew jekk il-penali indikata fir-rikors hija sproporzjonata għad-dejn prinċipali, jew jekk id-dokument għall-eżekuzzjoni fih klawżoli inġusti li jiksru d-drittijiet tal-konsumaturi.

Fil-każ tal-eżekuzzjoni tal-obbligi fuq notifika tal-qorti, jekk il-qorti tilqa' r-rikors iżda fi żmien 14-il jum mill-wasla tan-notifika mibgħuta mill-qorti d-debitur iressaq dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni fejn jikkontesta l-validità tal-obbligu ta' ħlas, l-imħallef itemm il-proċedimenti tal-eżekuzzjoni tal-obbligi fuq notifika tal-qorti.

1.5 Appell

Ma hemmx appell mid-deċiżjoni tal-imħallef fuq rikors għall-eżekuzzjoni mhux kontestata ta' obbligi jew l-eżekuzzjoni fuq notifika tal-qorti.

1.6 Dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

B'rikors għall-eżekuzzjoni mhux kontestata ta' obbligi, l-imħallef jiddeċiedi waħdu, mingħajr ma jqis il-fehma tad-debitur.

B'rikors għall-eżekuzzjoni ta' obbligi fuq notifika tal-qorti, l-imħallef jinnotifika lid-debitur bi proposta biex iħallas l-ammont indikat fir-rikors jew jippreżenta dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni lill-qorti fi żmien 14-il jum min-notifika.

1.7 L-effett tad-dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

L-eżekuzzjoni tal-obbligi fuq notifika tal-qorti - jekk id-debitur jikkontesta l-validità tal-obbligu ta' pagament fi żmien 14-il jum mill-wasla tan-notifika mibgħuta mill-qorti, jintemmu l-proċedimenti tal-qorti għall-eżekuzzjoni tal-obbligi fuq notifika tal-qorti. Jekk id-debitur jaċċetta parti mir-rikors, ir-rikorrent jiġi nnotifikat bit-tweġiba tad-debitur u jiġi ffissat żmien li fih ir-rikorrent irid jinforma lill-qorti jekk tħallsitx dik il-parti tal-obbligu li għaliha ġiet aċċettata l-eżekuzzjoni. Jekk ir-rikorrent ma jaqbilx mal-eżekuzzjoni ta' parti mill-obbligu, jew ma jweġibx fiż-żmien stabbilit fin-notifika, jintemmu l-proċedimenti tal-qorti.

1.8 L-effett tan-nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

B'rikors għall-eżekuzzjoni ta' obbligi fuq notifika tal-qorti, jekk id-debitur ma jippreżentax id-dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni fiż-żmien indikat fin-notifika, l-imħallef jieħu deċiżjoni fi żmien sebat ijiem mid-data ta' skadenza taż-żmien imħolli għad-dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni, u jordna l-eżekuzzjoni tal-obbligu ta' pagament speċifikat fir-rikors u l-irkupru tal-ispejjeż tal-qorti.

1.8.1 X’jeħtieġ li jsir sabiex tinkiseb deċiżjoni eżekuttiva?

L-eżekuzzjoni ta' obbligi fuq notifika tal-qorti: id-deċiżjoni tal-imħallef dwar l-eżekuzzjoni tal-obbligu ta' pagament indikata fir-rikors tidħol fis-seħħ minnufih; hija dokument eżekuttiv li jista' jiġi eżegwit skont ir-regoli dwar l-eżekuzzjoni tas-sentenzi.

L-eżekuzzjoni mhux kontestata tal-obbligi: l-imħallef, wara li jkun eżamina l-validità tar-rikors u jiddeċiedi li jista' jiġi milqugħ, jagħti deċiżjoni dwar liema obbligazzjoni se tiġi eżegwita u sa fejn għandha tiġi eżegwita. Id-deċiżjoni tal-imħallef tidħol fis-seħħ minnufih; hija dokument eżekuttiv li jista' jiġi eżegwit skont ir-regoli dwar l-eżekuzzjoni tas-sentenzi. Id-deċiżjoni tal-imħallef tinħareġ għall-eżekuzzjoni flimkien ma' kopja awtentika tad-dokument li qed jiġi eżegwit.

1.8.2 Din id-deċiżjoni tkun finali jew ikun għad fadal il-possibilità li l-intimat jappella minnha?

Ma hemmx appell mid-deċiżjoni tal-imħallef fuq rikors għall-eżekuzzjoni mhux kontestata ta' obbligi jew l-eżekuzzjoni fuq notifika tal-qorti; madankollu, jekk id-debitur huwa tal-fehmali t-talba tar-rikorrent, fuq il-mertu, mhix fondata, huwa jista' jiftaħ kawża kontra l-kreditur biex jopponi t-talba (f'każ ta' eżekuzzjoni mhux kontestata tal-obbligi, fi żmien sitt xhur minn meta tintbagħat il-kopja awtentika tad-deċiżjoni tal-imħallef, u f'każ ta' eżekuzzjoni ta' obbligi fuq notifika tal-qorti, fi żmien tliet xhur minn meta tintbagħat il-kopja awtentika tad-deċiżjoni). Meta d-debitur jiftaħ din it-tip ta' kawża huwa jista' jitlob is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-obbligi; jekk il-kreditur ikun tħallas matul il-proċess ta' eżekuzzjoni, id-debitur jista' jitlob għal garanzija tat-talba tiegħu. Il-kawża trid ssir skont il-proċeduri stabbiliti mil-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili quddiem il-qorti li semgħet ir-rikors preċedenti għall-eżekuzzjoni mhux kontestata tal-obbligi jew l-eżekuzzjoni tal-obbligi fuq notifika tal-qorti. Jekk madankollu t-talba taqa' taħt il-ġuridizzjoni ta' qorti reġjonali (apgabaltiesa), il-kawża għandha titressaq quddiem il-qorti reġjonali b'ġurisdizzjoni għat-taqsima tar-reġistru tal-artijiet tal-qorti distrettwali jew tal-belt li semgħet ir-rikors preċedenti.

Kawża tista’ tiġi rieżaminata b’rabta mal-istħarriġ ta’ sentenza fuq inizjattiva tal-konvenut abbażi tal-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bis-sottomissjoni ta’ rikors:

  1. rigward l-istħarriġ ġudizzjarju jew deċiżjoni ta’ qorti distrettwali (belt) - lill-qorti reġjonali konċernata;
  2. rigward l-istħarriġ ġudizzjarju jew deċiżjoni ta’ qorti distrettwali (belt) - lill-qorti reġjonali konċernata (Augstākā tiesa);
  3. rigward l-istħarriġ ġudizzjarju ta’ sentenza jew deċiżjoni tal-Awla tal-Qorti (Tiesu palāta) - lis-Sezzjoni tal-Kawżi Ċivili tal-Qorti Suprema.

Ir-rikors jista’ jiġi ppreżentat fi żmien 45 jum minn meta jiġu stabbiliti ċ-ċirkostanzi għall-istħarriġ skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

Ir-rikors ma jistax jiġi sottomess jekk għaddiet l-iskadenza għas-sottomissjoni ta’ dokument ta’ eżekuzzjoni rigward is-sentenza rilevanti.

Rikors li ma jindikax iċ-ċirkostanzi li skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala ċirkostanzi għall-istħarriġ ta’ sentenza, ma jiġix aċċettat u jiġi ritornat lura lir-rikorrent. Imħallef jirrifjuta li jaċċetta li jeżamina rikors għall-istħarriġ ġudizzjarju tal-kawża minħabba stħarriġ ta’ sentenza, anke jekk ir-rikors ikun ġie sottomess ripetutament u ma jidhrix minnu li ċ-ċirkostanzi għall-istħarriġ ġudizzjarju tas-sentenza biex tiġi deċiża l-kwistjoni nbiddlu. L-imħallef jista’ jissottometti lment anċillari dwar din id-deċiżjoni.

L-aħħar aġġornament: 08/05/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Proċedura dwar "l-ordni ta' pagament" - Litwanja

1 L-eżistenza ta’ ordni għal proċeduri għall-ħlas

Rikorsi għal Ordni ta’ Ħlas Ewropew jiġu eżaminati skont ir-regoli stabbiliti fil-Kapitolu XXIII tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja (Lietuvos Respubklikos civilinio proceso kodeksas), soġġetti għall-eċċezzjonijiet previsti fih.

1.1 L-ambitu tal-proċedura

1.1.1 Liema talbiet huma eliġibbli (pereżempju talbiet fi flus biss, talbiet kuntrattwali biss eċċ.)?

Il-proċedura stabbilita fil-Kapitolu XXIII tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja tiġi applikata f’każijiet li jinvolvu rikors ta’ kreditur rigward talbiet ta’ flus (ġejjin minn kuntratt, tort, impjieg, l-għoti ta’ manteniment, eċċ).

1.1.2 Hemm limitu massimu fir-rigward tal-valur tat-talba?

Le.

1.1.3 L-użu ta’ dik il-proċedura huwa fakultattiv jew obbligatorju?

Kawżi li jinstemgħu skont il-Kapitolu XXIII tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili jistgħu jinstemgħu wkoll fi proċedimenti kontenzjużi jew permezz ta’ proċedura bil-miktub skont l-għażla tal-kreditur.

1.1.4 Din il-proċedura hija disponibbli jekk l-intimat jgħix fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz?

Skont il-Kapitolu XXIII tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, ir-rikorsi ma jiġux ikkunsidrati jekk id-debitur jgħix jew għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu barra l-pajjiż.

Jekk tkun bdiet kawża fuq talba tal-kreditur u mbagħad jirriżulta li, wara li tkun ħarġet ordni tal-qorti, il-post ta’ residenza tad-debitur jew fejn jaħdem mhux magħruf, il-qorti tirrevoka l-ordni tagħha stess u r-rikors tal-kreditur jibqa’ mingħajr deċiżjoni. Din id-deċiżjoni tal-qorti ma tistax tiġi kkontestata permezz ta’ appell separat. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-qorti tista’ tirrevoka l-ordni tal-qorti u tħalli r-rikors tal-kreditur mingħajr deċiżjoni biss jekk qabel il-qorti kienet stabbiliet żmien għall-kreditur sabiex jidentifika l-post ta’ residenza jew xogħol tad-debitur jew biex jieħu passi sabiex il-qorti tkun tista’ tinnotifika d-dokumenti b’mezzi oħra.

1.2 Il-qorti kompetenti

Il-kawżi bbażati fuq rikorsi għal ordni tal-qorti jinstemgħu mill-qrati distrettwali skont il-post ta’ residenza.

1.3 Ir-rekwiżiti formali

Minbarra r-rekwiżiti ġenerali stabbiliti għall-kontenut u l-forma tad-dokumenti proċedurali, rikors għal ordni tal-qorti jrid jispeċifika:

  1. l-isem, il-kunjom, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni personali u l-indirizz tal-kreditur, jew, meta’ l-kreditur ikun entità ġuridika, l-isem sħiħ, l-uffiċċju rreġistrat, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni u n-numru tal-kont kurrenti tal-kreditur, id-dettalji tal-istituzzjoni ta’ kreditu rilevanti u, jekk ir-rikors jiġi ppreżentat minn rappreżentant, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-kreditur;
  2. l-isem, il-kunjom, in-numru ta’ identifikazzjoni personali (jekk magħruf), l-indirizz u l-post tax-xogħol (jekk magħruf) tad-debitur u, meta d-debitur ikun entità ġuridika, l-isem sħiħ, l-uffiċċju rreġistrat, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni u n-numru tal-kont kurrenti (jekk magħruf) tad-debitur u d-dettalji tal-istituzzjoni ta’ kreditu rilevanti (jekk magħruf);
  3. l-ammont tat-talba;
  4. meta talba tikkonċerna l-għoti ta’ interess jew penali minħabba ħlas li jkun sar tard, ir-rata, l-ammont u l-perjodu ta’ kalkolazzjoni tal-interess jew il-penali tal-ħlas li jkun sar tard;
  5. it-talba, il-fatti li fuqhom hija bbażata u l-provi ta’ sostenn;
  6. Rikjesta raġonevoli għall-applikazzjoni ta’ miżuri provviżorji fuq id-debitur meta’ jkun hemm raġunijiet tajba għal dan il-għan u teżisti informazzjoni dwar l-assi tad-debitur;
  7. Konferma li ma hemmx raġuni kif speċifikat fl-Artikolu 431(2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja (meta jinħareġ l-ordni tal-qorti, l-obbligu (jew parti mill-obbligu) fuq il-kreditur li għalih qed jintalab il-ħlas u li ma sarx u d-debitur jeħtieġ li jitwettaq; parti mill-obbligu ma tistax titwettaq u l-kreditur jeħtieġ li din titwettaq; id-debitur jgħix jew għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu barra l-pajjiż; il-post ta’ residenza tad-debitur u l-post tax-xogħol mhumiex magħrufa).
  8. Lista ta’ dokumenti annessi mar-rikors.

Rikors għal manteniment għandu jindika wkoll id-data u l-post ta’ twelid tad-debitur, id-data tat-twelid u l-post ta’ residenza tal-benefiċjarju (jekk ir-rikors isir minn persuna oħra u mhux mill-benefiċjarju nnifsu), l-ammont mitlub tal-manteniment fix-xahar u l-perjodu li għalih hu mitlub.

1.3.1 L-użu ta’ formola standard huwa obbligatorju? (jekk iva, minn fejn tista’ tinkiseb din il-formola?)

Huwa rakkomandat li tintuża l-formola standard approvata mill-Ministeru tal-Ġustizzja.

Fil-Portal tas-Servizzi Elettroniċi tal-Qrati Litwani huwa disponibbli mudell tal-formola ta’ applikazzjoni għal ordni tal-qorti Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://e.teismas.lt/lt/public/documentstemplates/

1.3.2 Jeħtieġ li nkun rappreżentat minn avukat?

Le.

1.3.3 Kemm trid tkun dettaljata r-raġuni għat-talba?

Dan mhux regolat.

1.3.4 Huwa meħtieġ li tiġi ppreżentata prova bil-miktub fir-rigward tat-talba kkonċernata? Jekk iva, liema dokumenti huma ammissibbli bħala provi?

Rikors għal ordni tal-qorti mhemmx għalfejn ikun akkumpanjat minn xi provi.

1.4 Iċ-ċaħda ta’ rikors

Il-qorti tiċħad rikors għal ordni tal-qorti fil-każijiet li ġejjin:

- fiċ-ċirkostanzi speċifikati fl-Artikolu 137(2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja (it-tilwima ma għandhiex tkun soġġetta għal proċedimenti ċivili quddiem qorti) it-talba ma taqax taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti partikolari; Il-persuna li tkun deheret quddiem il-qorti naqqset milli tosserva l-proċedura ekstraġudizzjarja stabbilita mil-liġi għal dik il-kategorija partikolari ta’ kawżi; ingħatat sentenza eżekuttiva jew deċiżjoni arbitrali dwar tilwima bejn l-istess partijiet li tinvolvi l-istess suġġett u bbażata fuq l-istess raġunijiet jew hemm sentenza eżekuttiva tal-qorti li laqgħet ir-rinunzja tat-talba tar-rikorrent jew approvat il-ftehim ta’ rikonċiljazzjoni tal-partijiet; hemm kawża pendenti quddiem il-qorti li tirrigwarda tilwima bejn l-istess partijiet dwar l-istess suġġett u bbażata fuq l-istess raġunijiet; il-partijiet ikkonkludew ftehim li jirreferi t-tilwima lil bord tal-arbitraġġ; Ir-rikors ġie ppreżentat f’isem persuna mingħajr kapaċità legali; Ir-rikors ġie ppreżentat f’isem il-parti interessata minn persuna li mhux awtorizzata tmexxi l-kawża);

- ir-rikors ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ ammissibbiltà previsti fl-Artikolu 431(1) u (2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja jew jidher biċ-ċar li mhux ġustifikat.

1.5 Appell

Sentenza li tirrifjuta rikors tista’ tiġi kkontestata permezz ta’ appell separat.

1.6 Dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Id-debitur jista’ jippreżenta dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni kontra r-rikors tal-kreditur jew parti minnu quddiem il-qorti li tkun ħarġet l-ordni tal-qorti. Jekk id-debitur ikun issodisfa parti mit-talba tal-kreditur jew jirrikonoxxi parti mit-talba iżda madakollu għadu ma ssodisfahiex, huwa jista’ jopponi l-validità tal-parti rimanenti tat-talba tal-kreditur.

Id-dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni tad-debitur kontra r-rikors tal-kreditur għandha tiġi ppreżentata bil-miktub fi żmien għoxrin jum min-notifika tal-ordni tal-qorti lid-debitur. Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali stabbiliti għall-kontenut u l-forma tad-dokumenti proċedurali, ħlief għar-rekwiżit li jiġu indikati r-raġunijiet għall-oppożizzjoni. Jekk, għal raġunijiet serji, id-debitur ikun ippreżenta dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni wara li jkun għadda ż-żmien speċifikat, il-qorti tista’ troddu lura dan iż-żmien fuq talba tiegħu stess. Sentenza li tirrifjuta dan ir-rikors mid-debitur tista’ tiġi kkontestata permezz ta’ appell separat.

1.7 L-effett tad-dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Meta l-qorti tirċievi d-dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni tad-debitur, hija trid tinnotifika lill-kreditur mhux aktar tard minn tliet jiem tax-xogħol li huwa jista’ jippreżenta talba skont ir-regoli ġenerali dwar il-proċedimenti kontenzjużi (inkluż ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni) u jħallas it-tariffa addizzjonali tal-qorti mhux aktar tard minn erbatax-il jum minn meta jirċievi n-notifika tal-qorti. Kull miżura provviżorja applikata mill-qorti ma tistax titneħħa qabel ma jiskadi ż-żmien għall-preżentata tat-talba.

Jekk id-debitur jissodisfa parti mit-talbiet tal-kreditur kif ordnat mill-qorti jew jirrikonoxxi parti mit-talba iżda madankollu ma jissodisfahiex u jopponi biss il-parti rimanenti tat-talba tal-kreditur, il-qorti toħroġ ordni ġdid fejn tilqa’ t-talba sa fejn mhux ikkontestat mid-debitur skont ir-regoli tal-Kapitolu rilevanti. Jekk id-debitur jopponi l-ordni tal-qorti f’dak li għandu x’jaqsam biss mal-għoti tal-ispejjeż proċedurali, il-qorti tiddeċiedi dwar il-kwistjoni ta’ kumpens għal dawk l-ispejjeż permezz ta’ sentenza. Il-kreditur jista’ jiftaħ kawża għall-parti mhux sodisfatta tat-talbiet tiegħu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu rilevanti.

1.8 L-effett tan-nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Jekk il-kreditur jonqos milli jippreżenta talba mfassla kif suppost lill-qorti fi żmien erbatax-il jum, ir-rikors tal-kreditur jitqies li ma ġiex ippreżentat u jintbagħat lura lill-kreditur permezz ta’ sentenza, u l-ordni tal-qorti u kwalunkwe miżura provviżorja li jkunu ġew applikati jiġu annullati. Din is-sentenza tista’ tiġi kkontestata permezz ta’ appell separat, għalkemm dan ma jżommx lill-kreditur milli jippreżenta talba skont il-proċedura ġenerali.

1.8.1 X’jeħtieġ li jsir sabiex tinkiseb deċiżjoni eżekuttiva?

Ordni tal-qorti tidħol fis-seħħ jekk id-debitur ma jippreżentax oppożizzjoni kontra r-rikors tal-kreditur fi żmien għoxrin jum. Ordni tal-qorti ma tistax tiġi implimentata bħala kwistjoni urġenti.

1.8.2 Din id-deċiżjoni tkun finali jew ikun għad fadal il-possibilità li l-intimat jappella minnha?

Ordni tal-qorti ma tistax tiġi kkontestata permezz ta’ appell jew proċedimenti quddiem il-qorti tal-kassazzjoni.

L-aħħar aġġornament: 21/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Proċedura dwar "l-ordni ta' pagament" - Lussemburgu

1 L-eżistenza ta’ ordni għal proċeduri għall-ħlas

Minbarra l-proċedura tal-ordni ta' ħlas Ewropea stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tat-12 ta' Diċembru 2006, skont il-liġi Lussemburġiża huwa possibbli wkoll li d-dejn jinġabar malajr permezz ta' rikors quddiem Qorti Distrettwali għal ordni ta' ħlas provviżorju, (għal talbiet ta' aktar minn EUR 10 000: il-proċeduri tat-talbiet iż-żgħar quddiem Kummissarju tal-Ġustizzja jintużaw għal talbiet sa massimu ta' EUR 10 000, ara "Talbiet Żgħar - il-Lussemburgu").

1.1 L-ambitu tal-proċedura

Il-persuna konċernata tista' jew tressaq rikors għal kawża sommarja għal miżura provviżorja (action en référé) jew titlob ordni ta' ħlas provviżorju (ordonnance sur requête, provision sur requête).

Il-proċeduri sommarji għal miżura provviżorja jridu jiġu segwiti minn proċeduri bis-sħiħ dwar il-mertu tat-talba, bir-riżultat illi, b'mod ġenerali, il-proċeduri li jridu jsiru għandhom tendenza jqumu l-flus.

L-ordni ta' ħlas provviżorju huwa l-aktar mod metodu mgħaġġel u bi ffrankar ta' flus għall-irkupru tad-dejn.

Il-proċedura tvarja skont l-ammont tat-talba li trid tiġi rkuprata.

1.1.1 Liema talbiet huma eliġibbli (pereżempju talbiet fi flus biss, talbiet kuntrattwali biss eċċ.)?

Ordni ta' ħlas provviżorju jista' jsir għal talbiet finanzjarji fejn is-somma prinċipali hija aktar minn EUR 10 000 (minbarra l-ispejjeż u l-interessi).

Ordni ta' ħlas provviżorju jista' jsir biss kontra debitur li għandu d-domiċilju tiegħu fil-Lussemburgu.

Il-proċedura tal-ordni ta' ħlas provviżorju tista' tintuża biss għal talbiet finanzjarji b'dokumenti mehmuża. Il-proċedura ma tistax tintuża, pereżempju, sabiex jingħata ordni ta' malajr għad-danni.

1.1.2 Hemm limitu massimu fir-rigward tal-valur tat-talba?

Le.

1.1.3 L-użu ta’ dik il-proċedura huwa fakultattiv jew obbligatorju?

Mhux obbligatorja.

1.1.4 Din il-proċedura hija disponibbli jekk l-intimat jgħix fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz?

Il-proċedura tal-ordni ta' ħlas Ewropea.

1.2 Il-qorti kompetenti

Kreditur li jixtieq jikseb ordni provviżorju għal ammont ta' aktar minn EUR 10 000 għandu jressaq it-talba tiegħu quddiem il-President tal-Qorti Distrettwali (tribunal d’arrondissement) b'ġuriżdizzjoni fil-post fejn għandu d-domiċilju d-debitur, sakemm il-kreditur jista' jistrieħ ukoll fuq klawżola valida tal-għażla tal-ġuriżdizzjoni. Hemm żewġ Qrati Distrettwali fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu, waħda fil-Lussemburgu u l-oħra f'Diekirch.

Japplikaw ir-regoli ġenerali dwar il-ġuriżdizzjoni.

1.3 Ir-rekwiżiti formali

Ir-rikors għal ordni ta' ħlas provviżorju għandu jiġi ppreżentat quddiem ir-reġistru tal-Qorti Distrettwali. Biex ikun validu, irid ikun fih il-kunjomijiet, l-ismijiet, id-dettalji dwar l-impjieg, id-domiċilju jew ir-residenza tar-rikorrent u l-konvenut, il-kwistjoni li dwarha qed isir ir-rikors, dikjarazzjoni tar-raġunijiet u d-dokumenti ta' sostenn.

1.3.1 L-użu ta’ formola standard huwa obbligatorju? (jekk iva, minn fejn tista’ tinkiseb din il-formola?)

Ma hemmx formola obbligatorja.

1.3.2 Jeħtieġ li nkun rappreżentat minn avukat?

Il-kreditur ma għandux għalfejn jidher għalih avukat biex jippreżenta r-rikors għal ordni ta' ħlas.

1.3.3 Kemm trid tkun dettaljata r-raġuni għat-talba?

Il-kreditur għandu jindika l-kwistjoni li għaliha qed jirreferi r-rikors (jiġifieri l-ammont li qed jintalab) u jipprovdi dikjarazzjoni tar-raġunijiet (jiġifieri r-raġunijiet għalfejn huma dovuti l-flus). Filwaqt li din id-dikjarazzjoni tista' ssir fil-qosor, għandha tindika r-raġunijiet rilevanti. Il-firxa tar-raġunijiet li għandhom jingħataw ivarjaw fil-prattika skont il-kumplessità tal-każ: jekk id-dokumenti jkunu ċari minnhom infushom, ikun hemm bżonn biss ta' spjegazzjoni qasira.

1.3.4 Huwa meħtieġ li tiġi ppreżentata prova bil-miktub fir-rigward tat-talba kkonċernata? Jekk iva, liema dokumenti huma ammissibbli bħala provi?

Il-kredituri iridu jipprovdu dokumenti ta' sostenn mar-rikors tagħhom. L-imħallef jiddeċiedi dwar l-ammissibiltà tar-rikors essenzjalment fuq il-bażi ta' dawn id-dokumenti.

Jistgħu jiġu ppreżentati biss "dokumenti"; il-kreditur ma jistax - f'dan l-istadju tal-proċedimenti - jipproponi li juru li t-talba tiegħu jew tagħha hija fondata b'mezzi oħra, pereżempju billi jtella' x-xhieda.

1.4 Iċ-ċaħda ta’ rikors

L-imħallef jiċħad it-talba jekk hu jqis li r-raġunijiet mogħtija mhumiex prova biżżejjed li t-talba hija ġġustifikata.

Bħal kull deċiżjoni ġudizzjarja oħra, l-ordni ta' ċaħda jrid jinkludi r-raġunijiet.

1.5 Appell

Ma jistax isir appell minn ordni ta' ċaħda. Madankollu l-kreditur jista' jibda proċedimenti ġenerali l-Qorti dwar il-mertu tal-kawża, jew proċedimenti sommarji għal miżura provviżorja.

1.6 Dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Debitur li jiġi nnotifikat b'ordni provviżorju għal ħlas għandu 15-il ġurnata biex jappella l-ordni.

L-appell isir permezz ta' dikjarazzjoni bil-miktub ippreżentata fir-reġistru mill-appellant jew mir-rappreżentant tiegħu jew tagħha. Id-dikjarazzjoni trid tispjega fil-qasir ir-raġunijiet li fuqhom hija bbażata, u jkollha mehmuż magħha kull dokument li jista' jgħin biex jiġġustifika l-appell.

Ir-reġistratur iniżżel id-dikjarazzjoni tal-appell fir-reġistru tal-qorti, joħroġ irċevuta, u jinnotifika l-appell lill-konvenut.

Għalkemm il-preskrizzjoni biex jitressaq appell hija ta' 15-il ġurnata, fil-prattika appell jista' jitressaq kull meta l-kreditur jkun għadu ma applikax għal ordni eżekuttiv. Peress li l-kredituri rari jitolbu li jinħareġ immedjatament ordni eżekuttiv wara l-perjodu ta' 15-il ġurnata, id-debituri ta' spiss ikollhom aktar ħin minn dak provdut mil-liġi, iżda ma jgawdux mill-istess ċertezza li jkollhom fl-ewwel 15-il ġurnata.

1.7 L-effett tad-dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

L-appell tad-debitur iwaqqaf il-proċedura, li jfisser li ma jistax jinħareġ mal-ewwel ordni eżekuttiv. Jibqgħu, madankollu, xi effetti tan-notifika; l-interessi jkomplu jiżdiedu, pereżempju, mid-data li fiha tkun saret in-notifika lid-debitur.

L-imħallef jeżamina l-appell. Jekk l-imħallef ikun tal-fehma li l-appell jista' jiġi milqugħ, il-fehma tiegħu/tagħha titniżżel f'ordni li jagħti r-raġunijiet u jiddeċiedi/tiddeċiedi li l-ordni maħruġ qabel huwa null u bla effett. Jekk l-appell huwa ġġustifikat parzjalment, l-imħallef jordna l-ħlas tal-parti tat-talba li huwa jkun laqgħa. Jekk l-appell jiġi miċħud, l-imħallef joħroġ ordni kontra d-debitur.

Skont din il-proċedura, l-imħallef jista' jagħti sentenza mingħajr ma jisma' lill-partijiet. L-imħallef jista' jsejjaħ lill-partijiet biex jidhru waqt seduta, iżda ma hemmx obbligu biex it-talbiet jinstemgħu f'seduta miftuħa.

1.8 L-effett tan-nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Jekk id-debitur ma jressaqx appell fi żmien 15-il ġurnata min-notifika, il-kreditur jista' jitlob lill-qorti biex toħroġ ordni eżekuttiv.

1.8.1 X’jeħtieġ li jsir sabiex tinkiseb deċiżjoni eżekuttiva?

Il-kreditur jew ir-rappreżentant tiegħu jew tagħha jippreżentaw rikors fir-reġistru tal-qorti li jiddaħħal fir-reġistru tal-qorti.

1.8.2 Din id-deċiżjoni tkun finali jew ikun għad fadal il-possibilità li l-intimat jappella minnha?

Jekk l-ordni provviżorju kien ġie nnotifikat personalment lid-debitur, l-ordni eżekuttiv għandu l-effett ta' ordni li jingħata fi proċedimenti fejn jinstemgħu iż-żewġ naħat, u jista' jiġi kontestat biss permezz ta' appell fi żmien 15-il ġurnata wara li jiġi nnotifikat. Jekk l-ordni provviżorju ma kienx ġie nnotifikat personalment lid-debitur, l-ordni eżekuttiv għandu l-effett ta' ordni mogħti b'kontumaċja, u rikors għat-tħassir tiegħu jibqa' possibbli fi żmien tmint'ijiem mid-data li fih ġie nnotifikat, terminu li jibda miexi fl-istess ħin mat-terminu għall-appell.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.legilux.lu/; Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://justice.public.lu/fr.html

L-aħħar aġġornament: 09/01/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Proċedura dwar "l-ordni ta' pagament" - Ungerija

1 L-eżistenza ta’ ordni għal proċeduri għall-ħlas

Fl-Ungerija, hemm proċedura tal-ordni tal-ħlas irregolata permezz tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt L tal-2009 dwar il-Proċeduri tal-Ordni tal-Ħlas. Proċeduri tal-ordni tal-ħlas huma proċedimenti ssimplifikati tad-dritt ċivili li jsiru barra l-qorti għall-infurzar ta’ pretensjonijiet għall-ħlas u huma fil-kompetenza tan-nutara tad-dritt ċivili. Il-proċedura tal-ordni tal-ħlas tinvolvi pproċessar awtomatizzat ta’ data, li għaliha n-nutar tad-dritt ċivili juża s-sistema informatika online uniformi tal-Kamra Ungeriża tan-Nutara tad-Dritt Ċivili (MOKK) disponibbli mal-pajjiż kollu għan-nutara tad-dritt ċivili u għall-partijiet u l-persuni oħra involuti fil-proċedura. Bħala proċedimenti tad-dritt ċivili barra mill-qorti, il-proċedimenti tan-nutar għandhom l-istess effett bħall-proċedimenti tal-qorti.

1.1 L-ambitu tal-proċedura

Għajr f’ċerti każijiet, pretensjoni għal flus li jkun skada ż-żmien li fih kellhom jitħallsu tista’ ssir permezz ta’ proċedura tal-ordni tal-ħlas.

Jekk is-somma inkwistjoni, ikkalkulata skont ir-regoli rilevanti stabbiliti fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt CXXX tal-2016 dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, ma tkunx taqbeż it-HUF 3 000 000, pretensjoni li tkun qabżet l-iskadenza tagħha, u li tkun limitata esklussivament għall-ħlas ta’ flus tista’ tiġi likwidata biss permezz ta’ proċedura ta’ ordni tal-ħlas jew tentattiv biex jintlaħaq ftehim qabel il-proċess. Din id-dispożizzjoni tapplika biss jekk

  1. kull parti jkollha post tar-residenza magħruf jew, fin-nuqqas ta’ dan, post tas-soġġorn, jew sede jew uffiċċju ta’ fergħa (“indirizz għan-notifika”) fl-Ungerija, u
  2. il-pretensjoni għall-ħlas ma tkunx irriżultat minn relazzjoni ġuridika stabbilita skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Att I tal-2012 dwar il-Kodiċi tax-Xogħol, impjieg fis-settur pubbliku, relazzjoni ta’ servizz, parteċipazzjoni fi skema ta’ impjieg pubbliku, kuntratt tax-xogħol konkluż skont l-Att dwar l-Isport, kuntratt ta’ apprendistat konkluż f’taħriġ vokazzjonali, kuntratt ta’ internship skont l-Att dwar l-Edukazzjoni Għolja Nazzjonali jew relazzjoni ta’ xogħol stabbilita ma’ kooperattiva soċjali jew kooperattiva tal-impjiegi minn membru tagħha jew kuntratt ta’ servizz pubbliku jew kuntratt amministrattiv skont it-tifsira tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt I tal-2017 dwar il-Kodiċi tal-Proċedura tal-Qorti Amministrattiva. Pretensjonijiet ta’ flus li jirriżultaw minn dawn ir-relazzjonijiet ġuridiċi jistgħu jiġu likwidati biss permezz ta’ proċedura tal-ordni tal-ħlas jekk il-kawża ma tkunx relatata mad-dħul fir-relazzjoni ġuridika jew il-modifika jew it-terminazzjoni tagħha jew konsegwenza ġuridika ta’ ksur kolpevoli mill-impjegat tal-obbligi li jirriżultaw mir-relazzjoni ġuridika, jew konsegwenza ġuridika ta’ kondotta ħażina min-naħa tal-impjegat.

Jekk is-somma inkwistjoni, ikkalkulata skont ir-regoli rilevanti stabbiliti fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, tkun taqbeż il-HUF 30 000 000, pretensjoni pekunjarja ma tistax tiġi likwidata permezz ta’ proċedura ta’ ordni tal-ħlas.

Il-ftuħ ta’ kawża għal pretensjoni għall-ħlas ta’ flus għandu jinftiehem bħala li ma jinkludix il-ftuħ ta’ kawża għal pretensjonijiet ta’ ipoteki kontra kredituri ipotekarji.

L-ebda ordni tal-ħlas ma tista’ tinħareġ jekk parti ma jkollhiex indirizz magħruf għan-notifika fl-Ungerija.

1.1.1 Liema talbiet huma eliġibbli (pereżempju talbiet fi flus biss, talbiet kuntrattwali biss eċċ.)?

Ara t-tweġiba fit-Taqsima 1.1.

1.1.2 Hemm limitu massimu fir-rigward tal-valur tat-talba?

Iva, HUF 30 000 000.

1.1.3 L-użu ta’ dik il-proċedura huwa fakultattiv jew obbligatorju?

Anqas minn HUF 3 000 000 huwa obbligatorju, kif indikat fit-Taqsima 1.1; fil-każijiet l-oħra kollha, huwa fakultattiv.

1.1.4 Din il-proċedura hija disponibbli jekk l-intimat jgħix fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz?

L-ebda ordni tal-ħlas ma tista’ tinħareġ jekk id-debitur ma jkollux indirizz magħruf għan-notifika fl-Ungerija.

1.2 Il-qorti kompetenti

Għall-proċeduri tal-ħlas, in-nutara għandhom kompetenza madwar il-pajjiż kollu. Fil-proċeduri tal-ordnijiet tal-ħlas ma jistax ikun hemm stipulazzjonijiet li jirrigwardaw il-ġuriżdizzjoni.

Il-pretensjonijiet imressqa bil-fomm jew fuq il-karta jiġu ttrattati min-nutar tad-dritt ċivili li lilu tkun ġiet ippreżentata l-pretensjoni, filwaqt li l-pretensjonijiet elettroniċi jiġu assenjati awtomatikament lil nutar tad-dritt ċivili permezz ta’ programm tal-kompjuter.

1.3 Ir-rekwiżiti formali

Ir-rikorsi biex tinħareġ ordni tal-ħlas iridu jiġu ppreżentati jew bil-miktub, fuq il-formola korrispondenti, jew bil-fomm.

1.3.1 L-użu ta’ formola standard huwa obbligatorju? (jekk iva, minn fejn tista’ tinkiseb din il-formola?)

Huwa obbligatorju li tintuża formola standardizzata kemm għas-sottomissjonijiet elettroniċi kif ukoll għal dawk fuq il-karta. Il-formola tista’ titniżżel mis-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMOKK jew tinkiseb mingħand in-nutara.

1.3.2 Jeħtieġ li nkun rappreżentat minn avukat?

Le.

1.3.3 Kemm trid tkun dettaljata r-raġuni għat-talba?

Ir-rikors irid jinkludi:

  • ir-relazzjoni ġuridika li fuqha tkun ibbażata l-pretensjoni, id-dritt pretiż, u l-ammont tat-talba prinċipali u t-tariffi relatati;
  • id-data tal-bidu tar-relazzjoni ġuridika sottostanti u d-data tal-iskadenza tal-pretensjoni;
  • id-data li fuq il-bażi tagħha tkun tista’ tiġi identifikata l-pretensjoni.

Ir-rikors jista’ jkun fih preżentazzjoni qasira tal-fatti sottostanti għad-dritt allegat u indikazzjoni tal-evidenza ta’ sostenn.

1.3.4 Huwa meħtieġ li tiġi ppreżentata prova bil-miktub fir-rigward tat-talba kkonċernata? Jekk iva, liema dokumenti huma ammissibbli bħala provi?

Ma tittieħed l-ebda evidenza għall-proċeduri tal-ħlas. Madankollu, ir-rikors jista’ jkun fih preżentazzjoni qasira tal-fatti sottostanti għad-dritt allegat u indikazzjoni tal-evidenza ta’ sostenn. Din id-dispożizzjoni ma twaqqafx lil nutar tad-dritt ċivili milli jeżamina jekk rikors għal eżenzjoni parzjali minn spejjeż, ħlas bin-nifs jew differiment tal-ħlas ikunux fondati.

1.4 Iċ-ċaħda ta’ rikors

In-nutar tad-dritt ċivili jirrifjuta r-rikors jekk ikun jista’ jiġi stabbilit li

  1. il-ġuriżdizzjoni tan-nutara tad-dritt ċivili Ungeriżi jew, fil-każ ta’ trasferiment għal proċedimenti ċivili ordinarji, dik tal-qrati Ungeriżi, tkun eskluża permezz tal-liġi, minn att ġuridiku vinkolanti tal-Unjoni Ewropea jew minn konvenzjoni internazzjonali, jew qorti barranija jkollha ġuriżdizzjoni esklużiva;
  2. l-eżekuzzjoni tal-pretensjoni tar-rikorrent tkun fil-ġuriżdizzjoni esklużiva tal-qrati jew ta’ awtorità oħra;
  3. il-liġi tkun tistipula li ma tkun tista’ tinħareġ l-ebda ordni tal-ħlas;
  4. ikun hemm proċedura ta’ ordni tal-ħlas li tkun għaddejja bejn il-partijiet għall-istess drittijiet u fuq l-istess bażi fattwali, jew il-konsegwenzi ġuridiċi ta’ meta titressaq kawża jkunu diġà nħolqu, jew ikunu diġà saru ordni tal-ħlas effettiva jew deċiżjoni finali oħra fil-kawża;
  5. parti ma jkollha l-ebda kapaċità ġuridika li taġixxi fil-kawża;
  6. ir-rikorrent ma jkollux indirizz għan-notifika fl-Ungerija meta jissottometti r-rikors għal ordni tal-ħlas, jew l-indirizz Ungeriż tar-rikorrent għan-notifika ma jkunx baqa’ jeżisti wara s-sottomissjoni tar-rikors, jew in-notifika ma tkunx setgħet issir fuq ir-rikorrent fl-indirizz Ungeriż għan-notifika speċifikat mir-rikorrent;
  7. ir-rikorrent jitlob notifika permezz ta’ pubblikazzjoni tal-ordni tal-ħlas;
  8. in-notifika tal-ordni tal-ħlas fl-indirizz Ungeriż tal-konvenut tkun falliet ripetutament, ħlief f’każijiet fejn is-servizz ikun preżunt li seħħ;
  9. ir-rikors tar-rikorrent tkun prematura jew, għal raġuni li mhijiex ta’ limitazzjoni, ma tkunx tista’ tiġi infurzata minn qorti;
  10. ir-rikorrent ikun naqas milli jissodisfa l-limitu ta’ żmien stabbilit b’leġiżlazzjoni separata biex jinforza l-pretensjoni fi proċedimenti ċivili;
  11. rikors ippreżentat minn rappreżentant ġuridiku ma jkunx jikkonforma mar-rekwiżiti għall-kontenut tiegħu stabbiliti fil-liġi applikabbli jew f’leġiżlazzjoni delegata, jew ma jkunx fih prokura tar-rappreżentant ġuridiku, jew l-ispejjeż tal-proċedimenti ma jkunux tħallsu;
  12. persuna ġuridika jew persuna oħra li jkollha obbligu ta’ amministrazzjoni elettronika skont il-liġi ma tkunx issottomettiet ir-rikors tagħha b’mezzi elettroniċi, bl-eċċezzjoni ta’ rikors għal eżenzjoni parzjali minn spejjeż imressqa minn persuna fiżika b’rappreżentant ġuridiku;
  13. wara l-appell tal-qorti lir-rikorrent biex jirrimedja n-nuqqasijiet, ir-rikors (jew il-parti meħtieġa) ma jkunx ġie ppreżentat fil-limitu ta’ żmien speċifikat, jew ir-rikors ippreżentat tkun għadha mhux kompluta, u b’hekk ma tkunx tista’ tiġi eżaminata, jew ir-rikorrent ikun naqas milli jħallas it-tariffa tal-amministratur bil-quddiem; jew
  14. ir-rikorrent ikun iddikjara spejjeż proċedurali f’talba skont il-liġi sostantiva.

Ħlief f’każijiet fejn in-notifika tkun preżunta li seħħet, jekk l-ordni tal-ħlas ma tkunx setgħet tiġi nnotifikata lill-konvenut, ir-rikorrent irid jiġi infurmat u fl-istess ħin jiġi mitlub jinnotifika l-indirizz il-ġdid tal-konvenut għan-notifika fl-Ungerija fi żmien tletin jum. Jekk ir-rikorrent jipprovdi d-data mitluba, irid isir tentattiv ieħor biex issir in-notifika, u jekk it-tentattiv ripetut ma jirnexxix, ir-rikors irid jiġi miċħud għar-raġuni li hemm fil-punt h).

Jekk ir-rikorrent jonqos milli jipprovdi d-data mitluba, jew jekk id-data pprovduta mir-rikorrent ma tkunx kompluta, ir-rikors irid jiġi miċħud għar-raġuni li hemm fil-punt m).

L-ordni li tiċħad ir-rikors għal ordni tal-ħlas trid tiġi nnotifikata lir-rikorrent u tintbagħat lill-konvenut. Ir-rikorrent jista’ jappella kontra l-ordni, mingħajr ma jkollu għalfejn jibgħat l-appell lill-konvenut għall-osservazzjonijiet.

1.5 Appell

Ir-rikorrent jista’ jappella kontra l-ordni li tiċħad it-talba għal ordni tal-ħlas. B’mod ġenerali, l-appelli jinstemgħu fi proċedura mhux kontenzjuża mill-qorti reġjonali (törvényszék) b’ġuriżdizzjoni fuq iż-żona fejn tkun tinsab is-sede tan-nutar tad-dritt ċivili, skont ir-regoli dwar l-appelli kontra l-ordnijiet. Jista’ jitressaq appell fi żmien 15-il jum min-notifika tad-deċiżjoni. Jekk rikors għal ordni tal-ħlas jiġi miċħud, ir-rikorrent jista’ jagħżel li jillikwida l-pretensjoni permezz ta’ rikors ieħor għal ordni tal-ħlas, azzjoni ġudizzjarja, jew permezz ta’ mezzi legali oħra. F’dak il-każ, l-effetti ġuridiċi tal-preżentazzjoni ta’ rikors jippersistu jekk ir-rikors il-ġdid għal ordni tal-ħlas jew rikors li jibda l-proċedimenti jiġu ppreżentati jew mibgħuta bil-posta rreġistrata fi żmien tletin jum mid-data li fiha l-ordni taċ-ċaħda ssir finali, jew il-pretensjoni tiġi likwidata permezz ta’ mezzi legali oħra fl-istess limitu ta’ żmien. L-ebda rikors għal estensjoni ma jiġi aċċettat jekk dan il-limitu ta’ żmien ma jiġix rispettat. Rikors ġdid għal ordni tal-ħlas għandu jikkwota n-numru ta’ referenza tal-ordni li tiċħad ir-rikors preċedenti. Ir-rikors għandu jkollu mehmuż miegħu l-ordni nnifisha.

F’każijiet oħra, deċiżjoni fi proċedura għal ordni tal-ħlas tista’ tkun soġġetta għal appell jekk l-Att dwar il-Proċeduri tal-Ordnijiet tal-Ħlas jew il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jkunu jippermettu appell.

Ma hemm l-ebda dritt ta’ appell kontra ordni tal-ħlas, iżda l-konvenut jista’ jippreżenta dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni, kif deskritt fit-Taqsima 1.6.

Ladarba ordni tal-ħlas finali jkollha l-istess effett bħal sentenza, jista’ jiġi ppreżentat rikors għar-reviżjoni tagħha skont ir-regoli stabbiliti fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Ir-reviżjoni taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti li kien ikollha ġuriżdizzjoni bħala qorti tal-prim’ istanza kieku l-proċedura kienet ġiet trasferita għal proċedimenti ċivili ordinarji bħala riżultat ta’ dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni. Jekk jiġi ppreżentat rikors għal reviżjoni, il-qorti tirċievi d-dokumenti tal-każ fuq il-karta mingħand in-nutar tad-dritt ċivili jew tikseb dawn id-dokumenti elettronikament mis-sistema tal-MOKK.

Ma hemm l-ebda rieżami għal ordni tal-ħlas finali.

1.6 Dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Il-konvenut jista’ jippreżenta dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni kontra l-ordni tal-ħlas man-nutar tad-dritt ċivili fi żmien 15-il jum min-notifika tagħha. Ir-rikorsi mressqa mill-konvenut sempliċement għad-differiment tal-ħlas jew għall-ħlas bin-nifs ma jitqisux bħala kontestazzjoni tal-ordni tal-ħlas. Tali rikorsi jistgħu jiġu ppreżentati biss fil-limitu ta’ żmien stabbilit għad-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni. Jekk il-konvenut isostni, fid-dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni, li l-pretensjoni li tkun qed tiġi likwidata tkun diġà tħallset qabel ma ġiet innotifikata l-ordni tal-ħlas, in-nutar tad-dritt ċivili jistieden lir-rikorrent fil-waqt tan-notifika tad-dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni biex jindika fi żmien ħmistax-il jum jekk il-pretensjoni tkunx għadha teżisti. Jekk ikun hemm dokument li jappoġġa l-pagament jew it-tranżazzjoni ta’ pagament ikollha identifikatur uniku, il-konvenut irid jindika fid-dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni in-numru u d-data tad-dokument ta’ sostenn jew id-dettalji li jidentifikaw it-tranżazzjoni (identifikatur tat-tranżazzjoni, pagatur, eċċ.) u d-data tat-tranżazzjoni. Jekk ir-rikorrent jaċċetta d-dikjarazzjoni tal-konvenut jew jonqos milli jwieġeb, in-nutar tad-dritt ċivili jtemm il-proċedura. Jekk ir-rikorrent jikkontesta d-dikjarazzjoni tal-konvenut, il-proċedura ta’ ordni tal-ħlas tiġi ttrasferita għal proċedimenti ċivili ordinarji. Jekk, fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tal-konvenut, ir-rikorrent inaqqas il-pretensjoni likwidata permezz tal-proċedura tal-ordni tal-ħlas, il-qorti tittratta l-pretensjoni mnaqqsa fil-proċedimenti ċivili. Għandu jiġi nnotat li l-ordni tal-ħlas mhijiex ikkunsidrata bħala kkontestata jekk il-konvenut jiddikjara li l-pretensjoni li qed tiġi likwidata tkun tħallset wara li rċieva l-ordni tal-ħlas. F’dak il-każ, l-ordni tal-ħlas issir finali fil-jum ta’ wara t-tmiem tal-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni. Jekk il-konvenut jonqos milli jirċievi l-ordni tal-ħlas (din tiġi rritornata bħala “mhux meħuda”) u, għal dik ir-raġuni, ikollha titqies li ġiet notifikata, il-konvenut jista’ jippreżenta dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni fi żmien 15-il jum min-notifika tad-dokument li jimplimenta d-deċiżjoni. Bħala kundizzjoni għal dan, fil-mument tas-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni, il-konvenut irid iħallas lill-bailiff l-ispejjeż tal-eżekuzzjoni, li jkunu tħallsu minn qabel mir-rikorrent, u jrid jipprovdi wkoll evidenza dokumentarja ta’ dan il-fatt lin-nutar tad-dritt ċivili.

1.7 L-effett tad-dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni ppreżentata sal-iskadenza twassal għal trasferiment għal proċedimenti ċivili ordinarji tal-parti tal-proċedura tal-ordni tal-ħlas ikkonċernata mid-dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni.

1.8 L-effett tan-nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Jekk ordni tal-ħlas ma tkunx ikkontestata minn dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni sal-iskadenza, hija jkollha l-istess effett bħal sentenza finali tal-qorti.

1.8.1 X’jeħtieġ li jsir sabiex tinkiseb deċiżjoni eżekuttiva?

Jekk ordni tal-ħlas ma tkunx ikkontestata minn dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni sal-iskadenza, hija jkollha l-istess effett bħal sentenza finali tal-qorti. Konsegwentement, in-nutar tad-dritt ċivili jipprovdi kopja tal-ordni tal-ħlas bi klawżola li tagħtiha effett ġuridiku u jinnotifikaha lill-konvenut.

1.8.2 Din id-deċiżjoni tkun finali jew ikun għad fadal il-possibilità li l-intimat jappella minnha?

Id-deċiżjoni hija finali; madankollu, jekk il-konvenut jonqos milli jirċievi l-ordni tal-ħlas u, għal din ir-raġuni, jitqies li ġie nnotifikat skont il-liġi, il-konvenut jista’ jippreżenta dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni fi żmien 15-il jum min-notifika tad-dokument li jimplimenta d-deċiżjoni.

Hemm il-possibbiltà li jsir rikors għar-reviżjoni ta’ ordni tal-ħlas finali skont ir-regoli stabbiliti fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, kif deskritt hawn fuq fit-Taqsima 1.5.

L-aħħar aġġornament: 05/02/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Proċedura dwar "l-ordni ta' pagament" - Malta

1 L-eżistenza ta’ ordni għal proċeduri għall-ħlas

Il-liġi Maltija tipprevedi proċeduri speċjali fir-rigward ta’ talbiet mhux opposti skont it-termini tal-Artikolu 166A tal-Kap. 12 tal-Liġijiet ta’ Malta (Kodiċi dwar l-Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili).

1.1 L-ambitu tal-proċedura

Din il-proċedura tista’ tintuża f’azzjonijiet fejn id-dejn ma jkunx jeċċedi l-EUR 25 000.

1.1.1 Liema talbiet huma eliġibbli (pereżempju talbiet fi flus biss, talbiet kuntrattwali biss eċċ.)?

It-talbiet eliġibbli huma dawk għall-ħlas ta’ dejn ċert, likwidu u li għalaq u li ma jkunx jikkonsisti fl-eżekuzzjoni ta’ fatt u meta kif diġà ngħad l-ammont ma jkunx jeċċedi l-EUR 25 000. Meta d-dejn ma jkunx likwidu, il-kreditur jista’ jimxi skont dan l-artikolu jekk huwa jillimita d-dejn tiegħu għal ammont li ma jeċċedix l-EUR 25 000 u jirrinunzja espressament għal kull parti mit-talba tiegħu li tista’ meta tiġi likwidata teċċedi dik is-somma.

Il-kreditur jista’ jimxi skont dan l-artikolu biss jekk id-debitur ikun preżenti f’Malta u ma jkunx minuri jew persuna inkapaċitata skont il-liġi, u jekk id-dejn ma jkunx dovut minn wirt battal.

1.1.2 Hemm limitu massimu fir-rigward tal-valur tat-talba?

Iva, il-limitu massimu huwa ta’ EUR 25 000.

1.1.3 L-użu ta’ dik il-proċedura huwa fakultattiv jew obbligatorju?

L-użu ta’ din il-proċedura huwa fakultattiv.

1.1.4 Din il-proċedura hija disponibbli jekk l-intimat jgħix fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz?

Le, din il-proċedura tista’ tintuża biss jekk id-debitur ikun preżenti f’Malta.

1.2 Il-qorti kompetenti

Il-Qorti li din il-proċedura ssir quddiemha hija l-Qorti tal-Maġistrati ta’ Malta jew ta’ Għawdex (Inferjuri) skont il-każ.

1.3 Ir-rekwiżiti formali

Il-kreditur għandu jippreżenta ittra uffiċjali li l-kontenut tagħha għandu jiġi kkonfermat bil-ġurament mill-kreditur u dik l-ittra għandha tiġi nnotifikata lid-debitur. F'din l-ittra l-kreditur għandu jiddikjara b’mod ċar, taħt piena ta’ nullità, ir-raġuni li t-talba tkun imsejsa fuqha, ir-raġunijiet għaliex it-talba għandha tintlaqa’ u dikjarazzjoni tal-fatti b’sostenn tat-talba. L-ittra uffiċjali għandu wkoll ikun fiha taħt piena ta’ nullità, intimazzjoni lid-debitur li jekk ma jweġibx fi żmien tletin jum mindu jiġi nnotifikat b’dik l-ittra uffiċjali, billi jippreżenta nota fl-atti ta’ dik l-ittra uffiċjali li fiha tiġi respinta t-talba, dik l-ittra uffiċjali tkun tikkostitwixxi titolu eżekuttiv.

1.3.1 L-użu ta’ formola standard huwa obbligatorju? (jekk iva, minn fejn tista’ tinkiseb din il-formola?)

Le, ma teżistix formola standard. Madankollu fil-bidu tal-ittra uffiċjali huwa obbligatorju li jitniżżlu dawn il-kliem:

Din l-ittra uffiċjali qed tintbagħat taħt l-Artikolu 166A tal-Kapitolu 12, u jekk ma tweġibx fi żmien tletin (30) jum, din issir titolu eżekuttiv. Għalhekk huwa fl-interess tiegħek li tkellem avukat jew prokuratur legali.”

1.3.2 Jeħtieġ li nkun rappreżentat minn avukat?

Iva ittra uffiċjali trid tiġi ffirmata minn avukat. Madankollu, id-debitur li jkun irid iwieġeb dik l-ittra uffiċjali biex jirrespinġi t-talba, m’għandux għalfejn ikun rappreżentat minn avukat jew prokuratur legali.

1.3.3 Kemm trid tkun dettaljata r-raġuni għat-talba?

Ir-raġuni għat-talba għandha tkun dettaljata. Fil-fatt l-ittra uffiċjali għandha taħt piena ta’ nullità tinkludi r-raġuni li t-talba tkun imsejsa fuqha, ir-raġunijiet għaliex it-talba għandha tintlaqa’ u dikjarazzjoni tal-fatti b’sostenn tat-talba.

1.3.4 Huwa meħtieġ li tiġi ppreżentata prova bil-miktub fir-rigward tat-talba kkonċernata? Jekk iva, liema dokumenti huma ammissibbli bħala provi?

Le, il-liġi ma tirrikjedix li tiġi ppreżentata prova bil-miktub fir-rigward tat-talba konċernata. Madankollu, il-liġi tistipula illi għandu jkun hemm dikjarazzjoni ġuramentata tal-fatti b’sostenn tat-talba.

1.4 Iċ-ċaħda ta’ rikors

Din l-ordni ta’ proċedura għall-ħlas ma ssirx permezz ta’ rikors iżda permezz ta’ ittra uffiċjali. Għaldaqstant il-Qorti ma tistax tiċħad it-talba jekk ma jkunx hemm oppożizzjoni min-naħa tad-debitur. Jekk ikun hemm oppożizzjoni mid-debitur, il-kreditur ma jkunx jista’ jirkupra l-ammont dovut lilu permezz ta’ din l-ordni tal-ħlas. F’dak il-każ il-kreditur ikollu jiftaħ kawża. Għandu jingħad li meta d-debitur ikun oppona t-talba kif imiss, din l-ordni għall-ħlas ma tistax terġa’ tintuża kontra d-debitur fir-rigward tal-istess talba li jkun hemm fl-ittra uffiċjali nnotifikata lid-debitur.

1.5 Appell

Ma jeżistix appell minn din il-proċedura. Jekk id-debitur jopponi, il-kreditur ikollu jiftaħ kawża. Iżda jekk id-debitur ma jopponix fi żmien tletin jum mid-data ta’ meta l-ordni għall-ħlas (ittra uffiċjali) tiġi nnotifikata, dik l-ordni tkun tikkostitwixxi titolu eżekuttiv. Id-debitur f’dan l-istadju jista’ jopponi dan it-titolu eżekuttiv fi żmien għoxrin ġurnata mill-ewwel notifika li ssirlu ta’ xi mandat eżekuttiv jew xi att ġudizzjarju ieħor. Dan it-titolu eżekuttiv jiġi rexiss u ddikjarat null jekk il-Qorti tkun sodisfatta li:

(i) id-debitur ma kienx jaf b’dik l-ittra uffiċjali għaliex hu ma kienx notifikat kif imiss; jew

(ii) l-ittra uffiċjali ma kienx fiha l-ħtiġijiet stipulati skont il-liġi (imsemmija hawn fuq).

1.6 Dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Meta jirċievi l-ittra uffiċjali, id-debitur jista’ jirrespinġi t-talba tal-kreditur.

1.7 L-effett tad-dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Meta debitur jopponi t-talba kif imiss, dan ikun ifisser illi l-kreditur ma jistax ikompli jmexxi permezz ta’ din il-proċedura. Għandu jingħad ukoll illi meta d-debitur ikun oppona t-talba kif imiss, il-proċedura speċjali li tinsab f’dan l-artikolu ma tistax terġa’ tintuża kontra d-debitur għar-rigward tal-istess talba li jkun hemm fl-ittra uffiċjali nnotifikata lid-debitur.

1.8 L-effett tan-nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni jwassal sabiex il-kreditur ikun jista’ jgħaddi biex ikompli l-proċedura sabiex jottjeni titolu eżekuttiv.

1.8.1 X’jeħtieġ li jsir sabiex tinkiseb deċiżjoni eżekuttiva?

Ittra uffiċjali permezz ta’ din il-proċedura (li ma tkunx ġiet ikkontestata) għandha tiġi rreġistrata. L-applikant għar-reġistrazzjoni ta’ ittra uffiċjali li tkun tikkwalifika bħala titolu eżekuttiv għandu jippreżenta lir-Reġistratur tal-Qorti kopja legali tal-ittra uffiċjali, inkluża l-prova tan-notifika u kopja ta’ kull risposta għaliha li tasal jekk ikun hemm.

Meta jirċievi d-dokumenti msemmija fis-subartikolu (2) ir-Reġistratur jeżamina d-dokumenti ppreżentati, jivverifika jekk id-debitur ippreżentax nota ta’ tweġiba fiż-żmien stipulat u jekk ikun sodisfatt illi l-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tal-ittra uffiċjali bħala titolu eżekuttiv ikunu jissussistu, huwa għandu jipproċedi biex jirreġistra d-dokumenti ppreżentati f’reġistru li jissejjaħ ir-Reġistru ta’ Ittri Uffiċjali bħala Titoli Eżekuttivi li għandu jinżamm mir-Reġistratur għall-iskopijiet tal-artikolu 166A.

1.8.2 Din id-deċiżjoni tkun finali jew ikun għad fadal il-possibilità li l-intimat jappella minnha?

Ma hemmx appell però titolu eżekuttiv li jinkiseb skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandu jiġi rexiss u ddikjarat null u bla effett jekk meta ssir talba permezz ta’ rikors fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta) jew fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), skont il-każ, li tiġi ppreżentata mid-debitur fi żmien 20 ġurnata mill-ewwel notifika li ssirlu ta’ mandat eżekuttiv jew xi att ġudizzjarju ieħor fuq dak it-titolu, il-qorti tkun sodisfatta li:

(a) id-debitur ma kienx jaf b’dik l-ittra uffiċjali għaliex hu ma kienx nnotifikat kif imiss; jew

(b) l-ittra uffiċjali ma kienx fiha r-rekwiżiti kollha.

L-aħħar aġġornament: 04/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Proċedura dwar "l-ordni ta' pagament" - Olanda

1 L-eżistenza ta’ ordni għal proċeduri għall-ħlas

Tista’ ssir distinzjoni bejn il-proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea u proċeduri relatati mal-ġbir ta’ dejn u talbiet oħra fi ħdan in-Netherlands. Għal informazzjoni dwar dawn tal-aħħar, jekk jogħġbok irreferi għal “Talbiet żgħar”.

Il-proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea (Regolament (KE) Nru 1896/2006, li daħal fis-seħħ fit-12 ta’ Diċembru 2008), minn hawn ’il quddiem “EOP”, tippermetti biex talbiet transfruntiera mhux ikkontestati f’materji ċivili u kummerċjali jiġu ttrattati permezz ta’ proċedura uniformi bbażata fuq formoli standard (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.overheid.nl/).

Każ transfruntier hu tilwima li fiha tal-anqas waħda mill-partijiet ikollha domiċilju jew residenza abitwali fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru tal-qorti invokata. Il-proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea ġiet stabbilita għat-trattament ta’ talbiet pekunarji għal ammont speċifiku li jkunu saru dovuti fiż-żmien li fih tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea.

Ir-Regolament japplika bejn il-pajjiżi kollha tal-UE, bl-eċċezzjoni tad-Danimarka. In-Netherlands introduċew l-Att ta’ Implimentazzjoni tar-Regolament EOP (Uitvoeringswet (EBB-Vo)) tad-29 ta’ Mejju 2009 biex jimplimentaw il-proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea fin-Netherlands.

In-Netherlands ma għandhomx proċedura uniformi għat-trattar ta’ talbiet pekunarji mhux transfruntiera u mhux ikkontestati. L-ordni ta’ ħlas ġiet abolita fi tmiem l-1991 bl-introduzzjoni tal-proċedura quddiem il-qorti kantonali. Huma meħtieġa li jsiru l-proċedimenti b’ċitazzjoni biex parti tkun tista’ tasserixxi drittijiet kontra debitur li jkaxkar saqajh f’każijiet bħal dawn. Ara wkoll “Talbiet żgħar” u “Kif nipproċedi?”

Il-proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea ġiet stabbilita għal talbiet li jaqbżu l-EUR 2 000.

Matul il-proċedura kolha, l-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea ssir bil-miktub bl-użu ta’ formoli standard. Dawn il-formoli huma disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha taħt Formoli dinamiċi fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika (https://e-justice.europa.eu).

Fin-Netherlands, il-Qorti Distrettwali (Rechtbank) tal-Aja ġiet iddeżinjata bħala l-qorti kompetenti għat-trattar ta’ applikazzjonijiet skont il-proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea. In-Netherlands għażlu li jaċċettaw biss formoli ppreżentati bl-Olandiż għall-finijiet ta’ din il-proċedura. Il-qorti li tittratta applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea titlob miżati tal-qorti. Għal aktar informazzjoni dwar ir-rata applikabbli, jekk jogħġbok irreferi għal Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.rechtspraak.nl/.

Applikazzjoni tal-EOP

Applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea tiġi ppreżentata lill-Qorti Distrettwali tal-Aja billi tintuża l-formola ta’ applikazzjoni A (https://e-justice.europa.eu).

Jekk il-formola ta’ applikazzjoni A ma tkunx kompluta, il-qorti tuża l-formola B biex tagħti lill-pretendent l-opportunità li jimla jew jirrettifika l-applikazzjoni fi ħdan ċertu perjodu.

Jekk l-applikazzjoni tissodisfa biss uħud mill-kundizzjonijiet stabbiliti, il-qorti tuża l-formola C biex tipproponi modifiki għall-applikazzjoni oriġinali lill-pretendent. Il-pretendent jeħtieġlu jwieġeb għal din il-proposta fi ħdan il-perjodu stabbilit mill-qorti. Jekk il-pretendent jaċċetta l-proposta, il-qorti toħroġ l-ordni ta’ ħlas Ewropea għall-parti tal-applikazzjoni li tiġi aċċettata. Jekk il-pretendent jixtieq hekk, dan jista’ jipprova jitlob li l-parti li jifdal tat-talba tiġi ttrattata skont il-liġi nazzjonali. Jekk il-pretendent jonqos milli jwieġeb fi ħdan il-perjodu stabbilit mill-qorti jew jiċħad milli jaċċetta l-modifiki porposti għall-applikazzjoni oriġinali tiegħu, il-qorti tiċħad l-applikazzjoni oriġinali fis-sħuħija tagħha. Dment li l-formola ta’ applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti kollha, normalment il-qorti toħroġ ordni ta’ ħlas Ewropea fi żmien 30 jum (billi tuża l-formola E).

Oppożizzjoni għall-EOP

Il-qorti tinnotifika lill-konvenut dwar l-ordni ta’ ħlas Ewropea billi tibgħatha b’ittra reġistrata b’konferma tar-riċevuta jew permezz ta’ notifika minn uffiċjal ġudizzjarju. Il-konvenut se jiġi mgħarraf li jkollu l-għażliet li ġejjin għad-dispożizzjoni tiegħu:

  • iħallas l-ammont indikat fl-ordni ta’ ħlas lill-pretendent jew inkella
  • fi żmien 30 jum min-notifika tal-ordni lill-konvenut, dan jista’ jippreżenta dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni billi juża l-formola standard F.

Jekk tiġi ppreżentata dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni, il-proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea tiġi mitmuma. Imbagħad il-proċedura tkompli f’konformità mar-regoli tal-liġi proċedurali nazzjonali (ara wkoll it-taqsima 1.7). Jekk il-konvenut jonqos milli jippreżenta dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni sat-terminu perentorju stabbilit, il-qorti ta’ oriġini tiddikjara l-ordni ta’ ħlas Ewropea eżegwibbli (billi tuża l-formola standard G) u tibgħat din id-dikjarazzjoni lill-pretendent.

Ordni ta’ ħlas li ġiet iddikjarata eżegwibbli fl-Istat Membru ta’ oriġini tiġi rikonoxxuta f’kull Stat Membru u tista’ tiġi eżegwita f’kull Stat Membru mingħajr il-ħtieġa ta’ dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà.

1.1 L-ambitu tal-proċedura

Ordni ta’ ħlas Ewropea tista’ tinkiseb għal talbiet pekunarji f’materji ċivili jew kummerċjali li jkunu saru dovuti u li jkollhom karattru ta’ “talbiet transfruntiera” (ara wkoll it-taqsima 1.1.1). Talba transfruntiera tkun teżisti jekk il-kreditur u d-debitur ikunu ddomiċiljati fi Stati Membri differenti tal-UE.

1.1.1 Liema talbiet huma eliġibbli (pereżempju talbiet fi flus biss, talbiet kuntrattwali biss eċċ.)?

Il-kamp ta’ applikazzjoni materjali tal-ordni ta’ ħlas Ewropea hu ristrett għal materji ċivili u kummerċjali. Dawn li ġejjin huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-ordni ta’ ħlas Ewropea:

  • kwistjonijiet relatati mad-dħul;
  • kwistjonijiet doganali;
  • kwistjonijiet amministrattivi;
  • kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-responsabbiltà tal-istat;
  • kwistjonijiet fil-qasam tal-liġi dwar l-insolvenza, tal-liġi dwar il-beni tal-miżżewġin, il-liġi tas-suċċessjoni u s-sigurtà soċjali; u
  • kwistjonijiet relatati ma’ obbligi mhux kuntrattwali (b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ atti illegali), sakemm dawn ma jkunux soġġetti għal ftehim bejn il-partijiet jew ikun hemm ammissjoni ta’ dejn jew dawn ikunu relatati ma’ djun likwidati li jirriżultaw mis-sjieda konġunta ta’ proprjetà.

1.1.2 Hemm limitu massimu fir-rigward tal-valur tat-talba?

Ma hemm ebda limitu massimu għall-proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea jew għall-proċeduri interni ta’ ġbir ta’ dejn.

1.1.3 L-użu ta’ dik il-proċedura huwa fakultattiv jew obbligatorju?

Il-proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea hi fakultattiva.

1.1.4 Din il-proċedura hija disponibbli jekk l-intimat jgħix fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz?

Jekk is-sentenza tkun maħsuba biex tiġi eżegwita f’pajjiż barra l-UE, jekk il-proċedura tal-ordni ta’ ħlas tistax tiġi implimentata u, jekk iva, jekk l-ordni ta’ ħlas Ewropea tistax tiġi infurzata, jiddependi mid-dritt internazzjonali privat ta’ dak il-pajjiż. F’ħafna każijiet tkun meħtieġa ordni ta’ infurzar (exequatur).

1.2 Il-qorti kompetenti

Fin-Netherlands, il-Qorti Distrettwali tal-Aja ġiet iddeżinjata bħala l-qorti kompetenti għat-trattar ta’ applikazzjonijiet skont il-proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea. In-Netherlands għażlu li jaċċettaw biss formoli ppreżentati bl-Olandiż għall-finijiet ta’ din il-proċedura. Il-pretendent ikun meħtieġ iħallas il-miżati tal-qorti meta jippreżenta l-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea. Għar-rata applikabbli, jekk jogħġbok irreferi għal Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.rechtspraak.nl/.

1.3 Ir-rekwiżiti formali

L-ordni ta’ ħlas Ewropea trid tinħareġ mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien 30 jum mill-preżentazzjoni tal-applikazzjoni.

Applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea tiġi ppreżentata billi tintuża l-formola standard A (https://e-justice.europa.eu). In-Netherlands għażlu li jaċċettaw biss formoli ppreżentati bl-Olandiż.

Il-formola ta’ applikazzjoni tista’ tiġi ppreżentata f’forma fuq karta jew billi jintuża kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni ieħor aċċettat mill-qorti.

Fuq il-bażi tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament dwar l-EOP, l-applikazzjoni trid tistipula:

(a) id-dettalji tal-partijiet u tal-qorti li quddiemha ssir l-applikazzjoni;

(b) l-ammont tat-talba;

(c) jekk hux mitlub l-imgħax: ir-rata tal-imgħax u l-perjodu tal-imgħax;

(d) il-kawża tal-azzjoni, inkluża deskrizzjoni taċ-ċirkustanzi invokati bħala l-bażi tat-talba;

(e) deskrizzjoni tal-evidenza;

(f) il-motivazzjonijiet għall-ġurisdizzjoni; u

(g) in-natura transfruntiera tal-każ.

Fi proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea, il-pretendent jeħtieġlu jiddikjara li jkun mela l-formola A b’mod veritier u bona fede. L-ordni ta’ ħlas Ewropea tinħareġ biss fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-pretendent u ma tiġix ivverifikata mill-qorti.

L-ordni ta’ ħlas Ewropea tiġi nnotifikata lill-konvenut bil-posta rreġistrata b’konferma tar-riċevuta jew permezz ta’ notifika minn uffiċjal ġudizzjarju. L-att ta’ ritorn tal-konferma tar-riċevuta lir-reġistru tal-qorti jippermetti lill-qorti tiddetermina jekk l-ordni ta’ ħlas Ewropea tistax tiġi ddikjarata eżegwibbli b’mod provviżorju. Jekk l-ordni tiġi nnotifikata permezz ta’ notifika minn uffiċjal ġudizzjarju, il-qorti tqabbad uffiċjal ġudizzjarju għal dak l-għan.

1.3.1 L-użu ta’ formola standard huwa obbligatorju? (jekk iva, minn fejn tista’ tinkiseb din il-formola?)

Iva, l-użu ta’ formoli standard hu obbligatorju għal proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea. Dawn jistgħu jitniżżlu fuq https://e-justice.europa.eu.

1.3.2 Jeħtieġ li nkun rappreżentat minn avukat?

Le, għall-proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea, ir-rappreżentazzjoni minn avukat mhix meħtieġa u l-partijiet m’għandhomx bżonn jidhru quddiem il-qorti. Fil-każ ta’ proċedura ta’ ġbir tad-dejn fi ħdan in-Netherlands, jekk ir-rappreżentazzjoni minn avukat tkunx meħtieġa jiddependi min-natura tal-proċedura u mil-livell tat-talba. Ara wkoll “Talbiet żgħar” u “Kif tiftaħ kawża l-qorti”.

1.3.3 Kemm trid tkun dettaljata r-raġuni għat-talba?

Ir-raġuni għat-talba, inkluża deskrizzjoni tal-evidenza li fuqha hi bbażata t-talba, trid tkun inkluża fuq formola standard A tal-proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea, iżda mhix meħtieġa deskrizzjoni aktar dettaljata.

1.3.4 Huwa meħtieġ li tiġi ppreżentata prova bil-miktub fir-rigward tat-talba kkonċernata? Jekk iva, liema dokumenti huma ammissibbli bħala provi?

Fil-prinċipju, ma hemmx bżonn li t-talba tkompli tiġi ssostanzjata aktar fi ħdan il-qafas ta’ proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea. Jenħtieġ li l-evidenza disponibbli tiġi deskritta fuq il-formola A.

1.4 Iċ-ċaħda ta’ rikors

L-applikazzjoni se tiġi miċħuda jekk ma tkunx tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti. Jekk l-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea tissodisfa biss uħud mill-kundizzjonijiet stabbiliti, ir-rikorrent jingħata l-opportunità li jimliha jew jirrettifikaha jew inkella li jaċċetta l-modifiki proposti mill-qorti. Jekk il-pretendent jonqos milli jibgħat lura t-tweġiba tiegħu fit-terminu perentorju stabbilit mill-qorti jew jiċħad milli jaċċetta l-proposta tal-qorti, l-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea tiġi miċħuda fis-sħuħija tagħha. Ma hemm ebda dritt ta’ appell kontra ċ-ċaħda tal-applikazzjoni. Madankollu, il-pretendent xorta waħda jista’ jasserixxi t-talba tiegħu billi jippreżenta applikazzjoni oħra għal ordni ta’ ħlas Ewropea jew billi juża proċedura oħra prevista mil-liġi ta’ Stat Membru.

1.5 Appell

Ma hemm ebda dritt ta’ appell. Madankollu, il-konvenut għandu l-għażla li jitlob rieżami. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ara t-Taqsima 1.8. Fil-każ ta’ proċedura fin-Netherlands, fil-prinċipju d-dritt ta’ appell ikun disponibbli.

1.6 Dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Il-konvenut jista’ jippreżenta dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni fi żmien 30 jum min-notifika tal-ordni ta’ ħlas. Dan jeħtieġlu jippreżenta din l-oġġezzjoni billi juża l-formola standard F (https://e-justice.europa.eu) u hu meħtieġ jikkontesta t-talba biss. M’hemmx bżonn ta’ elaborazzjoni ulterjuri.

1.7 L-effett tad-dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Jekk il-konvenut jippreżenta dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni fi żmien debitu (fi żmien 30 jum) billi juża l-formola standard F, il-proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea tiġi mitmuma. Imbagħad il-proċedura titkompla bi proċeduri sostantivi ordinarji, sakemm il-pretendent ma jikkontestax trasferiment għal proċeduri ta’ qorti ċivili ordinarji f’appendiċi għall-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea. Il-pretendent jista’ jagħmel dan fi stadju aktar tard ukoll, iżda jeħtieġlu jagħmel dan qabel ma tinħareġ l-ordni ta’ ħlas (Artikolu 7(4) tar-Regolament dwar l-EOP).

1.8 L-effett tan-nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Jekk il-konvenut jonqos milli jippreżenta dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni fi żmien perjodu ta’ 30 jum, il‑qorti tkompli tuża l-formola standard G biex tiddikjara l-ordni ta’ ħlas Ewropea eżegwibbli permezz tal-mozzjoni tagħha stess u tibgħat l-ordni ta’ ħlas Ewropea eżegwibbli lill-pretendent. L-ordni ta’ ħlas Ewropea li ġiet iddikjarata eżegwibbli se tkun tista’ tiġi eżegwita fi kwalunkwe Stat Membru mingħajr il-ħtieġa ta’ dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà. L-Artikolu 9 tal-Att ta’ Implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-EOP joffri lill-konvenut l-opportunità li jippreżenta applikazzjoni għal rieżami (ara wkoll it-taqsima 1.8.2).

1.8.1 X’jeħtieġ li jsir sabiex tinkiseb deċiżjoni eżekuttiva?

L-eżekuzzjoni ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea hija regolata mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ta’ infurzar, sakemm ir-Regolament dwar l-EOP ma jistipulax mod ieħor. Kopja tal-ordni ta’ ħlas Ewropea, kif iddikjarata eżegwibbli mill-qorti ta’ oriġini, trid tiġi pprovduta lill-qorti jew lill-awtorità ta’ eżekuzzjoni. Dan id-dokument irid jissodisfa l-kundizzjonijiet neċessarji biex tiġi stabbilita l-awtentiċità tiegħu. Traduzzjoni tal-ordni ta’ ħlas Ewropea bl-Olandiż trid tiġi pprovduta wkoll.

Matul il-fażi ta’ infurzar, l-infurzar jista’ jiġi miċħud biss wara applikazzjoni mill-konvenut. It-tali ċaħda tkun possibbli jekk l-ordni ta’ ħlas Ewropea ma tkunx rikonċiljabbli ma’ deċiżjoni preċedenti jew ma’ ordni maħruġa qabel fi kwalunkwe Stat Membru jew f’pajjiż terz. Din id-deċiżjoni (jew ordni) preċedenti trid tkun tinvolvi l-istess kawża ta’ azzjoni u trid tissodisfa l-kundizzjonijiet neċessarji fl-Istat Membru ta’ infurzar u jrid ikun il-każ li ma setgħetx titqajjem l-irrikonċiljabbiltà bħala oġġezzjoni matul il-proċedimenti tal-qorti fl-Istat Membru ta’ oriġini.

L-infurzar jiġi miċħud jekk il-konvenut diġà jkun ħallas l-ammont mogħti fl-ordni ta’ ħlas Ewropea. Taħt ebda ċirkustanzi l-ordni ta’ ħlas Ewropea ma hi se tiġi rieżaminata rigward is-sustanza tagħha mill-qorti.

1.8.2 Din id-deċiżjoni tkun finali jew ikun għad fadal il-possibilità li l-intimat jappella minnha?

L-ordni ta’ ħlas Ewropea hi finali, sakemm il-konvenut ma japplikax għal rieżami.

Din il-possibbiltà hi prevista fl-Artikolu 9 tal-Att ta’ Implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-EOP. Dan ifisser li, f’ċerti ċirkustanzi, il-konvenut jista’ japplika quddiem il-qorti ta’ oriġini għal rieżami tal-ordni ta’ ħlas Ewropea, anki wara li jkun skada t-terminu perentorju ta’ 30 jum għall‑preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni. Din l-applikazzjoni trid timtela fi żmien 4 ġimgħat minn meta l-ordni ta’ ħlas tkun ġiet innotifikata lill-konvenut, minn meta jkunu waqfu japplikaw iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li minħabba fihom ma setgħetx titqajjem oġġezzjoni jew minn meta l-konvenut jsir jaf li l-ordni ta’ ħlas Ewropea nħarġet b’mod evidentement żbaljat.

L-aħħar aġġornament: 01/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Proċedura dwar "l-ordni ta' pagament" - Awstrija

1 L-eżistenza ta’ ordni għal proċeduri għall-ħlas

1.1 L-ambitu tal-proċedura

Il-Kodiċi Awstrijaka ta’ Proċedura Ċivili tinkludi proċedura ppruvata u ttestjata b’mod sħiħ ta' ordni ta’ ħlas (Mahnverfahren) fil-każ ta' talbiet ta' ħlas. Ħafna mit-talbiet ta' ħlas fl-Awstrija huma pproċessati onlajn b’mod sempliċi, bi proċedura mgħaġġla ta’ ordni għal ħlas.

1.1.1 Liema talbiet huma eliġibbli (pereżempju talbiet fi flus biss, talbiet kuntrattwali biss eċċ.)?

Il-proċedura ta’ ordni ta' ħlas hija limitata għal talbiet oħra għal ħlas minbarra dawk li għandhom jiġu deċiżi f’tip partikolari ta’ proċedura "mhux kontenzjuża" (Ausserstreitverfahren). Il-proċedura ta’ ordni ta' ħlas hija inkompatibbli mal-prinċipju li fuq hija msejsa l-proċedura mhux kontenzjuża, li tirrikjedi li l-Qorti tikkjarifika l-fatti kollha rilevanti għad-deċiżjoni tagħha ex officio, jiġifieri mingħajr applikazzjoni minn parti. Billi rekwiżiti proċedurali speċjali japplikaw ukoll għal każijiet li jirrigwardaw il-liġi dwar is-sigurtà soċjali u t-talbiet ibbażati fuq ċekkijiet jew kambjali, dawn ma jistgħux jiġu infurzati taħt il-proċedura ta’ ordni ta' ħlas.

1.1.2 Hemm limitu massimu fir-rigward tal-valur tat-talba?

Il-proċedura ta’ ordni ta' ħlas ġiet limitata għal ammonti f’tilwima sa EUR 75 000 mill-1 ta’ Lulju 2009. Talbiet għal ammonti li jaqbżu dak il-limitu għandhom jiġu rreġistrati skont il-proċedura ċivili "ordinarja" f’forma ta’ trattazzjonijiet ta’ tħejjija.

1.1.3 L-użu ta’ dik il-proċedura huwa fakultattiv jew obbligatorju?

Il-proċedura ta’ ordni ta' ħlas hija obbligatorja fl-Awstrija għal talbiet sal-limitu msemmi hawn fuq.

1.1.4 Din il-proċedura hija disponibbli jekk l-intimat jgħix fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz?

Il-Proċedura Awstrijaka għal ordni ta’ ħlas ma tistax tintuża jekk l-intimat ikun domiċiljat jew abitwalment residenti jew jekk għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu barra mill-pajjiż. Tali tilwim għandu jiġi riżolt skont il-proċedura ċivili "ordinarja". Skont it-talba, il-qorti kompetenti titlob lill-intimat li jew jissottometti difiża fi żmien erba’ ġimgħat jew jistabbilixxi data għal seduta ta’ smigħ.

Alternattivament, il-ħlas tat-talbiet kontra intimati residenti fi Stat Membru ieħor jista’ jiġi infurzat taħt il-proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea.

1.2 Il-qorti kompetenti

Talbiet għal pagamenti għal ammonti sa EUR 15 000 (mill-1 ta’ Jannar 2013) għandhom jiġu ppreżentati lil Qorti Distrettwali (Bezirksgericht). Talbiet għal bejn EUR 15 000 u EUR 75 000 għandhom jiġu ppreżentati lill-Qorti tal-Prim’ Istanza, sakemm dawn jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni speċjali tal-Qrati Distrettwali.

Il-ġurisdizzjoni taħt il-proċedura tal-ordni ta’ ħlas Awstrijaka hija rregolata mir-regoli ġenerali, jiġifieri ma hemm l-ebda regoli speċjali ta’ ġurisdizzjoni. Ara l-iskeda informattiva dwar “il-Ġurisdizzjoni tal-Qrati" għal informazzjoni dwar ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni Awstrijaċi. Informazzjoni dwar liema Qorti għandha ġurisdizzjoni għal kawżi ċivili speċifiċi tista' tinstab fuq il-websajt tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja tal-Awstrija (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justiz.gv.at/) taħt "e-Government" (‘Gerichtssuche’).

Il-Qorti Distrettwali ta’ Vjenna għal Kwistjonijiet Kummerċjali (Bezirksgericht für Handelssachen) hija l-unika waħda kompetenti fl-Awstrija għal proċedimenti taħt il-proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea.

1.3 Ir-rekwiżiti formali

1.3.1 L-użu ta’ formola standard huwa obbligatorju? (jekk iva, minn fejn tista’ tinkiseb din il-formola?)

It-talbiet għall-ħlas għandhom jiġu ppreżentati permezz ta’ formola standard. Formoli differenti jintużaw għal proċedimenti tal-ordni ta' ħlas fl-Awstrija skont jekk it-talba għall-ħlas hijiex qed tiġi infurzata taħt il-proċedura ta’ ordni ta' ħlas “ordinarja”, permezz ta’ proċedimenti ta’ ordni ta' ħlas, permezz ta’ qorti tax-xogħol jew skont il-proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea. Il-formoli huma disponibbli biex jitniżżlu mill-websajt tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justiz.gv.at/) taħt ‘Bürgerservice’ jew jistgħu jimtlew onlajn.

1.3.2 Jeħtieġ li nkun rappreżentat minn avukat?

Ir-rikorrenti li japplikaw għal ordnijiet ta’ ħlas għal ammonti f’tilwima ta’ aktar minn EUR 5 000 għandu jkollhom rappreżentanza legali. Dan ma japplikax f’każijiet li skont il-liġi għandhom jinstemgħu minn Qorti Distrettwali, ikun xi jkun l-ammont inkwistjoni (jiġifieri minn Qorti b’ġurisdizzjoni ratione materiae). F’każijiet bħal dawn, ir-rappreżentanza legali hija rekwiżit “relattiv”, jiġifieri l-partijiet jistgħu jaġixxu f’isimhom stess iżda, jekk huma jixtiequ jkunu rappreżentati, għandhom jiġu rrappreżentati minn avukat.

Ma hemm l-ebda rekwiżit għal rappreżentanza legali skont il-proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea.

1.3.3 Kemm trid tkun dettaljata r-raġuni għat-talba?

Ir-rekwiżiti li jirregolaw il-kontenut ta’ applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas mhumiex essenzjalment differenti mir-rekwiżiti li jirregolaw it-talbiet ippreżentati skont il-proċedura “ordinarja”. Madankollu, ir-rikorrenti ma għandhomx jiġġustifikaw ir-raġunijiet legali li fuqhom hija bbażata t-talba f’applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas. Madankollu, iċ-ċirkustanzi msemmija bħala sostenn għat-talba għandhom ikunu deskritti f’dettall biżżejjed biex tiġi identifika t-talba u dderivata domanda speċifika (jiġifieri l-applikazzjoni trid tkun “konvinċenti”).

1.3.4 Huwa meħtieġ li tiġi ppreżentata prova bil-miktub fir-rigward tat-talba kkonċernata? Jekk iva, liema dokumenti huma ammissibbli bħala provi?

Il-proċedura ta’ ordni ta' ħlas fl-Awstrija hija proċedura li taħtha ma hemm l-ebda obbligu li tingħata evidenza. Għalhekk ma jridu jiġu ppreżentati l-ebda dokumenti bħala sostenn tat-talba biex wieħed japplika għal ordni ta’ ħlas. Madankollu, rikorrenti li jiksbu jew jippruvaw jiksbu ordni ta’ ħlas bi frodi, billi jinkludu informazzjoni falza jew mhux kompluta fl-applikazzjoni tagħhom, jeħlu multa skont il-Kodiċi Awstrijaka ta’ Proċedura Ċivili.

1.4 Iċ-ċaħda ta’ rikors

Il-Qorti twettaq biss evalwazzjoni fil-qosor tal-applikazzjoni. Ma tivverifikax jekk il-kontenut huwiex preċiż; hija tillimita ruħha li tevalwa biss il-merti legali tat-talba (jiġifieri tivverifika jekk it-talba hijiex “konvinċenti”). Jekk l-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas tissodisfa r-rekwiżiti fir-rigward tal-forma u l-kontenut (jiġifieri jekk fiha domanda speċifika, tistabbilixxi l-fatti li minnhom tista' tittieħed id-domanda, tikkwota evidenza u dettalji ta’ ġurisdizzjoni u tippermetti li t-talba tiġi identifikata), il-qorti toħroġ ordni ta’ ħlas. Ma hemm l-ebda dispożizzjoni fil-Kodiċi Awstijaka ta' Proċedura Ċivili għal applikazzjonijiet għal ordnijiet ta’ ħlas li għandhom jiġu miċħuda għal raġunijiet formali. Jekk il-Qorti tqis li r-rekwiżiti għal ordni ta’ ħlas ma ntlaħqux, hija tagħti bidu minnufih għal proċedimenti “ordinarji”; hija ma tiċħadx l-applikazzjoni. Madankollu, fil-każ ta’ ċerti nuqqasijiet formali, il-Qorti tista’ l-ewwel tagħti bidu għal proċedura ta’ korrezzjoni billi tordna lir-rikorrent biex jirrimedja n-nuqqasijiet.

1.5 Appell

Billi l-Kodiċi Awstrijaka ta’ Proċedura Ċivili ma tipprovdix għal applikazzjonijiet għal ordnijiet ta' ħlas li għandhom jiġu miċħuda u tittrasferihom b’mod awtomatiku għall-proċedura “ordinarja” , ma hemmx lok għal dritt ta’ appell.

1.6 Dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

L-iskadenza għal oġġezzjoni għal ordni ta’ ħlas hija ta’ erba’ ġimgħat, li jibdew mid-data ta’ servizz ta' kopja bil-miktub tal-ordni tal-ħlas fuq l-intimat. Il-Qorti ma tistax testendi jew tqassar din l-iskadenza.

Oġġezzjonijiet għall-ordnijiet ta’ ħlas mogħtija minn Qorti tal-Prim’ Istanza (f’każijiet fejn l-ammont inkwistjoni jkun bejn EUR 15 000 u EUR 75 000) għandhom jieħu l-forma ta’ difiża. Dan ifisser li l-oġġezzjoni jrid ikollha domanda speċifika u deskrizzjoni tal-fatti u ċ-ċirkostanzi b’appoġġ għall-oġġezzjoni, flimkien ma’ provi b'sostenn għall-affermazzjonijiet tal-intimat. Ir-rappreżentanza legali hija mandatorja għall-preżentazzjoni tal-ilmenti quddiem il-Qorti.

Ir-rappreżentanza legali mhijiex obbligatorja għall-preżentazzjoni ta' oġġezzjoni fi proċedimenti quddiem Qorti Distrettwali (jiġifieri għal ammonti inkwistjoni sa EUR 15 000 jew, jekk il-qorti jkollha ġurisdizzjoni ratione materiae, sa EUR 75 000). Għal oġġezzjonijiet bil-miktub, huwa biżżejjed, f’tali proċedimenti li l-intimat jibgħat ittra ffirmata lill-Qorti li tkun ħarġet l-ordni ta’ ħlas, li tgħid li huwa/hija għandu l-ħsieb li jressaq oġġezzjoni għall-ordni ta’ ħlas. Ma hemm l-ebda rekwiżit, bħal fi proċedimenti quddiem Qorti ta’ Prim’ Istanza, għall-intimat li jissostanzja l-oġġezzjoni tiegħu. L-intimat jista’ wkoll jirreġistra oġġezzjoni oralment quddiem il-Qorti li tkun ħarġet l-ordni ta’ ħlas jew fil-Qorti Distrettwali fid-distrett fejn huwa/hija residenti.

1.7 L-effett tad-dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Jekk l-intimat jippreżenta oġġezzjoni fil-ħin, l-ordni tal-ħlas tiskadi u l-Qorti awtomatikament tittrasferixxi l-appell għall-proċedura “ordinarja” u tisma’ l-allegazzjonijiet għat-talba u l-oġġezzjonijiet għalihom.

1.8 L-effett tan-nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Il-proċedura ta’ ordni ta' ħlas fl-Awstrija hija proċedura bi stadju wieħed. Jekk l-intimat ma jikkontestax l-ordni ta’ ħlas jew jonqos milli jagħmel dan fil-ħin, din issir awtomatikament infurzabbli mingħajr il-ħtieġa ta’ applikazzjoni oħra mir-rikorrent. Għalhekk ma hemm l-ebda dispożizzjoni fil-liġi għal deċiżjoni minn Qorti oħra.

1.8.1 X’jeħtieġ li jsir sabiex tinkiseb deċiżjoni eżekuttiva?

Il-Qorti tikkonferma fuq l-awtorità tagħha stess li l-ordni tal-ħlas tkun infurzabbli. Ir-rikorrent jista’ juża kopja ċertifikata tal-ordni tal-ħlas biex jibda proċedimenti ta’ infurzar kontra l-intimat.

1.8.2 Din id-deċiżjoni tkun finali jew ikun għad fadal il-possibilità li l-intimat jappella minnha?

Ordnijiet ta’ ħlas maħruġa skont il-proċedura Awstrijaka ta' ordni ta' ħlas tista’ tiġi kkontestata biss permezz tal-preżentazzjoni ta’ oġġezzjoni. L-intimat ma għandu l-ebda drittijiet oħra ta’ appell. Id-deċiżjoni dwar l-ispejjeż li jinsabu fl-ordni tal-ħlas tista’ tiġi kkontestata mir-rikorrent u mill-intimat fi żmien 14-il jum ta' servizz min-notifika jew mill-komunikazzjoni f’appell dwar l-ispejjeż (Kostenrekurs). L-intimat jista’ jagħmel talba għal irregolaritajiet serji fis-servizz tal-ordni ta’ ħlas f'kull ħin, billi japplika biex il-konferma ta’ infurzar tiġi kkanċellata. L-intimati li minħabba f’avvenimenti inevitabbli u mhux mistennija kienu prevenuti milli jressqu oġġezzjoni fil-ħin jistgħu japplikaw biex il-pożizzjoni preċedenti tiġi rrestawrata, fi żmien 14-il jum wara li jitneħħa l-ostaklu li wassal biex inqabżet l-iskadenza għall-oġġezzjoni.

L-aħħar aġġornament: 16/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Proċedura dwar "l-ordni ta' pagament" - Polonja

1 L-eżistenza ta’ ordni għal proċeduri għall-ħlas

1.1 L-ambitu tal-proċedura

1.1.1 Liema talbiet huma eliġibbli (pereżempju talbiet fi flus biss, talbiet kuntrattwali biss eċċ.)?

Il-qorti toħroġ ordni ta’ ħlas jekk il-pretendent jagħmel talba fi flus jew jitlob eżekuzzjoni ta' sostituzzjoni oħra.

1.1.2 Hemm limitu massimu fir-rigward tal-valur tat-talba?

Ordni ta’ ħlas tista’ tinħareġ irrispettivament mill-ammont tat-talba.

1.1.3 L-użu ta’ dik il-proċedura huwa fakultattiv jew obbligatorju?

Il-proċedura hi fakultattiva. Il-qorti toħroġ ordni ta’ ħlas fuq it-talba bil-miktub tal-pretendent imqajma fl-atti tat-talba.

1.1.4 Din il-proċedura hija disponibbli jekk l-intimat jgħix fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz?

Proċedura tal-ordni ta’ ħlas ma tistax tinfetaħ jekk l-ordni ta’ ħlas ma tkunx tista’ tiġi nnotifikata lill-konvenut fil-Polonja.

1.2 Il-qorti kompetenti

Il-proċedura tal-ordni ta’ ħlas hi soġġetta għall-ġurisdizzjoni tal-qrati distrettwali (rejonowy) u reġjonali (okręgowy).

1.3 Ir-rekwiżiti formali

1.3.1 L-użu ta’ formola standard huwa obbligatorju? (jekk iva, minn fejn tista’ tinkiseb din il-formola?)

Ma hemm ebda formola standardizzata.

1.3.2 Jeħtieġ li nkun rappreżentat minn avukat?

Mhuwiex mandatorju li wieħed ikun rappreżentat minn avukat (przymus adwokacki) fi proċedura tal-ordni ta’ ħlas.

1.3.3 Kemm trid tkun dettaljata r-raġuni għat-talba?

Jenħtieġ li l-atti tat-talba jispeċifikaw it-talba b’mod preċiż u jistabbilixxu ċ-ċirkustanzi fattwali li jiġġustifikaw it-talba.

1.3.4 Huwa meħtieġ li tiġi ppreżentata prova bil-miktub fir-rigward tat-talba kkonċernata? Jekk iva, liema dokumenti huma ammissibbli bħala provi?

Iċ-ċirkustanzi li jiġġustifikaw it-talba jridu jkunu murija bil-provi billi jiġu mehmuża d-dokumenti li ġejjin mal-atti tat-talba:

a)     dokument uffiċjali;

b)     kont aċċettat mid-debitur;

c)     talba ta’ ħlas indirizzata lid-debitur u d-dikjarazzjoni miktuba ta’ konferma tad-dejn mid-debitur;

d)     talba ta’ ħlas aċċettata mid-debitur, irritornata mill-bank u mhux imħallsa minħabba n-nuqqas ta’ fondi fil-kont tal-bank.

Il-qorti toħroġ ukoll ordni ta’ ħlas kontra l-obbligant permezz ta’ ċedola, ċekk, garanzija jew IOU mimlija kif xieraq, li l-awtentiċità u l-kontenut tagħhom ikunu ċerti.

1.4 Iċ-ċaħda ta’ rikors

Il-qorti tiċħad l-atti tat-talba:

  1. jekk proċedura ġudizzjarja ma tkunx permissibbli;
  2. jekk diġà jkun hemm kawża pendenti għall-istess talba bejn l-istess partijiet jew inkella jekk din diġà tkun ġiet deċiża;
  3. jekk waħda mill-partijiet ma jkollhiex kapaċità biex tkun parti għal proċedimenti legali jew jekk il-pretendent ma jkollux kapaċità biex iwettaq atti proċedurali u ma jkunx irrappreżentat minn rappreżentant statutorju, jew jekk il-kompożizzjoni tal-korpi governattivi tal-unità organizzazzjonali tal-pretendent ikun fiha nuqqasijiet tali li ma jippermettulhiex taġixxi.

1.5 Appell

Ara l-paragrafu 1.6.

1.6 Dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Dikjarazzjoni miktuba ta’ oppożizzjoni għandha tiġi ppreżentata quddiem il-qorti li tkun ħarġet l-ordni ta’ ħlas. Fid-dikjarazzjoni, jenħtieġ li l-konvenut jispeċifika jekk hux qed jopponi l-ordni fis-sħuħija tagħha jew f’parti minnha u jippreżenta l-eċċezzjonijiet, li jridu jiġu ppreżentati qabel ma tibda t-tilwima li tikkonċerna s-sustanza tal-każ, u jekk ma jagħmilx hekk hu jitlef id-dritt li jqajjem dawn l-eċċezzjonijiet, kif ukoll iċ-ċirkustanzi fattwali u l-evidenza. Il-qorti tinjora dikjarazzjonijiet u evidenza ppreżentati tard, ħlief jekk il-parti turi li ma kienx it-tort tagħha li naqset milli tippreżentahom bħala parti mid-dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni jew li l-awtorizzazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet u ta’ evidenza ppreżentati tard ma tkunx se tittardja s-smigħ tal-każ jew li japplikaw ċirkustanzi eċċezzjonali oħra.

1.7 L-effett tad-dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Jekk dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni tkun ġiet ippreżentata kif suppost, l-imħallef jistabbilixxi d-data għas-smigħ u jordna li l-pretendent jiġi nnotifikat bid-dikjarazzjoni.

1.8 L-effett tan-nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Ladarba tinħareġ, ordni ta’ ħlas tikkostitwixxi ordni ta’ preservazzjoni (tytuł zabezpieczenia) u tista’ tiġi eżegwita mingħajr ma jkollha bżonn tiġi ddikjarata eżegwibbli.

1.8.1 X’jeħtieġ li jsir sabiex tinkiseb deċiżjoni eżekuttiva?

Wara li jiskadi t-terminu perentorju għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni, l-ordni ta’ ħlas issir eżegwibbli mingħajr formalitajiet ulterjuri.

1.8.2 Din id-deċiżjoni tkun finali jew ikun għad fadal il-possibilità li l-intimat jappella minnha?

Ordni ta’ ħlas maħruġa skont il-proċedura tal-ordni ta’ ħlas ma tistax tiġi appellata.

L-aħħar aġġornament: 20/05/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Portugiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Proċedura dwar "l-ordni ta' pagament" - Portugall

1 L-eżistenza ta’ ordni għal proċeduri għall-ħlas

1.1 L-ambitu tal-proċedura

1.1.1 Liema talbiet huma eliġibbli (pereżempju talbiet fi flus biss, talbiet kuntrattwali biss eċċ.)?

Il-proċedura tapplika kull meta parti tkun tixtieq li jiġi kkonferit status eżekutorju fuq talba għas-sodisfazzjon ta' obbligi pekunjarji li jiġu minn kuntratti li ma jkunux jammontaw għal aktar minn € 15 000.00 jew obbligi li jiġu minn tranżazzjonijiet kummerċjali, irrispettivament mill-valur tagħhom.

Għall-finijiet ta' din il-proċedura, tranżazzjoni kummerċjali titqies li hi kull negozju "bejn impriżi jew bejn impriżi u entitajiet pubbliċi li jwasslu għall-forniment ta' oġġetti jew il-provvediment ta' servizzi bi ħlas" - l-Artikolu 3(b) Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatad-Digriet Liġi Nru 62/2013 tal-10 ta' Mejju 2013, li tittrasponi d-Direttiva Nru 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 fil-liġi Portugiża.

Fir-rigward tat-tranżazzjonijiet kummerċjali, il-proċedura ma tkoprix "kuntratti konklużi ma' konsumaturi", "imgħax fuq ħlasijiet oħrajn li ma kinux saru bħala rimunerazzjoni ta' tranżazzjonijiet kummerċjali" jew "ħlasijiet li jkunu saru għall-finijiet ta' kumpens għal responsabbiltà ċivili, inklużi ħlasijiet minn kumpaniji assigurattivi" (l-Artikolu 2(2) tal-istess Digriet Liġi).

1.1.2 Hemm limitu massimu fir-rigward tal-valur tat-talba?

Kif intqal fit-tweġiba għall-mistoqsija preċedenti, l-obbligi pekunjarji li jiġu minn kuntratti jistgħu jiġu reklamati skont ir-regoli tal-ordnijiet ta' ħlas Portugiżi sakemm il-valur tagħhom ma jkunx jaqbeż il-€ 15 000.00.

Madankollu, kif diġà ntqal, ma hemm l-ebda limitu massimu għat-tranżazzjonijiet kummerċjali.

1.1.3 L-użu ta’ dik il-proċedura huwa fakultattiv jew obbligatorju?

L-użu tal-proċedura huwa fakultattiv, jiġifieri mhuwiex impost fuq il-kreditur.

1.1.4 Din il-proċedura hija disponibbli jekk l-intimat jgħix fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz?

In-normi ġuridiċi dwar il-proċedura għal ordni ta' ħlas ma jeskludux każijiet fejn id-debitur ikun jgħix barra l-Portugall.

1.2 Il-qorti kompetenti

Rikorsi għal ordnijiet ta' ħlas jistgħu jitressqu fuq karta jew f'format elettroniku, tkun fejn tkun fil-pajjiż, fil-qrati ta' kull distrett kompetenti li jirċevihom. F'dawn il-każijiet, il-qrati jgħaddu r-rikors elettronikament lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Ordnijiet ta' Ħlas [Balcão Nacional de Injunções].

L-avukati jew il-konsulenti legali jridu jressqu r-rikorsi għal ordnijiet ta' ħlas elettronikament u jistgħu jagħmlu dan minn fejn ikunu fil-pajjiż - ma hemmx għalfejn imorru personalment fir-reġistru jew qorti biex jibagħtuhom (cf. l-Artikolu 19(1) tar-regoli annessi mad-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDigriet Liġi Nru 269/98 tal-1 ta' Settembru 1998, kif emendat mid-Digriet Liġi Nru 34/2008 tas-26 ta' Frar 2008).

Issa huwa possibbli li l-utenti jsegwu l-progress tal-proċedura elettronikament grazzi għat-twaqqif ta' Uffiċċju Nazzjonali tal-Ordnijiet ta' Ħlas, reġistru uniku li jieħu ħsieb l-ipproċessar tal-ordnijiet ta' ħlas. L-avukati u l-konsulenti legali jistgħu jaċċessaw l-formola elettronika permezz ta' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://citius.tribunaisnet.mj.pt/. Jista' jinħoloq titolu eżekuttiv elettronikament fir-rigward ta' rikors għal ordni ta' ħlas. Dan jista' jiġi aċċessat mir-rikorrent permezz tal-paġna fuq l-internet tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Kull titolu eżekuttiv jingħata referenza unika, li tippermetti lir-rikorrent u lil kull entità oħra li jagħtiha r-referenza biex jiċċekkjah.

Il-proċedura hija rregolata minn regoli speċifiċi stipulati fil-liġi rilevanti u, f'oqsma mhux koperti minn dawk ir-regoli, mir-regoli ġenerali dwar il-ġuriżdizzjoni.

Biex ikun hemm konformità mal-Artikolu 8(4) tal-anness mad-Digriet Liġi Nru 169/98 tal-1 ta' Settembru 1998, twaqqaf reġistru ġenerali msejjaħ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Ordnijiet ta' Ħlas permezz tal-Ordni ta' Implimentazzjoni Nru 220-A/2008 tal-4 ta' Marzu 2008 u ngħata kompetenza esklussiva għall-ipproċessar tal-ordnijiet ta' ħlas mat-territorju nazzjonali kollu.

1.3 Ir-rekwiżiti formali

Skont l-Artikolu 10 tal-anness imsemmi hawn qabel tad-Digriet Liġi Nru 269/98, fir-rikors għal ordni ta' ħlas ir-rikorrent irid:

a)      jidentifika r-reġistru tal-qorti li r-rikors huwa indirizzat lilu;

b)      jidentifika l-partijiet;

c)      jindika l-post fejn trid issir in-notifika, u jiddikjara hux il-post tar-"residenza" maqbul fil-kuntratt miktub;

d)     jistabbilixxi fil-qosor il-fatti li huma l-bażi tal-pretensjoni;

e)      jifformula t-talba u jispeċifika l-valur tad-dejn prinċipali, l-imgħax dovut u ammonti pagabbli oħrajn;

f)       jikkonferma li t-tariffi tal-qorti tħallsu;

g)      jiddikjara, fejn xieraq, li l-pretensjoni hija relatata ma' "tranżazzjoni kummerċjali" koperta mil-liġi li tistabbilixxi arranġamenti speċjali għal ħlas tardiv fi tranżazzjonijiet kummerċjali (id-Digriet Liġi Nru 32/2003 tas-17 ta' Frar 2003);

h)      jiddikjara l-post tar-residenza tiegħu;

i)        jiddikjara l-indirizz elettroniku tiegħu, jekk jixtieq jirċievi komunikazzjonijiet jew li jkun innotifikat b'dan il-mezz;

j)        jiddikjara jixtieqx li l-kawża tipproċedi bħala azzjoni dikjaratorja, jekk in-notifika ma titħalliex issir;

k)      jispeċifika l-qorti bil-ġuriżdizzjoni li tivvaluta d-dokumenti, jekk il-kawża tkun se tipproċedi bħala azzjoni dikjaratorja;

l)        jiddikjara jekk jixtieqx li ssir notifika permezz ta' konsulent jew rappreżentant legali tal-eżekuzzjoni u, jekk ikun hekk jixtieq, jiddikjara isem il-persuna u l-indirizz tan-negozju;

m)    jiffirma r-rikors.

L-Ordni ta' Implimentazzjoni Nru 220-A/2008 tal-4 ta' Marzu 2008 tistipula dan li ġej fir-rigward tal-modi ta' kif wieħed għandu jibgħat jew iressaq rikorsi għal ordnijiet ta' ħlas:

"1. Fir-rigward tal-mezz:

a)      fajl tal-kompjuter f'format XML, bl-ispeċifikazzjonijiet ippubblikati fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortal Citius;

b)      fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidakarta, bl-użu tal-formola approvata mill-Ordni ta' Implimentazzjoni Nru 808/2005 tad-9 ta' Settembru 2005;

c)      permezz ta' formola elettronika.

2. Fir-rigward tal-mod tal-konsenja:

2.1. F'fajl tal-kompjuter

a) Bl-internet għal min juża s-sistema Citius (bħalissa avukati u konsulenti legali biss);

b) Personalment fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Ordnijiet ta' Ħlas, fuq mezz fiżiku xieraq (floppy disc, CD-ROM, USB flash drive), għall-proċessi sottomessi fid-distrett ta' Porto biss, skont l-Artikolu 8 tad-Digriet Liġi Nru 269/98 tal-1 ta' Settembru, u biss meta r-rikorrenti ma jkunux rappreżentati minn avukati jew konsulenti legali;

c) Personalment fir-reġistru ġudizzjarju kompetenti, b'konformità mal-Artikolu 8 tar-regoli annessi mad-Digriet Liġi Nru 269/98 tal-1 ta' Settembru 1998. Ir-rikorrenti li mhumiex rappreżentati minn avukati jew konsulenti legali biss jistgħu jressqu ordnijiet ta' ħlas f'fajl f'dawn ir-reġistri ġudizzjarji.

2.2. Fuq karta jew ikkonsenjati personalment

Fir-reġistri ġudizzjarji kompetenti, b'konformità mal-Artikolu 8 tar-regoli annessi mad-Digriet Liġi Nru 269/98 tal-1 ta' Settembru 1998.

2.3. Permezz ta' formola elettronika

Bl-internet (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://citius.tribunaisnet.mj.pt/)għal min juża s-sistema Citius (bħalissa avukati u konsulenti legali biss).

1.3.1 L-użu ta’ formola standard huwa obbligatorju? (jekk iva, minn fejn tista’ tinkiseb din il-formola?)

Trid tintuża l-formola għal rikors għal ordnijiet ta' ħlas approvati mill-Ordni ta' Implimentazzjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Il-formola tista' titniżżel mill-portal Citius f'żewġ formati elettroniċi użati ħafna.

Il-formola mudell tista' tinkiseb ukoll fuq talba lir-reġistri tal-qorti kompetenti li jirċievu r-rikorsi għal ordnijiet ta' ħlas.

Avukati u konsulenti legali jistgħu jsibu l-formola fl-indirizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://citius.tribunaisnet.mj.pt/.

1.3.2 Jeħtieġ li nkun rappreżentat minn avukat?

Mhux obbligatorju li tkun rappreżentat minn avukat f'din il-proċedura, imma ma hemm xejn li jipprevjeni lir-rikorrenti milli jqabbdu rappreżentant legali jekk ikunu jixtiequ.

1.3.3 Kemm trid tkun dettaljata r-raġuni għat-talba?

Il-liġi li tistipula r-regoli għall-proċedura ta' ħlas teħtieġ biss li r-rikorrenti jistabbilixxu l-fatti li huma l-bażi tal-pretensjoni tagħhom fil-qosor.

1.3.4 Huwa meħtieġ li tiġi ppreżentata prova bil-miktub fir-rigward tat-talba kkonċernata? Jekk iva, liema dokumenti huma ammissibbli bħala provi?

Mhux obbligatorju li tippreżenta provi bil-miktub tal-pretensjoni.

1.4 Iċ-ċaħda ta’ rikors

Rikors jista' jiġi miċħud biss jekk:

a) ma jkunx indirizzat lir-reġistru tal-qorti kompetenti jew ir-rikorrent ikun naqas milli jispeċifika "il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni biex teżamina d-dokumenti", jekk dawn ikunu ppreżentati għad-distribuzzjoni;

b) ma tissemmiex l-identità tal-partijiet, il-post tar-residenza tar-rikorrent jew il-post fejn irid jiġi nnotifikat id-debitur;

c) ma jkunx iffirmat, f'każ biss li ma jkunx tressaq f'format elettroniku;

d) ma jkunx miktub bil-Portugiż;

e) ma jkunx isegwi l-mudell approvat mill-Ordni ta' Implimentazzjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja;

f) ma jkun hemm l-ebda indikazzjoni li t-tariffi tal-qorti jkunu tħallsu;

g) l-ammont ikkonċernat ikun jaqbeż il-EUR 15 000,00, u ma jkun hemm l-ebda indikazzjoni li kienet involuta tranżazzjoni kummerċjali kif imsemmi fit-tweġiba għall-mistoqsija 1.1;

h) it-talba ma tkunx taqbel mal-ammont jew mal-fini tal-proċedura.

Ma hemm l-ebda eżami preliminari tar-raġunijiet tat-talba, peress li skont din il-proċedura r-rikors ma jkun intbagħat lil ebda awtorità ġudizzjarja, jiġifieri qorti fis-sens proprju tat-terminu, imma jkun sempliċement eżaminat minn uffiċjal ġudizzjarju.

1.5 Appell

Jista' jitressaq appell kontra deċiżjoni li tiċħad rikors mal-imħallef jew, meta l-qorti jkollha iktar minn imħallef wieħed, mal-imħallef tal-għassa.

1.6 Dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Jekk tintlaqa' talba għal ordni ta' ħlas, l-intimat ikollu 15-il jum (minn dakinhar li ġie nnotifikat) biex jopponi t-talba.

In-nota tal-eċċezzjonijiet trid tintbagħat f'żewġ kopji.

Meta jkun hemm iktar minn rikorrent wieħed, l-intimat irid jipprovdi l-istess għadd ta' kopji tan-nota tal-eċċezzjonijiet tiegħu daqs kemm hemm rikorrenti li jgħixu f'abitazzjonijiet separati, sakemm ma jkunux rappreżentati mill-istess rappreżentant legali.

1.7 L-effett tad-dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Jekk l-intimat jikkontesta t-talba fil-ħin, ma jingħatax l-istatus eżekutorju, jiġifieri id-deċiżjoni ta' eżekuzzjoni ma titfassalx.

Il-kawża mbagħad tiġi ttrattata awtomatikament bħala azzjoni dikjaratorja.

1.8 L-effett tan-nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Jekk wara li jkun innotifikat, l-intimat ma jressaqx nota tal-eċċezzjonijiet, ir-reġistratur iżid il-kliem li ġej fuq ir-rikors għal ordni ta' ħlas: "Dan id-dokument għandu effett eżekutorju (l-Artikolu 14(1) tar-regoli annessi mad-Digriet Liġi Nru 269/98). Dan ifisser li d-dokument jista' jintuża bħala bażi għal irkupru ġudizzjarju tal-pretensjoni b'titolu eżekutorju.

L-unika eċċezzjoni għal dan hija jekk it-talba ma tkunx taqbel mal-ammont jew il-fini tal-proċedura, li f'dak il-każ ir-reġistratur ma jikkonferix l-istatus eżekutorju.

1.8.1 X’jeħtieġ li jsir sabiex tinkiseb deċiżjoni eżekuttiva?

Il-konferiment ta' status eżekutorju mir-reġistratur ma jiddependix minn jekk ir-rikorrent jiħux xi inizjattiva speċifika, imma jsir awtomatikament ladarba jkun ċar li n-notifika saret u ma tressqet l-ebda nota tal-eċċezzjonijiet skont il-proċedura.

1.8.2 Din id-deċiżjoni tkun finali jew ikun għad fadal il-possibilità li l-intimat jappella minnha?

Din id-deċiżjoni (l-ordni ta' konferiment ta' status eżekutorju) ma tistax tiġi appellata.

Madankollu, ta' min iżomm f'moħħu li l-konferiment ta' status eżekutorju ma jikkostitwix att ġuriżdizzjonali, jiġifieri intervent minn qorti bil-ħsieb li tindirizza tilwima privata; hija sempliċement att li jiġġenera dokument ekstraġudizzjarju.

Aktar tagħrif

L-aħħar aġġornament: 30/04/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Proċedura dwar "l-ordni ta' pagament" - Rumanija

1 L-eżistenza ta’ ordni għal proċeduri għall-ħlas

Il-proċedura tal-ordni ta’ ħlas hi prevista fl-Artikoli 1013-1024 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili l-ġdid li daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Frar 2013.

1.1 L-ambitu tal-proċedura

1.1.1 Liema talbiet huma eliġibbli (pereżempju talbiet fi flus biss, talbiet kuntrattwali biss eċċ.)?

Il-proċedura tal-ordni ta’ ħlas tapplika għal talbiet inkontestabbli, likwidati u pagabbli li jikkorrispondu għal obbligi ta’ ħlas ta’ ċerti ammonti ta’ flus skont ftehim ċivili, inklużi ftehimiet konklużi bejn professjonist u awtorità kontraenti, stipulati f’dokument jew stabbiliti permezz ta’ statut, ta’ regolament jew ta’ dokument ieħor, rikonoxxut mill-partijiet permezz ta’ firma jew b’xi mezz ieħor ammissibbli skont il-liġi. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-Taqsima ma jinkludix talbiet li jsiru minn korp ta’ kredituri fi proċedimenti ta’ insolvenza.

1.1.2 Hemm limitu massimu fir-rigward tal-valur tat-talba?

Le.

1.1.3 L-użu ta’ dik il-proċedura huwa fakultattiv jew obbligatorju?

Il-proċedura tal-ordni ta’ ħlas hi fakultattiva u l-parti interessata tista’ tagħmel talba quddiem il-qorti skont dispożizzjonijiet ġenerali.

Il-proċedura tal-ordni ta’ ħlas hi proċedura speċjali, li hi ferm aktar sempliċi mill-proċedura prevista mid-dritt ġeneralment applikabbli u li tippermetti lill-kreditur jikseb titolu li jista’ jkun infurzat f’kundizzjonijiet li jvarjaw minn dawk stabbiliti fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Barra minn hekk, meta l-kontrotalba tad-debitur għat-talba tal-ordni ta’ ħlas tkun iġġustifikata, il-qorti tista’ tiċħad it-talba tal-kreditur b’konklużjoni irrevokabbli.

Il-kreditur jista’ jippreżenta kawża skont id-dritt ġeneralment applikabbli jekk: il-qorti tiċħad it-talba tal-ordni ta’ ħlas; jekk il-qorti toħroġ ordni ta’ ħlas għal parti mit-talbiet u, f’dan il-każ, tista’ tiġi ppreżentata kawża skont id-dritt ġeneralment applikabbli biex id-debitur jintrabat li jħallas id-dejn li jifdal; l-ordni ta’ ħlas ġiet annullata.

1.1.4 Din il-proċedura hija disponibbli jekk l-intimat jgħix fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz?

Iva. Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili l-ġdid ma jagħmel ebda distinzjoni fir-rigward tar-residenza tal-konvenut, peress li l-proċedura tal-ordni ta’ ħlas tapplika irrispettivament minn jekk il-konvenut jgħixx fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz.

1.2 Il-qorti kompetenti

It-talba tal-ordni ta’ ħlas tista’ tiġi ppreżentata lill-qorti li hi kompetenti biex tiġġudika l-każ fuq il-merti fil-Prim’Istanza. Fil-każ tal-ordni ta’ ħlas, l-imħallef jivverifika l-kompetenza tal-qorti fuq inizjattiva tiegħu stess.

Din il-proċedura hi rregolata mir-regoli ġenerali dwar il-kompetenza tal-qrati (f’dan il-każ tista’ tiġi inkluża link għal din l-iskeda) jew hi soġġetta għal prinċipji differenti?

Il-kompetenza għas-saldu tat-talbiet tal-ordni ta’ ħlas hi stabbilita f’konformità mar-regoli ġenerali f’materji ta’ kompetenza tal-qrati.

Talbiet b’valur valutabbli fi flus sa RON 200 000 jaqgħu taħt il-kompetenza tal-qrati distrettwali. Talbiet b’valur valutabbli fi flus ta’ tal-anqas RON 200 000 jaqgħu taħt il-kompetenza tat-tribunali.

Ir-regola tal-kompetenza fil-proċedura speċjali għall-ordnijiet ta’ ħlas hi ssupplimentata mir-regoli ġenerali tal-kompetenza skont il-valur.

1.3 Ir-rekwiżiti formali

1.3.1 L-użu ta’ formola standard huwa obbligatorju? (jekk iva, minn fejn tista’ tinkiseb din il-formola?)

Ma hemm ebda tip/formola standardizzata, madankollu l-kreditur – pretendent jeħtieġlu jikkonforma mar-regoli formali minimi għat-talba tiegħu, li trid tinkludi fiha ċertu numru ta’ dettalji, jiġifieri: l-isem u d-domiċilju tal-kreditur jew, fejn applikabbli, id-deżinjazzjoni u l-uffiċċju reġistrat tiegħu; l-isem u d-domiċilju tad-debitur bħala persuna fiżika u, fejn id-debitur ikun persuna ġuridika, id-deżinjazzjoni u l-uffiċċju reġistrat tiegħu, u, fejn applikabbli, in-numru taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni mir-reġistru kummerċjali jew mir-reġistru tal-entitajiet ġuridiċi, il-kodiċi fiskali u l-kont tal-bank; l-ammonti dovuti; il-fatti u l-motivi legali għall-obbligazzjonijiet ta’ ħlas, il-perjodu referenzjarju tagħhom, id-data ta’ maturità għall-ħlas u kwalunkwe element ieħor li hu meħtieġ biex tiġi stabbilita t-talba.

Fl-istess ħin, il-kuntratt jew kwalunkwe dokument ieħor jiġi mehmuż mat-talba, filwaqt li juri l-ammonti dovuti, u l-prova tan-notifika tal-ordni ta’ ħlas lid-debitur. Fir-rigward tan-notifika tal-ordni, il-kreditur jeħtieġlu jinnotifika l-ordni lid-debitur, permezz tal-uffiċjal ġudizzjarju jew f’ittra rreġistrata, b’kontenut iddikjarat u b’konferma tar-riċevuta, u wara r-riċevuta ta' dik in-notifika d-debitur ikun meħtieġ iħallas l-ammont dovut fi żmien 15-il jum. Din l-ordni ttemm il-perjodu ta’ limitazzjoni.

It-talba u d-dokumenti mehmuża magħha jiġu ppreżentati f’kopja fin-numru ta’ partijiet, u kopja żejda għall-qorti.

1.3.2 Jeħtieġ li nkun rappreżentat minn avukat?

Le, ir-rappreżentazzjoni minn avukat mhix meħtieġa, iżda hi rakkomandata.

1.3.3 Kemm trid tkun dettaljata r-raġuni għat-talba?

Il-kontenut minimu tat-talba ppreżentata hu stabbilit bil-liġi. Il-kreditur – pretendent jeħtieġlu jindika: l-ammont li qed jintalab; il-fatti u l-motivi legali tal-obbligazzjoni ta’ ħlas u l-perjodu referenzjarju tagħhom; id-data ta’ maturità għall-ħlas; kwalunkwe element ieħor meħtieġ biex tiġi stabbilita t-talba.

Jekk il-partijiet ma stabbilixxewx il-livell tar-rata tal-imgħax għall-ħlas tardiv, tiġi applikata r-rata tal-imgħax referenzjarja stabbilita mill-Bank Nazzjonali tar-Rumanija. Ir-rata tal-imgħax referenzjarja fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tas-semestru tkun applikabbli għas-semestru sħiħ. It-talba tiġġenera rati tal-imgħax, kif ġej:

  • għal kuntratti konklużi bejn professjonisti, mid-data li fiha t-talba ssir pagabbli;
  • għal kuntratti konklużi bejn professjonisti u awtorità kontraenti, mingħajr il-ħtieġa li d-debitur jiġi informat li l-ħlas għaddietlu d-data tal-għeluq: jekk data ta’ maturità ġiet stabbilita fil-kuntratt, mill-għada ta’ dik id-data ta’ maturità; jekk ma ġietx stabbilita data ta’ maturità fil-kuntratt: 30 jum wara li d-debitur ikun irċieva l-fattura jew, jekk din tkun kontestabbli, 30 jum wara l-aċċettazzjoni tal-oġġetti jew il-provvista ta’ servizzi jew, jekk l-ordni ta’ ħlas tkun ġiet innotifikata qabel ir-riċevuta tal-oġġetti / tas-servizzi, malli jiskadi perjodu ta’ 30 jum wara r-riċevuta tal-oġġetti / il-provvista ta’ servizzi; jekk il-liġi jew il-kuntratt jipprovdu għal proċedura ta’ aċċettazzjoni jew ta’ kontroll, li tippermetti ċ-ċertifikazzjoni tal-konformità tal-oġġetti jew tas-servizzi kkonċernati, u d-debitur ikun irċieva l-fattura jew l-ordni ta’ ħlas fid-data tal-kontroll jew qabel dik id-data, malli jiskadi perjodu ta’ 30 jum minn din id-data;
  • f’każijiet oħra, mid-data li fiha l-ħlas tad-debitur ġie/jiġi ddikjarat bħala ħlas li skadietlu d-data tal-għeluq skont il-liġi.

Il-kreditur jista’ jitlob danni addizzjonali għall-ispejjeż imġarrba għall-irkupru tal-ammonti bħala riżultat tan-nuqqas min-naħa tad-debitur milli jissodisfa l-obbligi fil-ħin.

1.3.4 Huwa meħtieġ li tiġi ppreżentata prova bil-miktub fir-rigward tat-talba kkonċernata? Jekk iva, liema dokumenti huma ammissibbli bħala provi?

Iva, il-kuntratt jew kwalunkwe dokument ieħor użat bħala prova għall-ammonti dovuti jiġu mehmuża mat-talba (fattura, irċevuta tal-kaxxier, irċevuta miktuba bl-idejn eċċ.). Il-prova tan-notifika tal-ordni lid-debitur għandha tiġi mehmuża mat-talba, u jekk dan ma jsirx din se titqies inammissibbli.

Għas-saldu tat-talba, l-imħallef iħarrek lill-partijiet, f’konformità mad-dispożizzjonijiet dwar materji urġenti, biex dawn jipprovdu spjegazzjonijiet u kjarifiki u jinsisti fuq l-eżekuzzjoni mid-debitur tal-ħlas dovut jew fuq l-ilħuq ta’ ftehim bejn il-paritjiet dwar il-metodi ta’ ħlas. Iċ-ċitazzjoni trid tiġi nnotifikata lill-parti kkonċernata għaxart ijiem qabel id-data tas-smigħ. It-talba tal-kreditur u d-dokumenti ppreżentati magħha għandhom jiġu mehmuża maċ-ċitazzjoni lid-debitur f’kopja bħala prova tat-talba. Iċ-ċitazzjoni trid tindika li d-debitur hu marbut li jippreżenta kwalunkwe kontrotalba tal-anqas tlett ijiem qabel id-data tas-smigħ, filwaqt li tispeċifika li, f’każ li ma tiġix ippreżentata kontrotalba, il-qorti tista’ tikkunsidra, fir-rigward taċ-ċirkustanzi tal-każ, li dan hu rikonoxximent tat-talbiet tal-kreditur. Il-pretendent ma jiġix informat bil-kontrotalba, iżda jsir jaf bil-kontenut ta’ din mill-fajl tal-każ.

Jekk il-kreditur jiddikjara li jkun irċieva l-pagament dovut, il-qorti tirrikonoxxi din iċ-ċirkustanza f’konklużjoni finali, filwaqt li tiddikjara l-każ bħala wieħed magħluq. Meta l-kreditur u d-debitur ikunu laħqu ftehim dwar il-ħlas, il-qorti tirrikonoxxi dan il-fatt u toħroġ deċiżjoni rapida. L-ordni rapida hi finali u titqies bħala titolu li jista’ jkun infurzat.

Meta l-qorti, wara li tkun ivverifikat it-talba kontra s-sottomissjonijiet, u d-dikjarazzjonijiet tal-partijiet, tkun sabet li t-talbiet tal-kreditur huma ġġustifikati, din toħroġ ordni ta’ ħlas li tindika l-ammont u l-iskadenza għall-ħlas. Jekk il-qorti, wara li tkun irrieżaminat l-evidenza fil-każ, tkun sabet li parti biss mit-talbiet tal-kreditur hi ġġustifikata, din toħroġ l-ordni ta’ ħlas għal dik il-parti biss, filwaqt li tiddetermina l-iskadenza għall-ħlas ukoll. F’dan il-każ, il-kreditur jista’ jiftaħ kawża skont id-dritt ġeneralment applikabbli biex jorbot lid-debitur iħallas it-talba li jifdal. L-iskadenza għall-ħlas tkun ta’ tal-anqas għaxart ijiem u ma taqbiżx it-30 jum mid-data tan-notifika tal-ordni. L-imħallef ma jistabbilixxix skadenza oħra għall-ħlas, sakemm il-partijiet ma jkunux qablu dwar din. L-ordni tingħadda lill-partijiet preżenti jew tiġi nnotifikata lil kull parti mill-aktar fis possibbli, f’konformità mal-liġi.

Meta d-debitur ma jikkontestax it-talba b’kontrotalba, l-ordni ta’ ħlas tinħareġ fi żmien mhux aktar minn 45 jum mid-data li fiha tiġi ppreżentata t-talba. Dan it-terminu perentorju ma jinkludix il-perjodu meħtieġ biex jiġu nnotifikati d-dokumenti proċedurali u d-dewmien ikkawżat mill-kreditur, inkluż bħala riżultat ta’ emenda jew ta’ tlestija tat-talba.

1.4 Iċ-ċaħda ta’ rikors

Jekk id-debitur jikkontesta t-talba, il-qorti tirrieżamina jekk it-talba hix iġġustifikata fuq il-bażi tad-dokumenti fil-fajl, u fuq il-bażi tal-ispjegazzjonijiet u tal-kjarifiki pprovduti mill-partijiet. Jekk id-difiża tad-debitur tkun iġġustifikata, il-qorti tiċħad it-talba tal-kreditur f’konklużjoni. Jekk l-argumenti tad-difiża mressqa mid-debitur dwar il-merti tal-każ jinvolvu l-immaniġġjar ta’ evidenza oħra apparti l-evidenza eżistenti, u l-evidenza inkwistjoni tkun legalment ammissibbli skont il-proċedura standard, il-qorti tiċħad it-talba tal-kreditur għal ordni ta’ ħlas f’konklużjoni. Imbagħad, il-kreditur ikun jista’ jiftaħ kawża skont id-dritt ġeneralment applikabbli.

1.5 Appell

Id-debitur jista’ jiftaħ kawża għal annullament tal-ordni ta’ ħlas fi żmien għaxart ijiem mid-data li fiha dik l-ordni ngħaddiet jew ġiet innotifikata lilu. Matul l-istess terminu perentorju, il-kreditur jista’ jiftaħ ukoll kawża għal annullament kontra konklużjonijiet li jiċħdu l-ordni u kontra ordni ta’ ħlas parzjali. It-talbiet tal-kawża għal annullament jistgħu jkunu biss dwar nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti għall-ħruġ tal-ordni ta’ ħlas u, fejn applikabbli, ir-raġunijiet li huma fil-bażi tat-terminazzjoni tal-obbligu wara l-ħruġ tal-ordni ta’ ħlas. Il-kawża għal annullament għandha tiġi deċiża mill-qorti li tkun iġġudikat l-ordni ta’ ħlas, b’panil ta’ żewġt imħallfin. Il-kawża għal annullament ma tissospendix l-infurzar. Madankollu, is-sospensjoni tista’ tingħata fuq it-talba tad-debitur, iżda biss jekk titħallas garanzija, li l-ammont tagħha jiġi stabbilit mill-qorti. Jekk il-qorti kompetenti tilqa’ l-kawża għal annullament fis-sħuħija tagħha jew f’parti minnha, hija tħassar l-ordni fis-sħuħija tagħha jew f’parti minnha, fejn xieraq, filwaqt li taqta’ sentenza finali.

Meta l-kreditur ikun ippreżenta rikors għal annullament u l-qorti kompetenti tilqa’ dak ir-rikors, din taqta’ sentenza finali li biha tinħareġ l-ordni ta’ ħlas.

Id-deċiżjoni ta’ ċaħda tar-rikors għal annullament hi finali.

1.6 Dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

-

1.7 L-effett tad-dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

-

1.8 L-effett tan-nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

1.8.1 X’jeħtieġ li jsir sabiex tinkiseb deċiżjoni eżekuttiva?

L-ordni ta’ ħlas hi eżegwibbli anki jekk tiġi kkontestata b’kawża għal annullament u b’mod proviżorju tkun għaddiet f’ġudikat b’mod provviżorju bħala “res judicata” sakemm tiġi deċiża l-kawża għal annullament. Ir-rikors għal annullament ma jissospendix l-infurzar. Madankollu, is-sospensjoni tista’ tingħata wara talba tad-debitur, iżda biss jekk titħallas garanzija, li l-ammont tagħha jiġi stabbilit mill-qorti. L-ordni ta’ ħlas issir finali jekk id-debitur ma jkunx ippreżenta rikors għal annullament jew jekk it-tali rikors jiġi miċħud. Jekk il-qorti kompetenti tilqa’ r-rikors għal annullament ippreżentat mill-kreditur, din taqta’ sentenza finali li biha tinħareġ l-ordni ta’ ħlas.

Il-parti interessata tista’ tikkontesta l-infurzar tal-ordni ta’ ħlas skont il-liġi komuni. L-oġġezzjoni tista’ tinvoka irregolaritajiet biss fir-rigward tal-proċedura ta’ infurzar u tal-kawżi li wasslu għat-terminazzjoni tal-obbligu li jirriżulta wara li l-ordni ta’ ħlas tkun saret finali.

1.8.2 Din id-deċiżjoni tkun finali jew ikun għad fadal il-possibilità li l-intimat jappella minnha?

Jekk jogħġbok ara t-tweġiba għall-Mistoqsija 1.8.1.
L-aħħar aġġornament: 01/10/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Proċedura dwar "l-ordni ta' pagament" - Slovenja

1 L-eżistenza ta’ ordni għal proċeduri għall-ħlas

Is-Slovenja tirrikonoxxi ż-żewġ proċeduri ta’ ordni ta’ ħlas li ġejjin:

– proċedura ta' ordni ta' ħlas rregolata mill-Artikoli 431 sa 441 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o pravdnem postopku, ZPP)

– proċedura ta’ eżekuzzjoni bbażata fuq dokument awtentiku (fattura, kambjala jew “protest b’ċekk”, akkumpanjat, fejn xieraq, minn fatturi ta’ ritorn sabiex tiġi stabbilita pretensjoni, dokument pubbliku, estratt minn rekords kontabilistiċi ċċertifikati mill-persuna responsabbli, dokument privat awtentikat, dikjarazzjoni bil-miktub ta’ introjtu mill-impjieg) quddiem il-Qorti Lokali f’Ljubljana (Okrajno sodišče v Ljubljani), fejn il-qorti, fuq proposta tal-kreditur, toħroġ titolu eżekuttiv permezz ta’ proċedura awtomatizzata u abbażi ta’ dokument awtentiku fi żmien 3–4 ijiem, li permezz tiegħu:

  1. id-debitur ikun obbligat iħallas l-ammont meħtieġ mill-kreditur (ordni ta’ ħlas jew il-parti kundannattriċi tat-titolu eżekuttiv);
  2. tkun awtorizza l-eżekuzzjoni kontra l-proprjetà tad-debitur indikata fit-talba tal-kreditur, sakemm id-debitur ma jippreżentax oġġezzjoni għad-deċiżjoni (l-awtorizzazzjoni tal-eżekuzzjoni) fi żmien 8 ijiem;
  3. id-debitur ikun obbligat iħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti (ara l-paragrafi 23, 40c u 41 tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni u l-Iżgurar tat-Talbiet (Zakon o izvršbi in zavarovanju, ZIZ)).

1.1 L-ambitu tal-proċedura

Il-proċedura ta’ ordni ta' ħlas hija proċedura rapida speċjali għall-eżekuzzjoni ta' talba pekunjarja dovuta, meta t-talba tkun sostnuta minn dokument li l-liġi tqis bħala ta' valur probatorju ikbar (dokument awtentiku). Ordni ta' ħlas jinħareġ kemm f'kawżi domestiċi u kemm f'kawżi transfruntiera.

1.1.1 Liema talbiet huma eliġibbli (pereżempju talbiet fi flus biss, talbiet kuntrattwali biss eċċ.)?

Talba li tkun il-bażi għal ordni ta' ħlas jista' jkun fiha biss ir-responsabbiltà pekunjarja (talba pekunjarja). Talbiet li huma responsabbiltà kuntrattwali jew mhux kontrattwali u li kienu determinati nominalment biss jistgħu jkunu s-suġġett ta' talba. Waħda mill-eċċezzjonijiet hija l-avviż ta' tmiem il-kirja ta' stabbilimenti kummerċjali u l-iżvujtar konsegwenti tal-ħażniet, fejn japplikaw regoli skont proċedura speċjali għall-ħruġ ta' ordni ta' ħlas. Din l-eċċezzjoni hija stipulata fl-Artikolu 29 tal-Att dwar l-Istabbilimenti u l-Bini Kummerċjali (Zakon o poslovnih stavbah in poslovnih prostorih), li jgħid li, abbażi ta' avviż ta' tmiem il-kirja mogħti minn sid il-kera u talba għal żgumbrament ta' bini kummerċjali jew stabbiliment kummerċjali, il-qorti toħroġ ordni ta' żgumbrament tal-bini kummerċjali jew stabbiliment kummerċjali, jekk tiġi mill-avviż ta' tmiem il-kirja jew talba u mill-ftehim tal-kera jew l-evidenza msemmija fl-Artikolu preċedenti li sid il-kera għandu l-jedd li jtemm il-kirja jew jitlob li l-bini kummerċjali jew stabbiliment kummerċjali jiġi żgumbrat.

It-talbiet kuntrattwali bbażati fuq dokument awtentiku biss jistgħu jkunu s-suġġett ta’ proċeduri ta’ ordni ta’ ħlas.

1.1.2 Hemm limitu massimu fir-rigward tal-valur tat-talba?

Ma hemmx limitu massimu fuq il-valur tat-talba.

1.1.3 L-użu ta’ dik il-proċedura huwa fakultattiv jew obbligatorju?

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili, qorti tista' tieħu deċiżjoni wkoll dwar il-ħruġ ta' ordni ta' ħlas ex officio meta rikorrent f'kawża ma jkunx inkludieha fir-rikors imma l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta' ordni ta' ħlas ikunu ssodisfati, jiġifieri r-rikorrent jiftaħ kawża ordinarja u ma jitlobx li tinħareġ ordni ta' ħlas. Il-ħruġ ta' ordni ta' ħlas huwa għalhekk obbligatorju għall-qorti (ordni ta' ħlas tinħareġ minn assessur) u ma jiddependix minn talba mir-rikorrent, jekk il-kundizzjonijiet preskritti legalment biex tinħareġ ikunu ssodisfati.

Il-kreditur jista’ jagħżel jiftaħx kawża għal ħlas obbligatorju u jipproponi li tinħareġ ordni ta’ ħlas skont l-Artikolu 431 taz-ZPP jew jippreżentax rikors elettroniku għall-eżekuzzjoni skont l-Artikolu 41 taz-ZIZ, li l-qorti ċentrali toħroġ ordni ta’ ħlas abbażi tiegħu permezz ta’ proċedura awtomatizzata.

1.1.4 Din il-proċedura hija disponibbli jekk l-intimat jgħix fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz?

Iva.

1.2 Il-qorti kompetenti

Fis-Slovenja, il-ġuriżdizzjoni biex tiġi deċiża proposta għall-ħruġ ta' ordni ta' ħlas tiġi ddeterminata bl-istess mod bħal f'kawżi oħrajn; dan ifisser li l-ġuriżdizzjoni ratione materiae għall-ħruġ ta' ordni ta' ħlas hija tal-qrati distrettwali (okrožna sodišča) kif ukoll tal-qrati lokali (okrajna sodišča). Ġuriżdizzjoni ratione materiae tiġi ddeterminata fir-rigward tal-valur tat-tilwima (jew fir-rigward tan-natura tal-kawża, pereż. f'kawżi kummerċjali). Il-qrati lokali għandhom ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu kawżi ta' tilwim fuq proprjetà meta l-valur tal-oġġett ikkonċernat ma jaqbiżx l-EUR 20 000. Il-qrati distrettwali għandhom ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu kawżi ta' tilwim fuq proprjetà meta l-valur tal-oġġett ikkonċernat jaqbeż l-EUR 20 000. Huma biss il-qrati distrettwali li għandhom ġuriżdizzjoni biex jisimgħu u jiddeċiedu kawżi relatati mad-dritt kummerċjali fl-ewwel istanza. Tilwim kummerċjali huwa meta parti f'kawża ċivili tkun persuna ġuridika (kumpanija, istituzzjoni, intrapriża għal investiment kollettiv). Tilwim kummerċjali jinkludi wkoll kawżi fejn waħda mill-partijiet tkun l-istat jew komunità lokali oħra awtogovernattiva, bħal muniċipalità.

Il-ġuriżdizzjoni territorjali tiddetermina liema qrati b'ġuriżdizzjoni ratione materiae għandhom ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu kawża speċifika. Ir-regola ġenerali rigward il-ġuriżdizzjoni territorjali tistipula li kawża miftuħa kontra persuna naturali jew ġuridika trid tinfetaħ fil-qorti li tkopri ż-żona fejn l-intimat għandu r-residenza permanenti tiegħi jew fejn il-persuna ġuridika għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha. Jekk il-kawża tkun kontra persuna fiżika jew ġuridika b'ċittadinanza barranija, il-qorti b'ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali tkun il-qorti li tkopri ż-żona fejn il-persuna fiżika jkollha r-residenza tagħha fis-Slovenja jew fejn il-persuna ġuridika jkollha l-uffiċċju tal-fergħa tagħha. Il-liġi Slovena għandha wkoll regola dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali, li hija ddeterminata b'relazzjoni għas-suġġett tat-tilwima u l-partijiet fiha.

Għal proċedura ta’ eżekuzzjoni bbażata fuq dokument awtentiku li fiha jinħarġu wkoll ordnijiet ta’ ħlas, il-Qorti Lokali ta’ Ljubljana għandha ġuriżdizzjoni esklużiva.

Għal aktar dwar dan, ara t-tweġibiet taħt "Il-ftuħ ta' kawża fil-qorti".

1.3 Ir-rekwiżiti formali

Skont l-Artikolu 431 taz-ZPP, iż-żewġ kundizzjonijiet li japplikaw għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas huma dawn li ġejjin: it-talba trid tkun tirreferi għal talba pekunjarja li issa hija dovuta u jrid ikun hemm dokument awtentiku minn fejn tkun ġejja t-talba. Kawża jew talba għall-ħruġ ta' ordni ta' ħlas irid ikun fiha l-elementi kollha li jrid ikollha kull kawża: referenza għall-qorti, l-ismijiet u r-residenza permanenti jew temporanja tal-partijiet, l-ismijiet tal-aġenti jew rappreżentanti legali, talba speċifika li tistabbilixxi s-suġġett ewlieni tal-kawża u t-talbiet sekondarji, il-fatti li jsostnu t-talba tar-rikorrent, evidenza li ssostni dawk il-fatti, il-valur tat-tilwima u firma. Barra minn hekk, id-dokument awtentiku (oriġinali jew kopja attestata) irid jinhemeż mar-rikors.

Il-kundizzjoni għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas, li tinsab f’titolu eżekuttiv li jkun ibbażat fuq dokument awtentiku (l-Artikolu 41 taz-ZIZ), hija li rikors għal eżekuzzjoni bbażat fuq dokument awtentiku jrid jiġi ppreżentat elettronikament, trid titħallas tariffa tal-qorti u t-talba għall-eżekuzzjoni bbażata fuq dokument awtentiku trid tinkludi dan li ġej:

  • l-ismijiet tal-kreditur u tad-debitur, inkluża d-data ta’ identifikazzjoni tagħhom (eż. in-numru tat-taxxa, in-numru ta’ identifikazzjoni personali jew id-data tat-twelid);
  • id-dokument awtentiku;
  • ir-responsabbiltà tad-debitur;
  • il-mezzi u s-suġġett tal-eżekuzzjoni;
  • informazzjoni oħra meħtieġa, skont is-suġġett tal-eżekuzzjoni, biex issir l-eżekuzzjoni; u
  • talba li l-qorti tordna lid-debitur iħallas l-ammont mitlub, inklużi l-ispejjeż imġarrba, fi żmien tmint ijiem, u f’każijiet relatati ma’ kambjali u ċekkijiet, fi żmien tlett ijiem minn meta tiġi nnotifikata l-ordni.

1.3.1 L-użu ta’ formola standard huwa obbligatorju? (jekk iva, minn fejn tista’ tinkiseb din il-formola?)

Skont l-Artikolu 431 taz-ZPP, ma hemm l-ebda rekwiżit fis-Slovenja biex tintbagħat talba għall-ħruġ ta' ordni ta' ħlas b'formola standardizzata; fil-fatt, ma hemm l-ebda formola ta' din ix-xorta. It-talba jrid ikun fiha l-elementi definit legalment imsemmija hawn fuq fil-punt 1.3 (elementi obbligatorji għal kawża).

Fil-proċess ta’ ħruġ ta’ riżoluzzjoni dwar l-eżekuzzjoni bbażata fuq dokument kredibbli (l-Artikolu 41 taz-ZIZ) li jkun fih ordni ta’ ħlas, ir-rikors irid jiġi ppreżentat fuq formola standard (l-Artikolu 29(2) taz-ZIZ, ir-Regoli dwar il-formoli, it-tipi ta’ eżekuzzjoni u l-iżvolġiment tal-proċedura awtomatizzata ta’ eżekuzzjoni) elettronikament (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://evlozisce.sodisce.si/esodstvo/index.html) jew bil-miktub.

1.3.2 Jeħtieġ li nkun rappreżentat minn avukat?

Ma hemm l-ebda rekwiżit li l-partijiet jiġu rrappreżentati minn avukat fi proċedimenti biex tinħareġ ordni ta’ ħlas (u lanqas ma hemm dan ir-rekwiżit fi proċedimenti skont l-Artikolu 431 taz-ZPP, u skont l-Artikolu 41 taz-ZIZ).

1.3.3 Kemm trid tkun dettaljata r-raġuni għat-talba?

Skont l-Artikolu 431 taz-ZPP, ir-rikors għal ħlas obbligatorju jrid jiddikjara l-bażi u l-ammont tad-dejn u jkun fih il-provi li jippermettu li jiġi stabbilit li l-pretensjonijiet fit-talba huma minnhom; irid jindika wkoll l-ammont u l-munita, kif ukoll id-data meta t-talbiet pekunjarji saru dovuti. Jekk ikun qed jintalab l-imgħax, dak l-imgħax irid jiġi definit b'mod preċiż ukoll (rata tal-imgħax u l-perjodu ta' meta saret it-talba). Id-data ta' maturità tat-talba trid tkun ċara mid-dokument awtentiku.

F’eżekuzzjoni bbażata fuq dokument awtentiku, it-talba ma għandhiex għalfejn tiġi sostanzjata aktar; l-indikazzjoni ta’ dokument awtentiku tkun biżżejjed (l-Artikolu 41 taz-ZIZ).

1.3.4 Huwa meħtieġ li tiġi ppreżentata prova bil-miktub fir-rigward tat-talba kkonċernata? Jekk iva, liema dokumenti huma ammissibbli bħala provi?

Iva, l-oriġinal jew kopja attestata tad-dokument awtentiku trid tinhemeż mar-rikors jew mat-talba għall-ħruġ ta' ordni ta' ħlas. Ma hemm l-ebda rekwiżit biex jinhemeż l-oriġinal jew kopja attestata tad-dokument awtentiku għall-ħruġ ta' ordni ta' ħlas f'tilwima kummerċjali. Huwa biżżejjed li kopja ta' dan id-dokument tiġi attestata minn korp awtorizzat ta' persuna ġuridika.

Dokument awtentiku jkun dokument li ma jkollux il-kwalità ta' titolu eżekuttiv, imma juri grad għoli ta' probabilità li l-pretensjoni hija minnha. Dokument ikun awtentiku jekk ikun determinat li hu hekk mill-Att dwar il-Proċedura Ċivili jew minn att ieħor. Skont l-Att dwar il-Proċedura Ċivili, dokumenti awtentiċi huma: dokumenti pubbliċi, dokumenti privati fejn il-firma tad-debitur kienet awtentikata minn korp awtorizzat għall-awtentikazzjoni, kambjali u ċekkijiet, bil-fatturi ta' oġġezzjoni u ta' oġġetti ritornati jekk dawn ikunu meħtieġa biex tinħoloq il-pretensjoni, estratti minn kotba tal-kontijiet awtentikati, fatturi, u dokumenti li għandhom il-karattru ta' dokument pubbliku b’regoli speċjali. Dokument barrani li jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-użu fis-Slovenja jista' jikkostitwixxi wkoll dokument awtentiku.

Eċċezzjoni: mingħajr il-preżentazzjoni ta' dokument awtentiku, il-qorti toħroġ ordni ta' ħlas kontra intimat meta t-talba tkun relatata ma' talba pekunjarja dovuta u li ma taqbiżx l-EUR 2 000 u r-rikors jindika l-bażi u l-livell tad-dejn, u l-prova li tippermetti li tiġi stabbilita l-verità dwar it-talbiet li saru. Madankollu, din l-eċċezzjoni ma tapplikax għal tilwimiet kummerċjali (l-Artikolu 494 taz-ZPP).

Fi proċedura ta’ eżekuzzjoni bbażata fuq dokument awtentiku fejn ikun inħareġ ordni ta' ħlas, mhuwiex effettivament possibbli li jiġi ppreżentat dokument awtentiku (peress li s-sistema ta’ informazzjoni ma tippermettihx); madankollu dikjarazzjoni dwar id-dokument awtentiku tkun biżżejjed (l-Artikolu 41 taz-ZIZ).

1.4 Iċ-ċaħda ta’ rikors

Il-qorti tiċħad talba għal ordni ta' ħlas jekk il-prekundizzjonijiet biex tinħareġ ma jkunux issodisfati, jiġifieri talba pekunjarja dovuta u l-eżistenza ta' dokument awtentiku minn fejn tkun ġejja t-talba.

Meta l-qorti ma tiċħadx it-talba għall-ħruġ ta' ordni ta' ħlas, tkompli l-proċedura fuq il-bażi ta’ rikors.

Il-Qorti Lokali f’Ljubljana tiċħad it-talba għal eżekuzzjoni bbażata fuq dokument awtentiku jekk il-pretensjoni ma tkunx dovuta jew jekk l-intimat ikun falla.

1.5 Appell

Mhu permess l-ebda appell kontra deċiżjoni li tiċħad talba għall-ħruġ ta' ordni ta' ħlas, u lanqas ma jista' r-rikorrent jikkontesta din id-deċiżjoni permezz ta' appell kontra s-sentenza.

Ir-rimedju legali disponibbli għall-intimat kontra ordni ta' ħlas maħruġa huwa oġġezzjoni. Id-data ta' skadenza għal oġġezzjoni hija tmint ijiem min-notifika tal-ordni ta' ħlas lill-intimat (tlett ijiem fil-każ ta' tilwim li jinvolvi kambjali u ċekkijiet). L-oġġezzjoni trid tkun sostanzjata, inkella titqies li ma jkollhiex bażi. Jista' jitressaq appell kontra deċiżjoni fejn il-qorti tiddeċiedi dwar l-oġġezzjoni.

Meta intimat jikkontesta ordni ta' ħlas fir-rigward tad-deċiżjoni dwar l-ispejjeż biss, din id-deċiżjoni tista' tiġi kkontestata biss permezz ta' appell kontra s-sentenza.

Ir-rikorrent jista’ jappella kontra d-deċiżjoni tal-Qorti Lokali ta’ Ljubljana li tiċħad it-talba għal eżekuzzjoni abbażi ta’ dokument awtentiku fi żmien 8 ijiem, u l-appell ikun deċiż mill-Qorti Superjuri f’Ljubljana.

1.6 Dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

L-intimat jista' jressaq oġġezzjoni kontra t-talba tar-rikorrent. Oġġezzjoni trid tiġi ġġustifikata. L-oġġezzjoni trid tiddikjara l-fatti li jsostnu l-oġġezzjoni u tippreżenta l-evidenza, inkella tiġi ddikjarata bla bażi (l-Artikolu 435(2) taz-ZPP). L-intimat irid għalhekk jiddikjara fl-oġġezzjoni l-fatti ġuridikament sinifikanti, jiġifieri l-fatti li jiffurmaw il-bażi biex it-talba tiġi miċħuda (jekk jiġi ppruvat li jkunu minnhom). Id-dikjarazzjonijiet ta' dawn il-fatti jridu jkunu konkreti u speċifiċi.

Oġġezzjoni tista’ tiġi ppreżentata fi żmien 8 ijiem kontra deċiżjoni tal-Qorti Lokali f’Ljubljana li tilqa’ talba għall-eżekuzzjoni bbażata fuq dokument awtentiku u li toħroġ titolu eżekuttiv ibbażat fuq dokument awtentiku. Oġġezzjoni trid tiġi ġġustifikata. Oġġezzjoni tiġi kkunsidrata ġġustifikata meta d-debitur ikun indika l-fatti li t-talba tar-rikorrent setgħet tiġi miċħuda abbażi tagħhom (eż. li d-dejn ikun tħallas) u jkun ipproduċa provi li jsostnu l-fatti allegati fl-oġġezzjoni (l-Artikolu 61 taz-ZIZ). Il-Qorti Lokali ta’ Ljubljana tiddeċiedi dwar oġġezzjoni.

1.7 L-effett tad-dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Meta qorti ma tiċħadx l-oġġezzjoni tal-intimat minħabba li tkun intbagħtet tard wisq jew li ma tkunx sħiħa u tkun illegali, jew ma tiċħadhiex, hija għandha tkompli l-proċedura skont il-kawża.

Jekk l-intimat iressaq oġġezzjoni ġustifikata, il-qorti toħroġ deċiżjoni li tannulla l-ordni ta’ ħlas u, wara li d-deċiżjoni tkun saret finali, tipproċedi bil-kwistjoni prinċipali.

Il-partijiet jistgħu jiddikjaraw fatti ġodda u jippreżentaw provi ġodda fl-ewwel seduta ewlenija, filwaqt li l-intimat jista' wkoll jippreżenta oġġezzjonijiet ġodda rigward il-parti kkontestata tal-ordni ta' ħlas.

Jekk il-Qorti Lokali ta’ Ljubljana tilqa’ oġġezzjoni kontra titolu eżekuttiv ibbażat fuq dokument awtentiku, il-qorti tannulla l-parti tat-titolu eżekuttiv li tippermetti l-eżekuzzjoni u tinnomina l-eżekutur, kif ukoll l-atti ta’ eżekuzzjoni mwettqa (jiġifieri l-qorti ma tannullax l-ordni ta’ ħlas, iżda pjuttost tiddeċiedi jekk l-ordni ta’ ħlas għandhiex tibqa’ fis-seħħ jew jekk għandhiex tiġi annullata f’sentenza sussegwenti). Il-qorti mbagħad tipproċedi bil-proċedimenti bħal fil-każ ta’ oġġezzjoni għal ordni ta’ ħlas; jekk ma jkollhiex ġuriżdizzjoni, hija tiddikjara li mhijiex kompetenti u l-każ jiġi rinvijat lill-qorti kompetenti. Meta tagħmel hekk, il-qorti tqis il-ftehim dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali jekk il-kreditur ikun sostnieha u speċifikaha fit-talba għall-eżekuzzjoni, jew jekk id-debitur ikun sostnieha fl-oġġezzjoni kontra t-titolu eżekuttiv u ppreżentaha l-qorti. Talba għal eżekuzzjoni bbażata fuq dokument awtentiku li jkun serva bħala bażi għall-ħruġ ta’ titolu eżekuttiv annullat titqies bħala kawża fi proċedimenti ċivili (l-Artikolu 62 taz-ZIZ).

1.8 L-effett tan-nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Sakemm il-kontroparti ma tressaqx oġġezzjoni jew appell, id-deċiżjoni jew l-ordni ta' ħlas issir finali u eżekutorja.

Jekk id-debitur ma joġġezzjonax għal titolu eżekuttiv ibbażat fuq dokument awtentiku fi żmien 8 ijiem, it-titolu eżekuttiv ibbażat fuq dokument awtentiku jsir finali u eżekutorju (dan japplika wkoll għall-ordni ta’ pagament), u l-eżekuzzjoni tat-talba tal-kreditur tirriżulta f’eżekuzzjoni kontra l-oġġetti ta’ eżekuzzjoni tad-debitur iddikjarati fit-talba tar-rikorrent għall-eżekuzzjoni.

1.8.1 X’jeħtieġ li jsir sabiex tinkiseb deċiżjoni eżekuttiva?

Ir-rikorrent irid jitlob espliċitament lill-qorti biex toħroġ ċertifikat ta' eżegwibilità. Deċiżjoni tal-qorti ssir eżekutorju ladarba ssir finali u jekk id-data ta' skadenza għall-konformità volontarja mal-obbligi tkun għaddiet (l-Artikolu 19(1) tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni u l-Iżgurar tat-Talbiet).

Il-Qorti Lokali ta’ Ljubljana toħroġ ċertifikat tal-finalità u l-eżegwibilità ta’ titolu eżekuttiv fuq il-bażi ta’ dokument awtentiku ex officio u tibagħtu lill-kreditur u (flimkien mat-titolu eżekuttiv) lil dawk kollha responsabbli għall-eżekuzzjoni tat-titolu (l-eżekutur, il-bank, l-impjegatur, eċċ.).

1.8.2 Din id-deċiżjoni tkun finali jew ikun għad fadal il-possibilità li l-intimat jappella minnha?

Ordni ta' ħlas li ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni kontriha, jew meta oġġezzjoni għaliha tkun ġiet miċħuda, għandha ssir finali u ma tkunx tista' tiġi kkontestata aktar permezz ta' appell.

Ordni ta' ħlas finali jista' jiġi kkontestat permezz ta' rimedji legali straordinarji.

Ordni ta’ ħlas finali bbażata fuq dokument awtentiku li jkun fih ordni ta’ ħlas tista’ tiġi kkontestata permezz ta’ rimedji legali straordinarji (talbiet għal ftuħ mill-ġdid ta’ każ u appelli fuq punt tad-dritt, l-Artikolu 10 taz-ZIZ).

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.pisrs.si/Pis.web/pregledPredpisa?sop=1998-01-2303

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.pisrs.si/Pis.web/pregledPredpisa?id=ZAKO1212

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.pisrs.si/Pis.web/pregledPredpisa?id=ZAKO320

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.uradni-list.si/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.dz-rs.si/wps/portal/Home/deloDZ/zakonodaja/preciscenaBesedilaZakonov

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.sodisce.si/

L-aħħar aġġornament: 13/01/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Proċedura dwar "l-ordni ta' pagament" - Slovakkja

1 L-eżistenza ta’ ordni għal proċeduri għall-ħlas

1.1 L-ambitu tal-proċedura

1.1.1 Liema talbiet huma eliġibbli (pereżempju talbiet fi flus biss, talbiet kuntrattwali biss eċċ.)?

Ordni ta’ ħlas taqa’ taħt l-hekk imsejħa proċeduri sommarji tal-qorti. Il-proċedura hi rregolata fl-Artikolu 265 u ff. tal-Att Nru 160/2015, Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (zákon č. 160/2015 Z.z. Civilný sporový poriadok) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ is-“CCP”).

Ordni ta’ ħlas tista’ tinħareġ biss jekk pretendent ifittex li jeżerċita dritt għall-ħlas ta’ ammont finanzjarju fuq il-bażi tal-fatti asseriti mill-pretendent li dwarhom il-qorti ma jkollha ebda dubju, b’mod partikolari jekk dawk il-fatti jkunu ddokumentati minn evidenza dokumentarja. Deċiżjoni dwar talba tista’ tinħareġ fil-forma ta’ ordni ta’ ħlas maħruġa bla ma tintalab id-dikjarazzjoni tal-konvenut u mingħajr ma jiġi ordnat smigħ. Fid-deċiżjoni, il-konvenut jiġi obbligat iħallas l-ammont finanzjarju jew parti minnu u jkopri l-ispejjeż tal-proċedura fi żmien 15-il jum min-notifika, jew jippreżenta dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni fi ħdan l-istess terminu perentorju. Għall-fini tal-proċeduri tal-ordni ta’ ħlas, dikjarazzjoni li tikkonċerna l-ispejjeż tal-proċedura titqies li tikkostitwixxi deċiżjoni.

1.1.2 Hemm limitu massimu fir-rigward tal-valur tat-talba?

Le, m’hemmx.

1.1.3 L-użu ta’ dik il-proċedura huwa fakultattiv jew obbligatorju?

L-użu tal-proċedura hu fakultattiv, bl-iskop tagħha jkun li tindirizza l-materja b’mod effiċjenti u kosteffiċjenti. Il-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas ma jiddependix mit-talba espliċita tal-pretendent; qorti tista’ toħroġ ordni ta’ ħlas anki jekk il-pretendent ikun talab lill-qorti tiddeċiedi permezz ta’ sentenza.

1.1.4 Din il-proċedura hija disponibbli jekk l-intimat jgħix fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz?

Jekk ordni ta’ ħlas tiġi nnotifikata barra l-pajjiż, din tissejjaħ l-ordni ta’ ħlas Ewropea. L-applikazzjoni għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea tiġi ppreżentata fuq il-Formola A skont ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea.

1.2 Il-qorti kompetenti

Il-qorti kompetenti fil-proċeduri tal-Prim’Istanza hi l-qorti distrettwali. Il-proċedimenti jsiru fil-qorti li jkollha ġurisdizzjoni sostantiva u lokali.

1.3 Ir-rekwiżiti formali

1.3.1 L-użu ta’ formola standard huwa obbligatorju? (jekk iva, minn fejn tista’ tinkiseb din il-formola?)

L-użu ta’ formola f’dawn il-proċedimenti mhuwiex mandatorju, iżda jekk il-pretendent jippreżenta, flimkien mal-applikazzjoni tiegħu għall-bidu ta’ proċeduri, ordni ta’ ħlas fuq formola ppubblikata fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka (Ministerstvo spravodlivosti Slovenskej republiky) Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justice.gov.sk/, f'dak il-każ, dment li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet statutorji għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas u tkun tħallset it-tariffa tal-qorti, il-qorti toħroġ ordni ta’ ħlas fi żmien għaxart ijiem ta’ negozju minn dakinhar li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet.

1.3.2 Jeħtieġ li nkun rappreżentat minn avukat?

Ir-rappreżentazzjoni minn avukat f’dawn il-proċedimenti mhix meħtieġa.

1.3.3 Kemm trid tkun dettaljata r-raġuni għat-talba?

Dawn huma proċedimenti sommarji li fihom il-każ ikun ibbażat biss fuq il-fatti asseriti mill-pretendent. Għaldaqstant, hu neċessarju li l-fatti li jifformaw il-bażi tad-dritt asserit mill-pretendent ikunu ddokumentati b’mod suffiċjenti, u li l-eżekuzzjoni mitluba trid tkun awtorizzata minn liġi oġġettiva.

1.3.4 Huwa meħtieġ li tiġi ppreżentata prova bil-miktub fir-rigward tat-talba kkonċernata? Jekk iva, liema dokumenti huma ammissibbli bħala provi?

Talba trid tkun iddokumentata, pereżempju b’kuntratt. Fil-każijiet kollha, prova li ssostni t-talba trid tkun mehmuża mat-talba.

1.4 Iċ-ċaħda ta’ rikors

Jekk il-qorti ma toħroġx ordni ta’ ħlas, tiġi segwita l-proċedura deskritta fit-Taqsima 168(1) tas-CCP, il-proċedura tkun bħalma tkun fi kwalunkwe tilwima oħra.

Jekk tiġi ppreżentata talba għall-ħlas ta’ ammont finanzjarju fuq il-bażi ta’ kuntratt konkluż minn konsumatur u l-konvenut ikun konsumatur, il-qorti ma toħroġx ordni ta’ ħlas jekk il-kuntratt jew dokumenti kuntrattwali oħra jkun fihom termini eċċessivi b’mod mhux iġġustifikat (Taqsima 299(2) tas-CCP).

1.5 Appell

Fi proċeduri li jikkontestaw il-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas jitfittex rimedju permezz ta’ dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni. Appell biex jitfittex rimedju jista’ jsir biss kontra d-deċiżjoni li tikkonċerna l-ispejjeż tal-proċedura. Qorti tiddeċiedi dwaru bi proċedura sommarja, jiġifieri mingħajr smigħ.

1.6 Dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni użata biex jitfittex rimedju trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum min-notifika tagħha lill-qorti li tkun ħarġitha. Din trid tkun sostnuta b’raġunijiet. Titħallas tariffa tal-qorti għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni użata fit-tfittix ta’ rimedju.

1.7 L-effett tad-dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Malli saħansitra konvenut wieħed jippreżenta dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni saż-żmien meħtieġ b’ġustifikazzjoni rilevanti, l-ordni ta’ ħlas tiġi annullata u l-qorti tordna smigħ.

1.8 L-effett tan-nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Malli jiskadi t-terminu perentorju għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni li tibqa’ ma tiġix ippreżentata, l-ordni ta’ ħlas tidħol fis-seħħ bis-sħiħ.

1.8.1 X’jeħtieġ li jsir sabiex tinkiseb deċiżjoni eżekuttiva?

Ordni ta’ ħlas trid issir legalment effettiva – fuqha jrid ikun hemm timbru tal-validità u tal-eżegwibilità, li jiġi pprovdut fil-qorti li tkun ħarġet l-ordni ta’ ħlas. Imbagħad trid tiġi ppreżentata applikazzjoni għall-eżekuzzjoni.

1.8.2 Din id-deċiżjoni tkun finali jew ikun għad fadal il-possibilità li l-intimat jappella minnha?

Jekk dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni ma tiġix ippreżentata fit-terminu perentorju statutorji għat-tfittix ta’ rimedju kontra ordni ta’ ħlas, l-ordni jkollha l-istess effett bħal sentenza li tista’ tkun eżegwita. Jista’ jiġi ppreżentat appell straordinarju biex tiġi kkontestata deċiżjoni li tista’ tkun eżegwita skont it-tifsira tal-OSP, iżda biss jekk ikunu ssodisfati r-rekwiżiti statutorji kollha. Il-possibbiltà li jiġi ppreżentat appell straordinarju tiddependi miċ-ċirkustanzi u mill-fatti ta’ kull każ.

L-aħħar aġġornament: 10/02/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Proċedura dwar "l-ordni ta' pagament" - Finlandja

1 L-eżistenza ta’ ordni għal proċeduri għall-ħlas

Fil-Finlandja hemm proċedura speċjali għall-ħlas, li hija speċifikament imfassla għall-ġbir ta' djun mhux ikkontestati. F'dawn il-każijiet, l-intimat jista' jiġi ordnat iħallas id-dejn li jkollu lir-rikorrent permezz tal-hekk imsejħa sentenza f'kontumaċja.

Il-kawżi jistgħu jitressqu wkoll b'rikors elettroniku għal ċitazzjoni, li jiġi sottomess permezz ta' formola onlajn minn fuq il-websajt tal-amministrazzjoni ġudizzjarja Finlandiża (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://oikeus.fi/en/). Għal aktar informazzjoni, ara "L-ipproċessar awtomatiku – Il-Finlandja".

1.1 L-ambitu tal-proċedura

1.1.1 Liema talbiet huma eliġibbli (pereżempju talbiet fi flus biss, talbiet kuntrattwali biss eċċ.)?

Din il-proċedura hija applikabbli għal kull tip ta' pretensjoni monetarja li l-partijiet jistgħu jilħqu ftehim dwarha kuntrattwalment.

1.1.2 Hemm limitu massimu fir-rigward tal-valur tat-talba?

Le. Ma hemm l-ebda limitu minimu jew massimu għall-valur tal-pretensjoni.

1.1.3 L-użu ta’ dik il-proċedura huwa fakultattiv jew obbligatorju?

Il-proċedura ssir fuq bażi volontarja.

1.1.4 Din il-proċedura hija disponibbli jekk l-intimat jgħix fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz?

Fil-prinċipju, ma hemm l-ebda regola li tistipula li l-intimat irid ikun jgħix fil-Finlandja. Madankollu, il-qorti Finlandiża jrid ikollha ġuriżdizzjoni biex tkun tista' tapplika l-proċedura. Pereżempju, skont ir-Regolament Brussell I, il-forum huwa determinat abbażi tar-regola ewlenija, b'tali mod li kawża li tkun tinvolvi talba għall-ħlas tiġi pproċessata fil-qorti tal-post tar-residenza tal-intimat.

1.2 Il-qorti kompetenti

Il-qorti kompetenti f'dawn il-kawżi hija l-Qorti Ġenerali tal-Prim'Istanza. Fil-Finlandja, din il-qorti hija magħrufa bħala l-Qorti Distrettwali (käräjäoikeus). Ir-regola ġenerali hija li l-qorti kompetenti tkun il-Qorti Distrettwali tal-lokalità fejn ikun jinsab il-post tar-residenza tal-intimat. Id-dispożizzjonijiet ordinarji li jikkonċernaw il-ġuriżdizzjoni japplikaw għal din il-proċedura speċjali għall-ħlas (Ara "Il-ġuriżdizzjoni – Il-Finlandja").

1.3 Ir-rekwiżiti formali

1.3.1 L-użu ta’ formola standard huwa obbligatorju? (jekk iva, minn fejn tista’ tinkiseb din il-formola?)

Ir-rikors għal ċitazzjoni jrid isir bil-miktub u jrid jinkludi dawn id-dettalji: il-pretensjoni, ir-raġunijiet (fil-qosor), kwalunkwe talba eventwali għar-rimborż tal-ispejjeż involuti biex titressaq il-kawża u d-dettalji tal-kuntatt tar-rikorrent u tal-intimat. Ir-rikors għal ċitazzjoni jrid jiġi ffirmat.

Fil-livell nazzjonali ma jeżistu l-ebda formoli. Ċerti Qrati Distrettwali ħolqu xi formoli iżda ħadd mhu obbligat jużahom.

Il-pretensjonijiet mhux ikkontestati jistgħu jiġu ppreżentati wkoll b'rikors elettroniku għal ċitazzjoni, li jiġi sottomess permezz ta' formola onlajn minn fuq il-websajt tal-amministrazzjoni ġudizzjarja Finlandiża (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://oikeus.fi/en/).

1.3.2 Jeħtieġ li nkun rappreżentat minn avukat?

L-ebda parti, la r-rikorrent u lanqas l-intimat ma għandu l-obbligu li jiġi rappreżentat minn avukat. Madankollu, ir-rappreżentanza minn avukat hija dejjem awtorizzata.

1.3.3 Kemm trid tkun dettaljata r-raġuni għat-talba?

Ir-raġunijiet għall-pretensjoni jridu jiġu identifikati sabiex wieħed ikun jista' jiddistingwi bejnha u bejn pretensjonijiet oħrajn.

1.3.4 Huwa meħtieġ li tiġi ppreżentata prova bil-miktub fir-rigward tat-talba kkonċernata? Jekk iva, liema dokumenti huma ammissibbli bħala provi?

Ma għandha għalfejn tiġi ppreżentata l-ebda evidenza f'kawżi li jinvolvu l-ġbir ta' dejn mhux ikkontestat. Ir-rikorrent irid biss jippreżenta biżżejjed evidenza f'każ li l-intimat jikkontesta l-pretensjoni.

1.4 Iċ-ċaħda ta’ rikors

Fil-prattika, wieħed mill-ostakli għal sentenza f'kontumaċja huwa meta l-intimat ikollu raġuni valida biex jikkontesta l-pretensjoni mniżżla fir-rikors għal ċitazzjoni. B'hekk il-pretensjoni ma tibqax meqjusa bħala mhux ikkontestata. Sitwazzjonijiet oħra li jistgħu jinqalgħu jinkludu ċ-ċaħda tar-rikors għal ċitazzjoni; dan normalment jiġri meta l-Qorti Distrettwali inkwistjoni ma jkollhiex ġuriżdizzjoni jew jekk ir-rikorrent ma jkunx irranġa n-nuqqasijiet fir-rikors tiegħu minkejja li jkun ġie mħeġġeġ biex jagħmel dan. Fil-prinċipju, huwa wkoll possibbli li kawża tiġi miċħuda immedjatament b'sentenza, jekk ikun jidher biċ-ċar li l-pretensjoni ma jkollhiex raġuni valida, jiġifieri li l-pretensjoni ma jkollha l-ebda bażi legali. Jekk mhux hekk, il-qorti ma teżaminax il-validità tal-pretensjoni.

1.5 Appell

Ir-rikorrent ma jistax jappella kontra l-fatt li l-kawża ma tkunx tista' tiġi pproċessata bħala pretensjoni mhux ikkontestata jekk l-intimat jiddeċiedi li jikkontestaha. F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-kawża tiġi pproċessata mill-Qorti Distrettwali fi proċediment ċivili ordinarju. Madankollu, ir-rikorrent jista' jappella jekk il-pretensjoni tiegħu ma tintlaqax jew jekk din tiġi miċħuda.

1.6 Dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Din il-mistoqsija ġiet ifformulata abbażi tas-sistema fejn l-ewwel u qabel kollox tiġi ppronunzjata "sentenza f'kontumaċja / ordni għall-ħlas" u fejn l-intimat jingħata biss l-opportunità joġġezzjona għall-pretensjoni wara li jiġri dan. Fil-Finlandja l-ewwel tintbagħat il-pretensjoni lill-intimat u, jekk dan ma jikkontestahiex, imbagħad tingħata sentenza f'kontumaċja.

Il-Qorti Distrettwali tħeġġeġ lill-intimat biex iwieġeb għall-pretensjoni bil-miktub fiż-żmien stipulat. L-iskadenza tiġi stabbilita mill-Qorti Distrettwali, u normalment ikun hemm bejn ġimagħtejn u tliet ġimgħat ċans. It-tweġiba tal-intimat trid tindika jekk hu jkunx se jikkontesta l-pretensjoni, u jekk iva, xi jkunu r-raġunijiet tiegħu biex jopponi. Fit-tweġiba l-intimat jista' jindika wkoll x'evidenza, jekk ikollu, ikun beħsiebu jippreżenta, kif ukoll jagħmel talba għar-rimborż tal-ispejjeż. Huwa jrid jinkludi wkoll id-dettalji ta' kuntatt tiegħu u jiffirma t-tweġiba.

1.7 L-effett tad-dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Jekk l-intimat jopponi fiż-żmien stipulat, il-pretensjoni ma tibqax titqies bħala mhux ikkontestata u għalhekk ma jkunx possibbli li tingħata sentenza f'kontumaċja. F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-kawża awtomatikament tiġi ttrattata bħala proċediment ċivili ordinarju.

1.8 L-effett tan-nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

1.8.1 X’jeħtieġ li jsir sabiex tinkiseb deċiżjoni eżekuttiva?

Jekk l-intimat ma jikkontestax il-pretensjoni fiż-żmien stipulat, tingħata sentenza f'kontumaċja li tikkonforma mal-ammont mitlub mir-rikorrent. Is-sentenza tkun immedjatament eżegwibbli.

1.8.2 Din id-deċiżjoni tkun finali jew ikun għad fadal il-possibilità li l-intimat jappella minnha?

L-intimat ma jistax jappella kontra sentenza f'kontumaċja mal-Qorti tal-Appell (hovioikeus), iżda għandu l-possibbiltà li jitlob lill-Qorti Distrettwali dak li huwa magħruf bħala "rieżami". Talba għal rieżami tfisser li l-kawża tiġi rinvijata quddiem il-Qorti Distrettwali li tkun ħarġet is-sentenza f'kontumaċja biex din terġa' tikkunsidraha. It-talbiet għal rieżami jridu jiġu ppreżentati fi żmien 30 jum mid-data li fiha l-intimat ikun ġie nnotifikat bis-sentenza f'kontumaċja. Jekk ma tiġi ppreżentata l-ebda talba għal rieżami, is-sentenza f'kontumaċja ssir definittiva.

L-aħħar aġġornament: 04/11/2019