Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Portugiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas

Portugall
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 L-eżistenza ta’ ordni għal proċeduri għall-ħlas

1.1 L-ambitu tal-proċedura

1.1.1 Liema talbiet huma eliġibbli (pereżempju talbiet fi flus biss, talbiet kuntrattwali biss eċċ.)?

Il-proċedura għall-ordni ta’ ħlas tapplika għal:

1.1.2 Hemm limitu massimu fir-rigward tal-valur tat-talba?

Għall-pretensjonijiet li jirriżultaw minn kuntratti, hemm limitu massimu ta’ EUR 15 000.

Għall-pretensjonijiet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet kummerċjali, ma hemm l-ebda limitu massimu.

1.1.3 L-użu ta’ dik il-proċedura huwa fakultattiv jew obbligatorju?

Fakultattiv.

1.1.4 Din il-proċedura hija disponibbli jekk l-intimat jgħix fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz?

Iva, in-normi ġuridiċi dwar il-proċedura għall-ordni ta’ ħlas japplikaw għal każijiet li fihom l-intimat ikun jgħix barra l-Portugall.

1.2 Il-qorti kompetenti

Fil-Portugall, ir-rikors għal ordni ta’ ħlas jista’ jiġi ppreżentat lil dawn:

1.3 Ir-rekwiżiti formali

1) F’format elettroniku, billi timtela u tintbagħat il-formola disponibbli fis-sistema tal-IT CITIUS, jew billi jintbagħat il-fajl elettroniku permezz tas-CITIUS.

2) Fuq karta, ikkonsenjata lir-reġistru.

1.3.1 L-użu ta’ formola standard huwa obbligatorju? (jekk iva, minn fejn tista’ tinkiseb din il-formola?)

Iva, formola obbligatorja hija prevista fl-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 21/2020 tat-28 ta’ Jannar 2020. Tista’ tniżżel il-formola billi tikklikkja fuq din il-link.

Ir-reġistri tal-qorti kompetenti biex jirċievu r-rikors għall-ordni ta’ ħlas fuq karta jistgħu jagħmlu l-formola standard disponibbli għall-individwi meta jitolbuhielhom.

Il-formola elettronika hija disponibbli għall-avukati u għas-solicitors permezz tas-CITIUS.

1.3.2 Jeħtieġ li nkun rappreżentat minn avukat?

Ir-rappreżentanza minn avukat ma hijiex obbligatorja.

1.3.3 Kemm trid tkun dettaljata r-raġuni għat-talba?

Fit-talba għal ordni ta’ ħlas, jeħtieġlek tistabbilixxi l-fatti li t-talba tiegħek hija bbażata fuqhom f’konformità mal-Artikolu 10(2)(d) tar-Regoli għall-Proċedimenti annessi mad-Digriet Amministrattiv Nru 269/98 tal-1 ta’ Settembru 1998.

1.3.4 Huwa meħtieġ li tiġi ppreżentata prova bil-miktub fir-rigward tat-talba kkonċernata? Jekk iva, liema dokumenti huma ammissibbli bħala provi?

Ma huwiex neċessarju li jiġu ppreżentati provi bil-miktub tat-talba inkwistjoni.

1.4 Iċ-ċaħda ta’ rikors

Ir-rikors għal ordni ta’ ħlas jista’ jiġi miċħud fuq il-bażi tar-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 11(1) tar-Regoli għall-Proċedimenti annessi mad-Digriet Amministrattiv Nru 269/98 tal-1 ta’ Settembru 1998.

1.5 Appell

Jista’ jitressaq appell kontra deċiżjoni li tiċħad rikors għal ordni ta’ ħlas mal-imħallef jew, meta l-qorti jkollha iktar minn imħallef wieħed, mal-imħallef tal-għassa, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regoli għall-Proċedimenti annessi mad-Digriet Amministrattiv Nru 269/98 tal-1 ta’ Settembru 1998.

1.6 Dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

It-terminu għall-preżentazzjoni ta’ oppożizzjoni kontra l-ordni ta’ ħlas huwa ta’ 15-il jum, skont l-Artikolu 12(1) tar-Regoli għall-Proċedimenti annessi mad-Digriet Amministrattiv Nru 269/98 tal-1 ta’ Settembru 1998

1.7 L-effett tad-dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Jekk l-intimat jikkontesta l-ordni, il-kawża tintbagħat lura għall-kawżi ordinarji, fejn tieħu l-forma ta’ azzjoni dikjaratorja speċjali jew ordinarja f’konformità mal-każijiet previsti fl-Artikolu 3 tar-Regoli għall-Proċedimenti annessi mad-Digriet Amministrattiv Nru 269/98 tal-1 ta’ Settembru 1998, u fl-Artikolu 10(2) u (4) tad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013 tal-10 ta’ Mejju 2013.

1.8 L-effett tan-nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ kontradizzjoni

Jekk, wara li jiġi nnotifikat kif xieraq, l-intimat ma jippreżentax dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni, ir-reġistratur jehmeż il-kliem li ġej mar-rikors għal ordni ta’ ħlas: “Dan id-dokument huwa titolu eżekuttiv” (“Este documento tem força executiva”), kif stabbilit fl-Artikolu 14(1) tar-Regoli tal-Proċedimenti annessi mad-Digriet Amministrattiv Nru 269/98 tal-1 ta’ Settembru 1998.

1.8.1 X’jeħtieġ li jsir sabiex tinkiseb deċiżjoni eżekuttiva?

Ladarba tinhemeż il-klawżola ta’ eżekuzzjoni, ir-reġistratur jagħti aċċess lir-rikorrent għall-ordni, preferibbilment b’mezzi elettroniċi (l-Artikolu 14(5) tar-Regoli għall-Proċedimenti annessi mad-Digriet Amministrattiv Nru 269/98 tal-1 ta’ Settembru 1998).

1.8.2 Din id-deċiżjoni tkun finali jew ikun għad fadal il-possibilità li l-intimat jappella minnha?

Jista’ jiġi ppreżentat appell kontra r-rifjut ta’ eżegwibbiltà quddiem il-qorti, f’konformità mal-Artikolu 14(4) tar-Regoli għall-Proċedimenti annessi mad-Digriet Amministrattiv Nru 269/98 tal-1 ta’ Settembru 1998).

Il-leġiżlazzjoni applikabbli


Avviż:

Il-Punt ta’ Kuntatt Ċivili tan-Network Ġudizzjarju Ewropew, il-qrati u entitajiet u awtoritajiet oħrajn ma humiex marbutin bl-informazzjoni li tinsab f’din l-iskeda informattiva, li tista’ tkun soġġetta għal bidliet fl-interpretazzjoni mill-ġurisprudenza. Għalkemm l-iskedi informattivi jiġu aġġornati fuq bażi regolari, xorta hemm bżonn li tinqara l-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

L-aħħar aġġornament: 09/02/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.