

Iva. Il-Kapitolu 49 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili (tsiviilkohtumenetluse seadustik) jirregola proċedura mħaffa fil-każ ta' ordnijiet ta' ħlas.
Din il-proċedura tapplika għal talbiet li jiġu minn relazzjonijiet tad-dritt privat u hija intenzjonata li tkopri l-ħlas ta' ċerti ammonti ta' flus.
Proċedura mħaffa fil-każ ta' ordnijiet ta' ħlas ma tapplikax għal talbiet mhux kuntrattwali, ħlief għal:
Proċedura mħaffa għall-ordnijiet ta’ ħlas ma tapplikax jekk:
Il-proċedura mħaffa fil-każ ta' ordnijiet ta' ħlas ma tapplikax għal talbiet kollaterali, jekk ikunu jeċċedu t-talba ewlenija.
Iva. Il-proċedura mħaffa fil-każ ta' ordnijiet ta' ħlas ma tapplikax għal talbiet li jaqbżu EUR 6 400. Dan l-ammont ikopri kemm it-talbiet prinċipali kif ukoll dawk kollaterali.
Ir-rikors għal proċedura mħaffa f'każ ta' ordnijiet ta' ħlas isir volontarjament. Il-kreditur jista' jiddeċiedi jixtieqx iressaq rikors għal proċedura mħaffa f'dan il-każ jew jiftaħx proċedimenti ordinarji.
Iva. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma fiha l-ebda limitu rigward l-applikabilità tal-proċedura mħaffa fil-każ ta' ordnijiet ta' ħlas lill-konvenuti li jkunu residenti f'pajjiż ieħor. Fl-UE, il-ġuriżdizzjoni tal-konvenut tkun iddeterminata skont ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Ir-rikorsi għal proċedura mħaffa fil-każ ta' ordnijiet ta' ħlas jiġu ttrattati mid-dipartiment tal-ordnijiet ta' ħlas fl-awla ta' Haapsalu fil-Qorti tal-Kontea ta' Pärnu (Pärnu Maakohtu Haapsalu kohtumaja).
Il-proċedura mħaffa fil-każ ta' ordnijiet ta' ħlas issir elettronikament u, ir-rikors jista' jiġi ppreżentat lil qorti biss permezz tal-portal Public E-file jew permezz tal-parti tas-sistemi tal-informazzjoni għal skambju ta' dejta X-tee (X-road).
Permezz ta' E-toimik, ir-rikorsi jistgħu jitressqu mill-paġna fuq l-internet: https://www.e-toimik.ee/
Skont is-subartikolu 485(2) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, eċċezzjoni tista' tintbagħat mal-formola mehmuża mal-proposta għall-ħlas jew fuq formola oħra. Il-formoli tista' ssibhom ukoll fil-paġna fuq l-internet tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Justiitsministeerium): http://www.just.ee/et/eesmargid-tegevused/maksekasumenetlus-ja-e-toimik.
Le, mhux obbligatorju li taħtar rappreżentant.
Rikors għal proċedura mħaffa fil-każ ta' ordnijiet ta' ħlas għandu jkun fih deskrizzjoni qasira taċ-ċirkostanzi li jikkostitwixxu l-bażi tat-talba u deskrizzjoni qasira tal-evidenza li r-rikorrent ikun jista' jibgħat biex isostni t-talba. Talba trid tkun ibbażata fuq il-fatti u tkun sostnuta minn evidenza dokumentata. Talba tkun manifestament mingħajr bażi jekk, meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifikati fir-rikors bħala l-bażi tal-ordni ta' ħlas, it-talba ma tkunx tista' tiġi ssodisfata b'mod legali.
Ma hemmx għalfejn tiġi inkluża evidenza dokumentata sabiex ikun ikkonfermat li t-talba ġiet ippreżentata. Madankollu, ir-rikors għandu jkun fih deskrizzjoni qasira tal-evidenza li r-rikorrent ikun jista' jressaq biex isostni t-talba tiegħu.
Il-qorti tiċħad rikors biex tiġi applikata proċedura mħaffa fil-każ ta' ordni ta' ħlas jekk:
Deċiżjoni dwar ċaħda ta' rikors biex tiġi applikata proċedura fil-każ ta' ordni ta' ħlas mhux suġġett għal appell. Ċaħda ta' rikors ma tirrestrinġix id-dritt tar-rikorrent biex iressaq talba f'azzjonijiet oħrajn jew bi proċedura mħaffa fil-każ ta' ordnijiet ta' ħlas.
Id-debitur għandu d-dritt li jressaq eċċezzjoni għal talba jew parti minnha mal-qorti li tkun għamlet il-proposta għal ħlas fi żmien 15-il jum, jew fi żmien 30 jum fil-każ ta' notifika tal-proposta għal ħlas barra l-pajjiż.
Eċċezzjoni tista' tintbagħat permezz tal-formola mehmuża mal-proposta għall-ħlas jew fuq formola oħra. Eċċezzjoni ma hemmx għalfejn tkun sostanzjata.
Jekk id-debitur iressaq eċċezzjoni għall-proposta għal ħlas qabel l-iskadenza speċifikata, il-qorti li tkun ħejjiet il-proposta għal ħlas għandha tkompli tisma' l-kawża f'azzjoni jew tirrinvija l-kawża lill-qorti speċifikata fir-rikors għal proċeduri mħaffa fil-każ ta' ordnijiet ta' ħlas jew lill-qorti speċifikata fir-rikors konġunt tal-partijiet ikkonċernati. Fi kwistjonijiet ta' proprjetà ta' appartament jew koproprjetà, il-proċedimenti dwar rikors jitkomplew sakemm ir-rikorrent ma jitlobx li jibdew azzjonijiet jew li jintemmu l-proċedimenti. Għall-fini tal-azzjonijiet, azzjoni titqies li tressqet mill-mument li jitressaq rikors biex tiġi applikata proċedura mħaffa fil-każ ta' ordnijiet ta' ħlas.
Jekk ir-rikorrent talab espliċitament biex jintemmu l-proċedimenti f'kawża fejn tkun tressqet eċċezzjoni, il-proċedimenti jintemmu.
Jekk id-debitur jagħraf parzjalment it-talba tar-rikorrent fl-eċċezzjoni mressqa mal-proposta għal ħlas, il-qorti li tisma' l-kawża f'azzjoni toħroġ ordni ta' ħlas permezz ta' deċiżjoni biex jinġabar l-ammont li għaraf id-debitur u tkompli tisma' l-bqija tal-kawża f'azzjoni jew b'rikors.
Jekk id-debitur jonqos li jħallas l-ammont indikat fil-proposta għal ħlas u ma jressaqx eċċezzjoni għall-proposta għal ħlas fil-ħin, il-qorti toħroġ ordni ta' ħlas għal dak l-ammont b'deċiżjoni.
Ordni ta' ħlas għandha tinkludi spjegazzjoni għad-debitur li tikkonċerna d-dritt tad-debitur li jappella kontra d-deċiżjoni fi żmien 15-il jum, jew fi żmien 30 jum fil-każ ta' notifika tal-proposta għal ħlas barra l-pajjiż. Trid tingħata spjegazzjoni lid-debitur li appell kontra d-deċiżjoni jista' jitressaq biss fuq il-bażi ta' waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
Rappreżentant legali tad-debitur jew is-suċċessur universali tad-debitur jista' jressaq appell kontra l-ordni ta' ħlas fi żmien xahrejn minn meta jsir jaf bl-ordni ta' ħlas jekk isir evidenti li kien hemm bażijiet għal sospensjoni meta l-qorti ħadet id-deċiżjoni, imma l-qorti la kienet taf u lanqas ma setgħet tkun taf bihom. Il-persuna li tressaq appell kontra deċiżjoni għandu jagħmel dan fuq il-bażi ta' waħda miċ-ċirkostanzi speċifikati hawn fuq.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.