

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Il-Kapitolu ХХХVІІІ “Proċedura tal-ordni ta' ħlas” tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Gazzetta tal-Istat (SG) Nru 59 tal-20 ta’ Lulju 2007, b’effett mill-1 ta’ Marzu 2008, kif emendat fil-SG Nru 42/2009 u kif emendat l-aħħar fil-SG Nru 13/2017) jipprovdi proċedura simplifikata li biha l-pretendent jista’ jirkupra t-talba tiegħu meta’ dik it-talba x’aktarx li ma tiġix ikkontestata mill-konvenut.
Il-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas jista’ jintalab mill-kreditur minħabba t-talbiet li ġejjin:
Barra minn hekk, skont id-dispożizzjoni ċara tal-Artikolu 417 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (CPC), ir-rikorrent jista’ jitlob ukoll il-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas fejn it-talba, irrispettivament mill-ispiża tagħha, tirreferi għal:
Meta r-rikors ikun akkumpanjat minn dokument kif previst mill-Artikolu 417 CPC li tirreferi għalih it-talba, il-kreditur jista’ jitlob lill-qorti sabiex tordna l-eżekuzzjoni b’effett immedjat u biex toħroġ mandat ta’ eżekuzzjoni.
Meta t-talba tkun ġejja minn xi wieħed mill-atti msemmija mill-Artikolu 417 CPC, ma hemmx limitu massimu f’termini tal-ammont tagħha.
Skont id-dispożizzjonijiet l-oħra dwar talbiet pekunjarji, it-talbiet għal affarijiet funġibbli jew it-trasferiment ta’ propjetà mobbli, ordni ta’ ħlas jista’ jinħareġ biss meta t-talba taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti distrettwali. Il-qorti distrettwali hija responsabbli għat-talbiet fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali bl-ammont tat-talba sa massimu ta’ BGN 25 000 u għat-talbiet kollha għal manteniment, tilwim fuq ix-xogħol u talbiet minħabba avviżi ta’ inadempjenza.
L-użu tal-proċedura huwa fakultattiv. Anke jekk jeżistu l-prerekwiżiti għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas, ir-rikorrent mhux obbligat jagħżel dan il-metodu ta’ difiża, iżda jista’ jressaq talba skont il-proċedura għal talbiet ġenerali.
Ordni ta’ ħlas ma jinħariġx meta’ d-debitur ma jkollux indirizz permanenti u residenza abitwali, jew sede u post ta’ negozju fit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija.
Ir-rikors jiġi ppreżentat lill-qorti distrettwali skont l-indirizz permanenti jew is-sede tad-debitur, u l-qorti għandha tliet (3) ijiem biex twettaq verifika uffiċjali tal-ġuriżdizzjoni lokali. Jekk il-qorti tkun tal-fehma li l-każ ma’ jaqax taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha, tibgħatu lill-qorti adattata.
L-użu tal-formoli tar-rikors approvati mill-Ministeru tal-Ġustizzja huwa obbligatorju. Ir-rikors jikkostitwixxi anness għar-Regolament Nru 6 tal-20 ta’ Frar 2008 dwar l-approvazzjoni ta’ formoli għal ordnijiet ta’ ħlas, rikors għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas u karti oħra marbuta mal-proċedura “ordni għal ħlas” maħruġ mill-Ministeru tal-Ġustizzja.
Le ir-rappreżentazzjoni mhix obbligatorja.
Ir-rikors għandu jindika ċ-ċirkostanzi li fuqhom hija bbażata t-talba u x’inhi l-essenza tat-talba.
Mhux meħtieġ li jiġu annessi provi mar-rikors sabiex tiġi stabbilita t-talba. Ir-rikorrent jista’ jehmeż dawn il-provi, madankollu mhux obbligat li jagħmel dan, għaliex il-proċedura hija ntiża biss biex tivverifika jekk it-talba hix fondata jew le. Huwa biżżejjed li r-rikorrent jgħid li hemm raġunijiet għat-talba tiegħu. Jekk id-debitur jikkontesta l-ordni ta’ ħlas, il-verifika tal-eżistenza tat-talba ssir matul il-proċedimenti tagħha. Ir-rikors irid ikun akkumpanjat minn prokura jekk jiġi ppreżentat minn persuna f’isem ir-rikorrent, kif ukoll il-provi tal-ħlas tal-bolla u tal-ispejjeż legali, fejn xieraq.
Ir-rikors għall-ħruġ ta’ ordni għal ħlas jiġi miċħud fil-każijiet li ġejjin:
L-ordni ta’ ħlas mhux suġġett għal appell mill-partijiet, ħlief għall-parti tal-ispejjeż. Ordni li jiċħad, totalment jew parzjalment, ir-rikors jista’ jiġi appellat mir-rikorrent quddiem il-qorti reġjonali rilevanti permezz ta’ appell privat mingħajr is-sottomissjoni ta’ kopja tan-notifika. L-ordni għall-eżekuzzjoni immedjata li toħroġ il-qorti f’każijiet ta’ dokument sottomess skont l-Artikolu 417 CPC wkoll hija soġġetta għal appell. Appell privat kontra l-ordni għall-eżekuzzjoni immedjata għandu jiġu ppreżentat flimkien mal-oġġezzjoni kontra l-ordni ta’ ħlas maħruġ u jista’ jsir biss fuq il-kunsiderazzjonijiet li ħarġu mill-atti skont l-Artikolu 417 CPC.
Wara l-irċevuta tal-ordni ta’ ħlas mid-debitur, dan tal-aħħar jista’ jippreżenta oġġezzjoni bil-miktub fi żmien ġimgħatejn Oġġezzjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 414 CPC hija kwalukwe ħaġa li minħabba l-kontenut tagħha hija inkompatibbli mal-eżekuzzjoni, kull forma ta’ nuqqas ta’ ftehim, kull dikarazzjoni li mminha huwa ċar li d-debitur mhux lest iħallas. Huwa ddikjarat b’mod ċar li l-oġġezzjoni ma għandhiex bżonn ġustifikazzjoni.
Meta d-debitur jissottometti oġġezzjoni fil-ħin, il-qorti tavża lir-rikorrent li jista’ jressaq kawża sabiex tiġi ddeterminata l-kawża fi żmien xahar jekk iħallas il-bilanċ tat-taxxa tal-boll dovuta. Jekk ir-rikorrent ma jippreżentax provi li ressaq il-kawża fiż-żmien stabbilit, il-qorti tannulla l-ordni ta’ ħlas, kemm totalment jew dik il-parti li għaliha ma saritx talba.
Skont l-Artikolu 416 CPC, jekk ma tipi ppreżentata l-ebda oġġezzjoni fil-ħin, jew l-oġġezzjoni tiġi rtirata, l-ordni ta’ ħlas issir effettiva u fuq il-bażi tagħha l-qorti toħroġ rikors ta’ eżekuzzjoni, li jiġi indikat fl-ordni.
Fi żmien xahar minn meta jsir jaf bl-ordni ta’ ħlas, id-debitur li ġie mċaħħad mill-possibiltà li jikkontesta t-talba jista’ jippreżenta oġġezzjoni lill-qorti tal-appell jekk:
Is-sottomissjoni ta’ din l-oġġezzjoni ma tissospendix l-eżekuzzjoni tal-ordni, iżda fuq talba tad-debitur u wara l-preżentata tal-garanzija xieraq minn dan tal-aħħar, il-qorti tista’ tissospendi l-eżekuzzjoni.
Il-qorti tilqa’ l-oġġezzjoni jekk ikunu ġew issodisfati l-prerekwiżiti mniżżla hawn fuq. Jekk il-qorti tal-appell tilqa’ l-oġġezzjoni minħabba l-fatt li d-debitur ma għandux indirizz permanenti jew sede fit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija, jew ma għandux residenza abitwali jew post ta’ negozju fit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija, mbagħad tinvalida uffiċjalment l-ordni ta’ ħlas u r-rikors ta’ eżekuzzjoni maħruġ. Inkella, jekk il-qorti tal-appell tilqa’ l-oġġezzjoni, tissospendi l-eżekuzzjoni tal-ordni ta’ ħlas maħruġ u tibgħat il-każ quddiem il-qorti distrettwali fejn torna lir-rikorrent li jista’ jressaq kawża minħabba t-talba tiegħu fi żmien xahar mill-ħlas tal-bilanċ tat-taxxa tal-boll dovuta.
Barra minn hekk, id-debitur jista’ jikkontesta, fi proċedura dwar it-talbiet, it-talba li għaliha nħareġ l-ordni ta’ ħlas jekk jinkixfu fatti ġodda jew provi ġodda bil-miktub ta’ importanza essenzjali għall-kawża li ma setax isir jaf bihom matul il-perjodu rilevanti għall-preżentazzjoni tal-oġġezzjoni, jew li ma setax jikseb fl-istess perjodu ta’ żmien. Il-kawża tista’ titressaq fi żmien tliet xhur mid-data li fiha d-debitur sar jaf biċ-ċirkostanzi l-ġodda, jew mid-data li fiha setgħa jikseb il-provi l-ġodda bil-miktub, iżda mhux aktar tard minn sena mit-tmiem tal-irkupru obbligatorju tat-talba.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.