

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Ix-xhieda tista’ tiġi kkumpilata permezz ta’ kollegament bil-vidjo bil-parteċipazzjoni ta’ qorti fl-Istat rikjedenti jew inkella direttament. Il-bażi ġuridika għal dan hija pprovduta taħt il-liġi nazzjonali permezz tal-Artikolu 36A tal-Kapitolu 9 tal-Att dwar ix-Xhieda, kif emendat mill-Att 122(I)/2010. Skont l-Artikolu 36A, il-qorti tista’, fid-diskrezzjoni tagħha, timponi kwalunkwe termini li tqis li huma meħtieġa għall-kumpilazzjoni tax-xhieda, diment li dawn it-termini ma jkunux inkompatibbli mal-impenji internazzjonali tar-Repubblika ta’ Ċipru.
Ma hemmx restrizzjonijiet bħal dawn. Kwalunkwe persuna li x-xhieda tagħha titqies bħala meħtieġa tista’ tiġi eżaminata, diment li t-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1206/2001 u ma tkunx inkompatibbli mal-liġi nazzjonali.
Ma hemmx restrizzjonijiet fuq it-tip ta’ xhieda li tista’ tiġi kkumpilata permezz ta’ kollegament bil-vidjo, diment li t-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda ma tkunx inkompatibbli mal-liġi nazzjonali u l-kumpilazzjoni tax-xhieda mitluba tkun prattikament fattibbli.
Ma hemmx restrizzjonijiet.
Huma biss il-minuti tal-proċedimenti li jiġu rreġistrati.
Ix-xhieda tiġi kkumpilata bil-lingwa materna tal-persuna li tkun qed tixhed u mbagħad tiġi tradotta minn interpretu fil-lingwa uffiċjali tal-qorti, jiġifieri l-Grieg.
L-uffiċċju tar-reġistrar tal-qorti li tisma’ l-kawża li għaliha trid tiġi eżaminata l-persuna kkonċernata huwa responsabbli sabiex jagħmel l-arranġamenti meħtieġa għall-użu ta’ interpreti.
Għandha tinħareġ taħrika ta’ xhud lill-persuna li trid tiġi eżaminata u d-data stabbilita għas-smigħ tal-kawża tkun tali li l-persuna kkonċernata tkun tista’ tiġi nnotifikata fil-ħin.
L-ispejjeż imġarrba b’konnessjoni mal-interpreti jitħallsu mill-Istat fejn tkun tinsab il-qorti li tkun qed tmexxi l-proċedimenti u l-ispejjeż imġarrba għall-għoti ta’ appoġġ tekniku dakinhar tal-eżaminazzjoni jitħallsu mill-Istat fejn ikun jinsab ix-xhud.
Taħrika ta’ xhud tinħareġ għal dak l-għan.
Jittieħed ġurament jew issir affermazzjoni u jiġu ddikjarati d-dettalji tal-persuna li trid tiġi eżaminata.
Il-qorti rikjedenti għandha tipprovdi d-dettalji tal-persuna li trid tiġi eżaminata. Waqt it-teħid tal-ġurament, il-persuna li trid tiġi eżaminata taħlef fuq il-Bibbja jew il-Kuran, skont l-affiljazzjoni reliġjuża tagħha, jew inkella tagħmel affermazzjoni.
Konnessjoni ta’ prova ssir f’data qabel il-jum tal-eżaminazzjoni, wara koordinazzjoni minn qabel bejn l-awtoritajiet kompetenti (id-dipartimenti tar-reġistrazzjoni tal-Qorti).
Ma hija meħtieġa ebda informazzjoni addizzjonali.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.