Interest rates

National information on how each EU country calculates statutory interest rates.

Calculation of statutory interest on judicial cooperation in civil and commercial matters can be relevant under several European Union law instruments. However, these instruments do not regulate details on statutory interest and therefore it is national law which stipulates how and on which basis statutory interest rates are to be calculated.

In a cross-border case, such information can be relevant and access to such information necessary. Therefore, the European Judicial Network in civil and commercial matters established factsheets which provide information on how statutory interest is defined by the Member States, whether national law provides for statutory interest and if so, on which legal basis and at which rate/amount. Information can also be found on the circumstances and conditions under which these rates apply and how they are calculated.

Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.

Last update: 30/05/2023

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Rati tal-imgħax - Belġju

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

L-imgħax statutorju huwa l-perċentwali użat biex jiġi kkalkulat l-ammont addizzjonali li jrid jitħallas mid-debitur li ma jkunx ħallas lill-kreditur fil-ħin.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

L-imgħax statutorju fil-kawżi ċivili (bejn individwi jew bejn individwu u kummerċjant) jiġi kalkolat biż-żieda ta' 2% mar-rata ta' tnax-il xahar ta' EURIBOR (Rata Interbankarja Offruta f’Euro).s

It-tranżazzjonijiet kummerċjali (pereżempju t-tranżazzjonijiet bejn il-kummerċjanti u/jew l-impriżi) huma regolati mil-Liġi tat-2 ta' Awwissu 2002 dwar il-ġlieda kontra l-pagamenti li jsiru tard fit-tranżazzjonijiet kummerċjali ((Wet van 2/08/2002 betreffende de bestrijding van de betalingsachterstand bij handelstransacties). Dik ir-rata ta' imgħax tiġi applikata sakemm il-partijiet għat-tranżazzjoni ma jkunux ftiehmu mod ieħor (interess kuntrattwali).

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

L-aġġustament kull sitt xhur tar-rata ta' interess għat-tranżazzjonijiet kummerċjali jiġi ppubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Belġju (sit elettroniku Belgisch staatsblad - Moniteur belge: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.ejustice.just.fgov.be)

Għal aktar informazzjoni ara s-sit elettroniku tas-Servizz Pubbliku Federali għall-Ekonomija (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://economie.fgov.be)

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Għal aktar informazzjoni mingħajr ħlas ara s-sit elettroniku tas-Servizz Pubbliku Federali għall-Ekonomija (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://economie.fgov.be)

L-aħħar aġġornament: 10/01/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rati tal-imgħax - Bulgarija

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Fir-Repubblika tal-Bulgarija, l-imgħax statutorju huwa rregolat, imma s'issa t-terminu għadu mhux definit fil-liġi.

Skont it-teorija ġuridika, "l-imgħax statutorju" huwa mgħax li mhux bi qbil (f’dak il-każ tkun tikkostitwixxi penali), imma previst mil-liġi. L-imgħax statutorju għal ħlas tardiv (inadempjenza, imgħax fuq ħlas tardiv) ikun dovut fuq il-ħlas tardiv ta' obbligu monetarju. Fil-każ ta’ inadempjenza ta' dejn monetarju, il-kreditur ikun dejjem intitolat għal kumpens skont ir-rata tal-imgħax statutorju mid-data tal-inadempjenza (ara l-ewwel sentenza tal-Artikolu 86(1) tal-Att dwar l-Obbligi u l-Kuntratti (ZZD)). Il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni (Varhoven kasatsionen sad) (VKS) żviluppat ġurisprudenza uniformi fejn kwalunkwe inadempjenza ta’ obbligu monetarju tikkostitwixxi ħlas tardiv u tagħti d-dritt lill-kreditur jitlob kumpens għal nuqqas ta’ ħlas, li, skont ir-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 86(1) taz-ZZD, huwa ta’ mgħax statutorju mid-data tad-dewmien. F’obbligu bi żmien determinat, id-debitur ikun inadempjenti wara t-tmiem tal-perjodu għall-ħlas, u meta ma jkunx hemm jum fiss għall-eżekuzzjoni, id-debitur ikun inadempjenti meta jingħata avviż mill-kreditur, f’konformità mar-regola tal-Artikolu 84(2) ZZD. Talba għal imgħax statutorju, għalhekk, tirriżulta minn sett ta’ ċirkostanzi li jinkludu l-elementi li ġejjin: somma prinċipali tkun dovuta, dan id-dejn ikun sar dovut, u l-obbligu ta’ ħlas ma ġiex onorat, is-suġġett ta’ din il-pretensjoni ikun il-kumpens għad-dannu maħluq b’mod oġġettiv u loġiku min-nuqqas ta’ prestazzjoni tal-obbligu. Il-pretensjoni tal-imgħax hija anċillari iżda, sa ċertu punt, hija awtonoma fir-rigward tal-pretensjoni prinċipali, u l-elementi essenzjali li jintitolaw lill-kreditur jippreżenta tali pretensjoni jinkludu d-dipendenza fuq in-nuqqas ta’ prestazzjoni, jiġifieri nuqqas ta’ kondotta xierqa fir-rigward tas-somma prinċipali dovuta.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Skont l-Artikolu 86(1) tal-Att dwar l-Obbligi u l-Kuntratti, debitur li ma jonorax obbligu monetarju jkun responsabbli għall-kumpens fir-rata tal-imgħax statutorju minn dakinhar tal-inadempjenza. Ir-rata tal-imgħax statutorju tiġi stabbilita mill-Kunsill tal-Ministri.

Abbażi tal-Artikolu 86(2) taz-ZZD u bil-ħsieb li tiġi trasposta d-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali (ĠU L 48/1, tat-23 ta’ Frar 2011), il-Kunsill tal-Ministri adotta d-Digriet Nru 100 tad-29 ta’ Mejju 2012 li jistabbilixxi r-rata tal-imgħax statutorju fuq l-arretrati f’leva u f’muniti barranin (fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 2012, imħassar) u d-Digriet Nru 426 tat-18 ta’ Diċembru 2014 li jistabbilixxi r-rata tal-imgħax statutorju fuq l-arretrati (fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2015), li stabbilixxa r-rata tal-imgħax statutorju bir-rata normattiva tal-imgħax stabbilita mill-Bank Nazzjonali Bulgaru għall-perjodu wara d-data ta’ maturità miżjuda b’10 punti perċentwali. Ir-rata annwali tal-imgħax statutorju fuq pagamenti arretrati hija r-rata bażi tal-Bank Nazzjonali Bulgaru applikabbli mill-1 ta’ Jannar jew mill-1 ta' Lulju tas-sena attwali miżjuda b'10 punti perċentwali. Ir-rata ta’ kuljum tal-imgħax statutorju fuq pagamenti arretrati hija ta' 1/360 tar-rata annwali. Ir-rata tal-imgħax fis-seħħ fl-1 ta' Jannar tas-sena attwali tapplika għall-ewwel nofs tas-sena u dik fis-seħħ fl-1 ta' Lulju tapplika għat-tieni nofs.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Il-Bank Nazzjonali Bulgaru jippubblika r-rata bażi għall-perjodu rilevanti bl-użu ta' metodoloġija stabbilita mill-Bord Maniġerjali u jippubblikaha fil-Gazzetta tal-Istat. Ir-rata bażi u l-bidliet fiha jiġu ppubblikati fis-sit tal-Bank Nazzjonali Bulgaru: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.bnb.bg/. Is-sit fih ukoll il-metodoloġija biex tiġi stabbilita r-rata bażi.

L-Artikolu 10(3) tal-Att dwar l-Obbligi u l-Kuntratti jipprevedi li mgħax fuq imgħax dovut (anatoċiżmu) jitħallas skont ir-regoli tal-Bank Nazzjonali Bulgaru. Madankollu, ma ġew ippubblikati l-ebda regoli ta' dan it-tip.

Skont l-Artikolu 294(2) tal-Att dwar il-Kummerċ (Targovski zakon), meta tiġi konkluża tranżazzjoni kummerċjali, l-imgħax jista’ jkun dovut fuq l-imgħax jekk il-partijiet ikunu qablu espressament li jsir hekk.

Meta kawża għal pretensjoni ta’ mgħax statutorju tiġi ppreżentata f’tilwima kummerċjali, id-dikjarazzjoni tal-kawża trid tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni li jkun fiha l-kalkoli meħtieġa biex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ mgħax mitlub. Din id-dikjarazzjoni, prevista fl-Artikolu 366 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Grazhdanski protsesualen kodeks), hija kundizzjoni għall-konformità tad-dikjarazzjoni ta’ kawża u, jekk ma tiġix ippreżentata, ir-rikorrent ikun inkarigat li jirrimedja għan-nuqqas ta’ konformità fi żmien ġimgħa minn meta tkun waslet il-komunikazzjoni. Jekk dawn l-istruzzjonijiet ma jiġux rispettati, il-qorti jkollha bażi biex treġġa’ lura d-dikjarazzjoni ta’ kawża fir-rigward tal-kawża għal pretensjoni ta’ mgħax statutorju.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Informazzjoni dwar ir-rata bażi u bidliet fiha tingħata bl-Ingliż u bil-Bulgaru fis-sit tal-Bank Nazzjonali Bulgaru: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.bnb.bg/.

L-Att dwar l-Obbligi u l-Kuntratti, l-Att dwar il-Kummerċ u atti legali oħrajn imsemmija fuq tista' ssibhom bil-Bulgaru fis-sit: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://lex.bg.

L-Att dwar l-Obbligi u l-Kuntratti, l-Att dwar il-Kummerċ u d-Digriet tal-Kunsill tal-Ministri Nru 426 tat-18 ta' Diċembru 2014 li jistabbilixxi r-rata tal-imgħax statutorju fuq pagamenti arretrati tista' wkoll issibhom bil-Bulgaru fis-sit: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.tita.bg/.

L-ammont tal-imgħax statutorju jista’ jiġi kkalkulat mingħajr ħlas billi jiddaħħal l-ammont tal-kapital dovut u l-perjodu wara d-data tal-maturità f’wieħed mill-kalkolaturi elettroniċi online li ġejjin: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.calculator.bg/1/lihvi_zadaljenia.html or Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://balans.bg.

L-aħħar aġġornament: 16/10/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rati tal-imgħax - Iċ-Ċekja

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Iva. L-imgħax normalment huwa regolat mill-Artikoli 1802 sa 1806 tal-Att Nru 89/2012 (il-Kodiċi Ċivili) u huwa deskritt bħala penali finanzjarja li sseħħ awtomatikament ex lege fil-forma ta' mgħax jekk id-debitur jonqos milli jħallas dak li hu dovut. L-ammont ta' mgħax statutorju jiġi determinat skont il-leġiżlazzjoni sekondarja (attwalment ir-Regolament tal-Gvern Nru 351/2013).

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

L-ammont ta' mgħax statutorju jiġi kkalkulat skont il-leġiżlazzjoni effettiva fl-ewwel ġurnata ta' nuqqas ta' ħlas tad-debitur.

Ir-Regolament tal-Gvern Ċek Nru 351/2013 tas-16 ta' Ottubru 2013 ilu fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2014. Ir-Regolament jiddetermina l-ammont ta' mgħax ta' inadempjenza u l-ispejjeż assoċjati mal-irkupru tad-dejn, il-kumpens tal-istralċjarju, l-amministratur tal-istralċ u membru maħtur mill-qorti tal-korp li jirrappreżenta entità ġuridika, u jirregola wkoll ċerti kwistjonijiet marbuta mal-Gazzetta Kummerċjali u r-reġistri pubbliċi tal-entitajiet ġuridiċi u l-persuni fiżiċi. Skont ir-Regolament, l-ammont annwali ta' mgħax ta' inadempjenza huwa bbażat fuq ir-rata ta’ ftehim ta’ riakkwist mill-Bank Nazzjonali tar-Repubblika Ċeka għall-ewwel jum tal-perjodu tal-kalendarju li fih seħħet l-inadempjenza, b'żieda ta' tmien punti perċentwali. Dan l-ammont ta' mgħax jibqa' l-istess matul il-perjodu ta' inadempjenza.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

L-imgħax ta' inadempjenza li beda jgħaddi qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Gvern Nru 351/2013 huwa regolat mil-leġiżlazzjoni li kienet diġà fis-seħħ, jiġifieri r-Regolament tal-Gvern Nru 142/1994; għandha ssir referenza dejjem għall-verżjoni fis-seħħ fl-ewwel ġurnata ta' inadempjenza.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.psp.cz/sqw/sbirka.sqw?cz=351&r=2013

L-aħħar aġġornament: 22/05/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rati tal-imgħax - Ġermanja

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Iva. Ir-rata tal-imgħax statutorja hija stipulata fl-Artikolu 246 tal-Kodiċi Ċivili Ġermaniż (Bürgerliches Gesetzbuch, BGB). Jekk l-imgħax fuq dejn ikun pagabbli legalment jew fi tranżazzjoni legali, ir-rata tal-imgħax tkun ta' erba' fil-mija sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

L-ammont / Ir-rata tal-imgħax statutorju

Kriterji għall-applikazzjoni tar-rata tal-imgħax statutorju

(jekk meħtieġ)

Bażi ġuridika

4 %

Rata standard, sakemm ma jkunx hemm dispożizzjonijiet speċjali li jeħtieġu mod ieħor jew isir ftehim għad-devjazzjoni minn din ir-rata

L-Artikolu 246 tal-Kodiċi Ċivili Ġermaniż

5 %

Għal tranżazzjonijiet kummerċjali bilaterali (bl-eċċezzjoni ta' mgħax ta' inadempjenza), sakemm ma tapplikax waħda mid-dispożizzjonijiet speċjali jeħtieġu mod ieħor

L-Artikolu 352 tal-Kodiċi Kummerċjali Ġermaniż (Handelsgesetzbuch, HGB)

ħames (5) punti perċentwali iżjed mir-rata tal-imgħax bażika stipulata mil-liġi Ġermaniża(*)

Jekk il-mutwatarju jonqos milli jħallas id-dejn

L-Artikolu 288(1) tal-Kodiċi Ċivili Ġermaniż

disa' (9) punti perċentwali iżjed mir-rata tal-imgħax bażika stipulata mil-liġi Ġermaniża (*)

Jekk il-mutwatarju jonqos fuq talba ta' ħlas u ma jkunx parti mit-tranżazzjoni legali sottostanti.

L-Artikolu 288(2) tal-Kodiċi Ċivili Ġermaniż

ħames (5) punti perċentwali iżjed mir-rata tal-imgħax bażika stipulata mil-liġi Ġermaniża (*)

Jekk il-konsumatur jonqos milli josserva ftehim ta' kreditu għall-konsumatur, sakemm ma jkunx hemm ftehim ta' mutwu ipotekarju

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 497(1) tal-Kodiċi Ċivili Ġermaniż

ħames (5) punti perċentwali jew disa' (9) punti perċentwali iżjed mir-rata tal-imgħax bażika stipulata mil-liġi Ġermaniża (*)

Id-dejn tal-flus mid-data li fiha l-litigazzjoni tkun pendenti (notifika tar-rikors / taċ-ċitazzjoni), mid-data tal-maturità mill-aktar fis possibbli.

L-Artikolu 291 tal-Kodiċi Ċivili Ġermaniż

ħames (5) punti perċentwali iżjed mir-rata tal-imgħax bażika stipulata mil-liġi Ġermaniża (*)

Għal kostijiet legali, mid-data li fiha tiġi riċevuta l-valutazzjoni tal-kostijiet u mid-data ta' maturità, sakemm ma jkunx meħtieġ rikors mid-data li fiha tkun ingħatat is-sentenza.

It-tieni sentenza tal-Artikolu 104(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Ġermaniż (Zivilprozessordnung, ZPO)

tnejn fil-mija (2%) iżjed mir-rata tal-imgħax bażika stipulata mil-liġi Ġermaniża (*), iżda tal-inqas sitta fil-mija (6 %)

Għal tranżazzjonijiet li jinvolvu ċekkijiet jew rati tal-kambju, fejn rata tal-imgħax statutorju ta' aktar minn 6% tapplika biss għal fatturi domestiċi jew ċekkijiet

L-Artikoli 45 u 46 tal-Att Ġermaniż dwar iċ-Ċekkijiet (Scheckgesetz);

L-Artikoli 28, 48 u 49 tal-Att Ġermaniż dwar ir-Rati tal-Kambju (Wechselgesetz)

(*) Ir-rata tal-imgħax bażika stipulata mil-liġi Ġermaniża MHIJIEX l-istess bħal dik tal-BĊE. Għal dettalji dwar kif din hija kkalkolata, jekk jogħġbok ara d-domanda 3.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Ir-rata tal-imgħax bażika stipulata mil-liġi Ġermaniża mhijiex l-istess bħar-rata tal-imgħax bażika tal-BĊE. Din hija kkalkolata f'konformità mal-Artikolu 247 tal-Kodiċi Ċivili Ġermaniż u tinbidel fl-1 ta' Jannar u fl-1 ta' Lulju ta' kull sena. Ħarsa ġenerali tar-rata tal-imgħax bażika skont il-perjodu ta' żmien f'konformità mal-Artikolu 247 tal-Kodiċi Ċivili Ġermaniż hija disponibbli bil-Ġermaniż u bl-Ingliż fuq:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.bundesbank.de/de/bundesbank/organisation/agb-und-regelungen/basiszinssatz-607820

F'konformità mal-Artikolu 289 tal-Kodiċi Ċivili Ġermaniż, ma jinżamm ebda mgħax fuq l-imgħax ta' inadempjenza (projbizzjoni ta' interess kompost).

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Il-Kodiċi Ċivili Ġermaniż jista' jiġi aċċessat bil-Ġermaniż u bl-Ingliż fuq:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.gesetze-im-internet.de/bgb/index.html

Il-liġijiet u r-regolamenti l-oħra msemmija hawn fuq jistgħu jiġu aċċessati bil-Ġermaniż fuq:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.gesetze-im-internet.de/zpo/index.html (Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, bl-Ingliż ukoll)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.gesetze-im-internet.de/hgb/index.html (Il-Kodiċi Kummerċjali, parzjalment ukoll bl-Ingliż)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.gesetze-im-internet.de/scheckg/index.html (Att dwar iċ-Ċekkijiet)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.gesetze-im-internet.de/wg/index.html (Att dwar ir-Rati tal-Kambju)

L-aħħar aġġornament: 18/03/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rati tal-imgħax - Estonja

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Skont l-Artikolu 113 tal-Att dwar il-Liġi tal-Obbligi, meta t-twettiq ta' obbligu monetarju jiġi mdewwem, il-kreditur jista' jitlob lid-debitur sabiex iħallas l-imgħax fuq l-arretrati (penali għal ħlas tardiv) għall-perjodu miż-żmien li l-obbligu jkun dovut sakemm l-obbligu jiġi debitament issodisfat.

Meta r-rata tal-imgħax fuq l-arretrati ma tkunx ġiet miftiehma b'mod kuntrattwali, il-kreditur jista' jitlob l-imgħax fuq l-ammont speċifikat mil-liġi. Skont l-Artikolu 113(1) tal-Att dwar il-Liġi tal-Obbligi, ir-rata tal-imgħax statutorju hija dik speċifikata fl-Artikolu 94 tal-Att miżjuda bi tmienja fil-mija għal kull sena.  Skont l-Artikolu 94(1) tal-Att, ir-rata tal-imgħax tiġi applikata fuq bażi ta' nofs sena u hija ugwali għar-rata tal-imgħax l-iktar reċenti applikabbli għall-operazzjonijiet ta' rifinanzjament prinċipali tal-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-1 ta' Jannar jew l-1 ta' Lulju ta' kull sena.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Ir-rata tal-imgħax prevista fl-Artikolu 94 tal-Att dwar il-Liġi tal-Obbligi hija ppubblikata darbtejn fis-sena minn Eesti Pank (il-Bank tal-Estonja) fuq is-sit web tiegħu u fil-pubblikazzjoni uffiċjali Ametlikud Teadaanded. Fl-ikkalkolar tal-ammont tal-imgħax statutorju, tmienja fil-mija jiġi miżjud ma' din ir-rata f'konformità mal-Artikolu 113(1) ta' dan l-Att.

Għat-tieni nofs tal-2019, ir-rata prevista fl-Artikolu 94 kienet ta' 0,00 % u r-rata tal-imgħax statutorju kienet għalhekk 0,00 %+8 %=8,00 %.

Rati varji ta' mgħax statutorju mhumiex previsti fl-Estonja. L-Artikolu 113 tal-Att dwar il-Liġi tal-Obbligi huwa applikat uniformement għal kull dewmien fit-twettiq ta' obbligu monetarju.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Informazzjoni ulterjuri dwar kif jiġi kkalkolat l-imgħax statutorju huwa disponibbli bl-Estonjan, pereżempju, fuq is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTarbijaveeb tal-konsumatur u l-portal Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaJurist Aitab tal-għajnuna legali.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

L-Att dwar il-Liġi tal-Obbligi huwa ppubblikat fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Gazzetta tal-Gvern u t-traduzzjoni għall-Ingliż hija disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

L-informazzjoni dwar ir-rata tal-imgħax l-aktar reċenti tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar l-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament prinċipali hija disponibbli fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sit web tal-Bank tal-Estonja.

L-aħħar aġġornament: 18/04/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rati tal-imgħax - Irlanda

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Il-leġiżlazzjoni tipprevedi l-applikazzjoni ta’ rata tal-imgħax f’ċirkustanzi varji pereż. pagamenti tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali, titoli eżekuttivi jew taxxi mhux imħallsa jew dovuti.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Ir-rati tal-imgħax statutorji stabbiliti fit-tabella hawn taħt huma ta’ rilevanza għal talbiet f’materji ċivili u kummerċjali:

L-ammont / ir-rata tal-imgħax statutorju

Kriterji għall-applikazzjoni ta’ mgħax statutorju

(jekk ikun meħtieġ, pereżempju dewmien, kuntratti mal-konsumatur, eċċ.)

Bażi ġuridika

8 %

L-imgħax applikabbli għal titolu eżekuttiv mid-data tad-dħul tas-sentenza

l-Art. 26 tad-Debtors (Ireland) Act 1840

u

l-Art. 20 tal-Courts Act 1981

u

S.I. 12/1989 — Courts Act 1981 (Interest on Judgments Debts) Order, 1989

8 %

Meta qorti tordna l-ħlas minn kwalunkwe persuna ta’ somma ta’ flus, il-qorti tista’, f’ċerti ċirkostanzi, tordna l-ħlas tal-imgħax fuq it-totalità jew parti ta’ somma ta’ flus dovuta għal perjodu kollu jew kwalunkwe parti tal-perjodu bejn il-causa petendi u d-data ta’ sentenza

l-Art. 22(1) tal-Courts Act 1981

u

l-Art. 50 tal-Courts and Courts Officers Act 1995

u

S.I. 12/1989 — Courts Act 1981 (Interest on Judgments Debts) Order, 1989

8 %

L-imgħax huwa applikabbli għal spejjeż konċessi mill-qorti mid-data li fiha l-ammont ta’ dawn l-ispejjeż ikun żgurat (kemm jekk bi ftehim bejn il-partijiet jew b’kejl ta’ dawk l-ispejjeż minn uffiċjal tal-qorti).

L-Art. 30 tal-Courts and Courts Officers Act 2002 kif emendat mill-Art. 41 tas-Civil Liability and Courts Act 2004

u

S.I 544/2004 (ordni ta’ bidu)

Ir-rata ta’ rifinanzjament prinċipali tal-Bank Ċentrali Ewropew (fl-1 ta’ Jannar u fl-1 ta’ Lulju ta’ kull sena), b’żieda ta’ tmien (8) punti perċentwali

Id-dritt ta’ kreditur li jitlob il-ħlas ta’ mgħax statutorju jekk il-ħlas isir tard fir-rigward ta’ kuntratti kummerċjali magħmula wara s-16 ta’ Marzu 2013

Statutory Instrument (S.I.) Nru 580/2012 – European Communities (Late Payments in Commercial Transactions) Regulations 2012

Ir-rata ta’ rifinanzjament prinċipali tal-Bank Ċentrali Ewropew (fl-1 ta’ Jannar u fl-1 ta’ Lulju ta’ kull sena), b’żieda ta’ seba’ (7) punti perċentwali

L-intitolament minn kreditur li jitlob imgħax fuq ħlas tardiv meta l-ħlas isir tard fir-rigward ta’ kuntratti kummerċjali li saru bejn is-7 ta’ Awwissu 2002 u l-15 ta’ Marzu 2013 u meta l-imgħax fuq il-ħlas tardiv mitlub ikun ogħla minn EUR 5

S.I. Nru 388/2002 – European Communities (Late Payment in Commercial Transactions) Regulations 2002

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Mhux applikabbli Ara t-tabella hawn fuq.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Il-leġiżlazzjoni hija disponibbli online f’dan l-indirizz: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.irishstatutebook.ie/eli/1996/act/33/enacted/en/html?q=Divorce

L-aħħar aġġornament: 12/04/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rati tal-imgħax - Greċja

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Il-liġi Griega ma tipprevedix imgħax statutorju. L-imgħax statutorju hija r-rata tal-imgħax, jiġifieri l-perċentwali tal-kapital għal perjodu taż-żmien iddikjarat, preskritt direttament mil-liġi. L-iktar forma komuni ta' mgħax statutorju huwa l-imgħax fuq l-arretrati, jiġifieri l-imgħax li d-debitur irid jagħti minn meta jiġi f'sitwazzjoni ta' inadempjenza. L-Artikoli 301, 346 529, 720, eċċ tal-Kodiċi Ċivili jipprevedu wkoll każijiet oħra ta' mgħax statutorju.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Ir-rata tal-imgħax statutorja dovuta għal ħlas tardiv hija ġeneralment stabbilita għal żewġ punti perċentwali 'l fuq mir-rata kuntrattwali massima tal-imgħax, li kienet preċedentement iddeterminata permezz ta' deċiżjoni mill-Gvernatur tal-Bank tal-Greċja, u kienet armonizzata fl-2001 bir-rata tal-imgħax korrispettiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (Att 47/2000 tal-Kunsill tal-Politika Monetarja, l-Artikolu 3(2) tal-Liġi 2842/2000). Bħala indikazzjoni, ir-rata tal-penali mhux mill-bank kienet tvarja minn 12% (li kienet applikabbli b'mod konsistenti mill-1946 sal-1979) sa 44% (fl-1992, meta din bdiet gradwalment tonqos). Attwalment, din tammonta għal 7,30%.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Hemm tabella ta' rati ta' mgħax mhux mill-bank (sa mill-1946) fuq is-sit web tal-Bank tal-Greċja (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.bankofgreece.gr/Pages/el/Statistics/rates_markets/monetary/exotrapezika.aspx), għalkemm dan is-sit web ma jagħtix metodu awtomatiku għall-ikkalkolar tar-rata tal-imgħax statutorju, kif jagħmlu siti oħra bħal NOMOS jew ISOKRATIS (dsanet).

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Għall-Bank tal-Greċja iva, iżda mhux għall-oħrajn, billi dawn huma servizzi bbażati fuq abbonament.

L-aħħar aġġornament: 13/02/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ispanjol ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

Rati tal-imgħax - Spanja

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

L-imgħax statutorju huwa previst fi Spanja bħala rimedju sussidjarju biex ifassal kumpens għad-danni fin-nuqqas ta’ ftehim bejn il-partijiet, jekk id-debitur ikun inadempjenti fil-ħlas. Dan huwa stipulat fl-Artikolu 1108 tal-Kodiċi Ċivili (Código Civil), li jeħtieġ li d-dejn mhux imħallas ikun fi flus jew li jiġi kkonvertit fi flus kontanti.

Mhemm ebda definizzjoni espliċita ta’ imgħax statutorju.

Madankollu, hemm tipi differenti ta’ imgħax statutorju. Ir-rata l-aktar komuni hija dik imsemmija fil-Kodiċi Ċivili. Madankollu, fi kwistjonijiet oħra, il-liġi tistabbilixxi rati tal-imgħax speċifiċi, li f’ħafna każijiet jirriżultaw fl-applikazzjoni ta’ ċertu perċentwali tal-imgħax statutorju. F’każijiet fejn dawn ir-rati tal-imgħax huma applikabbli, dawn jistgħu jitqiesu wkoll bħala imgħax statutorju fis-sens li huma stabbiliti mil-liġi. Dawn jinkludu:

- fir-rigward tal-ipoteki, il-Liġi 1/2013 tal-14 ta’ Mejju 2013 temenda l-Artikolu 114 tal-Liġi Ipotekarja (Ley Hipotecaria) u tistabbilixxi r-rata massima tal-imgħax fuq pagament tard — fil-każ ta’ self għax-xiri tar-residenza prinċipali meta l-ipoteka tkun fuq id-dar stess — għal tliet darbiet ir-rata tal-imgħax statutorja (bħalissa 9 %).

Il-Liġi dwar il-Kuntratti ta’ Self Ipotekarju (Ley Reguladora de los Contratos de Crédito Inmobiliario) emendat it-test tal-Artikolu 114 li, fil-formulazzjoni ġdida tiegħu, daħal fis-seħħ fis-16 ta’ Ġunju 2019. Dan jistabbilixxi imgħax ta’ inadempjenza bħala r-rata ta’ imgħax ordinarju b’żieda ta’ tliet punti perċentwali matul il-perjodu li għalih il-pagament huwa dovut. Dan japplika għal self meħud minn individwi garantiti kontra ipoteki fuq proprjetà residenzjali. L-imgħax ta’ inadempjenza ma jistax jiġi kapitalizzat taħt l-ebda ċirkostanza. Il-ftehimiet kuntrarji għal dak li jikkonċerna din ir-regola fuq l-imgħax ta’ inadempjenza huma inammissibbli.

- L-Artikolu 20(4) tal-Liġi 16/2011 dwar il-Ftehimiet ta’ Kreditu għall-Konsumaturi (Contratos de Crédito al Consumo) jistabbilixxi limitu massimu ta’ 2,5 darbiet ir-rata tal-imgħax statutorja għat-tali operazzjonijiet.

- Sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor, l-Artikolu 7 tal-Liġi 3/2004 dwar il-ġlieda kontra l-inadempjenza fi tranżazzjonijiet kummerċjali (lucha contra la morosidad en las operaciones mercantiles) jistabbilixxi r-rata statutorja ta’ imgħax għal inadempjenza li d-debitur huwa obbligat li jħallas bħala s-somma tar-rata tal-imgħax applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjoni prinċipali tiegħu ta’ rifinanzjament l-aktar reċenti mwettqa qabel l-ewwel jum tas-sena kalendarja attwali, miżjuda bi tmien punti perċentwali.

Ir-rata tal-imgħax applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament tiegħu se tinftiehem li hija r-rata tal-imgħax applikata meta dawn l-operazzjonijiet ikunu rkantijiet b’rata fissa. Kieku kellha titwettaq operazzjoni ta’ rifinanzjament prinċipali bħala irkant b’rata varjabbli, din ir-rata tal-imgħax se tirreferi għar-rata marġinali ta’ imgħax li tirriżulta minn dak l-irkant.

Ir-rata statutorja tal-imgħax għal inadempjenza, ddeterminata skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu, tiġi applikata għal sitt xhur mill-jum li fih tiġi ssettjata.

- Fir-rigward tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni, l-Artikolu 20(4) tal-Liġi 50/1980 tat-8 ta’ Ottubru 1980 dwar il-kuntratti ta’ assigurazzjoni (Ley del Contrato de Seguro), jippenalizza dewmien mhux ġustifikat mill-kumpaniji tal-assigurazzjoni fil-ħlas ta’ kumpens lil dawk milquta minn klejms koperti minn kuntratti ta’ assigurazzjoni mal-assiguraturi, bl-applikazzjoni ta’ rata tal-imgħax annwali ugwali għar-rata tal-imgħax statutorja fis-seħħ meta l-pagament isir dovut, miżjuda b’50 %. Jekk il-kumpens ma jitħallasx fi żmien sentejn mill-klejm, il-qorti trid timponi rata tal-imgħax annwali ta’ mhux inqas minn 20 % fuq l-assiguratur.

L-“imgħax ta’ wara s-sentenza” (interés procesal) imsemmi mill-Artikolu 576 tal-Liġi 1/2000 tas-7 ta’ Jannar 2000 dwar il-proċedura ċivili (Ley de Enjuiciamiento Civil), li jiddikjara li ladarba sentenza jew deċiżjoni tkun ingħatat fl-ewwel istanza li tordna pagament fi flus, l-imgħax annwali jsir dovut lill-kreditur jew bir-rata tal-imgħax statutorja miżjuda b’żewġ punti perċentwali, bir-rata ta’ imgħax miftiehma mill-partijiet, jew bir-rata prevista minn provvediment legali speċjali.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Ir-rata tal-imgħax hija stipulata fil-liġijiet tal-baġit għal kull sena.

Għall-2017, ir-rata hija prevista mill-Provvediment Addizzjonali Nru 34 tal-Liġi 3/2017 tas-27 ta’ Ottubru dwar il-baġit ġenerali tal-Istat (Ley de Presupuestos Generales del Estado), li tistabbilixxiha għal:

- 3,00 % waqt li dak il-baġit jibqa’ fis-seħħ.

- Matul l-istess perjodu, l-imgħax għal inadempjenza msemmi fl-Artikolu 26 tal-Liġi Ġenerali 58/2003 tas-17 ta’ Diċembru 2003 dwar it-tassazzjoni (Ley General Tributaria) se jkun ta’ 3,75 %.

- Matul l-istess perjodu, l-imgħax moratorju msemmi fl-Artikolu 38(2) tal-Liġi Ġenerali 38/2003 tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar is-sussidji (Ley General de Subvenciones) se jkun ta’ 3,75 %.

Ir-rati tal-imgħax jistgħu jidhru fl-indirizz li ġej, kif ippubblikat mill-Bank ta’ Spanja:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://clientebancario.bde.es/pcb/es/menu-horizontal/productosservici/relacionados/tiposinteres/

Kif intqal fir-risposta għad-domanda preċedenti, minbarra l-imgħax statutorju previst fl-Artikolu 1108 tal-Kodiċi Ċivili għall-iffissar tal-kumpens għal klejma ta’ flus mhux imħallsa, japplikaw rati differenti ta’ imgħax statutorju. Dawn jinkludu:

- fir-rigward tal-ipoteki, il-Liġi 1/2013 tal-14 ta’ Mejju 2013 temenda l-Artikolu 114 tal-Liġi Ipotekarja (Ley Hipotecaria) u tistabbilixxi r-rata massima tal-imgħax fuq pagament tard — fil-każ ta’ self għax-xiri tar-residenza prinċipali meta l-ipoteka tkun fuq id-dar stess — għal tliet darbiet ir-rata tal-imgħax statutorja.

Il-Liġi dwar il-Kuntratti ta’ Self Ipotekarju (Ley Reguladora de los Contratos de Crédito Inmobiliario) emendat it-test tal-Artikolu 114 li, fil-formulazzjoni ġdida tiegħu, daħal fis-seħħ fis-16 ta’ Ġunju 2019. Dan jistabbilixxi imgħax ta’ inadempjenza bħala r-rata ta’ imgħax ordinarju b’żieda ta’ tliet punti perċentwali matul il-perjodu li għalih il-pagament huwa dovut. Dan japplika għal self meħud minn individwi garantiti kontra ipoteki fuq proprjetà residenzjali. L-imgħax ta’ inadempjenza ma jistax jiġi kapitalizzat taħt l-ebda ċirkostanza. Il-ftehimiet kuntrarji għal dak li jikkonċerna din ir-regola fuq l-imgħax ta’ inadempjenza huma inammissibbli.

- L-Artikolu 20(4) tal-Liġi 16/2011 dwar il-Ftehimiet ta’ Kreditu għall-Konsumaturi (Contratos de Crédito al Consumo) jistabbilixxi limitu massimu ta’ 2,5 darbiet ir-rata tal-imgħax statutorja għat-tali operazzjonijiet;

- Sakemm ma jkunx hemm qbil dwar imgħax għal ħlas tardiv, l-Artikolu 7 tal-Liġi 3/2004 dwar il-ġlieda kontra ħlas tardiv fi tranżazzjonijiet kummerċjali (lucha contra la morosidad en las operaciones mercantiles) jistabbilixxi r-rata statutorja ta’ imgħax għal ħlas tardiv li d-debitur huwa obbligat li jħallas bħala s-somma tar-rata tal-imgħax applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjoni prinċipali tiegħu ta’ rifinanzjament l-aktar reċenti mwettqa qabel l-ewwel jum tas-sena kalendarja attwali, miżjuda bi tmien punti perċentwali.

Ir-rata tal-imgħax applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament tiegħu se tinftiehem li hija r-rata tal-imgħax applikata meta dawn l-operazzjonijiet ikunu rkantijiet b’rata fissa. Kieku kellha titwettaq operazzjoni ta’ rifinanzjament prinċipali bħala irkant b’rata varjabbli, din ir-rata tal-imgħax se tirreferi għar-rata marġinali ta’ imgħax li tirriżulta minn dak l-irkant.

Ir-rata statutorja tal-imgħax għal inadempjenza, ddeterminata skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu, tiġi applikata għal sitt xhur mill-jum li fih tiġi ssettjata.

- Fir-rigward tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni, l-Artikolu 20(4) tal-Liġi 50/1980 tat-8 ta’ Ottubru 1980 dwar il-kuntratti ta’ assigurazzjoni (Ley del Contrato de Seguro), jippenalizza dewmien mhux ġustifikat mill-kumpaniji tal-assigurazzjoni fil-ħlas ta’ kumpens lil dawk milquta minn klejms koperti minn kuntratti ta’ assigurazzjoni mal-assiguraturi, bl-applikazzjoni ta’ rata tal-imgħax annwali ugwali għar-rata tal-imgħax statutorja fis-seħħ meta l-pagament isir dovut, miżjuda b’50 %. Jekk il-kumpens ma jitħallasx fi żmien sentejn mill-klejm, il-qorti trid timponi rata tal-imgħax annwali ta’ mhux inqas minn 20 % fuq l-assiguratur.

L-“imgħax ta’ wara s-sentenza” (interés procesal) imsemmi mill-Artikolu 576 tal-Liġi 1/2000 tas-7 ta’ Jannar 2000 dwar il-proċedura ċivili (Ley de Enjuiciamiento Civil), li jiddikjara li ladarba sentenza jew deċiżjoni tkun ingħatat fl-ewwel istanza li tordna pagament fi flus, l-imgħax annwali jsir dovut lill-kreditur jew bir-rata tal-imgħax statutorja miżjuda b’żewġ punti perċentwali, bir-rata ta’ imgħax miftiehma mill-partijiet, jew bir-rata prevista minn provvediment legali speċjali.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Ir-rati tal-imgħax jistgħu jidhru fuq is-sit web indikat fir-risposta preċedenti.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://clientebancario.bde.es/pcb/es/menu-horizontal/productosservici/relacionados/tiposinteres/

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Iva, fuq l-indirizz tas-sit web segwenti:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://clientebancario.bde.es/pcb/es/menu-horizontal/productosservici/relacionados/tiposinteres

L-aħħar aġġornament: 19/08/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna Kroat ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

Rati tal-imgħax - il-Kroazja

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Iva. L-imgħax ta’ inadempjenza statutorju huwa l-imgħax li għandu jħallas debitur ta’ obbligu pekunjarju fuq pretensjonijiet pendenti. Għalhekk, debitur li jonqos li jħallas obbligu pekunjarju fil-ħin ikollu jħallas ukoll imgħax ta’ inadempjenza, minbarra l-ammont tal-kapital.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Il-liġi ġenerali dwar l-imgħax ta’ inadempjenza hija l-Att dwar l-Obbligi Ċivili (Zakon o obveznim odnosima) (Narodne Novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja), Nri 35/05, 41/08, 125/11, 78/15 u 29/18) - l-Artikoli 29-31. Dan l-Att japplika sakemm ma jkunx hemm leġiżlazzjoni partikolari li tipprovdi mod ieħor għal persuni u obbligi speċifiċi. Skont dan l-Att, ir-rata tal-imgħax ta’ inadempjenza statutorju fuq obbligi li jirriżultaw minn kuntratti kummerċjali u kuntratti bejn operatur tas-suq u persuna rregolata mid-dritt pubbliku għandha tiġi ddeterminata fuq bażi semiannwali billi r-rata tal-imgħax medja fuq is-self awtorizzat għal perjodu ta’ aktar minn sena għal kumpaniji mhux finanzjarji tiżdied b’ħames punti perċentwali, ikkalkolata għall-perjodu referenzjarju preċedenti għall-perjodu ta’ sitt xhur attwali, bi tliet punti perċentwali f’każ ta’ obbligi oħrajn.

Ir-rata tal-imgħax medja għall-perjodu referenzjarju tiġi ddeterminata mill-Bank Nazzjonali Kroat (Hrvatska narodna banka), li jrid jippubblikaha fl-1 ta’ Jannar u fl-1 ta’ Lulju f’Narodne Novine.

Ir-rata tal-imgħax medja użata għall-kalkolu tal-imgħax ta’ inadempjenza statutorju għall-perjodu ta’ sitt xhur attwali (mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2020) hija ta’ 3.11 %. Għalhekk, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2020, ir-rata tal-imgħax ta’ inadempjenza statutorju hija ta’ 8.11% fuq obbligi li jirriżultaw minn kuntratti kummerċjali u kuntratti bejn operatur tas-suq u persuna rregolata mid-dritt pubbliku u 6.11% fuq obbligi oħrajn (eż. obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet ta’ kreditu u kuntratti oħrajn tad-dritt ċivili, obbligi ekstrakuntrattwali - kumpens, arrikkiment indebitu).

Il-liġi speċifika li tippreskrivi r-rata tal-imgħax ta’ inadempjenza statutorju għal ċerti obbligi hija l-Att dwar in-Negozju Finanzjarju u s-Soluzzjoni ta’ Prefalliment (Zakon o financijskom poslovanju i predstečajnoj nagodbi) (NN; Nri. 108/12, 144/12, 81/13, 112/13, 71/15 u 78/15). Dan l-att ittraspona fil-liġi nazzjonali d-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali. L-Att japplika għal dewmien fil-ħlas fi tranżazzjonijiet kummerċjali bejn intrapriżi u bejn intrapriżi u persuni rregolati mid-dritt pubbliku għal provvista ta’ prodotti jew servizzi bi ħlas fejn il-persuna rregolata mid-dritt pubbliku tkun id-debitur. Skont dan l-Att, l-imgħax statutorju għal ħlasijiet tardivi huwa r-rata tal-imgħax normattiva miżjuda bi tmien punti perċentwali. Ir-rata tal-imgħax normattiva hija r-rata tal-imgħax medja fuq is-self awtorizzat għal perjodu ta’ aktar minn sena lill-kumpaniji mhux finanzjarji, ikkalkolata għall-perjodu referenzjarju preċedenti għall-perjodu ta’ sitt xhur attwali, bi tnaqqis ta’ tliet punti perċentwali.

Ir-rata tal-imgħax medja għall-perjodu referenzjarju tiġi ddeterminata mill-Bank Nazzjonali Kroat (Hrvatska narodna banka), li jrid jippubblikaha fl-1 ta’ Jannar u fl-1 ta’ Lulju f’Narodne Novine.

Ir-rata tal-imgħax normattiva użata għall-kalkolu tal-imgħax ta’ inadempjenza statutorju għall-perjodu ta’ sitt xhur attwali (mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2020) hija ta’ 0.11 %. Għalhekk, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2020, ir-rata tal-imgħax statutorja għal dewmien fil-ħlasijiet fi tranżazzjonijiet kummerċjali bejn intrapriżi u bejn intrapriżi u persuni rregolati mid-dritt pubbliku, fejn il-persuna rregolata mid-dritt pubbliku tkun id-debitur, hija ta’ 8.11 %.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Ir-rata tal-imgħax medja għall-perjodu referenzjarju tiġi ddeterminata mill-Bank Nazzjonali Kroat (Hrvatska narodna banka), li jrid jippubblikaha fl-1 ta’ Jannar u fl-1 ta’ Lulju f’Narodne Novine.

Jista’ jinkiseb aċċess għan-Narodne Novine mill-ħolqa segwenti: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://narodne-novine.nn.hr/

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Jista’ jinkiseb aċċess għan-Narodne Novine bla ħlas mill-ħolqa segwenti: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://narodne-novine.nn.hr/

L-aħħar aġġornament: 14/12/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rati tal-imgħax - Italja

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Il-liġi Taljana dwar l-obbligi tagħmel distinzjoni bejn l-interessi ordinarji, l-interessi għall-inadempjenza u l-interessi kumpensatorji. L-interessi ordinarji għandhom funzjoni remunerattiva, bi skambju għall-benefiċċji li jirriżultaw għall-individwu (meħtieġa għall-ħlas tal-interessi) mill-flus li jsiru disponibbli minn oħrajn. L-interessi għall-inadempjenza huma kompensatorji fin-natura tagħhom u huma mġarrba għall-ħlas tard, kif stabbilit billi jiġi nnotifikat avviż uffiċjali għall-ħlas lid-debitur. L-imgħax kumpensatorju jrid jitħallas meta l-kreditur ikun tard biex jikseb il-ħlas tal-ammonti dovuti mid-debitur, fid-dawl tal-vantaġġ mogħti lid-debitur li ma jħallasx minnufih. It-tali interessi jikkostitwixxu provvediment ġust u dawn jakkumulaw anki jekk il-pretensjoni ma tkunx ta’ ammont fiss u ma tkunx dovuta. L-interessi statutorji, madankollu, huma previsti mil-liġi għall-obbligi pekunjarji; mid-data tal-jum li fih is-somma tkun dovuta, id-debitur huwa obbligat iħallas l-interessi statutorji lill-kreditur anki jekk l-ebda interessi ma kienu dovuti qabel u anki jekk il-kreditur ma jkunx stabbilixxa li huwa jkun sofra xi danni (l-Artikolu 1224(I) tal-Kodiċi Ċivili (Codice Civile)). B’mod speċifiku, skont l-Artikolu 1224 tal-Kodiċi Ċivili (id-danni f’każ ta’obbligi pekunjarji) “għal obbligi li jikkonċernaw somma ta’ flus, l-interessi statutorji jkunu dovuti mid-data tal-jum ta’ wara li jkun dovut il-ħlas, anki jekk l-ebda interessi ma kienu dovuti qabel u anki jekk il-kreditur ma jkunx stabbilixxa li huwa sofra xi danni. Fejn l-interessi kienu dovuti qabel id-data ta’ ħlas tard li kien ogħla mill-interess statutorji, l-interessi għall-inadempjenza tal-istess ammont huma dovuti”. Kull kreditur li jistabbilixxi li jkun sofra danni akbar jirċievi aktar kumpens (dannu kkawżat minn żvalutazzjoni monetarja). Dan ma jitħallasx jekk ikun ġie miftiehem ammont ta’ interessi għall-inadempjenza.

L-Artikolu 1282 tal-Kodiċi Ċivili jistipula li l-interessi għandhom jitħallsu awtomatikament fuq pretensjonijiet fuq ammonti magħrufa ta’ flejjes dovuti, sakemm mhux previst mod ieħor mil-liġi jew mill-pretensjoni kkonċernata.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

L-ammont ta’ interessi statutorji jiġi deċiż mit-Teżor Taljan (illum il-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji) fuq bażi annwali permezz ta’ digriet maħruġ sal-15 ta’ Diċembru ta’ kull sena. Jekk il-partijiet ikunu qablu dwar ir-rata tal-interessi, ir-rata tkun dik deċiża minnhom. Madankollu, irid ikun hemm qbil bil-miktub dwar ir-rata u ma tridx tkun ogħla mir-rata massima permessa skont il-liġi ta’ kontra l-użura (Il-Liġi Nru 108 tas-7 ta’ Marzu 1996), inkella l-interessi jitqiesu bħala interessi ta’ użura u għalhekk nulli. F’dawn il-każijiet, ebda interessi ma huwa dovuti (l-Artikolu 1815 tal-Kodiċi Ċivili). Jekk il-partijiet ikunu ftehmu biex japplikaw rata tal-interessi kuntrattwali iżda ma jkunux stabbilixxew il-livell ta’ dawn l-interessi, tiġi applikata r-rata statutorja. Fis-sistema legali Taljana, is-sitwazzjoni dwar l-interessi għall-inadempjenza tvarja parzjalment minn dik tal-interessi statutorji. L-interessi għall-inadempjenza huma intiżi bħala penali (għad-debitur) u kumpens (għall-kreditur). Huma marbut mal-inadempjenza ta’ obbligu finanzjarju minħabba l-ħlas tard jew in-nuqqas ta’ ħlas għas-servizz ikkonċernat fil-perjodu msemmi mil-liġi jew abbażi tal-ftehimiet milħuqa mill-partijiet. Sabiex il-kreditur ikun jista’ jitlob l-interessi għall-inadempjenza id-debitur irid ma jkunx ħallas l-arretrati. “L-arretrati” jirreferu għal dewmien mid-debitur fl-adempjenza tal-obbligi tiegħu. Sabiex jiġu applikati l-arretrati, id-data debita trid tkun għaddiet u d-debitur irid ikun ingħata avviż għall-ħlas: dokument formali li bih il-kreditur jistaqsi lid-debitur sabiex jagħmel il-ħlas debitu. Skont il-Kodiċi Ċivili, l-imgħax għall-inadempjenza huwa debitu bir-rata statutorja jew bir-rata stabbilità mil-liġi. Madankollu, jekk l-interessi ogħla mir-rata statutorja jkunu dovut qabel id-debitur ma jkun ingħata avviż biex iħallas, f’dan il-każ l-interessi għall-inadempjenza jkunu tal-istess ammont (l-Artikolu 1224 tal-Kodiċi Ċivili).

Skont l-Artikolu 1284 tal-Kodiċi Ċivili, ir-rata tal-interessi statutorja tiġi stabbilita fuq bażi annwali mill-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji. Permezz ta’ digriet ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana (Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana), il-Ministru jbiddel ir-rata abbażi tal-interessi medji annwali tal-ishma tal-gvern b’perjodu massimu ta’ maturità ta’ 12-il xahar, billi jieħu kont tar-rata ta’ inflazzjoni rreġistrata matul is-sena. Dan l-ammont jiġi stabbilit mhux aktar tard mill-15 ta’ Diċembru tas-sena li tiġi qabel dik li fiha tapplika r-rata. Jekk, sal-15 ta’ Diċembru, ir-rata l-ġdida ma tkunx għada ġiet stabbilita, dik eżistenti tibqa’ ma tinbidilx għas-sena segwenti.

Sa mill-1 ta’ Jannar 2021, ir-rata tal-interessi statutorja kienet ta’ 0,01 %.

TABELLA TA’ RATI TA’ INTERESSI STATUTORJI

Minn

Sa

Rata

Liġi

01/01/1999

31/12/2000

2,50 %

Id-Digriet Ministerjali (Teżor) tal-10/12/1998

01/01/2001

31/12/2001

3,50 %

Id-Digriet Ministerjali (Teżor) tal-11/12/2000

01/01/2002

31/12/2003

3,00 %

Id-Digriet Ministerjali (Ekonomija) tal-11/12/2001

01/01/2004

31/12/2007

2,50 %

Id-Digriet Ministerjali (Ekonomija) tal-01/12/2003

01/01/2008

31/12/2009

3,00 %

Id-Digriet Ministerjali (Ekonomija) tal-12/12/2007

01/01/2010

31/12/2010

1,00 %

Id-Digriet Ministerjali (Ekonomija) tal-04/12/2009

01/01/2011

31/12/2011

1,50 %

Id-Digriet Ministerjali (Ekonomija) tal-07/12/2010

01/01/2012

31/12/2013

2,50 %

Id-Digriet Ministerjali (Ekonomija) tal-12/12/2011

01/01/2014

31/12/2014

1,00 %

Id-Digriet Ministerjali (Ekonomija) tat-12/12/2013

01/01/2015

31/12/2015

0,50 %

Id-Digriet Ministerjali (Ekonomija) tal-11/12/2014

01/01/2016

31/12/2016

0,20 %

Id-Digriet Ministerjali (Ekonomija) tal-11/12/2015

01/01/2017

31/12/2017

0,10 %

Id-Digriet Ministerjali (Ekonomija) tas-07/12/2016

01/01/2018

31/12/2018

0,30 %

Id-Digriet Ministerjali (Ekonomija) tat-13/12/2017

01/01/2019

31/12/2019

0,80 %

Id-Digriet Ministerjali (Ekonomija) tat-12/12/2018

01/01/2020

31/12/2020

0,05 %

Id-Digriet Ministerjali (Ekonomija) tat-12/12/2019

01/01/2021

31/12/2021

0,01 %

Id-Digriet Ministerjali (Ekonomija) tas-11/12/2020

L-interessi kollha li jiġu applikati b’rata ogħla jridu jkunu stipulati bil-miktub; inkella ir-rata prevista legalment hija applikabbli.

Għal dewmien fit-tranżazzjonijiet kummerċjali, tapplika regola ad hoc tal-UE, stabbilita fil-liġi nazzjonali fid-Digriet Leġiżlattiv Nru 231 tad-9 ta’ Ottubru 2002, kif emendat bid-Digriet Leġiżlattiv Nru 192 tad-9 ta’ Novembru 2012, għat-traspożizzjoni sħiħa tad-Direttiva 2011/7/UE, f’konformità mal-Artikolu 10(1) tal-Liġi Nru 180 tal-11 ta’ Novembru 2011. Jekk il-partijiet ma jkunux iddeċidew dwar xi rata, minn meta jkun ippreżentat id-dokument li permezz tiegħu jinfetħu l-proċedimenti, ir-rata tal-interessi statutorja tkun ugwali għar-rata msemmija mil-liġi speċjali dwar ħlas tardiv fi tranżazzjonijiet kummerċjali (Ara aktar ’l isfel). Din ir-regola tapplika għall-att li permezz tiegħu jinfetħu l-proċedimenti ta’ arbitraġġ.

Il-leġiżlazzjoni speċjali dwar il-ħlas tardiv fi tranżazzjonijiet kummerċjali. Għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/35/KE dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali, l-Italja ħarġet Digriet Leġiżlattiv Nru 231/2002 kif emendat. Dan isemmi espressament, bħala interessi għal ħlas tardiv fi tranżazzjonijiet kummerċjali, rata ogħla tal-interessi mir-rata statutorja. Skont id-Digriet Leġiżlattiv Nru 231/2002, it-tranżazzjonijiet kummerċjali jfissru “kuntratti ta’ kull deskrizzjoni bejn l-impriżi jew bejn l-impriżi u l-awtoritajiet pubbliċi li jinvolvu, waħedhom jew b’mod predominanti, l-konsenja ta’ prodotti jew il-prestazzjoni ta’ servizzi bil-korrispettiv tal-ħlas ta’ tariffa”. Id-Digriet jipprevedi li, fil-kuntest ta’ tranżazzjoni kummerċjali, “kull min ikun suġġett b’mod inġust għal dewmien fil-ħlas tat-tariffa huwa intitolat għal ħlas awtomatiku tal-imgħax fuq arretrati li jidħol fis-seħħ, mingħajr bżonn ta’ avviż formali għall-ħlas, mill-jum li jiġi wara l-iskadenza tat-terminu għall-ħlas”, sakemm id-debitur ma jkunx jista’ jipprova li n-nuqqas ta’ ħlas kien ir-riżultat ta’ kawżi li mhumiex imputabbli lilu. Skont din il-liġi, l-interessi fuq ħlasijiet tardivi fi tranżazzjonijiet kummerċjali huma bbażati fuq ir-rata stabbilità kull sena mill-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji fit-tabella hawn isfel, li tispeċifika: (a) għall-ewwel sitt xhur tas-sena li kien hemm id-dewmien, ir-rata użata hija dik fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar ta’ dik is-sena; (b) għat-tieni sitt xhur tas-sena li kien hemm id-dewmien, ir-rata użata hija dik fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju ta’ dik is-sena.

Tabella li turi t-tibdiliet fir-rata tal-interessi għall-ħlasijiet tardivi matul iż-żmien, sa mill-2002:

TABELLA ta’ RATI TAL-IMGĦAX GĦAL ĦLASIJIET TARDIVI skont id-Digriet Leġiżlattiv 231/2002

Minn

Sa

BĊE
Rata

Rata ta’
Żieda

Total

01/07/2002

31/12/2002

3,35 %

7,00 %

10,35 %

01/01/2003

30/06/2003

2,85 %

7,00 %

9,85 %

01/07/2003

31/12/2003

2,10 %

7,00 %

9,10 %

01/01/2004

30/06/2004

2,02 %

7,00 %

9,02 %

01/07/2004

31/12/2004

2,01 %

7,00 %

9,01 %

01/01/2005

30/06/2005

2,09 %

7,00 %

9,09 %

01/07/2005

31/12/2005

2,05 %

7,00 %

9,05 %

01/01/2006

30/06/2006

2,25 %

7,00 %

9,25 %

01/07/2006

31/12/2006

2,83 %

7,00 %

9,83 %

01/01/2007

30/06/2007

3,58 %

7,00 %

10,58 %

01/07/2007

31/12/2007

4,07 %

7,00 %

11,07 %

01/01/2008

30/06/2008

4,20 %

7,00 %

11,20 %

01/07/2008

31/12/2008

4,10 %

7,00 %

11,10 %

01/01/2009

30/06/2009

2,50 %

7,00 %

9,50 %

01/07/2009

31/12/2009

1,00 %

7,00 %

8,00 %

01/01/2010

30/06/2010

1,00 %

7,00 %

8,00 %

01/07/2010

31/12/2010

1,00 %

7,00 %

8,00 %

01/01/2011

30/06/2011

1,00 %

7,00 %

8,00 %

01/07/2011

31/12/2011

1,25 %

7,00 %

8,25 %

01/01/2012

30/06/2012

1,00 %

7,00 %

8,00 %

01/07/2012

31/12/2012

1,00 %

7,00 %

8,00 %

01/01/2013

30/06/2013

0,75 %

8,00 %

8,75 %

01/07/2013

31/12/2013

0,50 %

8,00 %

8,50 %

01/01/2014

30/06/2014

0,25 %

8,00 %

8,25 %

01/07/2014

31/12/2014

0,15 %

8,00 %

8,15 %

01/01/2015

30/06/2015

0,05 %

8,00 %

8,05 %

01/07/2015

31/12/2015

0,05 %

8,00 %

8,05 %

01/01/2016

30/06/2016

0,05 %

8,00 %

8,05 %

01/07/2016

31/12/2016

0,00 %

8,00 %

8,00 %

01/01/2017

30/06/2017

0,00 %

8,00 %

8,00 %

01/07/2017

31/12/2017

0,00 %

8,00 %

8,00 %

01/01/2018

30/06/2018

0,00 %

8,00 %

8,00 %

01/07/2018

31/12/2018

0,00 %

8,00 %

8,00 %

01/01/2019

30/06/2019

0,00 %

8,00 %

8,00 %

01/07/2019

31/12/2019

0,00 %

8,00 %

8,00 %

01/01/2020

30/06/2020

0,00 %

8,00 %

8,00 %

01/07/2020

31/12/2020

0,00 %

8,00 %

8,00 %

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Is-sit web tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.mef.gov.it

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Hemm diversi siti tal-web li jipprovdu softwer liberu biex jiġu kkalkolati l-interessi statutorji u l-interessi għall-inadempjenza.

L-aħħar aġġornament: 21/07/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rati tal-imgħax - Ċipru

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Il-liġi nazzjonali ta’ Ċipru ma tipprevedi ebda "rata tal-imgħax statutorja". Madankollu, meta titressaq azzjoni quddiem qorti, l-imħallef għandu s-setgħa li jordna li l-imgħax statutorju jitħallas b’rata definita minn qabel, mid-data tar-reġistrazzjoni tal-azzjoni sad-data tal-għoti tas-sentenza jekk il-leġiżlazzjoni rilevanti ma tkun ipprevediet ebda pagament tal-imgħax jew meta, fir-rigward tal-azzjonijiet imressqa għal ksur ta’ kuntratt jew ta’ ftehim, l-imsemmi kuntratt jew ftehim ma jinkludi ebda dispożizzjoni espliċita li tispeċifika r-rata tal-imgħax.

Bħalissa, ir-rata ġiet stabbilita għal 2 % permezz ta’ ordni speċjali tal-Ministru għall-Finanzi, li għandu s-setgħa li jaġġustaha.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Jekk jogħġbok ara t-tweġiba għall-mistoqsija 1. Ir-rata tal-imgħax fis-seħħ bħalissa hija ta’ 2 %.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Mhux applikabbli. Jekk jogħġbok ara t-tweġiba għall-mistoqsija 1.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Mhux applikabbli. Jekk jogħġbok ara t-tweġiba għall-mistoqsija 1.

L-aħħar aġġornament: 19/02/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rati tal-imgħax - Litwanja

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Isir provvediment għal imgħax u penali għal ħlas tardiv fil-leġiżlazzjoni li ġejja:

il-kodiċi tal-Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja, Volum 6,

l-Att tar-Repubblika tal-Litwanja dwar il-Prevenzjoni ta’ Ħlasijiet Tardivi f’Kuntratti Kummerċjali.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Skont l-Artikolu 6.37 tal-Kodiċi Ċivili, l-imgħaxijiet jistgħu jiġu ddeterminati bil-liġi jew bi ftehim bejn il-partijiet skont l-impenji meħuda. Id-debitur huwa wkoll meħtieġ iħallas l-imgħax bir-rata statutorja fuq ammont mogħti mid-data li fiha l-każ jiġi ppreżentat quddiem il-qorti sal-eżekuzzjoni sħiħa tas-sentenza tal-qorti.

Skont l-Artikolu 6.71 tal-Kodiċi Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja, penali hija l-ammont monetarju ddeterminat mil-liġi, mill-ftehim jew minn deċiżjoni tal-qorti li d-debitur irid iħallas lill-kreditur jekk l-obbligazzjoni ma tkunx ġiet sodisfatta jew tkun ġiet sodisfatta b’mod inkorrett (multa, imgħax għall-ħlas tard). Il-penali jistgħu jiġu stabbiliti bħala ammont monetarju speċifiku jew f’termini ta’ perċentwal tal-obbligazzjoni sottostanti. Jistgħu jiġu stabbiliti penali għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu fil-ħin. Dawn se jiġu kkalkulati skont l-għadd ta’ jiem, ġimgħat, xhur, eċċ., li fihom tinqabeż l-iskadenza.

Skont l-Artikolu 6.210 tal-Kodiċi Ċivili, debitur li ma osservax l-iskadenza biex iwettaq obbligu monetarju jrid iħallas l-imgħax b’rata annwali ta’ 5 % tal-ammont dovut sakemm ma tiġix determinata rata tal-imgħax differenti mil-liġi jew mill-ftehim. Jekk iż-żewġ partijiet kontraenti jkunu imprendituri jew entitajiet legali privati, l-imgħax b’rata annwali ta’ 6 % tal-ammont dovut huwa pagabbli, sakemm rata ta’ imgħax differenti ma tkunx determinata b’liġi jew bi ftehim.

L-għan tal-Att Litwan dwar il-Prevenzjoni ta’ Ħlasijiet Tardivi fi Tranżazzjonijiet Kummerċjali huwa li jiġu ddeterminati l-iskadenza tal-pagament għal oġġetti mibjugħa, servizzi pprovduti u xogħlijiet imwettqa taħt kuntratt kummerċjali, l-ammont ta’ mgħax pagabbli fil-każ ta’ ħlas tardiv, kif jiġu kkalkulati, u d-drittijiet tal-kredituri meta jitħallsu tard. Din il-liġi tapplika għall-kuntratti kummerċjali kollha bejn entitajiet ekonomiċi jew bejn entitajiet ekonomiċi u pubbliċi li permezz tagħhom jiġu kkonsenjati l-oġġetti, jiġu pprovduti servizzi jew isir xogħol bi ħlas u jsiru pagamenti. Skont dan l-Att, ir-rata tal-imgħax għal ħlas tardiv hija tmien punti perċentwali aktar mir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidarata tal-imgħax fissa applikata għall-operazzjoni ta’ rifinanzjament prinċipali l-aktar reċenti tal-Bank Ċentrali Ewropew jekk dik l-operazzjoni twettqet skont il-proċedura ta’ sejħa għal offerti b’rata fissa, jew mir-rata marġinali jekk l-aktar operazzjoni ta’ rifinanzjament ewlenija reċenti tal-Bank Ċentrali Ewropew tkun saret skont il-proċedura ta’ sejħa għal offerti b’rata varjabbli.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Jekk meħtieġ, din l-informazzjoni tingħata minn persuni li jfornu għajnuna legali.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Iva.

L-aħħar aġġornament: 16/10/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rati tal-imgħax - Lussemburgu

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Ir-rata ta’ imgħax legali hija r-rata tal-imgħax stabbilita kull sena mil-liġi u li hija applikata f’każ ta’ dewmien fil-ħlas ta’ somma dovuta, jekk l-ebda rata oħra ma tkun ġiet iffissata minn qabel mill-partijiet.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Mindu għaddiet il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaliġi tat- 18 ta’ April 2004, li tittrasponi d-Direttiva 200/35/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000, ir-rata ta’ mgħax tard għal tranżazzjonijiet kummerċjali (jiġifieri tranżazzjonijiet bejn l-intrapriżi jew bejn l-intrapriżi u l-awtoritajiet pubbliċi li jwasslu għall-forniment ta’ oġġetti jew servizzi [għal] remunerazzjoni) hija stabbilita b’mod separat b’referenza għal rata marġinali li tirriżulta minn proċedura ta’ sejħa għal offerti b’rata varjabbli għal operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjoni prinċipali l-aktar reċenti tiegħu ta’ finanzjament mill-ġdid imwettqa qabel l-ewwel jum kalendarju ta’ kull perjodu ta’ sitt xhur. Fil-każ ta’ ħlas tard, din ir-rata tiżdied minħabba l-marġini, (ħlief jekk ikun hemm dispożizzjonijiet kuntrarji fil-kuntratt, skont l-Artikolu 3 tal-liġi emendata tat-18 ta’ April 2004 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ perjodi ta’ ħlas u dewmien fil-ħlas tar-rati tal-imgħax.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

/

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLEGILUX

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinistère de la Justice

L-aħħar aġġornament: 08/08/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rati tal-imgħax - Ungerija

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Iva. Ir-rata tal-imgħax statutorju hija stabbilita fl-Artikolu  6:47 tal-Att V tal-2013 dwar il-Kodiċi Ċivili li torbotha mar-regoli dwar ir-rata tal-imgħax tal-bank ċentrali. Ir-rata tal-imgħax statutorju li tirriżulta mid-dejn espress f'HUF hija bbażata fuq ir-rata tal-imgħax bażika tal-bank ċentrali, li hija deċiża mill-Kunsill Monetarju tal-Bank Nazzjonali Ungeriż. Fil-każ ta' dejn espress f'munita barranija, ir-rata tal-imgħax statutorja hija r-rata tal-imgħax bażika deċiża mill-bank ċentrali emittent għall-munita inkwistjoni, jew fejn ma jkun hemm ebda tali rata tal-imgħax ir-rata tal-imgħax tas-suq monetarju.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Il-bażi ġuridika għall-imgħax statutorju hija l-Kodiċi Ċivili, li jqis l-imgħax bħala l-prezz tal-flus ta' persuna oħra li parti jkollha tħallas għal kull dejn sakemm ma jiġix maqbul mod ieħor. L-imgħax statutorju applikabbli fuq id-dejn jitħallas kull nofs sena kalendarja. Ir-rata tal-imgħax fis-seħħ fl-ewwel jum ta' nofs is-sena kalendarja inkwistjoni tapplika għall-perjodu sħiħ tan-nofs is-sena kalendarja inkwistjoni, irrispettivament minn kull tibdil fir-rata tal-imgħax bażika tal-bank ċentrali matul dik in-nofs sena.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Le.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Iva, il-Kodiċi Ċivili jista' jinsab fir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRepożitorju Legiżlattiv Nazzjonali [Nemzeti Jogszabálytár]. L-informazzjoni dwar ir-rata tal-imgħax bażika tal-bank ċentrali tista' tinsab fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Bank Nazzjonali Ungeriż.

L-aħħar aġġornament: 15/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rati tal-imgħax - Malta

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Skont il-liġi Maltija, wieħed ma jarax li t-terminu “mgħax statutorju” iżda t-terminu użat minflok l-imgħax statutorju huwa dak ta’ “mgħax legali għal ħlas tardiv”. Din il-frażi tinstab fil-Kodiċi Kummerċjali ta' Malta li hija definita bħala “mgħax sempliċi għal ħlas tard b’rata li hija ekwivalenti għas-somma tar-rata ta’ referenza u mill-inqas tmienja fil-mija (8%)”.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Il-liġi Maltija tipprovdi biss għal rata tal-imgħax waħda u din hi ta’ tmienja fil-mija (8%). Il-bażi legali għal din ir-rata hija l-kodiċi kummerċjali, il-Kapitolu 13 tal-Liġijiet ta’ Malta, speċifikament skont it-Titolu II, is-sottotitlu IA tal-imsemmi kodiċi.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Il-kreditur huwa intitolat għal imgħax għall-ħlas tard mill-għada tad-data jew it-tmiem tal-perjodu għall-ħlas stabbilit fil-kuntratt. Madanakollu, fejn id-data jew il-perjodu għall-ħlas ma jkunux stabbiliti fil-kuntratt, il-kreditur huwa intitolat għall-imgħax għall-ħlas tard malli jiskadi kwalunkwe wieħed minn dawn il-limiti ta’ żmien:

  • tletin jum kalendarji wara d-data tal-wasla tal-fattura għand id-debitur;
  • tletin jum kalendarju wara d-data meta d-debitur jirċievi l-prodotti jew is-servizzi, fejn id-data meta tasal il-fattura mhijiex ċerta;
  • tletin jum kalendarju wara d-data meta d-debitur jirċievi l-prodotti jew is-servizzi, meta d-debitur jirċievi l-fattura qabel l-oġġetti jew servizzi;
  • tletin jum kalendarju wara d-data meta skont il-liġi kif miftiehem jew fil-kuntratt il-prodott irid jiġi aċċertat jew verifikat, u d-debitur jirċievi l-fattura qabel jew fid-data li fiha dik l-aċċettazzjoni jew verifika sseħħ.

Ir-rata ta’ referenza applikabbli għall-ewwel semestru tas-sena kkonċernata għandha tkun ir-rata fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar ta’ dik is-sena u t-tieni semestru tas-sena kkonċernata għandha tkun ir-rata fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju ta’ dik is-sena.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Il-Kodiċi tal-Kummerċ ta' Malta, il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKapitolu 13 tal-Liġijiet ta' Malta huwa disponibbli bla ħlas onlajn.

L-aħħar aġġornament: 22/03/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Olandiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Rati tal-imgħax - Olanda

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Fin-Netherlands jeżisti l-imgħax statutorju. Dan huwa l-imgħax li kreditur jista’ jitlob legalment f’każ ta’ ħlas tardiv.

Issir distinzjoni bejn l-imgħax statutorju għat-tranżazzjonijiet mhux kummerċjali (l-Artikolu 6:119 tal-Kodiċi Ċivili) u l-imgħax statutorju għat-tranżazzjonijiet kummerċjali (l-Artikolu 6:119a tal-Kodiċi Ċivili).

L-imgħax statutorju għat-tranżazzjonijiet mhux kummerċjali japplika għall-ftehimiet kollha mal-konsumaturi jew l-individwi privati.

L-imgħax statutorju għat-tranżazzjonijiet kummerċjali japplika għall-ftehimiet kollha man-negozji u l-organizzazzjonijiet tal-gvern.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

L-imgħax statutorju għat-tranżazzjonijiet mhux kummerċjali huwa ta’ 2 %. L-imgħax statutorju għat-tranżazzjonijiet kummerċjali huwa ta’ 8 %.

L-imgħax statutorju jista’ jkun soġġett għall-fluttwazzjonijiet.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

L-aħħar aġġornament: 16/11/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rati tal-imgħax - Awstrija

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Ir-rati tal-imgħax statutorju huma regolati mill-Artikolu 1000 tal-Kodiċi Ċivili Awstrijakk (Allgemeines bürgerliches Gesetzbuch, ABGB). Ir-rati tal-imgħax ta' inadempjenza huma regolati mill-Artikolu 1333 ABGB u l-Artikolu 456 tal-Kodiċi Kummerċjali Awstrijak (Unternehmensgesetzbuch, UGB) għal tranżazzjonijiet marbuta man-negozju bejn il-kumpaniji, u bejn il-kumpaniji u entitajiet ġuridiċi regolati mid-dritt pubbliku.

L-Artikolu 1000 tal-ABGB japplika għall-imgħax "li huwa meħtieġ bil-liġi jew li ma ġietx determinata rata għalih". Barra minn hekk, l-Artikolu 1000(2) tal-ABGB jistabbilixxi ċ-ċirkostanzi fejn l-imgħax jista' jiġi impost fuq l-imgħax (imgħax kompost).

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Skont l-Artikolu 1000(1) tal-ABGB, l-imgħax statutorju huwa ta' 4% fis-sena. L-istess japplika għall-imgħax statutorju ta' inadempjenza skont l-Artikolu 1333(1) tal-ABGB flimkien mal-Artikolu 1000(1) tal-ABGB. Din ir-rata ta' mgħax tapplika wkoll għat-tranżazzjonijiet tan-negozju unilaterali.

Għat-tranżazzjonijiet legali marbuta man-negozju bejn il-kumpaniji, u bejn il-kumpaniji u entitajiet ġuridiċi regolati mid-dritt pubbliku, tapplika rata ta' mgħax ta' inadempjenza ta' 9.2 punti perċentwali mar-rata ta' mgħax bażika għal pagament tard ta' dejn pendenti skont l-Artikolu 456 UGB. Ir-rata ta' mgħax bażiku għall-perjodu ta' sitt xhur rilevanti hija dik li kienet valida fl-ewwel jum ta' kalendarju ta' dak il-perjodu. Ir-rata ta' mgħax bażika tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Bank Nazzjonali Awstrijak fuq http://www.oenb.at taħt "Servizzi / Rati ta' mgħax u rati ta' skambju".

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Skont l-Artikolu 1000(2) tal-ABGB, kreditur jista' jitlob imgħax fuq talba monetarja jekk il-partijiet ikunu ftiehmu dwarha b'mod espliċitu. Anke mingħajr ftehim bejn il-partijiet, l-imgħax kompost ta' 4% fis-sena jista' jintalab mid-data li fiha l-litigazzjoni ġiet sospiża (meta t-talba tiġi notifikata lill-konvenut) jekk saret għall-imgħax dovut. Il-liġi Awstrijaka ma tipprojbix l-imgħax kompost.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

L-aċċess għad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn qabel tal-Kodiċi Ċivili Awstrijak u l-Kodiċi Kummerċjali Awstrijak huwa mingħajr ħlas (bil-Ġermaniż) fuq is-sit elettroniku tal-Kanċellerija Federali Awstrijaka (Bundeskanzleramt) (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.ris.bka.gv.at/) taħt ‘Bundesrecht’/‘Bundesrecht konsolidiert’.

L-aħħar aġġornament: 05/06/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rati tal-imgħax - Polonja

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Skont l-Artikolu 359(1) tal-Kodiċi Ċivili tat-23 ta’ April 1964 - [Il-Ġurnal tal-Liġijiet tal-2014, punt 121, kif emendat, minn hawn ’il quddiem: “il-KĊ”], l-imgħax fuq somma ta’ flus ikun dovut biss jekk jirriżulta minn tranżazzjoni legali jew liġi statutorja, deċiżjoni tal-qorti jew deċiżjoni ta’ awtorità kompetenti oħra. Jekk il-livell tal-imgħax ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-imgħax statutorju jkun dovut b’rata li tikkorrispondi għar-rata referenzjali tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja miżjuda bi 3,5 punti perċentwali.

Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-arretrati, skont l-Artikolu 481(2) tal-KĊ, jekk ir-rata tal-imgħax fuq l-arretrati ma tkunx ġiet speċifikata, l-imgħax statutorju fuq l-arretrati jkun dovut bir-rata li tikkorrispondi għar-rata referenzjali tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja miżjuda b’ 5,5 punti perċentwali. Madankollu, jekk ir-riċevibbli jagħti interessi b’rata ogħla, il-kreditur jista’ jitlob l-imgħax fuq l-arretrati b’dik ir-rata ogħla.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Skont l-Artikolu 359(2) tal-KĊ, l-imgħax statutorju huwa stabbilit b’rata li tikkorrispondi għar-rata referenzjali tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja miżjuda bi 3,5 punti perċentwali. Il-Ministeru tal-Ġustizzja jħabbar il-livell ta’ mgħax statutorju permezz ta’ avviż fil-Gazzetta Uffiċjali Pollakka (“Monitor Polski”). Attwalment, skont l-Avviż tal-Ministeru tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Jannar 2016, mill-1 ta' Jannar 2016 il-livell ta’ mgħax statutorju huwa ta’ ħamsa fil-mija (5 %) kull sena, u l-livell tal-imgħax statutorju fuq l-arretrati huwa ta’ sebgħa fil-mija (7 %) kull sena.

L-imgħax fi tranżazzjonijiet kummerċjali, minn naħa, huwa rregolat permezz tal-Att dwar id-Dati Debiti (Tranżazzjonijiet Kummerċjali) tat-8 ta’ Marzu 2013 (Ġurnal ta’ Liġijiet tal-2019, punt 118), u l-livell tal-imgħax huwa dejjem stabbilit f’avviż maħruġ mill-Ministeru tal-Iżvilupp. Attwalment, skont l-Avviż tal-14 ta’ Jannar 2019, mill-1 ta’ Jannar 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2019, il-livell ta’ mgħax statutorju għall-arretrati fi tranżazzjonijiet kummerċjali huwa ta’ 9,50 % kull sena.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Għal dettalji dwar ir-rati tal-imgħax attwali tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja, inkluża r-rata referenzjali, żur is-sit web tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja (BNP) fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.nbp.pl/home.aspx?f=/dzienne/stopy.htm

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

L-avviżi maħruġa mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Ministeru tal-Iżvilupp fuq il-livell ta’ mgħax statutorju (għal tranżazzjonijiet kummerċjali) huma disponibbli fuq is-sit web taċ-Ċentru ta’ Leġiżlazzjoni tal-Gvern (Rządowe Centrum Legislacji): Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.monitorpolski.gov.pl/Wyszukiwanie/tabid/114/Title/odsetki/Default.aspx

L-aħħar aġġornament: 17/08/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Portugiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Rati tal-imgħax - Portugall

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Imgħax statutorju

Iva, il-leġiżlazzjoni Portugiża tipprovdi għal rata tal-imgħax statutorju.

L-imgħax jista’ jiġi stipulat mill-partijiet jew jirriżulta mil-liġi. Meta jiġi stipulat mill-partijiet, jissejjaħ imgħax kuntrattwali. Meta jirriżulta mil-liġi, jissejjaħ imgħax statutorju.

L-imgħax kuntrattwali u statutorju jista’ ikun ċivili jew kummerċjali.

Skop tal-imgħax

F’termini ġenerali, hemm żewġ tipi ta’ mgħax: imgħax rimuneratorju (pereż. imgħax pagabbli fuq self) u mgħax moratorju (pereż. imgħax għan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu).

Imgħax statutorju dovut għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu

Meta debitur jonqos milli jwettaq obbligu finanzjarju, ir-regola ġenerali hija li l-kumpens dovut għan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu jikkorrispondi għall-imgħax statutorju ikkalkolat mid-data li d-debitur ikun naqas milli jwettaq obbligu. Obbligu finanzjarju huwa obbligu li jsir ħlas lil parti oħra.

Żmien ta’ inadempjenza

Id-debitur huwa meqjus li jkun naqas milli jwettaq obbligu ladarba jkun ġie nnotifikat permezz ta’ mezzi ġudizzjarji jew ekstraġudizzjarji sabiex iwettaq l-obbligu.

Madankollu, hemm tliet każijiet li fihom id-debitur ikun meqjus li jkun naqas milli jwettaq obbligu mingħajr ma neċessarjament ikun ġie nnotifikat:

  1. Jekk l-obbligu jkollu perjodu fiss;
  2. Jekk l-obbligu jkun irriżulta minn att illegali;
  3. Jekk id-debitur jevita n-notifika; f’dan il-każ, id-debitur ikun meqjus li jkun ġie nnotifikat fid-data li n-notifika tkun normalment ġiet innotifikata lilu.

Jekk il-kreditu jkun illikwidu, ma jkun hemm ebda nuqqas sakemm l-illikwidità ma tkunx l-iżball tad-debitur. Jekk id-debitur ikun responsabbli għal att illegali jew riskju, huwa jkun meqjus li jkun naqas mit-twettiq tal-obbligu mid-data tan-notifika ta’ avviż formali, sakemm huwa ma jkunx diġà naqas mit-twettiq tal-obbligu skont it-termini tal-ewwel parti ta' dan il-paragrafu.

Eżawriment jew tmiem ta’ mgħax fuq il-kreditu

Miż-żmien li dan ikun dovut, l-imgħax fuq il-kreditu mhuwiex neċessarjament dipendenti fuq il-kreditu prinċipali. Wieħed jista’ jiġi ttrasferit jew ikkanċellat mingħajr l-ieħor.

Allokazzjoni ta’ pagamenti parzjali

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tistabbilixxi r-regoli segwenti f’relazzjoni ma’ allokazzjoni ta’ pagament:

(i) Meta, barra mill-kapital, id-debitur ikun irid iħallas il-kostijiet jew l-imgħax jew ikun irid jikkumpensa lill-kreditur bħala riżultat ta’ inadempjenza, pagament li ma jkunx biżżejjed sabiex ikopri l-ammont sħiħ jiġi applikat għal kostijiet, kumpens, imgħax u kapital, f’dak l-ordni;

(ii) L-allokazzjoni għall-kapital tista’ ssir biss fl-aħħar, sakemm il-kreditur ma jaqbilx mod ieħor.

Imgħax fuq l-imgħax

L-imgħax moratorju jista’ jiżdied mal-imgħax ordinarju (imgħax kompost) sakemm il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti.

Biex l-imgħax ikompli jiżdied, trid isseħħ waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

  1. Jew id-debitur irid jiġi nnotifikat b’mod ġudizzjarju biex jikkapitalizza l-imgħax miżjud, jew id-debitur irid iħallas l-imgħax taħt penali ta’ kapitalizzazzjoni.

Biss l-imgħax li jikkorrispondi għal perjodu minimu ta’ sena jista' jiġi kapitalizzat. Dawn ir-restrizzjonijiet fuq l-imgħax kompost mhumiex applikabbli jekk jiksru r-regolamenti jew prattiċi speċifiċi tas-settur (pereż. bħal fil-każ ta’ self mogħti minn istituzzjonijiet finanzjarji suġġett għal regolamenti speċifiċi).

Il-każistika nazzjonali stabbiliet li l-imgħax moratorju ma jistax jiżdied ma’ mgħax moratorju. B’dan il-mod, l-imgħax statutorju li huwa dovut bħala riżultat tan-nuqqas tat-twettiq ta’ obbligu finanzjarju ma jistax bħala regola jiġbor l-imgħax. Dan japplika mingħajr preġudizzju għal kull varjazzjoni għal din l-interpretazzjoni fil-każistika u l-possibbiltà prevista mil-liġi ta’ applikazzjoni ta’ penali finanzjarja obbligatorja meta l-pagament ta’ ammont monetarju jiġi ordnat permezz ta’ sentenza tal-qorti.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Ir-rati tal-imgħax statutorji jvarjaw skont jekk dawn jirrigwardawx imgħax ċivili jew kummerċjali.

Imgħax ċivili statutorju

L-imgħax ċivili statutorju huwa stabbilit permezz ta’ ordni implimentattiva ministerjali konġunta (Portaria) tal-Ministeri għall-Ġustizzja u l-Finanzi, f’konformità mal-Artikolu 449(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż (Código Civil). Fiż-żmien tal-kitba, ir-rati tal-imgħax ċivili huma stabbiliti permezz ta’ Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 291/03 tat-8 ta’ April 2003, li għadha fis-seħħ.

Imgħax kummerċjali statutorju

L-imgħax kummerċjali statutorju normalment ikun dovut għal kreditu dovut minn kumpaniji kummerċjali, impriżi singoli jew persuni ġuridiċi u, b’mod partikolari, għat-tipi ta’ kreditu msemmijin fid-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013 tal-10 ta’ Mejju 2013, imsemmi aktar ’l isfel.

L-imgħax kummerċjali statutorju huwa stabbilit permezz ta’ ordni implimentattiva ministerjali konġunta tal-Ministeri għall-Ġustizzja u l-Finanzi, f’konformità mal-Artikolu 102(3) sa (5) tal-Kodiċi Kummerċjali Portugiż (Código Comercial). Fiż-żmien tal-kitba, it-tfassil ta’ mgħax kummerċjali kien regolat permezz tal-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 277/13 tas-26 ta’ Awwissu 2013, li permezz tiegħu r-rati tal-imgħax kummerċjali huma stabbiliti fuq bażi biannwali.

L-ammont ta’ kull rata tal-imgħax kummerċjali msemmi fl-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 277/13 tas-26 ta’ Awwissu 2013 huwa stabbilit permezz ta’ notifika tad-Direttorat Ġenerali għat-Teżor u l-Finanzi (Direcção Geral do Tesouro e Finanças), ippubblikata fid-Djarju tar-Repubblika, it-tieni sensiela, sal-15 ta’ Jannar u l-15 ta’ Lulju ta’ kull sena.

L-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 277/13 tas-26 ta’ Awwissu 2013 tipprevedi t-tfassil ta’ żewġ rati tal-penali kummerċjali tal-imgħax, li jvarjaw skont it-tranżazzjonijiet ikkonċernati:

  1. L-ewwel waħda hija r-rata tal-imgħax applikabbli għal dewmien fil-pagament relatat ma’ tranżazzjonijiet kummerċjali bejn il-kumpaniji jew bejn il-kumpaniji u l-entitajiet pubbliċi, prevista permezz tad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013 tal-10 ta’ Mejju 2013;
  2. It-tieni waħda hija r-rata addizzjonali ta’ penali tal-imgħax applikabbli għal operazzjonijiet oħra u relatati ma’ kreditu dovut minn kumpaniji kummerċjali, impriżi singoli jew persuni ġuridiċi, prevista permezz tal-Artikolu 102(3) tal-Kodiċi Kummerċjali Portugiż.

Ir-rati tal-imgħax statutorji, kemm jekk ċivili jew kummerċjali, ivarjaw biż-żmien. Għal din ir-raġuni, jeħtieġ li l-kalkolu tal-imgħax jieħu kont tar-rati differenti applikabbli għal kull parti tal-perjodu ta’ inadempjenza.

Għal raġunijiet prattiċi, semmejna biss hawnhekk ir-rati tal-imgħax statutorji għas-snin reċenti. Il-kontenut ta’ din l-iskeda informattiva huwa għal skopijiet ta’ informazzjoni biss u mhuwiex maħsub biex jissostitwixxi l-konsultazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għal kull każ speċifiku.

Ħlas addizzjonali obbligatorju tal-imgħax ta’ 5 % jiżdied mal-imgħax statutorju dovut jekk il-pagament ta’ ammont monetarju jiġi ordnat permezz ta’ sentenza mill-qorti. F’dan il-każ, l-imgħax b’rata ta’ 5 % għal kull sena jkun dovut awtomatikament - mingħajr il-bżonn ta’ ebda deċiżjoni ġudizzjarja oħra għal dan il-għan - u jibda jgħodd mid-data effettiva tas-sentenza. Din il-penali finanzjarja obbligatorja tiżdied mal-imgħax tal-penali, fejn applikabbli, jew mal-kumpens dovut, f'konformità mal-Artikolu 829a (4) tal-Kodiċi Kummerċjali Portugiż.

L-imgħax statutorju mill-5 ta’ Awwissu 1980 s’issa huwa kif ġej:

Mill-5.8.1980 sat-22.5.1983 [(1 021 jum) - Id-Digriet Amministrattiv Nru 200-C/80 tal-24.06.1980 u l-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 447/80 tal-31.07.1980]

15 %

Mit-23.5.1985 sat-28.4.1987 [(1 437 jum) - L-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 581/83 tat-18.5.1983]

23 %

Mid-29.4.1987 sad-29.9.1995 [(3 076 jum) - L-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 339/87 tal-24.4.1987]

15 %

Mit-30.9.1995 sas-16.4.1999 [(1 295 jum) - L-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 1171/95 tal-25.9.1995]

10 %

Mis-17.4.1999 sat-30.4.2003 [(1 475 jum) - L-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 263/99 tat-12.4.1999]

7 %

Mill-1.5.2003 [L-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 291/03 tat-8.4.2003]

4 %

Ir-rati tal-imgħax kummerċjali statutorju mit-28 ta’ Settembru 1995 s’issa huma kif ġej:

Mit-28.9.1995 sas-16.4.1999 [L-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 1167/95 tat-23.9.1995]

15 %

Mis-17.4.1999 sat-30.9.2004 [L-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 262/99 tat-12.4.1999]

12 %

Mill-1.10.2004 sal-31.12.2004 [Id-Direttorat Ġenerali għat-Teżor (Direcção-Geral do Tesouro jew “DĠT”) Avviż Nru 10097/04 tat-30.10.2004]

9.01 %

L-ewwel nofs tal-2005 [L-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 597/2005 tad-19.07 u l-Avviż tad-DĠT 310/2005 tal-14.01.2005]

9.09 %

It-tieni nofs tal-2005 [L-Avviż tad-DĠT Nru 6923/2005 tal-25.7.2005]

9.05 %

L-ewwel nofs tal-2006 [L-Avviż tad-DĠT Nru 240/2006 tal-11.1.2006]

9.25 %

It-tieni nofs tal-2006 [L-Avviż tad-DĠT Nru 7706/2006 tal-10.7.2006]

9.83 %

L-ewwel nofs tal-2007 [L-Avviż tad-DĠT Nru 191/2007 tal-5.1.2007]

10.58 %

It-tieni nofs tal-2007 [Id-Direttorat Ġenerali għat-Teżor u l-Finanzi (Direcção-Geral do Tesouro e Finanças jew “DĠTF”) Avviż Nru 13665/2007 tat-30.07.2007]

11.07 %

L-ewwel nofs tal-2008 [L-Avviż tad-DĠTF Nru 2152/2008 tad-29.1.2008]

11.20 %

It-tieni nofs tal-2008 [L-Avviż tad-DĠTF Nru 19995/2008 tal-14.7.2008]

11.07 %

L-ewwel nofs tal-2009 [L-Avviż tad-DĠTF Nru 1261/2009 tal-14.1.2009]

9.50 %

It-tieni nofs tal-2009 [L-Avviż tad-DĠTF Nru 12184/2009 tal-10.7.2009]

8 %

L-ewwel nofs tal-2010 [L-Avviż tad-DĠTF Nru 597/2010 tal-4.1.2010]

8 %

It-tieni nofs tal-2010 [L-Avviż tad-DĠTF Nru 13746/2010 tat-12.7.2010]

8 %

L-ewwel nofs tal-2011 [L-Avviż tad-DĠTF Nru 2284/2011 tal-21.1.2011]

8 %

It-tieni nofs tal-2011 [L-Avviż tad-DĠTF Nru 14190/2011 tal-14.7.2011]

8.25 %

L-ewwel nofs tal-2012 [L-Avviż tad-DĠTF Nru 692/2012 tas-17.1.2012]

8 %

It-tieni nofs tal-2012 [L-Avviż tad-DĠTF Nru 9944/2012 tal-24.7.2012]

8 %

L-ewwel nofs tal-2013 [L-Avviż tad-DĠTF Nru 584/2013 tal-11.7.2013]

7.75 %

It-tieni nofs tal-2013
Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv (Decreto-lei) Nru 62/2013
[L-Avviż tad-DĠTF Nru 11617/2013 tal-17.9.2013]

8.50 %

Operazzjonijiet oħra
[L-Avviż tad-DĠTF Nru 10478/2013 tal-23.8.2013]

7.50 %

L-ewwel nofs tal-2014
Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.25 %

Operazzjonijiet oħra
[L-Avviż tad-DĠTF Nru 1019/2014 tal-24.1.2014]

7.25 %

It-tieni nofs tal-2014
Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.15 %

Operazzjonijiet oħra
[L-Avviż tad-DĠTF Nru 8266/2014 tas-16.7.2014]

7.15 %

L-ewwel nofs tal-2015
Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.05 %

Operazzjonijiet oħra
[L-Avviż tad-DĠTF Nru 563/2015 tad-19.1.2015]

7.05 %

It-tieni nofs tal-2015
Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.05 %

Operazzjonijiet oħra [L-Avviż tad-DĠTF Nru 7758/2015 tal-14.7.2015]

7.05 %

L-ewwel nofs tal-2016
Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.05 %

Operazzjonijiet oħra
[L-Avviż tad-DĠTF Nru 890/2016 tas-6.1.2016]

7.05 %

It-tieni nofs tal-2016
Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.00 %

Operazzjonijiet oħra [L-Avviż tad-DĠTF Nru 86741/2016 tat-30.6.2016]

7.00 %

L-ewwel nofs tal-2017
Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.00 %

Operazzjonijiet oħra [L-Avviż tad-DĠTF Nru 2583/2017 tat-3.1.2017]

7.00 %

It-tieni nofs tal-2017

Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.00 %

Operazzjonijiet oħra

[L-Avviż tad-DĠTF Nru 8544/2017 tad-29.6.2017]

7.00 %

L-ewwel nofs tal-2018

Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.00 %

Operazzjonijiet oħra

[L-Avviż tad-DĠTF Nru 1989/2018 tat-3.1.2018]

7.00 %

It-tieni nofs tal-2018

Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.00 %

Operazzjonijiet oħra

[L-Avviż tad-DĠTF Nru 9939/2018 tat-28.6.2018]

7.00 %

L-ewwel nofs tal-2019

Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.00 %

Operazzjonijiet oħra

[L-Avviż tad-DĠTF Nru /2019 tat-2.1.2019]

7.00 %

It-tieni nofs tal-2019

Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.00 %

Operazzjonijiet oħra

[L-Avviż tad-DĠTF Nru 11571/2019]

7.00 %

L-ewwel nofs tal-2020

Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.00 %

Operazzjonijiet oħra

[L-Avviż tad-DĠTF Nru 1568/2020]

7.00 %

It-tieni nofs tal-2020

Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.00 %

Operazzjonijiet oħra

[L-Avviż tad-DĠTF Nru 1568/2020]

7.00 %

L-ewwel nofs tal-2021

Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.00 %

Operazzjonijiet oħra

[L-Avviż tad-DĠTF Nru 1568/2021]

7.00 %

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Informazzjoni addizzjonali dwar kif tiġi kkalkolata r-rata tal-imgħax statutorja tinstab fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għat-Teżor u l-Finanzi tal-Ministeru għall-Ġustizzja.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.dgtf.pt/avisos-e-circulares/taxas-de-juros-moratorios

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

L-aċċess online għas-sit web imsemmi fit-tweġiba għad-domanda 3 huwa mingħajr ħlas.

Leġiżlazzjoni rilevanti

Il-Kodiċi Ċivili Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.pgdlisboa.pt/leis/lei_mostra_articulado.php?nid=775&tabela=leis

Il-Kodiċi Kummerċjali Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.igf.gov.pt/leggeraldocs/CODIGO_COMERCIAL_LIVRO_1.htm

L-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 291/2003 Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://dre.pt/pesquisa/-/search/223663/details/maximized

Twissija

L-informazzjoni li tinsab f’din l-iskeda informattiva hija ta’ natura ġenerali u mhijiex eżawrenti. Mhijiex vinkolanti fuq il-punt ta’ kuntatt, in-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali, il-qrati u kull persuna oħra. Mhijiex intiża li tissostitwixxi konsultazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli fis-seħħ.

L-aħħar aġġornament: 20/08/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rati tal-imgħax - Rumanija

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

L-Ordni Amministrattiva Nru 13/2011 dwar l-imgħax rimunerattiv u l-penali fuq l-imgħax statutorju fuq l-obbligazzjonijiet ta’ ħlas u dwar xi miżuri finanzjarji u fiskali fis-settur bankarju jħejji l-arranġamenti legali għal:

- imgħax statutorju rimunerattiv (li jirrappreżenta l-imgħax dovut mid-debitur fuq l-ammont li huwa obbligat li jħallas sa skadenza partikolari, ikkalkolat għall-perjodu li jippreċedi d-data dovuta għall-ammont dovut) u

- il-penali fuq l-imgħax statutorju (li jirrappreżenta l-imgħax dovut mid-debitur fuq l-ammont li huwa obbligat li jħallas għan-nuqqas li jissodisfa dak l-obbligu sad-data ta' maturità).

Skont l-Artikolu 2 tal-Ordni Amministrattiva Nru 13/2011, meta obbligazzjoni ta’ ħlas tkun suġġetta, f'konformità mad-dispożizzjonijiet legali jew it-termini kuntrattwali, għal imgħax rimunerattiv u / jew penali fuq l-imgħax, kif ikun il-każ, u fin-nuqqas ta' dispożizzjoni espressa maqbula bejn il-partijiet fuq ir-rata tat-tali mgħax, ir-rata li għandha titħallas hija r-rata statutorja li tikkorrispondi għal kull wieħed minnhom.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Id-dispożizzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-arranġamenti legali għall-imgħax rimunerattiv / il-penali fuq l-imgħax statutorju / l-imgħax konvenzjonali huma l-Artikoli 3 sa 5 tal-Ordni Amministrattiva Nru 13/2011 dwar l-imgħax rimunerattiv u l-penali fuq l-imgħax statutorju fuq l-obbligazzjonijiet ta’ ħlas u dwar xi miżuri finanzjarji u fiskali fis-settur bankarju:

Artikolu 3 - (1) Ir-rata tal-imgħax rimunerattiv statutorju għandha tkun ir-rata ta' mgħax referenzjali tal-Bank Nazzjonali tar-Rumanija (Banca Națională a României), li hija r-rata ta' mgħax tal-politika monetarja stabbilita permezz ta' deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-Bank Nazzjonali tar-Rumanija.

(2) Ir-rata tal-penali fuq ir-rata ta' mgħax statutorju għandha tkun ir-rata ta' mgħax referenzjali miżjuda b'erba' (4) punti perċentwali.

(21) Fi tranżazzjonijiet bejn il-professjonisti u bejn il-professjonisti u l-awtoritajiet kontraenti, ir-rata tal-penali fuq l-imgħax statutorju għandha tkun ir-rata ta' mgħax referenzjali miżjuda bi tmien (8) punti perċentwali.

(3) F'relazzjonijiet ġuridiċi li ma jirriżultawx mill-operazzjoni ta' intrapriża bi skop ta’ lukru, fil-kuntest tal-Artikolu 3(3) tal-Liġi Nru 287/2009 dwar il-Kodiċi Ċivili, ippubblikat mill-ġdid, ir-rata tal-imgħax statutorju għandha tkun stabbilita f'konformità mal-paragrafi (1) u (2), imnaqqsa b'20 %.

(4) Ir-rata ta' imgħax referenzjali tal-Bank Nazzjonali tar-Rumanija għandha tkun ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija, Parti I, mill-Bank Nazzjonali tar-Rumanija, kull meta tinbidel ir-rata ta' mgħax tal-politika monetarja.

Artikolu 4 - F'relazzjonijiet ġuridiċi b'implikazzjonijiet transfruntiera, fejn il-liġi Rumena tkun applikabbli u l-ħlas għandu jsir f'munita barranija, l-imgħax statutorju għandu jkun ta' sitta fil-mija (6%) kull sena.

Artikolu 5 - (1) F'relazzjonijiet ġuridiċi li ma jirriżultawx mill-operazzjoni ta' intrapriża bi skop ta’ lukru, fil-kuntest tal-Artikolu 3(3) tal-Liġi Nru 287/2009 dwar il-Kodiċi Ċivili, ippubblikat mill-ġdid, ir-rata tal-imgħax ma tistax taqbeż l-imgħax statutorju b'aktar minn 50 % kull sena.

(2) Kull klawżola li tikser id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (1) għandha tkun nulla u bla effett. F'dan il-każ, il-kreditur għandu jitlef id-dritt li jitlob l-imgħax statutorju.

(3) Il-validità tar-rata tal-imgħax konvenzjonali għandha tkun stabbilita b'referenza għall-imgħax statutorju fis-seħħ fid-data ta' stipulazzjoni."

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

L-Artikolu 3(1) tal-Ordni Amministrattiva Nru 13/2011 dwar l-imgħax rimunerattiv u l-penali fuq l-imgħax statutorju fuq l-obbligazzjonijiet ta’ ħlas u dwar xi miżuri finanzjarji u fiskali fis-settur bankarju jistipula li r-rata tal-imgħax statutorju hija r-rata ta' mgħax referenzjali tal-Bank Nazzjonali tar-Rumanija, li hija r-rata ta' mgħax tal-politika monetarja permezz ta' deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-Bank Nazzjonali tar-Rumanija. Dan huwa ppubblikat fuq is-sit web tal-Bank Nazzjonali tar-Rumanija fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.bnr.ro/Monetary-Policy--3318.aspx

Għall-metodu ta' kkalkolar tar-rata tal-imgħax statutorju għal każijiet differenti, ara r-risposta hawn fuq.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Iva, bir-Rumen għall-Ordni Amministrattiv Nru 13/2011 dwar l-imgħax rimunerattiv u l-penali fuq l-imgħax statutorju fuq l-obbligazzjonijiet ta’ ħlas u dwar xi miżuri finanzjarji u fiskali fis-settur bankarju. Ara s-sit web tal-Bank Nazzjonali tar-Rumanija fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.bnr.ro/apage.aspx?pid=404&actId=324573

Iva, bl-Ingliż għar-rata ta' mgħax referenzjali tal-Bank Nazzjonali tar-Rumanija (BNR). Ara s-sit web tal-Bank Nazzjonali tar-Rumanija fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.bnr.ro/Monetary-Policy--3318.aspx

L-aħħar aġġornament: 08/08/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rati tal-imgħax - Slovenja

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Il-kunċett ta’ mgħax huwa ddefinit fl-Artikolu 374 tal-Kodiċi ta' Obbligazzjonijiet (Obligacijski zakonik; minn hawn ’il quddiem: OZ) (Uradni list RS (Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja); UL RS Nri Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida97/07 – test uffiċjali konsolidat, u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida64/16 – Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali), li jistipula li debitur, barra mill-kapital, irid iħallas l-imgħax meta dan ikun previst mil-liġi jew miftiehem bejn kreditur u debitur.

Jekk debitur ikun tard fit-twettiq ta' obbligu pekunjarju, imbagħad id-debitur, skont l-Artikolu 378(1) tal-OZ, irid iħallas ukoll l-imgħax apparti l-kapital.

L-imgħax kuntrattwali huwa rregolat mill-Artikolu 382 tal-OZ, li jistipula li l-partijiet kontraenti jistgħu jiftiehmu biex debitur iħallas imgħax kuntrattwali apparti l-kapital għall-perjodu li jibda miż-żmien meta skatta l-obbligu pekunjarju sakemm dan ikun dovut għall-ħlas.

Fis-Slovenja, l-imgħax kompost huwa pprojbit, li jfisser li mgħax dovut iżda li għadu ma tħallasx ma jinkorrix imgħax sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor mil-liġi. Konsegwentement, dispożizzjoni kuntrattwali li tistipula l-imgħax miżjud mal-imgħax dovut mhux imħallas hija nulla u bla effett. Madankollu, jista' jiġi miftiehem f'kuntratt li r-rata tal-imgħax tista' togħla jekk debitur ma jħallasx l-imgħax dovut fil-ħin.

Madankollu, l-Artikolu 27a tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur (Zakon o varstvu potrošnikov) UL RS Nri 98/04 - test uffiċjali konsolidat, 114/06 - ZUE, 126/07, 86/09, 78/11, 38/14 u 19/15) jistipula li, minkejja d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-obbligazzjonijiet, fil-każ ta' dewmien fi ħlas mill-konsumatur, il-partijiet kontraenti ma jistgħux jiftiehmu li japplikaw rati tal-imgħax ogħla minn dawk stabbiliti fl-OZ.

F'konformità mal-OZ, jekk ir-rata tal-imgħax miftiehma għall-inadempjenza jew ir-rata tal-imgħax kuntrattwali tkun ogħla minn 50 % mir-rata tal-imgħax statutorja għall-inadempjenza, it-tali ftehim huwa meqjus bħala kuntratt bl-użura sakemm kreditur ma jkunx jista' juri li ma jkunx ħa vantaġġ minn diffikultà jew sitwazzjoni pekunjarja diffiċli ta' debitur, l-esperjenza insuffiċjenti tiegħu, traskuraġni jew vizzju, jew li dak il-benefiċċju li huwa kiseb għalih jew għal xi ħaddieħor ma jkunx sproporzjonat b'mod evidenti għal dak li huwa ta jew impenja ruħu li jagħti. Din il-preżunzjoni ma tapplikax għal kuntratti kummerċjali, jiġifieri għal kuntratti konklużi bejn intrapriżi ekonomiċi (kumpaniji u entitajiet ġuridiċi oħra li jeżegwixxu attività ekonomika jew kummerċjanti waħdiena).

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

L-Artikolu 378(2) tal-OZ jistipula li r-rata tal-imgħax għall-inadempjenza hija ta' tmienja fil-mija (8 %) sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor mil-liġi. F'konformità mal-Artikolu 379 tal-OZ, kreditur u debitur jistgħu jaqblu fuq rata tal-imgħax għall-inadempjenza li tkun ogħla jew anqas mir-rata tal-imgħax għall-inadempjenza stipulata mil-liġi (rata tal-imgħax miftiehma b'mod kuntrattwali). Kif diġà enfasizzat, ma jistax ikun hemm ftehim dwar rata tal-imgħax ogħla għall-inadempjenza f'każ ta' dewmien fil-ħlas minn konsumatur li jkun parti kontraenti.

Il-liġi speċjali li tirregola r-rata tal-imgħax hija l-Att dwar ir-Rata tal-Imgħax Statutorju għall-Inadempjenza (Zakon o predpisani obrestni meri zamudnih obresti) (UL RS Nru 11/07 - test uffiċjali konsolidat; minn hawn 'il quddiem: ZPOMZO-1). L-Artikolu 2 ta' dan l-Att jistipula li r-rata tal-imgħax statutorju għall-inadempjenza, bit-teħid inkunsiderazzjoni tal-Artikolu 3(1)(d) tad-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali (GU L 200, it-8 ta’ Awwissu 2000, p. 35), hija r-rata tal-imgħax prinċipali miżjuda bi tmien (8) punti perċentwali. Ir-rata tal-imgħax statutorju tapplika għal perjodu ta' sitt xhur, u tibda fl-1 ta' Jannar jew fl-1 ta' Lulju. Ir-rata tal-imgħax prinċipali hija r-rata tal-imgħax applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament li wettaq qabel l-ewwel jum kalendarju tal-perjodu rilevanti ta' sitt xhur. Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jippubblika r-rata tal-imgħax statutorja għall-inadempjenza u t-tibdiliet tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja. Ir-rata tal-imgħax statutorja għall-inadempjenza, applikabbli mill-1 ta' Jannar 2017 u valida għal perjodu ta' sitt xhur hija ta' 8 %.

Ir-rata tal-imgħax kuntrattwali hija stabbilita fl-Artikolu 382 tal-OZ. B'mod speċifiku, f'każijiet meta l-imgħax kuntrattwali kien miftiehem iżda mhux ir-rata tal-imgħax effettiva u d-data ta' maturità, ir-rata tal-imgħax annwali tkun ta' sitta fil-mija (6 %) u dak l-imgħax ikun dovut għal ħlas simultanjament mal-kapital. L-imgħax kuntrattwali jieqaf milli jibqa' jgħodd meta s-somma tal-imgħax dovut li ma tkunx għadha tħallset teċċedi l-kapital.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

L-informazzjoni dwar r-rati tal-imgħax bażiċi u r-rati tal-imgħax għall-inadempjenza hija wkoll aċċessibbli fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sit web tal-Bank tas-Slovenja.

Il-kalkolu provviżorju tal-imgħax jista' jinkiseb fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kodiċi tal-Obbligazzjonijiet tar-Repubblika tas-Slovenja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar ir-Rata tal-Imgħax Statutorju għall-Inadempjenza

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur

L-aħħar aġġornament: 04/03/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rati tal-imgħax - Slovakkja

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

L-imgħax ta’ inadempjenza huwa sanzjoni għall-inadempjenza fuq dejn. Jitħallas flimkien mad-dejn, u huwa stabbilit bħala persentaġġ tal-ammont pendenti. Bil-liġi, l-inadempjenza fuq dejn tibdel il-kontenut tad-drittijiet tal-kreditur u l-obbligi tad-debitur, billi tistabbilixxi drittijiet u obbligi ġodda flimkien mal-obbligu li jitħallas id-dejn, irrispettivament minn jekk id-debitur ikunx ikkawża l-inadempjenza jew le.

Għall-imgħax ta’ inadempjenza statutorju, id-dritt Slovakk jiddistingwi bejn mgħax ta’ inadempjenza skont l-Artikolu 517(2) tal-Att Nru 40/1964, il-Kodiċi Ċivili (Občianský zákonník), u mgħax ta’ inadempjenza skont l-Artikolu 369 tal-Kodiċi Kummerċjali (Obchodný zákonník). Skont id-dritt ċivili, ir-rata tal-imgħax ta’ inadempjenza ma tistax tiġi nnegozjata kuntrattwalment, jiġifieri l-partijiet kontraenti ma jistgħux jaqblu fuq rata ogħla minn dik stabbilita bil-liġi, b’kuntrast mad-dritt kummerċjali, li jiffavorixxi ftehim bejn in-negozji dwar ir-rata tal-imgħax ta’ inadempjenza; jekk ma jintlaħaqx qbil dwar rata, il-kreditur huwa intitolat għal mgħax ta’ inadempjenza bir-rata statutorja.

Għaldaqstant, l-imgħax statutorju huwa mgħax ta’ inadempjenza sempliċi, u l-ammont tiegħu jkun definit bil-liġi skont jekk il-każ inkwistjoni jkunx kopert bid-dritt ċivili jew kummerċjali. Skont id-dritt ċivili, l-imgħax ta’ inadempjenza ma jistax ikun ogħla mir-rata speċifikata bil-liġi (jiġifieri rata aktar baxxa milli miftiehem) u fin-nuqqas ta’ ftehim kuntrattwali, l-imgħax ta’ inadempjenza, jekk il-kreditur jitlobha, jiġi stabbilit awtomatikament bir-rata statutorja. Skont id-dritt kummerċjali, l-imgħax ta’ inadempjenza jista’ jkun ogħla jew aktar baxx mill-imgħax statutorju, u l-imgħax ta’ inadempjenza statutorju huwa rilevanti biss fin-nuqqas ta’ ftehim kuntrattwali.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Ir-rata statutorja għall-imgħax ta’ inadempjenza skont l-Artikolu 517(2) tal-Kodiċi Ċivili hija stabbilita bir-Regolament Nru 87/1995 (nariadenie č. 87/1995 Z.z.) b’tali mod li r-rata tal-imgħax ta’ inadempjenza tkun ħames punti perċentwali ogħla mir-rata bażi tal-Bank Ċentrali Ewropew fl-ewwel jum tal-inadempjenza fuq dejn. Għaldaqstant, jiżdiedu ħames punti perċentwali mar-rata bażi tal-BĊE (jiġifieri r-rata għall-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament). Ir-rati tal-imgħax tal-BĊE għall-perjodi individwali jinsabu fis-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatal-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja. Ir-rata tal-imgħax ta’ inadempjenza fl-ewwel jum tal-inadempjenza tapplika għall-perjodu tal-inadempjenza, u kull aġġustament sussegwenti għar-rata bażi tal-BĊE ma għandu l-ebda effett fuq ir-rata tal-imgħax ta’ inadempjenza.

Skont id-dritt kummerċjali, l-imgħax statutorju huwa rregolat mill-Artikolu 369 tal-Kodiċi Kummerċjali, li skontu, fil-każ ta’ inadempjenza, il-kreditur ikun intitolat, jekk ikun ħeles mill-obbligi statutorji u kuntrattwali tiegħu, li jitlob mgħax ta’ inadempjenza bir-rata maqbula fil-kuntratt, bl-ebda rekwiżit għal xi notifika speċjali. Kif iddikjarat hawn fuq, ir-rata tal-imgħax ta’ inadempjenza f’relazzjonijiet kummerċjali tista’ tiġi modifikata kuntrattwalment. Madankollu, anke meta jkun intlaħaq ftehim dwar l-imgħax ta’ inadempjenza, ir-rata trid tkun konformi mal-prinċipji tal-kummerċ ġust. Jekk le, ma jistax jiġi protett id-dritt skont dan il-ftehim, u dan ifisser li anke jekk ikun intlaħaq ftehim dwar ir-rata tal-imgħax, il-qorti ma tistax tagħti mgħax b’rata li tikser dawn il-prinċipji. Eċċezzjoni oħra tikkonċerna d-djun skont kuntratt konkluż mill-konsumatur meta l-konsumatur ikun id-debitur, meta l-imgħax ta’ inadempjenza maqbul ma jistax ikun ogħla mill-ammont speċifikat skont id-dritt ċivili.

Barra minn hekk, skont l-istess Artikolu, jekk ma jkun intlaħaq l-ebda ftehim dwar ir-rata tal-imgħax ta’ inadempjenza, id-debitur ikun obbligat li jħallas l-imgħax ta’ inadempjenza bir-rata stabbilita mill-gvern Slovakk fir-Regolament Nru 21/2013(nariadenie č. 21/2013 Z.z.). Il-liġi tippermetti mgħax ta’ inadempjenza fiss u varjabbli. Ir-rata fissa tkun ugwali għar-rata bażi tal-BĊE fl-ewwel jum tal-inadempjenza b’żieda ta’ disa’ punti perċentwali; din ir-rata tapplika għall-perjodu tal-inadempjenza fuq id-dejn. B’hekk, kull aġġustament sussegwenti għar-rata bażi tal-BĊE ma jkollha l-ebda effett fuq ir-rata tal-imgħax ta’ inadempjenza (għalhekk ir-rata tal-imgħax ta’ inadempjenza tissejjaħ ir-rata fissa). Madankollu, minflok l-imgħax fiss il-kreditur jista’ jitlob mgħax ta’ inadempjenza varjabbli mingħand id-debitur u, għaldaqstant, jista’ jitlob li d-debitur iħallas mgħax ta’ inadempjenza bir-rata bażi tal-BĊE li tkun valida fl-ewwel jum ta’ nofs is-sena kalendarja rilevanti b’żieda ta’ tmien punti perċentwali. Jekk il-kreditur jagħżel mgħax ta’ inadempjenza varjabbli, dan il-metodu biex jiġi kkalkulat l-imgħax (mhux ir-rata stabbilita meta sseħħ l-inadempjenza, iżda l-metodu biex tiġi kkalkulata r-rata) japplika għall-perjodu ta’ inadempjenza fuq id-dejn. Għaldaqstant, l-imgħax ta’ inadempjenza varjabbli jfisser li r-rata ta’ mgħax ta’ inadempjenza tista’ tinbidel f’konformità mal-bidliet fir-rata bażi tal-BĊE li tkun valida fl-ewwel jum ta’ nofs is-sena kalendarja rilevanti, jiġifieri fl-1 ta’ Jannar u fl-1 ta’ Lulju. Ir-rati tal-imgħax tal-BĊE għall-perjodi individwali jinsabu fis-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatal-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Il-metodu biex jiġi kkalkulat l-imgħax ta’ inadempjenza huwa stabbilit b’mod ċar u komprensiv fil-liġi. Ir-rata tal-imgħax ta’ inadempjenza attwali hija ppubblikata mill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka (Ministerstvo spravodlivosti Slovenskej republiky) Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafis-sit web tiegħu. Tinsab ukoll informalment fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.najpravo.sk/, li ta’ spiss jintuża mill-kredituri u d-debituri Slovakki u l-avukati tagħhom. Dan is-sit jippermetti kalkoli faċli tal-imgħax ta’ inadempjenza bl-użu ta’ kalkolatur imfassal apposta għal din ir-raġuni.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Apparti l-ħoloq ta’ hawn fuq, wieħed jista’ jsib il-formulazzjoni attwali tal-leġiżlazzjoni (il-Kodiċijiet Ċivili u Kummerċjali) u r-regolamenti rilevanti (ir-Regolamenti Nri 87/1995 u 21/2013) fis-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.slov-lex.sk/domov.

L-aħħar aġġornament: 22/04/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rati tal-imgħax - Finlandja

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

“L-imgħax statutorju” fil-leġiżlazzjoni Finlandiża jfisser kemm ir-rata tal-imgħax li tapplika għal dejn pendenti qabel id-data tal-maturità u kif ukoll l-imgħax ta’ penalità għal ħlasijiet tardivi. Id-dispożizzjonijiet dwar iż-żewġ tipi ta’ imgħax statutorju huma stabbiliti fl-Att dwar l-Imgħax (Korkolaki, 633/1982). L-obbligu li jitħallas l-imgħax jew imgħax ta’ penalità għal ħlasijiet tardivi jiġi determinat skont l-Att dwar l-Imgħax, sakemm ma jirriżultax mod ieħor mill-obbligu tad-debitur jew minn prassi kummerċjali jew sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi (is-subartikolu 1 tal-Artikolu 2 tal-Att dwar l-Imgħax).

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Imgħax pagabbli fuq id-dejn: Id-debitur ma huwiex obbligat li jħallas l-imgħax fuq il-perjodu li jippreċedi d-data tal-maturità ta’ dejn (is-subartikolu 1 tal-Artikolu 3 tal-Att dwar l-Imgħax). Madankollu, huwa possibbli li jiġi miftiehem li l-imgħax għandu jitħallas. Jekk ikun intlaħaq qbil dwar ir-responsabbiltà għall-ħlas tal-imgħax mingħajr ma tkun ġiet iddeterminata r-rata tal-imgħax, id-debitur jenħtieġ li jħallas l-imgħax annwali f’konformità mar-rata ta’ riferiment msemmija fl-Artikolu 12 tal-Att dwar l-Imgħax (is-subartikolu 2 tal-Artikolu 3 tal-Att dwar l-Imgħax).

L-Att dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur (Kuluttajansuojalaki, 38/1978) jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-imgħax statutorju għad-debituri konsumaturi, b’mod partikolari fir-rigward ta’ djun finanzjarji bbażati fuq il-kreditu tal-konsumatur.

Skont l-emenda għall-Att li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2019, ir-rata tal-imgħax tas-self fuq il-kreditu meħud minn debitur konsumatur ma għandhiex tiġi stabbilita għal rata ogħla minn 20 % (l-Artikolu 17 a tal-Kapitolu 7 tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur). Din id-dispożizzjoni tapplika għal kuntratti ta’ kreditu konklużi fl-1 ta’ Settembru 2019 jew wara, b’ċerti eċċezzjonijiet. Qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni f’Settembru tal-2019, kien hemm limitu massimu fuq ir-rata tal-imgħax marbuta mar-rata perċentwali ta’ kreditu annwali (ir-rata ta’ riferiment miżjuda b’50 punt perċentwali f’konformità mal-Artikolu 12 tal-Att dwar l-Imgħax), iżda dan eskluda, fost affarijiet oħra, self ta’ mill-inqas EUR 2,000.

Minħabba s-sitwazzjoni tal-coronavirus, saret ukoll emenda għall-Att dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur li permezz tagħha r-rata massima tal-imgħax għal xi forom ta’ kreditu tal-konsumatur ġiet ikkalkulata temporanjament għal 10 % (l-Artikolu 17c tal-Kapitolu 7 tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur). Din id-dispożizzjoni hija fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Settembru 2021.

Ir-rati tal-imgħax imsemmija hawn fuq jistgħu jiġu applikati b’mod parallel, skont fatturi bħat-tip ta’ kreditu (somma f’daqqa jew kreditu miftuħ) u skont meta l-kreditu jkun ingħata jew skont id-data li fiha jinġibed l-ammont ta’ kreditu miftuħ.

Imgħax fuq ħlasijiet tardivi: Għal kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Att dwar it-termini ta’ ħlas għal kuntratti kummerċjali (Laki kaupallisten sopimusten maksuehdoista, 30/2013), l-imgħax statutorju fuq ħlasijiet tardivi huwa ta’ tmien punti perċentwali ogħla mir-rata ta’ riferiment fis-seħħ fiż-żmien inkwistjoni (is-subartikolu 1 tal-Artikolu 4 a tal-Att dwar l-Imgħax), jiġifieri attwalment ir-rata hija ta’ 8.0 % (sitwazzjoni fil-ħarifa tal-2020). Għal kuntratti oħra, l-imgħax statutorju fuq il-ħlasijiet tardivi huwa ta’ sebgħa punti perċentwali ogħla mir-rata ta’ riferiment fis-seħħ f’dak iż-żmien (l-Artikolu 4 tal-Att dwar l-Imgħax), jiġifieri attwalment ir-rata hija ta’ 7.0 % (sitwazzjoni fil-ħarifa tal-2020).

Rigward id-dejn tal-konsumatur, id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Imgħax li jirregolaw l-imgħax ta’ penalità fuq il-ħlasijiet tardivi jaqgħu taħt leġiżlazzjoni obbligatorja, u ma huwiex possibbli li tiġi miftiehma rata tal-imgħax ogħla għall-ħlasijiet tardivi (is-subartikolu 2 tal-Artikolu 2 tal-Att dwar l-Imgħax). Madankollu, għandu jiġi nnotat li jekk l-imgħax fuq ħlas tardiv ikun aktar baxx mill-imgħax pagabbli fuq id-dejn għall-perjodu qabel id-data tal-maturità, l-imgħax fuq ħlas tardiv ikun pagabbli fuq l-istess bażi bħal qabel id-data tal-maturità. Madankollu, meta l-impenn tad-debitur ikun relatat ma’ ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur, l-imgħax għal ħlas tardiv ikun pagabbli fuq l-istess bażi bħal qabel id-data tal-maturità għal perjodu massimu ta’ 180 jum mid-data li fiha d-dejn ikun dovut kollu kemm hu. Jekk is-sentenza tal-qorti dwar id-dejn tingħata qabel l-iskadenza ta’ dan il-perjodu ta’ żmien, l-imgħax irid jitħallas fuq l-istess bażi bħal qabel id-data tal-maturità tas-sentenza (is-subartikolu 2 tal-Artikolu 4 tal-Att dwar l-Imgħax).

Għal dejn ieħor li ma huwiex dejn tal-konsumatur, huwa possibbli li jkun hemm ftehim dwar ir-rata tal-imgħax għall-ħlasijiet tardivi. Madankollu, f’kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Att dwar it-termini ta’ ħlas għal kuntratti kummerċjali, ma huwiex possibbli li jiġi miftiehem li l-kreditur ma għandux ikollu d-dritt li jimponi imgħax ta’ penalità għal ħlasijiet tardivi, u jekk id-debitur ikun entità kontraenti, ma huwiex possibbli li jkun hemm ftehim dwar rata tal-imgħax aktar baxxa għal ħlasijiet tardivi minn dik stabbilità skont is-subartikolu 1 tal-Artikolu 4 a tal-Att dwar l-Imgħax (l-Artikolu 8 tal-Att dwar it-termini tal-ħlas għal kuntratti kummerċjali, Laki kaupallisten sopimusten maksuehdoista). Fil-każ ta’ pagamenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Att dwar it-termini ta’ pagament għal kuntratti kummerċjali, l-imgħax għal ħlas tardiv huwa pagabbli wkoll fuq l-istess bażi bħal qabel id-data tal-maturità jekk l-imgħax ta’ inadempjenza jkun aktar baxx mill-imgħax pagabbli fuq id-dejn għall-perjodu qabel id-data tal-maturità (il-paragrafu 2 tal-Artikolu 4 a tal-Att dwar l-Imgħax).

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Ir-rata ta’ riferiment imsemmija fl-Att dwar l-Imgħax hija r-rata tal-imgħax applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjoni prinċipali l-aktar reċenti tiegħu ta’ finanzjament mill-ġdid mwettqa qabel l-ewwel jum kalendarju ta’ kull nofs tas-sena ttondjata ’l fuq għall-eqreb nofs punt perċentwali (l-Artikolu 12 tal-Att dwar l-Imgħax).

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Traduzzjoni mhux uffiċjali tal-Att dwar l-Interessi tinstab hawnhekk: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://finlex.fi/en/laki/kaannokset/1982/en19820633_20130032.pdf

Il-verżjonijiet Finlandiżi u Żvediżi tal-Att jistgħu jinstabu hawnhekk: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://finlex.fi/fi/laki/ajantasa/1982/19820633

L-Att dwar it-termini tal-ħlas għal kuntratti kummerċjali jista’ jinstab bil-Finlandiż u bl-Iżvediż fuq: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://finlex.fi/fi/laki/ajantasa/2013/20130030

L-Att dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur jista’ jinstab bil-Finlandiż u bl-Iżvediż fuq: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://finlex.fi/fi/laki/ajantasa/1978/19780038

L-aħħar aġġornament: 10/05/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rati tal-imgħax - Svezja

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Ir-regoli dwar l-imgħax huma stipulati fl-Att dwar l-Imgħax (räntelagen, 1975:635). Dawn ir-regoli japplikaw salv fejn indikat mod ieħor f'kuntratt, wegħda jew dispożizzjoni speċifika. Madankollu, l-Att jiddikjara wħud mit-termini kuntrattwali nulli u bla effett.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Talbiet għal rifużjoni

Meta ssir talba għal rifużjoni ta' ħlas, pereżempju għal raġunijiet ta' ksur ta' kuntratt, ir-rata tal-imgħax hija r-rata referenzjali (li fi Frar 2016 kienet 0 %) miżjuda b'żewġ punti perċentwali. L-imgħax huwa pagabbli mid-data li fiha jsir il-ħlas, sa u inkluża d-data ta' ħlas lura, jew, jekk il-ħlas lura ma jsirx b'mod tempestiv, sa u inkluża d-data li fiha l-imgħax isir pagabbli skont ir-regoli dwar it-talbiet pendenti.

Talbiet pendenti

L-imgħax fuq it-talbiet pendenti huwa pagabbli bir-rata referenzjali (0 % fi Frar 2016) miżjuda bi tmien punti perċentwali. Ir-regoli ġenerali segwenti japplikaw.

(a) Meta d-data ta' maturità ġiet stabbilita bil-quddiem, l-imgħax huwa pagabbli fuq it-talba minn dik id-data.

(b) Meta t-talba tkun ibbażata fuq l-obbligu ta' persuna biex tirrendi kont tal-flus li hija rċeviet minn kapital jew parti terza, l-imgħax huwa pagabbli mid-data li fiha jingħata l-kont, jew, jekk ma jingħata ebda kont, mid-data li fiha kellu jingħata l-kont.

(c) Għal talbiet pendenti, ir-regola ġenerali hija li l-imgħax huwa pagabbli mit-tletin jum wara li l-kreditur jibgħat kont jew inkella jippreżenta talba għall-ħlas ta' somma partikolari, li jkunu jindikaw li l-inadempjenza ta' ħlas twassal għal obbligu biex jitħallas l-imgħax. Id-debitur mhuwiex meħtieġ li jħallas imgħax fir-rigward taż-żmien li jippreċedi l-kont jew it-talba.

F'negozjati kummerċjali bejn in-negozjanti, l-imgħax għandu jitħallas irrispettivament minn jekk it-talba għall-ħlas tindikax li l-inadempjenza ta' ħlas ser twassal għal obbligu li jiġi mħallas l-imgħax. L-istess japplika fejn fil-kors tan-negozjati kummerċjali tiegħu, negozjant ikollu pretensjoni kontra awtorità pubblika jew entità pubblika oħra għal prodotti jew servizzi fornuti.

Fil-każ ta' talba għad-danni (skadestånd) jew kumpens simili ieħor li ma jistax jiġi stabbilit mingħajr inkjesta ulterjuri, l-imgħax huwa pagabbli fuq is-somma dovuta mit-tletin jum wara li l-kreditur jitlob il-ħlas tagħha u jippreżenta rendikont ta' dak li huwa jista' raġonevolment jitlob. Id-debitur mhuwiex obbligat li jħallas imgħax fir-rigward taż-żmien li jippreċedi t-talba u r-rendikont.

Irrispettivament minn kull regola oħra, l-imgħax fuq talba pendenti huwa f'kull każ pagabbli minn data li ma tkunx aktar tard mid-data ta' notifika ta' rikors għal ordni ta' ħlas (betalningsföreläggande) jew ċitazzjoni (stämning i mål) f'azzjoni għall-ħlas ta' pretensjoni.

Jekk il-pretensjoni tirrigwarda danni li jirriżultaw minn ksur intenzjonali tal-liġi, u d-danni mitluba ma jiħdux is-sura ta' vitalizju (livränta), l-imgħax ikun pagabbli mid-data li fiha d-dannu ġie sofrut.

Il-pretensjonijiet li jinkludu l-imgħax qabel id-data ta' maturità

Jekk pretensjoni tinkludi mgħax fiż-żmien li dan ikun dovut, u l-ħlas ma jsirx b'mod tempestiv, tkompli tapplika r-rata tal-imgħax li applikat qabel id-data ta' maturità. Iżda r-rata tal-imgħax pagabbli ma tista' qatt tkun anqas minn dak li kien ikun pagabbli fuq pretensjoni pendenti li ma inkluditx imgħax qabel id-data ta' maturità.

L-aġġustament tar-rata tal-imgħax

Ir-rata tal-imgħax tista' tiġi aġġustata jekk id-debitur ikun ġie prekluż milli jħallas fi żmien tempestiv minħabba mard, qgħad jew xi ċirkostanza simili oħra barra mill-kontroll tiegħu u ma jkunx raġonevoli li jiġi meħtieġ iħallas l-imgħax sħiħ fir-rigward tad-dewmien inkwistjoni.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Le.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Din il-ħolqa tagħti aċċess għall-verżjoni mhux uffiċjali tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar l-Imgħax (räntelagen).

L-aħħar aġġornament: 23/02/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rati tal-imgħax - L-Ingilterra u Wales

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

L-imgħax statutorju huwa r-rata tal-imgħax li skont il-liġi tista’ tiġi applikata għal pretensjoni pendenti għal somma flus. Il-liġi tal-Ingilterra u Wales tipprevedi li mgħax statutorju jiġi applikat f’każijiet xierqa.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

L-ammont/ir-rata tal-imgħax statutorju

Il-kriterji għall-applikazzjoni tal-imgħax statutorju

(jekk ikun meħtieġ, pereżempju dewmien, kuntratt mal-konsumatur, eċċ.)

Il-bażi legali

8 %

Meta ma tapplika l-ebda rata tal-imgħax statutorju jew rata tal-imgħax kuntrattwali oħra, kreditur jista’ jitlob imgħax b’rata annwali ta’ 8 %.

L-Artikolu 17 tal-Att tal-1838 dwar is-Sentenzi (Judgments Act 1838)

L-Art. 35A tal-Att tal-1981 dwar il-Qrati Superjuri (dak li qabel kien l-Att dwar il-Qorti Suprema) (Senior (frmr Supreme) Court Act 1981) fil-Qorti Superjuri (High Court) (“l-Art 35A”)... imgħax sempliċi bir-rata li l-qorti jidhrilha xierqa jew kif ir-regoli tal-qorti jistgħu jipprovdu fuq id-dejn kollu jew parti minnu għall-perjodu kollu bejn id-data meta tkun qamet il-causa petendi u d-data tal-ħlas jew parti minnu...”

L-Art. 69 tal-Att tal-1984 dwar il-Qrati tal-Kontea (County Courts Act 1984) fil-qorti tal-kontea (“l-Art. 69”)

... fi proċedimenti (kull meta jiġu istitwiti) quddiem qorti tal-kontea għall-irkupru ta’ dejn jew danni jista’ jiġi inkluż, fi kwalunkwe somma li għaliha tingħata sentenza, imgħax sempliċi, bir-rata li l-qorti jidhrilha xierqa jew li tista’ tiġi preskritta, fuq id-dejn kollu jew parti minnu jew id-danni kollha jew parti minnhom li għalihom tingħata sentenza, jew isir pagament qabel is-sentenza, għall-perjodu kollu bejn id-data meta tkun qamet il-causa petendi jew parti minnu...”

L-Art. 3 tal-Att tal-1934 dwar ir-Riforma tal-Liġi (Dispożizzjonijiet Mixxellanji) (Law Reform (Miscellaneous Provisions) Act 1934) għall-qrati ta’ reġistrazzjoni minbarra l-Qorti Superjuri (High Court) u l-qorti

tal-kontea (county court), eż. il-Qorti tal-Appell (Sezzjoni Ċivili) (Court of Appeal (Civil Division)) meta tagħti s-sentenza tagħha.

“Fi kwalunkwe proċediment li jkun seħħ fi kwalunkwe qorti ta’ reġistrazzjoni għall-irkupru ta’ xi dejn jew danni, il-qorti tista’, jekk jidhrilha li jkun xieraq, tordna li jkun hemm inkluż fis-somma li tingħata sentenza għaliha, imgħax bir-rata li jidhrilha xierqa fuq id-dejn kollu jew parti minnu jew id-danni kollha jew parti minnhom għall-perjodu kollu bejn id-data meta tkun qamet il-causa petendi u d-data tas-sentenza jew parti minnu [...]”.

L-Art. 57(1)(b) tal-Att tal-1882 dwar il-Kambjali (Bills of Exchange Act 1882) dwar kambjali mhux onorati minn meta jiġu ppreżentati jekk il-kont ikun pagabbli fuq talba u, inkella, mal-maturità.

L-Art. 86 sa 92 tal-Att tal-1970 dwar il-Ġestjoni tat-Taxxa (Taxes Management Act 1970) fuq taxxi skaduti

L-Artikolu 14 tal-Ordni tal-1994 dwar ir-Rimunerazzjoni tal-Konsulenti Legali (Solicitors) (Negozju Mhux Kontenzjuż (Solicitors (Non Contentious Business) Remuneration Order 1994) dwar kontijiet ta’ konsulenti legali (solicitors) mhux imħallsa għal xogħol mhux kontenzjuż, inklużi żborżi u VAT imħallsa, iżda r-rata ma tistax taqbeż ir-rata tad-dejn tas-sentenza, jiġifieri 8 % fis-sena.

L-Artikolu 49 tal-Att tal-1996 dwar l-Arbitraġġ (Arbitration Act 1996), li jagħti s-setgħa lit-tribunal li jaġġudika mgħax sempliċi jew kompost “mid-dati, bir-rati u fl-intervalli li huwa jikkunsidra li jissodisfaw il-ġustizzja tal-kawża”.

L-Att tal-1998 dwar Ħlas Tardiv ta’ Djun Kummerċjali (Imgħax) (Late Payments of Commercial Debt (Interest) Act 1998) (“l-Att tal-1998”).

U kkunsidra wkoll ir-regola 16.4(1)(b) u (2) tar-Regoli dwar il-Proċedura Ċivili (CPR Rule) li tirrikjedi li l-attur jiddikjara fil-partikularitajiet tat-talba (jew tal-kontrotalba) li huwa qiegħed jitlob l-imgħax u jiddikjara jekk hux qed jitolbu taħt kuntratt jew promulgazzjoni u jekk iva, liema jew fuq xi bażi oħra, u jekk iva, liema.

Jekk it-talba tkun għal ammont speċifiku ta’ flus, l-attur irid jiddikjara:

ir-rata perċentwali li biha qed jintalab l-imgħax

id-data minn meta qed tintalab

sa liema data qed jiġi kkalkulat, mhux aktar tard mid-data tal-ħruġ tal-formola tat-talba

l-ammont totali ta’ mgħax mitlub sad-data tal-kalkolu

ir-rata tal-imgħax ta’ kuljum li biha l-imgħax jakkumula wara d-data tal-kalkolu

8 % ogħla mir-rata bażi tal-Bank of England. Ir-rata ta’ referenza għall-Bank tiġi stabbilita darba kull sitt xhur fit-30 ta’ Ġunju u fil-31 ta’ Diċembru.

In-negozji u l-korpi tas-settur pubbliku għandhom dritt statutorju li jitolbu mgħax fuq ħlas tard ta’ djun kummerċjali li jirriżultaw minn kuntratti miftiehma fis-7 ta’ Awwissu 2002 jew wara.

L-Att tal-1998 dwar Ħlas Tardiv ta’ Djun Kummerċjali (Imgħax) (Late Payments of Commercial Debt (Interest) Act 1998)

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

L-imgħax jista’ jintalab mid-data meta s-somma tkun saret dovuta sad-data ta’ meta tinħareġ it-talba kif ukoll bl-istess rata sad-data tas-sentenza. L-imgħax jista’ jintalab ukoll mid-data tas-sentenza bl-istess rata għal sentenzi tal-Qorti Superjuri (High Court) ta’ kwalunkwe valur u għal sentenzi tal-qorti tal-kontea (county court) b’valur ta’ aktar minn £ 5000. Japplika biss l-imgħax sempliċi. Is-CPR 44 2 (6)(g) tagħti s-setgħa lill-qorti li tordna l-imgħax fuq l-ispiża mġarrba qabel is-sentenza.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Il-leġiżlazzjoni rilevanti tinsab fil-ħoloq li ġejjin:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att tal-1838 dwar is-Sentenzi (Judgments Act 1838)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att tal-1981 dwar il-Qorti Suprema (mogħti isem ġdid bħala l-Att dwar il-Qrati Superjuri) (Supreme Court Act (renamed as the Senior Courts Act) 1981)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att tal-1984 dwar il-Qrati tal-Kontea (County Courts Act 1984)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att tal-1998 dwar Ħlasijiet Tard ta’ Dejn Kummerċjali (Imgħax) Late Payments of Commercial Debt (Interest) Act 1998

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ordni tal-1991 dwar il-Qrati tal-Kontea (Imgħax fuq id-Djun tas-Sentenzi) (County Courts (Interest on Judgment Debts) Order 1991) emendat bi Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Ordni tal-1996 dwar il-Qrati tal-Kontea (Imgħax fuq id-Djun tas-Sentenzi) (Emenda) (County Courts (Interest on Judgment Debts) (Amendment) Order 1996

L-aħħar aġġornament: 16/08/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rati tal-imgħax - L-Irlanda ta’ fuq

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Bħal fil-każ tas-sitwazzjoni fl-Ingilterra u Wales, l-imgħax statutorju huwa r-rata tal-imgħax li l-liġi tippreskrivi li tista’ tiġi applikata għal talbiet pendenti għal flus dovuti fuq dejn kummerċjali. L-imgħax statutorju jista’ jintalab skont l-Att tal-1998 dwar il-Ħlas Tardiv ta’ Djun Kummerċjali (imgħax) (Late Payment of Commercial Debts (interest) Act 1998). L-imgħax statutorju ma japplikax meta tbigħ lill-pubbliku. Kemm il-bejjiegħ kif ukoll ix-xerrej iridu jkunu qegħdin jaġixxu f’kapaċità kummerċjali.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

L-ammont/ir-rata tal-imgħax statutorju

Il-kriterji għall-applikazzjoni tal-imgħax statutorju

(jekk ikun meħtieġ, pereżempju dewmien, kuntratt mal-konsumatur, eċċ.)

Il-bażi legali

Massimu ta’ 8 % imgħax fuq Aġġudikazzjoni ta’ Danni Ġenerali u Speċjali (General and Special Damages Award).

N.B. Teknikament din mhijiex rata ta’ “mgħax statutorju” iżda pjuttost ir-rati tal-imgħax li japplikaw barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal- Att tal-1998 dwar il-Ħlas Tardiv ta’ Djun Kummerċjali (imgħax) (Late Payment of Commercial Debts (interest) Act  1998), jiġifieri mgħax sempliċi u mhux kummerċjali.

Matul dan l-aħħar numru ta’ snin, il-qrati aġġudikaw, b’mod konvenzjonali u fid-diskrezzjoni tagħhom, imgħax ta’ 2 % għal danni ġenerali (mid-data tan-notifika taċ-ċitazzjoni) u 6 % għal danni speċjali (mid-data li fiha ġġarrab it-telf).

Din il-prattika kienet affermata f’McDowell vs Smyth and MIB (1996)

Is-setgħat tal-qrati li jużaw id-diskrezzjoni tagħhom u jaġġudikaw l-imgħax sempliċi fuq djun u danni jinsabu:

fl-Artikolu 45A tal-Ordni tal-1980 dwar il-Qrati tal-Kontea (l-Irlanda ta’ Fuq) (County Courts (Northern Ireland) Order 1980); u

fl-Artikolu 33A tal-Att tal-1978 dwar il-Ġudikatura (l-Irlanda ta’ Fuq) (The Judicature (Northern Ireland) Act 1978).

8 % ogħla mir-rata bażi tal-Bank of England.

Ir-rata ta’ referenza għall-Bank tiġi stabbilita darba kull sitt xhur fit-30 ta’ Ġunju u fil-31 ta’ Diċembru.

Ir-rata bażi fil-31 ta’ Diċembru tintuża għad-djun li jsiru tardivi bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ Ġunju. Ir-rata fis-seħħ fit-30 ta’ Ġunju tintuża mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru.

In-negozji u l-korpi tas-settur pubbliku għandhom dritt statutorju li jitolbu mgħax fuq ħlas tardiv ta’ djun kummerċjali li jirriżultaw minn kuntratti miftiehma fis-7 ta’ Awwissu 2002 jew wara.

L-imgħax statutorju jista’ jintalab wara li jkun wasal il-ħlas tardiv. Il-limitu huwa sitt snin fl-Irlanda ta’ Fuq. L-imgħax normalment jiddekorri minn 30 jum wara li kien dovut u mitlub. Kuntratt ma jistax jeskludi mgħax statutorju iżda mhuwiex obbligatorju li jintalab.

L-Att tal-1998 dwar il-Ħlasijiet Tardivi ta’ Dejn Kummerċjali (Imgħax) (Late Payments of Commercial Debt (Interest) Act 1998)

L-Ordni tal-2002 dwar il-Ħlas Tardiv ta’ Djun Kummerċjali (Rata tal-Imgħax) (Nru 3) (Late Payment of Commercial Debts (Rate of Interest) (No.3) Order 2002)

Ir-Regolamenti tal-2002 dwar il-Ħlas Tard ta’ Djun Kummerċjali (Late Payment of Commercial Debts Regulations 2002)

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Il-kalkolu tal-imgħax huwa proċess sempliċi. L-ewwel ikkalkula kemm ikun l-imgħax għal sena sħiħa. Dan isir billi timmultiplika l-ammont dovut bir-rata totali tal-imgħax (ir-rata bażi flimkien ma’ 8 %). Imbagħad ikkalkula l-imgħax ta’ kuljum billi tiddividi l-imgħax annwali bi 365. L-imgħax dovut b’hekk jiġi kkalkulat billi timmultiplika l-imgħax ta’ kuljum bin-numru ta’ jiem tard. Inti titlob imgħax fuq l-ammont gross tad-dejn, inkluż kwalunkwe element tal-VAT, iżda ma tħallasx il-VAT fuq l-imgħax.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Il-leġiżlazzjoni rilevanti tinsab fil-ħoloq li ġejjin:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att tal-1998 dwar il-Ħlasijiet Tard ta’ Dejn Kummerċjali (Imgħax) (Late Payments of Commercial Debt (Interest) Act 2003)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ordni tal-2002 dwar il-Ħlas Tard ta’ Djun Kummerċjali (Rata tal-Imgħax) (Nru 3) (Late Payment of Commercial Debts (Rate of Interest) (No.3) Order 2002)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Regolamenti tal-2002 dwar il-Ħlas Tard ta’ Djun Kummerċjali (Late Payment of Commercial Debts Regulations 2002)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOrdni tal-1980 dwar il-Qrati tal-Kontea (l-Irlanda ta’ Fuq) (County Courts (Northern Ireland) Order 1980)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att tal-1978 dwar il-Ġudikatura (l-Irlanda ta’ Fuq) (The Judicature (Northern Ireland) Act 1978)

L-aħħar aġġornament: 12/08/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rati tal-imgħax - Skozja

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

L-imgħax statutorju huwa r-rata tal-imgħax li skont il-liġi tista’ tiġi applikata għal pretensjoni pendenti għal somma flus. Il-liġi tal-Iskozja tipprevedi li mgħax statutorju jiġi applikat f’każijiet xierqa.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

L-ammont/ir-rata tal-imgħax statutorju

Il-kriterji għall-applikazzjoni tal-imgħax statutorju

(jekk ikun meħtieġ, pereżempju dewmien, kuntratt mal-konsumatur, eċċ.)

Il-bażi legali

8 %

Meta ma tapplika l-ebda rata tal-imgħax statutorju jew rata tal-imgħax kuntrattwali oħra, kreditur jista’ jitlob imgħax b’rata annwali ta’ 8 % fuq l-ammont ta’ digriet jew estratt tal-qorti.

L-Artikolu 9 tal-Att tal-1892 dwar l-Estratti tal-Qrati tax-Xeriff (l-Iskozja) (Sheriff Courts (Scotland) Extracts Act 1892 section 9), kif issostitwita mill-Artikolu 1 tal-Att tal-1975 ta’ Sederunt (L-Imgħax fid-Digrieti jew l-Estratti tal-Qorti tax-Xeriff) (Act of Sederunt (Interest in Sheriff Court Decrees or Extracts) 1975) (SI 1975/948) u emendata bl-Artikolu 2 tal-Att tal-1993 ta' Sederunt (L-Imgħax fid-Digrieti u l-Estratti tal-Qorti tax-Xeriff) (Act of Sederunt (Interest in Sheriff Court Decrees and Extracts) 1993) (SI 1993/769) — Tistabbilixxi r-rata tal-imgħax ġudizzjarju għal 8 % fis-sena.

Ir-Regola 7.7 tal-Att ta' Sederunt (ir-Regoli tal-1994 tal-Qorti Suprema Ċivili) Act of Sederunt (Rules of the Court of Session 1994 (SI 1994/1443) — Tistabbilixxi r-rata tal-imgħax ġudizzjarju għal 8 %.

L-Artikoli 3-4 tal-Ordni tal-1990 tal-Qrati Industrijali (Imgħax) (Employment Tribunals (Interest) Order 1990) (SI 1990/479) — Japplikaw ir-“regola ta’ 42 jum” u l-imgħax b’rata speċifikata fl-Artikolu 17 tal-Att tal-1838 dwar is-Sentenzi (Judgments Act 1838) (li, kif emendata bl-Artikolu 2 tal-Ordni tal-1993 dwar id-Djun tas-Sentenzi (Rata tal-Imgħax) (Judgment Debts (Rate of Interest) Order 1993) (SSI 1993/564), hija 8 %).

L-Artikolu 8 tat-Tribunali Industrijali (Imgħax fuq Aġġudikazzjonijiet f’Kawżi ta’ Diskriminazzjoni) 1996 (Employment Tribunals (Interest on Awards in Discrimination Cases) 1996) (SI 1996/2803) - L-imgħax japplika mill-jum ta’ wara d-data tad-deċiżjoni bir-rata stabbilita, għalissa, bl-Artikolu 9 tal-Att tal-1892 dwar l-Estratti tal-Qrati tax-Xeriff (l-Iskozja) (Sheriff Courts (Scotland) Extracts Act 1892).

8 % ogħla mir-rata bażi tal-Bank of England.

Għad-djun kummerċjali, l-Att tal-1998 dwar il-Ħlas Tardiv ta’ Dejn Kummerċjali (Imgħax) (Late Payments of Commercial Debt (Interest) Act 1998) jipprevedi li l-imgħax ikun pagabbli fuq djun dovuti sabiex jiġu protetti l-fornituri li l-pożizzjoni finanzjarja tagħhom tagħmilhom vulnerabbli jekk id-djun kwalifikanti tagħhom jitħallsu tard u biex b’mod ġenerali jiġi skoraġġut il-ħlas tardiv ta’ djun kwalifikanti.

L-Att tal-1998 dwar il-Ħlasijiet Tard ta’ Dejn Kummerċjali (Imgħax) (Late Payments of Commercial Debt (Interest) Act 1998) (rata speċifikata mill-Artikolu 4 tal-Ordni tal-2002 dwar il-Ħlas Tard ta’ Djun Kummerċjali (Rata tal-Imgħax) (l-Iskozja) (Late Payment of Commercial Debts (Rate of Interest) (Scotland) Order 2002) (SSI 2002/336)).

Tali rata li l-qorti tista’ tiddetermina

L-Artikolu 42 tal-Att tal-1988 dwar il-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session Act 1988) — L-imgħax jista’ jiġi aġġudikat meta appell quddiem il-House of Lords jiġi miċħud minħabba nuqqas ta’ prosekuzzjoni. Ir-rata tal-imgħax sempliċi jew kompost hija dik meqjusa xierqa mis-Sede ta’ Appell tal-Qorti Suprema Ċivili (Inner House of the Court of Session).

L-Att tal-1958 dwar l-Imgħax fuq id-Danni (l-Iskozja) (Interest on Damages (Scotland) Act 1958)

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

L-imgħax jista’ jintalab mid-data meta s-somma ssir dovuta. Ġeneralment, japplika l-imgħax sempliċi. Il-Qorti Suprema (Supreme Court) tar-Renju Unit tista’ tagħmel ordni kif jidhrilha xieraq dwar l-imgħax sempliċi jew kompost, meta tisma’ appell mis-Sede ta’ Appell tal-Qorti Suprema Ċivili (Inner House of the Court of Session).

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Il-leġiżlazzjoni rilevanti tinsab fil-ħoloq li ġejjin:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Att tal-1892 dwar l-Estratti tal-Qrati tax-Xeriff (l-Iskozja) (Sheriff Courts (Scotland) Extracts Act 1892)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Att tal-1993 ta' Sederunt (L-Imgħax fid-Digrieti u l-Estratti tal-Qorti tax-Xeriff) (Act of Sederunt (Interest in Sheriff Court Decrees and Extracts) 1993)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att tal-1988 dwar il-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session Act 1988)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ordni tal-1990 tat-Tribunali Industrijali (Imgħax) (Employment Tribunals (Interest) Order 1990)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att ta' Sederunt (ir-Regoli tal-1994 tal-Qorti Suprema Ċivili) Act of Sederunt (Rules of the Court of Session 1994

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIt-Tribunali Industrijali (Imgħax fuq Aġġudikazzjonijiet f’Kawżi ta’ Diskriminazzjoni) 1996 (Employment Tribunals (Interest on Awards in Discrimination Cases) 1996)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att tal-1958 dwar l-Imgħax fuq id-Danni (l-Iskozja) (Interest on Damages (Scotland)
Act  1958)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att tal-1998 dwar Ħlas Tardiv ta’ Dejn Kummerċjali (Imgħax) (Late Payments of Commercial Debt (Interest) Act 1998)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ordni tal-2002 dwar il-Ħlas Tardiv ta’ Djun Kummerċjali (Rata tal-Imgħax) (l-Iskozja) (Late Payment of Commercial Debts (Rate of Interest) (Scotland) Order 2002)

L-aħħar aġġornament: 13/08/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rati tal-imgħax - Ġibiltà

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

L-imgħax statutorju huwa r-rata tal-imgħax li l-liġi tippreskrivi li tista’ tiġi applikata għal talba pendenti għal somma flus. Il-liġi ta’ Ġibiltà tipprovdi li mgħax statutorju jiġi applikat f’każijiet xierqa.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

L-ammont/ir-rata tal-imgħax statutorju

Il-kriterji għall-applikazzjoni tal-imgħax statutorju

(jekk ikun meħtieġ, pereżempju dewmien, kuntratt mal-konsumatur, eċċ.)

Il-bażi legali

8 %

Meta ma tapplika l-ebda rata tal-imgħax statutorju jew rata tal-imgħax kuntrattwali oħra, kreditur jista’ jitlob imgħax bir-rata preskritta għal djun bħal dawn minn żmien għal żmien fil-Qorti Superjuri (High Court) fl-Ingilterra – fil-preżent din hija rata annwali ta’ 8 %.

L-Artikolu 36 tal-Att tal-1960 dwar il-Qorti Suprema (Supreme Court Act 1960)

L-Ordni tal-2000 dwar id-Djun tas-Sentenzi (Rati tal-Imgħax) (Judgment Debts (Rates of Interest) Order 2000)

8 % ogħla mir-rata bażi stabbilita mill-Gibraltar Savings Bank għal tfaddil fil-ġurnata meta d-dejn ikun sar dovut.

In-negozji u l-korpi tas-settur pubbliku għandhom dritt statutorju li jitolbu mgħax fuq ħlas tardiv ta’ dejn kummerċjali.

L-Att tal-2003 dwar il-Ħlasijiet Tardivi ta’ Dejn Kummerċjali (Imgħax) (Late Payments of Commercial Debt (Interest) Act 2003)

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Għal ċerti djun, l-imgħax jista’ jintalab mid-data meta s-somma tkun saret dovuta sad-data meta tinħareġ it-talba kif ukoll bl-istess rata sad-data tas-sentenza. L-imgħax jista’ jintalab ukoll mid-data tas-sentenza bir-rata preskritta għal djun bħal dawn minn żmien għal żmien fil-Qorti Superjuri (High Court) fl-Ingilterra – fil-preżent din hija rata annwali ta’ 8 %. Japplika biss l-imgħax sempliċi.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Il-leġiżlazzjoni rilevanti tinsab fil-ħoloq li ġejjin:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att tal-1960 dwar il-Qorti Suprema (Supreme Court Act 1960)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ordni tal-2000 dwar id-Djun tas-Sentenzi (Rati tal-Imgħax) (Judgment Debts (Rates of Interest) Order 2000)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att tal-2003 dwar il-Ħlasijiet Tard ta’ Dejn Kummerċjali (Imgħax) (Late Payments of Commercial Debt (Interest) Act 2003)

L-aħħar aġġornament: 11/08/2021