

Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-imgħax statutorju huwa previst fi Spanja bħala rimedju sussidjarju biex ifassal kumpens għad-danni fin-nuqqas ta' ftehim bejn il-partijiet, jekk id-debitur ikun inadempjenti fil-ħlas. Dan huwa stipulat fl-Artikolu 1108 tal-Kodiċi Ċivili (Código Civil), li jeħtieġ li d-dejn mhux imħallas ikun fi flus jew li jiġi kkonvertit fi flus.
Ma hemm ebda definizzjoni espliċita ta' mgħax statutorju.
Madankollu, hemm tipi differenti ta' mgħax statutorju. It-tip l-iktar komuni huwa dak imsemmi aktar 'il fuq, imsemmi fil-Kodiċi Ċivili. Madankollu, fi kwistjonijiet oħra, il-liġi tistabbilixxi rati tal-imgħax speċifiċi, li f'ħafna każijiet jirriżultaw fl-applikazzjoni ta' ċertu perċentwali tal-imgħax statutorju. F'każijiet fejn dawn ir-rati tal-imgħax huma applikabbli, dawn jistgħu wkoll jiġu meqjusa bħala "mgħax statutorju" fis-sens li dawn huma stabbiliti mil-liġi. Dawn jinkludu:
- fir-rigward ta' mutwi ipotekarji, il-Liġi 1/2013 tal-14 ta' Mejju 2013 temenda l-Artikolu 114 tal-Liġi dwar il-Mutwi Ipotekarji (Ley Hipotecaria) u tistabbilixxi l-limitu ta' rata tal-imgħax għal ħlas tardiv fil-każ ta' self għax-xiri tar-residenza prinċipali meta l-mutwu ipotekarju jkun fuq ir-residenza nfisha għal tliet darbiet l-imgħax statutorju, jiġifieri, attwalment 11,5 %;
- L-Artikolu 20.4 tal-Liġi 16/2011 dwar Il-Ftehim ta' Kreditu għall-Konsumaturi (Contratos de Crédito al Consumo) jistabbilixxi limitu massimu ta' 2,5 darbiet l-imgħax statutorju għat-tali operazzjonijiet;
- L-Artikolu 7 tal-Liġi 3/2004 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tardiv fi tranżazzjonijiet kummerċjali (lucha contra la morosidad en las operaciones mercantiles) iżid differenzjal ta' tmien (8) punti (seba' (7) punti sal-2013) mar-rata tal-imgħax applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjoni ta' rifinanzjament prinċipali l-iktar reċenti mwettqa qabel l-ewwel jum tat-trimestru kalendarju attwali (attwalment 0,250 %);
- fir-rigward ta' kuntratti tal-assigurazzjoni, l-Artikolu 20.4 tal-Liġi 50/1980 tat-8 ta' Ottubru 1980 dwar il-Kuntratti tal-Assigurazzjoni (Ley 50/1980, de 8 de octubre, de Contrato de Seguro) jippenalizza dewmien mhux ġustifikat minn kumpaniji tal-assigurazzjoni fil-ħlas ta' kumpens lil dawk milquta minn pretensjonijiet koperti minn kuntratti tal-assigurazzjoni ffirmati minnhom, bil-ħlas ta' rata tal-imgħax annwali ugwali għall-imgħax statutorju fis-seħħ meta l-ħlas ikun dovut, miżjud b'50%, għalkemm l-imħallef ma jistax jimponi mgħax annwali ta' inqas minn 20 % fuq l-assiguratur ladarba jkunu għaddew sentejn minn meta tqum il-pretensjoni mingħajr ma jkun tħallas il-kumpens.
- L-imgħax wara l-għoti ta' sentenza (interés procesal) imsemmi mill-Artikolu 576 tal-Liġi 1/2000 tas-7 ta' Jannar 2000 dwar il-Proċedura Ċivili (Ley de Enjuiciamiento Civil), li jiddikjara li ladarba sentenza jew deċiżjoni tkun ingħatat fl-ewwel istanza li tordna ħlas fi flus, l-imgħax annwali jkun dovut lill-kreditur bir-rata tal-imgħax statutorju miżjuda b'żewġ punti, jew ir-rata tal-imgħax miftiehma mill-partijiet, jew ir-rata stipulata fid-dispożizzjoni legali speċjali.
Ir-rata tal-imgħax hija stipulata fil-liġijiet tal-baġit għal kull sena.
Għall-2016, ir-rata hija stipulata fl-Artikolu Addizzjonali Nru 34 tal-Liġi 48/2015 tad-29 ta' Ottubru dwar l-Istat Ġenerali tal-Baġit (Presupuestos Generales del Estado) għall-2016:
- 3,00 fil-mija sal-31 ta' Diċembru 2016.
L-evoluzzjoni tar-rati tal-imgħax tista' tinsab fuq is-sit segwenti ppubblikat mill-Bank ta' Spanja:
Kif iddikjarat fir-risposta għad-domanda preċedenti, barra mill-imgħax statutorju stipulat fl-Artikolu 1108 tal-Kodiċi Ċivili għall-iffissar tal-kumpens għal pretensjonijiet pekunjarji li għadhom ma tħallsux, japplikaw tipi varji ta' mgħax statutorju. Dawn jinkludu:
- fir-rigward ta' mutwi ipotekarji, il-Liġi 1/2013 tal-14 ta' Mejju 2013 temenda l-Artikolu 114 tal-Liġi dwar il-Mutwi Ipotekarji u tistabbilixxi il-limitu ta' rata tal-imgħax għal ħlas tardiv fil-każ ta' self għax-xiri tar-residenza prinċipali meta l-mutwu ipotekarju jkun fuq ir-residenza nfisha għal tliet darbiet l-imgħax statutorju, jiġifieri, attwalment 11,5 %;
- L-Artikolu 20.4 tal-Liġi 16/2011 dwar Il-Ftehim ta' Kreditu għall-Konsumaturi (Contratos de Crédito al Consumo) jistabbilixxi limitu massimu ta' 2,5 darbiet l-imgħax statutorju għat-tali operazzjonijiet;
- L-Artikolu 7 tal-Liġi 3/2004 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tardiv fi tranżazzjonijiet kummerċjali (lucha contra la morosidad en las operaciones mercantiles) iżid differenzjal ta' tmien (8) punti (seba' (7) punti sa 2013) mar-rata tal-imgħax applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjoni ta' rifinanzjament prinċipali l-iktar reċenti mwettqa qabel l-ewwel jum tat-trimestru kalendarju attwali (attwalment 0,250 %);
- fir-rigward ta' kuntratti tal-assigurazzjoni, l-Artikolu 20.4 tal-Liġi 50/1980 tat-8 ta' Ottubru 1980 dwar il-Kuntratti tal-Assigurazzjoni (Ley 50/1980, de 8 de octubre, de Contrato de Seguro) jippenalizza dewmien mhux ġustifikat minn kumpaniji tal-assigurazzjoni fil-ħlas ta' kumpens lil dawk milquta minn pretensjonijiet koperti minn kuntratti tal-assigurazzjoni ffirmati minnhom, bil-ħlas ta' rata tal-imgħax annwali ugwali għall-imgħax statutorju fis-seħħ meta l-ħlas ikun dovut, miżjud b'50%, għalkemm l-imħallef ma jistax jimponi mgħax annwali ta' inqas minn 20 % fuq l-assiguratur ladarba jkunu għaddew sentejn minn meta tqum il-pretensjoni mingħajr ma jkun tħallas il-kumpens;
- L-imgħax wara l-għoti ta' sentenza (interés procesal) imsemmi mill-Artikolu 576 tal-Liġi 1/2000 dwar il-Proċedura Ċivili (Ley de Enjuiciamiento Civil), li jiddikjara li ladarba sentenza jew deċiżjoni tkun ingħatat fl-ewwel istanza li tordna ħlas fi flus, l-imgħax annwali jkun dovut lill-kreditur bir-rata tal-imgħax statutorju miżjuda b'żewġ punti, jew ir-rata tal-imgħax miftiehma mill-partijiet, jew ir-rata stipulata fid-dispożizzjoni legali speċjali.
L-evoluzzjoni tar-rati tal-imgħax tista' tinsab fuq is-sit web indikat fir-risposta preċedenti.
Iva, fuq is-sit web segwenti:
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.