Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Il-Portal tal-e-Ġustizzja, abbażi tal-ftehim reċiproku mar-Renju Unit, se jżomm l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-Renju Unit sa tmiem l-2024.

Rati tal-imgħax

Skozja
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

L-imgħax statutorju huwa r-rata tal-imgħax li skont il-liġi tista’ tiġi applikata għal pretensjoni pendenti għal somma flus. Il-liġi tal-Iskozja tipprevedi li mgħax statutorju jiġi applikat f’każijiet xierqa.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

L-ammont/ir-rata tal-imgħax statutorju

Il-kriterji għall-applikazzjoni tal-imgħax statutorju

(jekk ikun meħtieġ, pereżempju dewmien, kuntratt mal-konsumatur, eċċ.)

Il-bażi legali

8 %

Meta ma tapplika l-ebda rata tal-imgħax statutorju jew rata tal-imgħax kuntrattwali oħra, kreditur jista’ jitlob imgħax b’rata annwali ta’ 8 % fuq l-ammont ta’ digriet jew estratt tal-qorti.

L-Artikolu 9 tal-Att tal-1892 dwar l-Estratti tal-Qrati tax-Xeriff (l-Iskozja) (Sheriff Courts (Scotland) Extracts Act 1892 section 9), kif issostitwita mill-Artikolu 1 tal-Att tal-1975 ta’ Sederunt (L-Imgħax fid-Digrieti jew l-Estratti tal-Qorti tax-Xeriff) (Act of Sederunt (Interest in Sheriff Court Decrees or Extracts) 1975) (SI 1975/948) u emendata bl-Artikolu 2 tal-Att tal-1993 ta' Sederunt (L-Imgħax fid-Digrieti u l-Estratti tal-Qorti tax-Xeriff) (Act of Sederunt (Interest in Sheriff Court Decrees and Extracts) 1993) (SI 1993/769) — Tistabbilixxi r-rata tal-imgħax ġudizzjarju għal 8 % fis-sena.

Ir-Regola 7.7 tal-Att ta' Sederunt (ir-Regoli tal-1994 tal-Qorti Suprema Ċivili) Act of Sederunt (Rules of the Court of Session 1994 (SI 1994/1443) — Tistabbilixxi r-rata tal-imgħax ġudizzjarju għal 8 %.

L-Artikoli 3-4 tal-Ordni tal-1990 tal-Qrati Industrijali (Imgħax) (Employment Tribunals (Interest) Order 1990) (SI 1990/479) — Japplikaw ir-“regola ta’ 42 jum” u l-imgħax b’rata speċifikata fl-Artikolu 17 tal-Att tal-1838 dwar is-Sentenzi (Judgments Act 1838) (li, kif emendata bl-Artikolu 2 tal-Ordni tal-1993 dwar id-Djun tas-Sentenzi (Rata tal-Imgħax) (Judgment Debts (Rate of Interest) Order 1993) (SSI 1993/564), hija 8 %).

L-Artikolu 8 tat-Tribunali Industrijali (Imgħax fuq Aġġudikazzjonijiet f’Kawżi ta’ Diskriminazzjoni) 1996 (Employment Tribunals (Interest on Awards in Discrimination Cases) 1996) (SI 1996/2803) - L-imgħax japplika mill-jum ta’ wara d-data tad-deċiżjoni bir-rata stabbilita, għalissa, bl-Artikolu 9 tal-Att tal-1892 dwar l-Estratti tal-Qrati tax-Xeriff (l-Iskozja) (Sheriff Courts (Scotland) Extracts Act 1892).

8 % ogħla mir-rata bażi tal-Bank of England.

Għad-djun kummerċjali, l-Att tal-1998 dwar il-Ħlas Tardiv ta’ Dejn Kummerċjali (Imgħax) (Late Payments of Commercial Debt (Interest) Act 1998) jipprevedi li l-imgħax ikun pagabbli fuq djun dovuti sabiex jiġu protetti l-fornituri li l-pożizzjoni finanzjarja tagħhom tagħmilhom vulnerabbli jekk id-djun kwalifikanti tagħhom jitħallsu tard u biex b’mod ġenerali jiġi skoraġġut il-ħlas tardiv ta’ djun kwalifikanti.

L-Att tal-1998 dwar il-Ħlasijiet Tard ta’ Dejn Kummerċjali (Imgħax) (Late Payments of Commercial Debt (Interest) Act 1998) (rata speċifikata mill-Artikolu 4 tal-Ordni tal-2002 dwar il-Ħlas Tard ta’ Djun Kummerċjali (Rata tal-Imgħax) (l-Iskozja) (Late Payment of Commercial Debts (Rate of Interest) (Scotland) Order 2002) (SSI 2002/336)).

Tali rata li l-qorti tista’ tiddetermina


L-Artikolu 42 tal-Att tal-1988 dwar il-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session Act 1988) — L-imgħax jista’ jiġi aġġudikat meta appell quddiem il-House of Lords jiġi miċħud minħabba nuqqas ta’ prosekuzzjoni. Ir-rata tal-imgħax sempliċi jew kompost hija dik meqjusa xierqa mis-Sede ta’ Appell tal-Qorti Suprema Ċivili (Inner House of the Court of Session).

L-Att tal-1958 dwar l-Imgħax fuq id-Danni (l-Iskozja) (Interest on Damages (Scotland) Act 1958)

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

L-imgħax jista’ jintalab mid-data meta s-somma ssir dovuta. Ġeneralment, japplika l-imgħax sempliċi. Il-Qorti Suprema (Supreme Court) tar-Renju Unit tista’ tagħmel ordni kif jidhrilha xieraq dwar l-imgħax sempliċi jew kompost, meta tisma’ appell mis-Sede ta’ Appell tal-Qorti Suprema Ċivili (Inner House of the Court of Session).

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Il-leġiżlazzjoni rilevanti tinsab fil-ħoloq li ġejjin:

l-Att tal-1892 dwar l-Estratti tal-Qrati tax-Xeriff (l-Iskozja) (Sheriff Courts (Scotland) Extracts Act 1892)

l-Att tal-1993 ta' Sederunt (L-Imgħax fid-Digrieti u l-Estratti tal-Qorti tax-Xeriff) (Act of Sederunt (Interest in Sheriff Court Decrees and Extracts) 1993)

L-Att tal-1988 dwar il-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session Act 1988)

L-Ordni tal-1990 tat-Tribunali Industrijali (Imgħax) (Employment Tribunals (Interest) Order 1990)

L-Att ta' Sederunt (ir-Regoli tal-1994 tal-Qorti Suprema Ċivili) Act of Sederunt (Rules of the Court of Session 1994

It-Tribunali Industrijali (Imgħax fuq Aġġudikazzjonijiet f’Kawżi ta’ Diskriminazzjoni) 1996 (Employment Tribunals (Interest on Awards in Discrimination Cases) 1996)

L-Att tal-1958 dwar l-Imgħax fuq id-Danni (l-Iskozja) (Interest on Damages (Scotland)
Act  1958)

L-Att tal-1998 dwar Ħlas Tardiv ta’ Dejn Kummerċjali (Imgħax) (Late Payments of Commercial Debt (Interest) Act 1998)

L-Ordni tal-2002 dwar il-Ħlas Tardiv ta’ Djun Kummerċjali (Rata tal-Imgħax) (l-Iskozja) (Late Payment of Commercial Debts (Rate of Interest) (Scotland) Order 2002)

L-aħħar aġġornament: 13/08/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.