Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Portugiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Rati tal-imgħax

Portugall
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Imgħax statutorju

Iva, il-leġiżlazzjoni Portugiża tipprovdi għal rata tal-imgħax statutorju.

L-imgħax jista’ jiġi stipulat mill-partijiet jew jirriżulta mil-liġi. Meta jiġi stipulat mill-partijiet, jissejjaħ imgħax kuntrattwali. Meta jirriżulta mil-liġi, jissejjaħ imgħax statutorju.

L-imgħax kuntrattwali u statutorju jista’ ikun ċivili jew kummerċjali.

Skop tal-imgħax

F’termini ġenerali, hemm żewġ tipi ta’ mgħax: imgħax rimuneratorju (pereż. imgħax pagabbli fuq self) u mgħax moratorju (pereż. imgħax għan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu).

Imgħax statutorju dovut għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu

Meta debitur jonqos milli jwettaq obbligu finanzjarju, ir-regola ġenerali hija li l-kumpens dovut għan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu jikkorrispondi għall-imgħax statutorju ikkalkolat mid-data li d-debitur ikun naqas milli jwettaq obbligu. Obbligu finanzjarju huwa obbligu li jsir ħlas lil parti oħra.

Żmien ta’ inadempjenza

Id-debitur huwa meqjus li jkun naqas milli jwettaq obbligu ladarba jkun ġie nnotifikat permezz ta’ mezzi ġudizzjarji jew ekstraġudizzjarji sabiex iwettaq l-obbligu.

Madankollu, hemm tliet każijiet li fihom id-debitur ikun meqjus li jkun naqas milli jwettaq obbligu mingħajr ma neċessarjament ikun ġie nnotifikat:

  1. Jekk l-obbligu jkollu perjodu fiss;
  2. Jekk l-obbligu jkun irriżulta minn att illegali;
  3. Jekk id-debitur jevita n-notifika; f’dan il-każ, id-debitur ikun meqjus li jkun ġie nnotifikat fid-data li n-notifika tkun normalment ġiet innotifikata lilu.

Jekk il-kreditu jkun illikwidu, ma jkun hemm ebda nuqqas sakemm l-illikwidità ma tkunx l-iżball tad-debitur. Jekk id-debitur ikun responsabbli għal att illegali jew riskju, huwa jkun meqjus li jkun naqas mit-twettiq tal-obbligu mid-data tan-notifika ta’ avviż formali, sakemm huwa ma jkunx diġà naqas mit-twettiq tal-obbligu skont it-termini tal-ewwel parti ta' dan il-paragrafu.

Eżawriment jew tmiem ta’ mgħax fuq il-kreditu

Miż-żmien li dan ikun dovut, l-imgħax fuq il-kreditu mhuwiex neċessarjament dipendenti fuq il-kreditu prinċipali. Wieħed jista’ jiġi ttrasferit jew ikkanċellat mingħajr l-ieħor.

Allokazzjoni ta’ pagamenti parzjali

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tistabbilixxi r-regoli segwenti f’relazzjoni ma’ allokazzjoni ta’ pagament:

(i) Meta, barra mill-kapital, id-debitur ikun irid iħallas il-kostijiet jew l-imgħax jew ikun irid jikkumpensa lill-kreditur bħala riżultat ta’ inadempjenza, pagament li ma jkunx biżżejjed sabiex ikopri l-ammont sħiħ jiġi applikat għal kostijiet, kumpens, imgħax u kapital, f’dak l-ordni;

(ii) L-allokazzjoni għall-kapital tista’ ssir biss fl-aħħar, sakemm il-kreditur ma jaqbilx mod ieħor.

Imgħax fuq l-imgħax

L-imgħax moratorju jista’ jiżdied mal-imgħax ordinarju (imgħax kompost) sakemm il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti.

Biex l-imgħax ikompli jiżdied, trid isseħħ waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

  1. Jew id-debitur irid jiġi nnotifikat b’mod ġudizzjarju biex jikkapitalizza l-imgħax miżjud, jew id-debitur irid iħallas l-imgħax taħt penali ta’ kapitalizzazzjoni.

Biss l-imgħax li jikkorrispondi għal perjodu minimu ta’ sena jista' jiġi kapitalizzat. Dawn ir-restrizzjonijiet fuq l-imgħax kompost mhumiex applikabbli jekk jiksru r-regolamenti jew prattiċi speċifiċi tas-settur (pereż. bħal fil-każ ta’ self mogħti minn istituzzjonijiet finanzjarji suġġett għal regolamenti speċifiċi).

Il-każistika nazzjonali stabbiliet li l-imgħax moratorju ma jistax jiżdied ma’ mgħax moratorju. B’dan il-mod, l-imgħax statutorju li huwa dovut bħala riżultat tan-nuqqas tat-twettiq ta’ obbligu finanzjarju ma jistax bħala regola jiġbor l-imgħax. Dan japplika mingħajr preġudizzju għal kull varjazzjoni għal din l-interpretazzjoni fil-każistika u l-possibbiltà prevista mil-liġi ta’ applikazzjoni ta’ penali finanzjarja obbligatorja meta l-pagament ta’ ammont monetarju jiġi ordnat permezz ta’ sentenza tal-qorti.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Ir-rati tal-imgħax statutorji jvarjaw skont jekk dawn jirrigwardawx imgħax ċivili jew kummerċjali.

Imgħax ċivili statutorju

L-imgħax ċivili statutorju huwa stabbilit permezz ta’ ordni implimentattiva ministerjali konġunta (Portaria) tal-Ministeri għall-Ġustizzja u l-Finanzi, f’konformità mal-Artikolu 449(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż (Código Civil). Fiż-żmien tal-kitba, ir-rati tal-imgħax ċivili huma stabbiliti permezz ta’ Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 291/03 tat-8 ta’ April 2003, li għadha fis-seħħ.

Imgħax kummerċjali statutorju

L-imgħax kummerċjali statutorju normalment ikun dovut għal kreditu dovut minn kumpaniji kummerċjali, impriżi singoli jew persuni ġuridiċi u, b’mod partikolari, għat-tipi ta’ kreditu msemmijin fid-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013 tal-10 ta’ Mejju 2013, imsemmi aktar ’l isfel.

L-imgħax kummerċjali statutorju huwa stabbilit permezz ta’ ordni implimentattiva ministerjali konġunta tal-Ministeri għall-Ġustizzja u l-Finanzi, f’konformità mal-Artikolu 102(3) sa (5) tal-Kodiċi Kummerċjali Portugiż (Código Comercial). Fiż-żmien tal-kitba, it-tfassil ta’ mgħax kummerċjali kien regolat permezz tal-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 277/13 tas-26 ta’ Awwissu 2013, li permezz tiegħu r-rati tal-imgħax kummerċjali huma stabbiliti fuq bażi biannwali.

L-ammont ta’ kull rata tal-imgħax kummerċjali msemmi fl-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 277/13 tas-26 ta’ Awwissu 2013 huwa stabbilit permezz ta’ notifika tad-Direttorat Ġenerali għat-Teżor u l-Finanzi (Direcção Geral do Tesouro e Finanças), ippubblikata fid-Djarju tar-Repubblika, it-tieni sensiela, sal-15 ta’ Jannar u l-15 ta’ Lulju ta’ kull sena.

L-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 277/13 tas-26 ta’ Awwissu 2013 tipprevedi t-tfassil ta’ żewġ rati tal-penali kummerċjali tal-imgħax, li jvarjaw skont it-tranżazzjonijiet ikkonċernati:

  1. L-ewwel waħda hija r-rata tal-imgħax applikabbli għal dewmien fil-pagament relatat ma’ tranżazzjonijiet kummerċjali bejn il-kumpaniji jew bejn il-kumpaniji u l-entitajiet pubbliċi, prevista permezz tad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013 tal-10 ta’ Mejju 2013;
  2. It-tieni waħda hija r-rata addizzjonali ta’ penali tal-imgħax applikabbli għal operazzjonijiet oħra u relatati ma’ kreditu dovut minn kumpaniji kummerċjali, impriżi singoli jew persuni ġuridiċi, prevista permezz tal-Artikolu 102(3) tal-Kodiċi Kummerċjali Portugiż.

Ir-rati tal-imgħax statutorji, kemm jekk ċivili jew kummerċjali, ivarjaw biż-żmien. Għal din ir-raġuni, jeħtieġ li l-kalkolu tal-imgħax jieħu kont tar-rati differenti applikabbli għal kull parti tal-perjodu ta’ inadempjenza.

Għal raġunijiet prattiċi, semmejna biss hawnhekk ir-rati tal-imgħax statutorji għas-snin reċenti. Il-kontenut ta’ din l-iskeda informattiva huwa għal skopijiet ta’ informazzjoni biss u mhuwiex maħsub biex jissostitwixxi l-konsultazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għal kull każ speċifiku.

Ħlas addizzjonali obbligatorju tal-imgħax ta’ 5 % jiżdied mal-imgħax statutorju dovut jekk il-pagament ta’ ammont monetarju jiġi ordnat permezz ta’ sentenza mill-qorti. F’dan il-każ, l-imgħax b’rata ta’ 5 % għal kull sena jkun dovut awtomatikament - mingħajr il-bżonn ta’ ebda deċiżjoni ġudizzjarja oħra għal dan il-għan - u jibda jgħodd mid-data effettiva tas-sentenza. Din il-penali finanzjarja obbligatorja tiżdied mal-imgħax tal-penali, fejn applikabbli, jew mal-kumpens dovut, f'konformità mal-Artikolu 829a (4) tal-Kodiċi Kummerċjali Portugiż.

L-imgħax statutorju mill-5 ta’ Awwissu 1980 s’issa huwa kif ġej:

Mill-5.8.1980 sat-22.5.1983 [(1 021 jum) - Id-Digriet Amministrattiv Nru 200-C/80 tal-24.06.1980 u l-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 447/80 tal-31.07.1980]

15 %

Mit-23.5.1985 sat-28.4.1987 [(1 437 jum) - L-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 581/83 tat-18.5.1983]

23 %

Mid-29.4.1987 sad-29.9.1995 [(3 076 jum) - L-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 339/87 tal-24.4.1987]

15 %

Mit-30.9.1995 sas-16.4.1999 [(1 295 jum) - L-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 1171/95 tal-25.9.1995]

10 %

Mis-17.4.1999 sat-30.4.2003 [(1 475 jum) - L-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 263/99 tat-12.4.1999]

7 %

Mill-1.5.2003 [L-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 291/03 tat-8.4.2003]

4 %

Ir-rati tal-imgħax kummerċjali statutorju mit-28 ta’ Settembru 1995 s’issa huma kif ġej:

Mit-28.9.1995 sas-16.4.1999 [L-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 1167/95 tat-23.9.1995]

15 %

Mis-17.4.1999 sat-30.9.2004 [L-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 262/99 tat-12.4.1999]

12 %

Mill-1.10.2004 sal-31.12.2004 [Id-Direttorat Ġenerali għat-Teżor (Direcção-Geral do Tesouro jew “DĠT”) Avviż Nru 10097/04 tat-30.10.2004]

9.01 %

L-ewwel nofs tal-2005 [L-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 597/2005 tad-19.07 u l-Avviż tad-DĠT 310/2005 tal-14.01.2005]

9.09 %

It-tieni nofs tal-2005 [L-Avviż tad-DĠT Nru 6923/2005 tal-25.7.2005]

9.05 %

L-ewwel nofs tal-2006 [L-Avviż tad-DĠT Nru 240/2006 tal-11.1.2006]

9.25 %

It-tieni nofs tal-2006 [L-Avviż tad-DĠT Nru 7706/2006 tal-10.7.2006]

9.83 %

L-ewwel nofs tal-2007 [L-Avviż tad-DĠT Nru 191/2007 tal-5.1.2007]

10.58 %

It-tieni nofs tal-2007 [Id-Direttorat Ġenerali għat-Teżor u l-Finanzi (Direcção-Geral do Tesouro e Finanças jew “DĠTF”) Avviż Nru 13665/2007 tat-30.07.2007]

11.07 %

L-ewwel nofs tal-2008 [L-Avviż tad-DĠTF Nru 2152/2008 tad-29.1.2008]

11.20 %

It-tieni nofs tal-2008 [L-Avviż tad-DĠTF Nru 19995/2008 tal-14.7.2008]

11.07 %

L-ewwel nofs tal-2009 [L-Avviż tad-DĠTF Nru 1261/2009 tal-14.1.2009]

9.50 %

It-tieni nofs tal-2009 [L-Avviż tad-DĠTF Nru 12184/2009 tal-10.7.2009]

8 %

L-ewwel nofs tal-2010 [L-Avviż tad-DĠTF Nru 597/2010 tal-4.1.2010]

8 %

It-tieni nofs tal-2010 [L-Avviż tad-DĠTF Nru 13746/2010 tat-12.7.2010]

8 %

L-ewwel nofs tal-2011 [L-Avviż tad-DĠTF Nru 2284/2011 tal-21.1.2011]

8 %

It-tieni nofs tal-2011 [L-Avviż tad-DĠTF Nru 14190/2011 tal-14.7.2011]

8.25 %

L-ewwel nofs tal-2012 [L-Avviż tad-DĠTF Nru 692/2012 tas-17.1.2012]

8 %

It-tieni nofs tal-2012 [L-Avviż tad-DĠTF Nru 9944/2012 tal-24.7.2012]

8 %

L-ewwel nofs tal-2013 [L-Avviż tad-DĠTF Nru 584/2013 tal-11.7.2013]

7.75 %

It-tieni nofs tal-2013
Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv (Decreto-lei) Nru 62/2013
[L-Avviż tad-DĠTF Nru 11617/2013 tal-17.9.2013]

8.50 %

Operazzjonijiet oħra
[L-Avviż tad-DĠTF Nru 10478/2013 tal-23.8.2013]

7.50 %

L-ewwel nofs tal-2014
Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.25 %

Operazzjonijiet oħra
[L-Avviż tad-DĠTF Nru 1019/2014 tal-24.1.2014]

7.25 %

It-tieni nofs tal-2014
Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.15 %

Operazzjonijiet oħra
[L-Avviż tad-DĠTF Nru 8266/2014 tas-16.7.2014]

7.15 %

L-ewwel nofs tal-2015
Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.05 %

Operazzjonijiet oħra
[L-Avviż tad-DĠTF Nru 563/2015 tad-19.1.2015]

7.05 %

It-tieni nofs tal-2015
Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.05 %

Operazzjonijiet oħra [L-Avviż tad-DĠTF Nru 7758/2015 tal-14.7.2015]

7.05 %

L-ewwel nofs tal-2016
Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.05 %

Operazzjonijiet oħra
[L-Avviż tad-DĠTF Nru 890/2016 tas-6.1.2016]

7.05 %

It-tieni nofs tal-2016
Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.00 %

Operazzjonijiet oħra [L-Avviż tad-DĠTF Nru 86741/2016 tat-30.6.2016]

7.00 %

L-ewwel nofs tal-2017
Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.00 %

Operazzjonijiet oħra [L-Avviż tad-DĠTF Nru 2583/2017 tat-3.1.2017]

7.00 %

It-tieni nofs tal-2017

Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.00 %

Operazzjonijiet oħra

[L-Avviż tad-DĠTF Nru 8544/2017 tad-29.6.2017]

7.00 %

L-ewwel nofs tal-2018

Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.00 %

Operazzjonijiet oħra

[L-Avviż tad-DĠTF Nru 1989/2018 tat-3.1.2018]

7.00 %

It-tieni nofs tal-2018

Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.00 %

Operazzjonijiet oħra

[L-Avviż tad-DĠTF Nru 9939/2018 tat-28.6.2018]

7.00 %

L-ewwel nofs tal-2019

Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.00 %

Operazzjonijiet oħra

[L-Avviż tad-DĠTF Nru /2019 tat-2.1.2019]

7.00 %

It-tieni nofs tal-2019

Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.00 %

Operazzjonijiet oħra

[L-Avviż tad-DĠTF Nru 11571/2019]

7.00 %

L-ewwel nofs tal-2020

Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.00 %

Operazzjonijiet oħra

[L-Avviż tad-DĠTF Nru 1568/2020]

7.00 %

It-tieni nofs tal-2020

Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.00 %

Operazzjonijiet oħra

[L-Avviż tad-DĠTF Nru 1568/2020]

7.00 %

L-ewwel nofs tal-2021

Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.00 %

Operazzjonijiet oħra

[L-Avviż tad-DĠTF Nru 1568/2021]

7.00 %

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Informazzjoni addizzjonali dwar kif tiġi kkalkolata r-rata tal-imgħax statutorja tinstab fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għat-Teżor u l-Finanzi tal-Ministeru għall-Ġustizzja.

http://www.dgtf.pt/avisos-e-circulares/taxas-de-juros-moratorios

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

L-aċċess online għas-sit web imsemmi fit-tweġiba għad-domanda 3 huwa mingħajr ħlas.

Leġiżlazzjoni rilevanti

Il-Kodiċi Ċivili https://www.pgdlisboa.pt/leis/lei_mostra_articulado.php?nid=775&tabela=leis

Il-Kodiċi Kummerċjali https://www.igf.gov.pt/leggeraldocs/CODIGO_COMERCIAL_LIVRO_1.htm

L-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 291/2003 https://dre.pt/pesquisa/-/search/223663/details/maximized

 

Twissija

L-informazzjoni li tinsab f’din l-iskeda informattiva hija ta’ natura ġenerali u mhijiex eżawrenti. Mhijiex vinkolanti fuq il-punt ta’ kuntatt, in-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali, il-qrati u kull persuna oħra. Mhijiex intiża li tissostitwixxi konsultazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli fis-seħħ.

L-aħħar aġġornament: 20/08/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.