Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Rati tal-imgħax

Polonja
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Skont l-Artikolu 359(1) tal-Att tat-23 ta' April 1964 - Il-Kodiċi Ċivili [Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) tal-2014, kif emendat, minn hawn 'il quddiem: il-"KĊ"], l-imgħax fuq somma ta' flus tkun dovuta biss jekk tirriżulta minn tranżazzjoni legali jew liġi statutorja, deċiżjoni tal-qorti jew deċiżjoni ta' awtorità kompetenti oħra. Jekk il-livell tal-imgħax ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-imgħax statutorju jkun dovut b'rata li tikkorispondi għas-somma tar-rata referenzjali tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja miżjuda bi 3,5 punti perċentwali.

Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-arretrati, skont l-Artikolu 481(2) tal-KĊ, jekk ir-rata tal-imgħax fuq l-arretrati ma tkunx ġiet speċifikata, l-imgħax statutorju fuq l-arretrati jkun dovut bir-rata li tikkorispondi għas-somma tar-rata referenzjali tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja miżjuda b'5,5 punti perċentwali. Madankollu, jekk ir-riċevibbli jagħti interessi b'rata ogħla, il-kreditur jista' jitlob l-interessi fuq l-arretrati b'dik ir-rata ogħla.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Skont l-Artikolu 359(2) tal-KĊ, l-imgħax statutorju huwa stabbilit b'rata li tikkorrispondi għas-somma tar-rata referenzjali tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja miżjuda bi 3,5 punti perċentwali. Il-Ministeru tal-Ġustizzja jħabbar il-livell ta' mgħax statutorju permezz ta' avviż fil-Gazzetta Uffiċjali Pollakka (Monitor Polski). Attwalment, skont l-Avviż tal-Ministeru tal-Ġustizzja tas-7 ta' Jannar 2016, mill-1 ta' Jannar 2016 il-livell ta' mgħax statutorju huwa ta' ħamsa fil-mija (5 %) kull sena, u l-livell tal-imgħax statutorju fuq l-arretrati huwa ta' sebgħa fil-mija (7 %) kull sena.

L-imgħax fi tranżazzjonijiet kummerċjali, minn naħa, huwa rregolat permezz tal-Att tat-8 ta' Marzu 2013 dwar it-termini tal-ħlas fi tranżazzjonijiet kummerċjali (Ġurnal ta' Liġijiet tal-2013, numru 403, kif emendat), u l-livell tal-imgħax huwa dejjem stabbilit f'avviż maħruġ mill-Ministeru tal-Iżvilupp. Attwalment, skont l-Avviż tas-7 ta' Jannar 2016, mill-1 ta' Jannar 2016 sat-30 ta' Ġunju 2016, il-livell ta' mgħax statutorju għad-dewmien fi tranżazzjonijiet kummerċjali huwa ta' disgħa u nofs fil-mija (9,50 %) kull sena.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Għal dettalji dwar il-livelli attwali ta' rati tal-imgħax tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja, inkluża r-rata referenzjali, ara s-sit web tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja (BNP) fuq: http://www.nbp.pl/home.aspx?f=/dzienne/stopy.htm

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

L-avviżi maħruġa mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Ministeru tal-Iżvilupp fuq il-livell ta' mgħax statutorju (għal tranżazzjonijiet kummerċjali) huma disponibbli fuq is-sit web taċ-Ċentru ta' Leġiżlazzjoni tal-Gvern (Rządowe Centrum Legislacji RCL): http://www.monitorpolski.gov.pl/Wyszukiwanie/tabid/114/Title/odsetki/Default.aspx

L-aħħar aġġornament: 22/01/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.