Rati tal-imgħax

Malta
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Skont il-liġi Maltija, wieħed ma jarax li t-terminu “mgħax statutorju” iżda t-terminu użat minflok l-imgħax statutorju huwa dak ta’ “mgħax legali għal ħlas tardiv”. Din il-frażi tinstab fil-Kodiċi Kummerċjali ta' Malta li hija definita bħala “mgħax sempliċi għal ħlas tard b’rata li hija ekwivalenti għas-somma tar-rata ta’ referenza u mill-inqas tmienja fil-mija (8%)”.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Il-liġi Maltija tipprovdi biss għal rata tal-imgħax waħda u din hi ta’ tmienja fil-mija (8%). Il-bażi legali għal din ir-rata hija l-kodiċi kummerċjali, il-Kapitolu 13 tal-Liġijiet ta’ Malta, speċifikament skont it-Titolu II, is-sottotitlu IA tal-imsemmi kodiċi.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Il-kreditur huwa intitolat għal imgħax għall-ħlas tard mill-għada tad-data jew it-tmiem tal-perjodu għall-ħlas stabbilit fil-kuntratt. Madanakollu, fejn id-data jew il-perjodu għall-ħlas ma jkunux stabbiliti fil-kuntratt, il-kreditur huwa intitolat għall-imgħax għall-ħlas tard malli jiskadi kwalunkwe wieħed minn dawn il-limiti ta’ żmien:

  • tletin jum kalendarji wara d-data tal-wasla tal-fattura għand id-debitur;
  • tletin jum kalendarju wara d-data meta d-debitur jirċievi l-prodotti jew is-servizzi, fejn id-data meta tasal il-fattura mhijiex ċerta;
  • tletin jum kalendarju wara d-data meta d-debitur jirċievi l-prodotti jew is-servizzi, meta d-debitur jirċievi l-fattura qabel l-oġġetti jew servizzi;
  • tletin jum kalendarju wara d-data meta skont il-liġi kif miftiehem jew fil-kuntratt il-prodott irid jiġi aċċertat jew verifikat, u d-debitur jirċievi l-fattura qabel jew fid-data li fiha dik l-aċċettazzjoni jew verifika sseħħ.

Ir-rata ta’ referenza applikabbli għall-ewwel semestru tas-sena kkonċernata għandha tkun ir-rata fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar ta’ dik is-sena u t-tieni semestru tas-sena kkonċernata għandha tkun ir-rata fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju ta’ dik is-sena.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Il-Kodiċi tal-Kummerċ ta' Malta, il-Kapitolu 13 tal-Liġijiet ta' Malta huwa disponibbli bla ħlas onlajn.

L-aħħar aġġornament: 22/03/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna