Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Rati tal-imgħax

Estonja
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Skont l-Artikolu 113 tal-Att dwar l-Obbligazzjonijiet, meta t-twettiq ta' obbligu monetarju jiġi mdewwem, il-kreditur jista' jitlob lid-debitur sabiex iħallas l-imgħax fuq l-arretrati (penali għal ħlas tardiv) għall-perjodu miż-żmien li l-obbligu jkun dovut sakemm l-obbligu jiġi debitament issodisfat.

Meta r-rata tal-imgħax fuq l-arretrati ma tkunx ġiet miftiehma b'mod kuntrattwali, il-kreditur jista' jitlob l-imgħax fuq l-ammont speċifikat mil-liġi. Skont l-Artikolu 113(1) tal-Att dwar l-Obbligazzjonijiet, ir-rata tal-imgħax statutorju hija dik speċifikata fl-Artikolu 94 tal-Att miżjuda bi tmienja (8) fil-mija għal kull sena. Skont l-Artikolu 94(1) tal-Att, ir-rata tal-imgħax tiġi applikata fuq bażi ta' nofs sena u hija ugwali għar-rata tal-imgħax l-iktar reċenti applikabbli għall-operazzjonijiet ta' rifinanzjament prinċipali tal-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-1 ta' Jannar jew l-1 ta' Lulju ta' kull sena.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Ir-rata tal-imgħax prevista fl-Artikolu 94 tal-Att dwar l-Obbligazzjonijiet hija ppubblikata darbtejn fis-sena minn Eesti Pank (il-Bank tal-Estonja) fuq is-sit web tiegħu u fil-pubblikazzjoni uffiċjali Ametlikud Teadaanded. Fl-ikkalkolar tal-ammont tal-imgħax statutorju, tmienja (8) fil-mija jiġi miżjud ma' din ir-rata f'konformità mal-Artikolu 113(1) ta' dan l-Att.

Għat-tieni nofs tal-2015, ir-rata prevista fl-Artikolu 94 kienet ta' 0,05 % u r-rata tal-imgħax statutorju kienet għalhekk 0,05 %+8 %=8,05 %.

Rati varji ta' mgħax statutorju mhumiex previsti fl-Estonja. L-Artikolu 113 tal-Att dwar l-Obbligazzjonijiet huwa applikat uniformement għal kull dewmien fit-twettiq ta' obbligu monetarju.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Informazzjoni ulterjuri dwar kif jiġi kkalkolat l-imgħax statutorju huwa disponibbli bl-Estonjan, pereżempju, fuq is-sit web Tarbijaveeb tal-konsumatur u s-sit web Jurist Aitab tal-għajnuna legali.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

L-Att dwar l-Obbligazzjonijiet huwa ppubblikat fuq is-sit web tal-Gazzetta tal-Gvern u t-traduzzjoni għall-Ingliż hija disponibbli hawnhekk.

L-informazzjoni dwar ir-rata tal-imgħax l-aktar reċenti tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar l-operazzjonijiet ta' rifinanzjament prinċipali hija disponibbli fuq is-sit web tal-Bank tal-Estonja.

L-aħħar aġġornament: 19/02/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna