Rati tal-imgħax

Ċipru
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Il-liġi nazzjonali ta’ Ċipru ma tipprevedi ebda "rata tal-imgħax statutorja". Madankollu, meta titressaq azzjoni quddiem qorti, l-imħallef għandu s-setgħa li jordna li l-imgħax statutorju jitħallas b’rata definita minn qabel, mid-data tar-reġistrazzjoni tal-azzjoni sad-data tal-għoti tas-sentenza jekk il-leġiżlazzjoni rilevanti ma tkun ipprevediet ebda pagament tal-imgħax jew meta, fir-rigward tal-azzjonijiet imressqa għal ksur ta’ kuntratt jew ta’ ftehim, l-imsemmi kuntratt jew ftehim ma jinkludi ebda dispożizzjoni espliċita li tispeċifika r-rata tal-imgħax.

Bħalissa, ir-rata ġiet stabbilita għal 2 % permezz ta’ ordni speċjali tal-Ministru għall-Finanzi, li għandu s-setgħa li jaġġustaha.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Jekk jogħġbok ara t-tweġiba għall-mistoqsija 1. Ir-rata tal-imgħax fis-seħħ bħalissa hija ta’ 2 %.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Mhux applikabbli. Jekk jogħġbok ara t-tweġiba għall-mistoqsija 1.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Mhux applikabbli. Jekk jogħġbok ara t-tweġiba għall-mistoqsija 1.

L-aħħar aġġornament: 19/02/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.