Sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali - Ir-Regolament Brussell I

Rumanija

Il-kontenut ipprovdut minn
Rumanija

L-Anness I – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 4(2)

Ir-regoli nazzjonali dwar il-ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 3(2) u 4(2) tar-Regolament huma dawn li ġejjin:

fir-Rumanija: L-Artikoli 1066 sa 1082 taħt it-Titolu I “Il-ġuriżdizzjoni internazzjonali tal-qrati Rumeni” fil-Ktieb VII “Il-proċedura ċivili internazzjonali” tal-Liġi Nru 134/2010 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili

L-Anness II – Il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti li quddiemhom tista' titressaq l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 39

- fir-Rumanija, it-tribunal (tribunal) (l-Artikolu 1(1) tal-Artikolu I/2 tal-Liġi Nru 191/2007 li japprova l-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 119/2006 dwar il-miżuri meħtieġa biex jiġu implimentati ċerti Regolamenti Komunitarji mid-data tal-adeżjoni tar-Rumanija fl-UE, kif emendat; (l-Artikolu 95(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili)

L-Anness III – Il-qrati li quddiemhom jistgħu jitressqu l-appelli msemmija fl-Artikolu 43(2)

Fir-Rumanija, "qorti tal-appell" (Curtea de apel) (l-Artikolu 96(2) tal-Liġi Nru 134/2010 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

L-Anness IV- L-appelli li jistgħu jitressqu skont l-Artikolu 44

appell (l-Artikolu 97(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili)

L-aħħar aġġornament: 14/02/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.