Sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali - Ir-Regolament Brussell I

Portugall

Il-kontenut ipprovdut minn
Portugall

L-Anness I – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 4(2)

Is-segwenti huma applikabbli fil-Portugall:

- l-Artikolu 63(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Código de Processo Civil), li jipprovdi għall-qrati sabiex ikollhom ġurisdizzjoni ekstraterritorjali. Pereżempju, fi proċedimenti miġjuba kontra amministrazzjoni ċentrali ta’ kumpanija, il-qorti għall-erja fejn tinsab il-fergħa, aġenzija jew kumpanija sussidjarja, delegazzjoni jew rappreżentazzjoni (jekk din tinsab fil-Portugall) ikollha ġurisdizzjoni; u

- l-Artikolu 10 tal-Kodiċi dwar il-Proċedura tax-Xogħol (Código de Processo do Trabalho), li jipprovdi għall-qrati sabiex ikollhom ġurisdizzjoni ekstraterritorjali. Pereżempju, il-qorti għall-erja fejn ir-rikorrent huwa residenti jkollha ġurisdizzjoni fi proċedimenti miġjuba minn impjegat kontra l-impjegatur tiegħu fi kwistjonijiet relatati mal-kuntratt ta’ impjieg tiegħu.

L-Anness II – Il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti li quddiemhom tista' titressaq l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 39

Fil-Portugall: il-Qorti Distrettwali (Tribunal de Comarca).

L-Anness III – Il-qrati li quddiemhom jistgħu jitressqu l-appelli msemmija fl-Artikolu 43(2)

Fil-Portugall: il-Qorti tal-Appell (Tribunal de Relação).

L-Anness IV- L-appelli li jistgħu jitressqu skont l-Artikolu 44

Fil-Portugall: appell fuq punt ta’ liġi.

L-aħħar aġġornament: 07/04/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.