Legal aid

National information and online forms concerning Directive 2003/8/EC

General information

Council Directive 2003/8/EC of 27 January 2003 to improve access to justice in cross-border disputes by establishing minimum common rules relating to legal aid for such disputes seeks to promote the application of legal aid in cross-border disputes for persons who lack sufficient resources where aid is necessary to secure effective access to justice.

The Directive applies between all Member States of the European Union with the exception of Denmark. Between Denmark and certain Member States the European Agreement on the Transmission of Applications for Legal Aid of 1977 applies.

Transmitting authorities are competent to send applications. Receiving authorities are competent to receive applications.

The directive provides for two standard forms, one for legal aid applications and one for the transmission of legal aid applications.

The European e-Justice Portal provides you with information concerning the application of the Directive and a user-friendly tool for filling in the forms.

Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.

Related links

Commission Decision of 9 November 2004 establishing a form for legal aid applications under Council Directive 2003/8/EC to improve access to justice in cross-border disputes by establishing minimum common rules relating to legal aid for such disputes

Commission Decision of 26 August 2005 establishing a form for the transmission of legal aid applications under Council Directive 2003/8/EC

ARCHIVED European Judicial ATLAS website (closed on 30 September 2017)

Last update: 19/02/2019

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Għajnuna legali - Belġju

L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti

Is-Servizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja għandu ġuriżdizzjoni territorjali fir-Renju kollu.

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

Sew l-uffiċċji ta’ l-għajnuna legali u sew is-Servizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja jistgħu jirċievu applikazzjonijiet bil-posta.

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

Is-Servizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja jista’ jaċċetta applikazzjonijiet bl-Olandiż, il-Franċiż u l-Ġermaniż. Applikazzjonijiet f’lingwi oħra ma jkunux aċċettati.

L-aħħar aġġornament: 07/03/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Għajnuna legali - Bulgarija

L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

L-awtorità riċevitriċi u trażmettitriċi:

Il-Ministeru tal-Ġustizzja

Id-Diretorat tal-Kooperazzjoni Ġuridika Internazzjonali u l-Affarijiet Ewropej

L-Unità tal-Kooperazzjoni f'Materji Ċivili

Indirizz amministrattiv: Ul. Slavyanska No 1

Kodiċi postali: 1040

Belt/muniċipalità: Sofija

Telefown: (+359-2) 92 37 544;

92 37 576

Indirizz elettroniku: civil@justice.government.bg

L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti

L-awtoritajiet riċevituri u trażmettituri għandhom ġuriżdizzjoni fuq it-territorju kollu tal-Bulgarija.

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

Talbiet għal għajnuna legali jridu jintbagħtu lill-Ministeru tal-Ġustizzja bil-posta jew jiġu ppreżentati direttament fir-reġistru tal-Ministeru.

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

It-talbiet u d-dokumenti ta' akkumpanjament iridu jkunu mfassla bil-Bulgaru jew tradotti għall-Bulgaru.

L-aħħar aġġornament: 04/02/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Għajnuna legali - Repubblika Ċeka

Liġi nazzjonaliPDF(927 Kb)cs

L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti

Żona ġeografika tal-ġurisdizzjoni tagħha: ir-Repubblika Ċeka

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

Mezzi ta’ komunikazzjoni: min għandu l-liċenzja postali u fax.

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

Il-lingwi li jistgħu jintużaw biex timtela applikazzjoni: Iċ-Ċek, l-Ingliż

Artiklu 14 paragrafu 3: Ir-Repubblika Ċeka tilqa’ ukoll l-applikazzjonijiet għall-għajnuna legali li jkunu mtlew bl-Ingliż.

L-aħħar aġġornament: 06/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Għajnuna legali - Ġermanja

Il-Leġiżlazzjoni NazzjonaliPDF(79 Kb)de

L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

Il-qorti li għandha ġurisdizzjoni għat-talbiet ħerġin hija l-qorti lokali (Amtsgericht) tad-distrett li fih ir-rikorrent ikollu d-domiċilju (Wohnsitz) jew ir-residenza abitwali tiegħu (gewöhnlicher Aufenthalt). Il-gvernijiet tal-Landen jistgħu joħorġu ordnijiet (Rechtsverordnungen) li jagħtu lil qorti lokali waħda l-funzjoni ta’ qorti mitluba għad-distretti ta’ diversi qrati lokali. Fin-Nordrhein-Westfalen, il-qrati lokali li għandhom is-sede tagħhom fl-istess post bħall-qorti reġjonali (Landgericht) għandhom ġurisdizzjoni biex jirċievu u jittrasmettu r-rikorsi għall-assistenza transfruntiera fir-rigward tat-tariffi tal-qorti (Prozesskostenhilfe) imressqa minn persuni fiżiċi, u biex jittrasmettu rikorsi għall-assistenza transfruntiera fir-rigward tal-konsulenza ġuridika (Beratungshilfe).

F’konformità mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 21(1) tal-Att dwar il-Manteniment minn Barra l-Pajjiż (Auslandsunterhaltgesetz - AUG), l-awtorità ta’ trasmissjoni għat-talbiet transfruntiera għall-assistenza fir-rigward tat-tariffi tal-qorti fi pretensjonijiet għal manteniment hija l-qorti lokali għad-distrett tas-sede tal-qorti reġjonali superjuri (Oberlandesgericht) li r-rikorrent ikollu r-residenza abitwali tiegħu fil-ġurisdizzjoni tagħha.

L-indirizz li jingħata għandu jkun l-indirizz postali speċjali għall-konsumaturi fuq skala kbira (il-Großkundenadresse, li jikkonsisti minn kodiċi postali u lokalità), jekk ikun disponibbli, u jekk ma jkunx — jew inkella flimkien miegħu — l-indirizz tal-kaxxa postali(Postfachadresse). Għall-posta ta’ ittri għandu jintuża l-indirizz postali speċjali għall-konsumaturi fuq skala kbira u fin-nuqqas tiegħu għandu jintuża l-indirizz tal-kaxxa postali. Għal oġġetti u pakketti b’servizz ta’ kunsinna express (inklużi pakketti żgħar) għandu jintuża biss l-indirizz komplut bl-isem tat-triq.

Ir-rikorsi li jaslu għall-assistenza fir-rigward tal-ispejjeż tal-qorti huma trattati mill-qorti li tkun qed tisma’ l-kawża jew li tkun qed teżegwixxi d-deċiżjonijiet.

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

Huma disponibbli l-mezzi ta’ komunikazzjoni li ġejjin:

Jiġu riċevuti u mibgħuta: posta, inklużi servizzi ta’ kurjer privat, faks.

Għall-komunikazzjoni informali: It-telefon u l-posta elettronika (fejn indikat).

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

Il-Ġermaniż

L-aħħar aġġornament: 17/07/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Għajnuna legali - Estonja

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE ġiet trasposta fil-liġi Estonjana bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar l-Għajnuna Legali mill-Istat, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2005.

L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti

Il-kundizzjonijiet għas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għall-għajnuna legali mill-Istat huma stabbiliti fit-Taqsima 10 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar l-Għajnuna Legali mill-Istat.

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet għal għajnuna legali mill-Istat għandhom jiġu ppreżentati lill-qorti tal-kontea kompetenti bil-miktub. Il-formola ta 'applikazzjoni hija disponibbli fuq il-websajt tal-Ministeru tal-Ġustizzja u f'kull qorti u ditta legali.

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

L-applikazzjonijiet għall-għajnuna legali mill-Istat għandhom jiġu ppreżentati bl-Estonjan. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati wkoll bl-Ingliż jekk issir l-applikazzjoni għall-għajnuna legali minn persuna fiżika li tirrisjedi fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew minn ċittadin jew persuna ġuridika ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea. L-applikazzjonijiet ippreżentati lill-qorti b'kull lingwa oħra jiġu mibgħuta lura lill-applikant.

L-aħħar aġġornament: 15/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Għajnuna legali - Irlanda

Il-Leġiżlazzjoni NazzjonaliPDF(60 Kb)en

L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

L-isem u l-indirizz ta’ l-awtorità li tirċievi u li tibgħat huma:

The Legal Aid Board

Legal Services Support Unit

Quay Street

Cahirciveen

Co Kerry

Irland

L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti

Iż-żona ġeografika li fiha l-Bord għandu ġurisdizzjoni hija: Irlanda.

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

Il-mezzi li bihom jistgħu jintbagħtu l-applikazzjonijiet: bil-posta.

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

Il-lingwa li tista’ tintuża għall-mili ta’ l-applikazzjonijiet: l-Ingliż.

Il-lingwa uffiċjali ta’ l-istituzzjonijiet tal-Komunità li mhijiex dik tal-pajjiż u li tiġi aċċettata hija: il-Franċiż.

L-aħħar aġġornament: 11/07/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Għajnuna legali - Greċja

Liġi nazzjonaliPDF(183 Kb)el

L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

Il-Ministeru Grieg tal-Ġustizzja, it-Τrasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem
Υπουργείο Δικαιοσύνης, Διαφάνειας και Ανθρωπίνων Δικαιωμάτων

Id-Dipartiment għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali fi Kwistjonijiet Ċivili u Kriminali

Tμήμα Διεθνούς Δικαστικής Συνεργασίας σε Αστικές και Ποινικές Υποθέσεις
96 Mesogion Av.
11527 Ateni, il-Greċja

Τelefown: (0030) 210 7767529, (0030) 210 7767322, (0030) 210 7767312
Faks: (0030) 210 7767499
Posta elettronika: civilunit@justice.gov.gr, gkouvelas@justice.gov.gr, mntolia@justice.gov.gr, kpapanikolaou@justice.gov.gr

L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti

L-awtorità kompetenti ta' hawn fuq għandha l-ġurisdizzjoni fil-Greċja.

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

It-talbiet jiġu rċevuti bil-posta. F'każijiet urġenti, jistgħu jiġu rċevuti permezz ta’ faks jew posta elettronika, sakemm tasal it-talba oriġinali bil-posta.

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

It-talbiet jistgħu jimtlew bil-Grieg jew bl-Ingliż.

L-aħħar aġġornament: 24/02/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Għajnuna legali - Spanja

Liġi nazzjonaliPDF(80 Kb)es

L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti

Mhux applikabbli

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

Mezzi ta' komunikazzjoni: bil-posta jew bil-preżenza personali biss.

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

Il-lingwa li tista' tintuża għall-mili ta' l-applikazzjoni hija dik Spanjola iżda, madankollu, 'il quddiem, lingwa uffiċjali oħra użata mill-Komunità tista' tkun innotifikata lill-Kummissjoni.

L-aħħar aġġornament: 12/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Għajnuna legali - Franza

It-testi dwar id-dritt nazzjonali tal-għajnuna ġudizzjarja huma Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Liġi 91-647 u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidad-Digriet 91-1266.

L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

Il-Ministeru tal-Ġustizzja, id-Dipartiment għall-Aċċess għal-Liġi u l-Ġustizzja u l-Appoġġ għall-Vittmi, l-Uffiċċju tal-Assistenza Legali

Indirizz tal-uffiċċju: 13 Place Vendôme; 75042 Paris CEDEX 01; France

Telefown: +33 1 70 22 71 86

Indirizz tal-posta elettronika: baj.sadjav-sg@justice.gouv.fr

L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti

Iż-żoni ġeografiċi fil-kompetenza tagħha huma Franza metropolitana, id-dipartimenti ‘l barra minn Franza (Guadeloupe, Martinique, il-Guyana u La Réunion) u Saint-Pierre u Miquelon.

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

Bil-posta, fl-indirizz:

Ministère de la justice, Service de l'Accès au Droit et à la Justice et de l'Aide aux Victimes, Bureau de l'aide juridictionnelle

13, place Vendôme

75042 Paris CEDEX 01

France

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

L-applikazzjonijiet iridu jimtlew bil-lingwa Franċiża.

L-aħħar aġġornament: 19/02/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Għajnuna legali - il-Kroazja

L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

L-awtorità kompetenti li tibgħat u tirċievi l-applikazzjonijiet fir-Repubblika tal-Kroazja hija:

il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Kroazja (Ministarstvo pravosuđa Republike Hrvatske)

Ulica grada Vukovara 49

tel.: +385 1 371 40 00

faks: +385 1 371 45 07

websajt: http://www.mprh.hr

L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Kroazja huwa l-awtorità kompetenti għar-Repubblika tal-Kroazja kollha kemm hi.

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet huma aċċettati bil-posta fir-Repubblika tal-Kroazja.

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

Jekk parti domiċiljata jew residenti fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea tfittex l-għajnuna legali fi kwistjoni transfruntiera quddiem qorti fir-Repubblika tal-Kroazja, il-formoli u d-dokumenti relevanti għandhom jiġu ppreżentati tradotti fil-Kroat. Jekk parti domiċiljata jew residenti fir-Repubblika tal-Kroazja tfittex għajnuna legali fi kwistjoni transfruntiera quddiem qorti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, l-formola ta’ applikazzjoni u d-dokumenti li jakkumpanjawha se jiġu tradotti mill-Ministeru tal-Ġustizzja fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru relevanti tal-Unjoni Ewropea u tal-awtorità kompetenti li tirċievi.

L-aħħar aġġornament: 20/03/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Għajnuna legali - Italja

L-għajnuna legali hija regolata bid-Digriet Presidenzjali (DPR) Nru 155 tat-30 ta’ Mejju 2002 (test konsolidat ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi dwar miżati tal-qorti), li d-dispożizzjonijiet rilevanti tiegħu huma annessiPDF(256 Kb)it.

L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

MINISTERO DELLA GIUSTIZIA

Dipartimento per gli Affari di Giustizia

Direzione Generale della Giustizia Civile

Ufficio I - affari civili internazionali - (ex Ufficio II)

Via Arenula nº 70

00186 - ROMA

Tel.: +39 06 68852633 -2517 – 2480

Faks: +39 06 68897529

Posta elettronika: ufficio2.dgcivile.dag@giustizia.it

L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti

Responsabbli biss fl-Italja

MINISTERO DELLA GIUSTIZIA

Dipartimento per gli Affari di Giustizia

Direzione Generale della Giustizia Civile

Ufficio I - affari civili internazionali - (ex Ufficio II)

Via Arenula nº 70

00186 - ROMA

Tel.: +39 06 68852633 -2517 – 2480

Faks: +39 06 68897529

Posta elettronika: ufficio2.dgcivile.dag@giustizia.it

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

Hemm tliet modi possibbli biex issir komunikazzjoni mal-istituzzjonijiet ikkonċernati:

(1) posta elettronika:     Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaufficio2.dggc.dag@giustizia.it

(2) ittra rreġistrata fuq dan l-indirizz:

MINISTERO DELLA GIUSTIZIA

Dipartimento per gli Affari di Giustizia

Direzione Generale della Giustizia Civile

Ufficio I – affari civili internazionali - (ex Ufficio II)

Via Arenula nº 70

00186 - Rome - Italy

(3) faks fuq 06 68897529

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

Taljan, Ingliż, Franċiż

L-aħħar aġġornament: 04/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Għajnuna legali - Ċipru

Liġi nazzjonaliPDF(73 Kb)el

L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

L-awtorità kompetenti biex tittrażmetti r-rikorsi magħmula minn persuni b’domiċilju jew b’residenza abitwali f’Ċipru hija l-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Ordni Pubbliku.

L-awtorità kompetenti biex tirċievi r-rikorsi magħmula minn persuni b’domiċilju jew b’residenza abitwali fi Stat Membru ieħor li mhuwiex Ċipru hija l-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Ordni Pubbliku.

Indirizz: Ministry of Justice and Public Order

125 Athalassas Avenue, 1461 Nicosia

Tel.: +357 22805950

Faks: +357 22518356

Email: registry@mjpo.gov.cy

L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti

It-territorju kollu kemm hu tar-Repubblika ta’ Ċipru.

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

Bil-posta, email jew faks

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

Grieg u Ingliż

L-aħħar aġġornament: 18/04/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Għajnuna legali - Latvja

Il-Leġiżlazzjoni NazzjonaliPDF(152 Kb)lv

L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti

Iż-żona ġeografika ta' ġurisdizzjoni tal-awtorità li tibgħat u tirċievi – l-Amministrazzjoni tal-Għajnuna Legali – hi r-Repubblika tal-Latvja

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

Applikazzjonijiet li jitolbu lill-awtorità kompetenti biex tiddeċiedi jekk tagħtix għajnuna legali jistgħu jinbagħtu bil-posta jew jittieħdu personalment lill-Amministrazzjoni tal-Għajnuna Legali.

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

Il-formoli ta’ l-applikazzjoni jistgħu jimtlew bil-Latvjan.

L-aħħar aġġornament: 05/06/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Għajnuna legali - Litwanja

Il-Leġiżlazzjoni NazzjonaliPDF(1016 Kb)lt

L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja, bħala l-istituzzjoni kompetenti biex tittrażmetti u tilqa’ t-talbiet, jeżerċita l-kompetenza tiegħu fit-territorju kollu tar-Repubblika tal-Litwanja.

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

Jistgħu jintużaw il-mezzi kollha (posta, feks, mezzi elettroniċi ta‘ komunikazzjoni).

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

Nixtiequ niġbdu l-attenzjoni li t-talbiet għall-għajnuna legali u d-dokumenti li jippruvaw id-dritt tal-parti interessata li tibbenefika mill-għajnuna legali, u li jiġu trażmessi lill-istituzzjoni li tilqagħhom, għandhom ikunu tradotti bil-Litwan jew bl-Ingliż.

L-aħħar aġġornament: 19/07/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Għajnuna legali - Lussemburgu

Liġi nazzjonaliPDF(2031 Kb)fr

L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

Ministère de la Justice

Indirizz Amministrattiv: 13, rue Erasme; L-1468 Luxembourg-Kirchberg

L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti

Mhux applikabbli

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

It-talbiet għall-għajnuna ġudizzjarja jiġu rċevuti bil-posta fl-indirizz postali tal-Ministeru tal-Ġustizzja, L-2934 Luxembourg. F’każijiet urġenti, jekk ikun meħtieġ trattament mgħaġġel, tista’ tintbagħat talba għall-għajnuna ġudizzjarja permezz ta’ fax fin-numri li ġejjin:

  • (352) 22 52 96 jew
  • (352) 26 68 48 61

Jekk it-talba tintbagħat bil-fax, l-oriġinal tat-talba għall-għajnuna ġudizzjarja għandu jintbagħat ukoll bil-posta fl-iqsar żmien possibbli.

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

Talba għall-għajnuna ġudizzjarja li ssir lil-Lussemburgu għandha tintbagħat f’waħda mil-lingwi amministrattivi li hemm fis-seħħ, jiġifieri:

  • fil-lingwa Lussemburgiża; jew
  • fil-lingwa Franċiża; jew
  • fil-lingwa Ġermaniża.
L-aħħar aġġornament: 20/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Għajnuna legali - Malta

Id-Direttiva ġiet trasposta permezz ta’ Avviż Legali (Ordni ta’ l-2005 dwar Emenda fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura ĊiviliPDF(49 Kb)mt)

L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti

Il-ġuriżdizzjoni tkopri sew il-Gżira ta’ Malta kif ukoll il-Gżira ta’ Għawdex

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

Wieħed jista’ jikkomunika permezz ta’:

- Feks (Numru tal-feks 00356 25902859) jew

- Bil-posta f’dan l-indirizz:

Ir-Reġistratur tal-Qorti Ċivili
Il-Qorti,
Triq ir-Repubblika,
Il-Belt Valletta,
Malta.

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

Il-lingwi li jistgħu jintużaw biex timtela’ l-applikazzjoni huma l-Malti u l-Ingliż

L-aħħar aġġornament: 11/07/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Għajnuna legali - Olanda

L-Olanda implimentat id-Direttiva tal-KE fl-Att dwar l-Għajnuna Legali li diġà jeżisti. Dan sar bl-Att tad-19 ta’ Frar, 2005 (Stb. 2005,90), li daħal fis-seħħ fit-2 ta’ Marzu, 2005. Minn dakinhar, żewġ artikoli ġodda 23a – 23k jipprovdu għal għajnuna legali f’każijiet Ewropej li fihom il-partijiet huma minn pajjiżi differenti. Naturalment dan diġà kien jista’ jsir aktar qabel, mill-mument li fih id-Direttiva kellha tibda’ tiġi implimentata fis-sistema legali Olandiża: it-30 ta’ Novembru, 2004. (IngliżPDF(28 Kb)en) (OlandiżPDF(211 Kb)nl)

L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti

F’każijiet li jkunu biss bejn Olandiżi, dan il-Kunsill għandu ġuriżdizzjoni biss fil-parti tal-Punent ta' l-Olanda. Iżda f’każijiet li jinvolvu partijiet f’pajjiżi oħra (“Ewropej”), il-Kunsill ta’ The Hague għandu ġuriżdizzjoni ċentrali għall-pajjiż kollu.

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu bil-feks jew bil-posta normali. Il-Kunsill ta’ The Hague jaċċetta mhux biss applikazzjonijiet li jaslu bl-email (li ħafna drabi ma jkunux kompluti).

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

Il-lingwi li fihom tista' ssir l-applikazzjoni huma l-Olandiż u l-Ingliż. Iżda wkoll dawk li jsiru bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż.

L-aħħar aġġornament: 21/09/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Għajnuna legali - Awstrija

Il-Leġiżlazzjoni NazzjonaliPDF(192 Kb)de

L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

Il-mezzi ta’ komunikazzjoni li għandhom dawn l-awtoritajiet biex jilqgħu it-talbiet:

Posta u Fax.

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

Il-lingwi li bihom tista’ timtela l-formula:

Bil-Ġermaniż jew bl-Ingliż.

L-aħħar aġġornament: 24/07/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Għajnuna legali - Polonja

Il-Leġiżlazzjoni NazzjonaliPDF(64 Kb)pl

L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

L-awtoritajiet li jittrasferixxu huma l-qrati reġjonali (sądy okręgowe).

L-awtoritajiet riċeventi:

Il-Ministeru tal-Ġustizzja
Id-Dipartiment tal-Kooperazzjoni Internazzjonali u d-Drittijiet tal-Bniedem

Al. Ujazdowskie 11

00-950 Warsaw

Tel./Faks: +48 22 23-90-870 +48 22 628 09 49

Posta elettronika: dwmpc@ms.gov.pl

Il-qrati distrettwali (sądy rejonowe) u l-qrati reġjonali huma wkoll awtoritajiet riċeventi.

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti

Ġurisdizzjoni territorjali tal-awtoritajiet li jittrasferixxu:

L-applikazzjonijiet għal għajnuna legali li għandhom ikunu trasferiti lil Stat Membru ieħor iridu jiġu sottomessi lill-qorti reġjonali b’ġurisdizzjoni fuq id-domiċilju jew ir-residenza abitwali tal-applikant.

Ġurisdizzjoni territorjali tal-awtoritajiet riċeventi:

Skont l-Artikolu 8(1) tal-Att tas-17 ta’ Diċembru 2004 dwar id-dritt għall-għajnuna legali fi proċedimenti ċivili fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (il-Ġurnal tal-Liġijiet 2005 Nru 10, punt 67), l-applikazzjonijiet għall-għajnuna legali jistgħu jitressqu direttament quddiem il-qorti kompetenti biex tifli l-applikazzjoni (jiġifieri, l-qorti li fiha nbdew jew ikunu se jinbdew il-proċedimenti dwar il-mertu), jew, jekk l-applikazzjoni tkun għall-għajnuna legali fi proċedimenti ta’ eżekuzzjoni, quddiem il-qorti distrettwali b’ġurisdizzjoni fuq il-post tal-eżekuzzjoni.

Għall-applikazzjonijiet għal għajnuna legali kollha sottomessi lill-qrati tal-Polonja minn applikanti b’domiċilju jew b’residenza abitwali fi Stati Membri oħra tal-UE, l-awtorità riċeventi b’ġurisdizzjoni territorjali hija l-Ministeru tal-Ġustizzja.

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

Metodi ta’ lqugħ ta’ applikazzjonijiet.

L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu direttament lill-awtorità li tittrasferixxi jew permezz tal-posta.

L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu direttament lill-awtorità riċeventi jew permezz tal-posta.

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

Lingwi li jistgħu jintużaw biex timtela l-applikazzjoni

L-awtoritajiet li jittrasferixxu: L-applikazzjoni trid titfassal bil-Pollakk u b’lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet Komunitarji aċċettata mill-Istat Membru tal-UE li l-applikazzjoni għandha tkun trasferita lilu.

L-awtoritajiet riċeventi: L-applikazzjoni trid titfassal bil-Pollakk jew bl-Ingliż.

Lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet Komunitarji, li mhumiex il-Pollakk, aċċettati mill-awtoritajiet riċeventi Pollakki: L-Ingliż

L-aħħar aġġornament: 13/06/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Għajnuna legali - Portugall

Ikklikkja hawn għal kopja tal-Liġi Nru 34/2004PDF(240 Kb)pt tad-29 ta' Lulju 2004 u d-Digriet Amministrattiv Nru 71/2005PDF(240 Kb)pt tas-17 ta' Marzu 2005 (it-tnejn li huma bil-Portugiż).

L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru personalment jew jintbagħtu bil-faks jew bil-posta.

Huwa possibbli wkoll li tintbagħat applikazzjoni elettronikament billi timtela l-formola onlajn.

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

Persuni li huma residenti fi Stat Membru ieħor tal-UE imma li jkunu jixtiequ l-għajnuna legali f'każ fejn il-qrati Portugiżi għandhom ġuriżdizzjoni jistgħu jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom bil-Portugiż jew bl-Ingliż.

L-aħħar aġġornament: 29/12/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Għajnuna legali - Rumanija

- L-Artikoli 90 u 91 tal-Liġi Nru 134/2010 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili

- L-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 51/2008 dwar l-għajnuna legali pubblika, approvat b'emendi mill-Liġi Nru 193/2008, kif emendat

- L-Artikoli 42 sa 44 tal-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 80/2013 dwar it-taxxi tal-boll ġudizzjarji.

- Il-Liġi Nru 51/1995 dwar l-organizzazzjoni u l-eżerċizzju tal-professjoni legali, kif emendata

L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

L-awtorità trasmittenti Rumena hija

il-Ministeru tal-Ġustizzja, id-Direttorat għal-Liġi Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja (Ministerul Justiţiei, Direcţia Drept Internaţional şi Cooperare Judiciară)

Is-servizz għall-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali f'materji ċivili u kummerċjali (Serviciul Cooperare judiciară internaţională în materie civilă şi comercială)

Str. Apolodor 17, Sector 5, Bucharest 050741

Tel.: + 40372041077, Faks: + 40372041079, Faks: + 40372041084 Posta elettronika: ddit@just.ro

L-awtorità riċeventi Rumena tista’ tkun

jew il-Ministeru tal-Ġustizzja

Id-Direttorat għal-Liġi Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja

Is-servizz għall-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali f'materji ċivili u kummerċjali

Str. Apolodor 17, Sector 5, Bucharest 050741

Tel.: + 40372041077, Faks: + 40372041079, Faks: + +40372041084 Posta elettronika: ddit@just.ro

jew il-qorti Rumena bil-ġurisdizzjoni territorjali/materjali rilevanti

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu bil-posta.

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

L-applikazzjoni u d-dokumenti ta’ sostenn għandhom ikunu tradotti fir-Rumen u ppreżentati f’dik il-lingwa.

L-aħħar aġġornament: 22/02/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Għajnuna legali - Slovenja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaZakon o brezplačni pravni pomoči (Att dwar l-Għajnuna Legali bla Ħlas)

L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

L-awtorità riċeventi u trażmittenti fis-Slovenja hija:

Ministrstvo za pravosodje (il-Ministeru tal-Ġustizzja)

Župančičeva 3

SLO-1000 Ljubljana

Tel.: (+386) 1 369 53 42

Faks: (+386) 1 369 57 83

Posta elettronika: gp.mp@gov.si

L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti

Iż-żoni ġeografiċi li fihom għandu ġuriżdizzjoni:

Il-Ministeru tal-Ġustizzja għandu ġuriżdizzjoni għat-territorju tar-Repubblika tas-Slovenja.

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

Il-mezzi li bihom jista’ jirċievi applikazzjonijiet:

L-applikazzjonijiet għal għajnuna legali jridu jintbagħtu bil-posta.

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

Il-lingwi li jistgħu jintużaw biex timtela l-applikazzjoni: is-Sloven.

L-aħħar aġġornament: 04/07/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Għajnuna legali - Slovakkja

Regola nazzjonali: L-Att dwar l-Għajnuna Legali

L-Att Nru 327/2005PDF(328 Kb)sk dwar l-għoti ta' għajnuna legali, li permezz tiegħu r-Repubblika Slovakka ttrasponiet id-Direttiva dwar l-Għajnuna Legali, ilu fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2006.

L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati jew jintbagħtu lill-uffiċċju taċ-Ċentru tal-Għajnuna Legali li jaħdmu fil-post fejn jirrisjedu normalment jew temporanjament l-applikant.

L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti

It-territorju ġeografiku fejn ikollu l-ġuriżdizzjoni ċ-Ċentru ta' Għajnuna Legali: ir-Repubblika Slovakka.

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

Mezzi ta’ komunikazzjoni:

  • preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet personalment f'wieħed mill-uffiċċji taċ-Ċentru
  • trażmissjoni ta' applikazzjonijiet permezz ta' operatur postali lil wieħed mill-indirizzi ta' uffiċċju taċ-Ċentru

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

Il-lingwi li jistgħu jintużaw għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet: is-Slovakk.

L-aħħar aġġornament: 07/11/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Għajnuna legali - Finlandja

Liġi nazzjonaliPDF(659 Kb)en

L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti

Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Uffiċċju ta’ l-Għajnuna Legali huma kompetenti madwar il-Finlandja kollha.

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet jistgħu jitwasslu lill-awtorità riċevitriċi personalment jew jintbagħtu bil-posta, fax jew, taħt ċerti kondizzjonijiet, permezz ta’ l-e-mail (aktar informazzjoni tinsab f’Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.oikeus.fi/oikeusapu/fi/index.html)

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

L-awtorità li tirċievi taċċetta applikazzjonijiet bil-Finlandiż, Żvediż u Ingliż.

L-aħħar aġġornament: 04/11/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Għajnuna legali - Svezja

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE tas-27 ta’ Jannar 2003 biex ittejjeb l-aċċess għal ġustizzja f’tilwimiet bejn il-konfini billi tistabbilixxi regoli komuni minimi konnessi ma’ għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn.

Dan jikkostitwixxi komunikazzjoni skont l-Artikoli 14(4) u 21(1) tal-att legali ta’ hawn fuq.

L-att ġie traspost permezz tad-dispożizzjonijiet nazzjonaliPDF(1693 Kb)sv li ġejjin:

Ara t-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness 1 u t-test leġiżlattiv fl-Annessi 2 u 3. Id-dispożizzjonijiet daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2004.

Barra minn hekk, l-Iżvezja tissodisfa l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva permezz tad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Għajnuna Legali (rättshjälpslagen, 1996:1619, Anness 4) u l-Ordinanza dwar l-Għajnuna Legali (rättshjälpsförordningen, 1997:404, Anness 5); Il-Kapitolu 5 Taqsimiet 6 u 8, il-Kapitolu 33 Taqsima 9 u l-Kapitolu 36 Taqsima 24 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja (rättegångsbalken, Anness 6); it-Taqsimiet 26, 50 u 52 tal-Att dwar il-Proċedura Ġudizzjarja Amministrattiva (förvaltningsprocesslagen, 1971:291, Anness 7); it-Taqsima 8 tal-Att tal-Proċedura Amministrattiva (förvaltningslagen, 1986:223, Anness 8); u t-Taqsima 48 tal-Att dwar Kwistjonijiet tal-Qorti (lagen om domstolsärenden, 1996:242, Anness 9).

L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

- Il-Ministeru tal-Ġustizzja (Justitiedepartementet)

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

Il-Ministeru tal-Ġustizzja jista’ jaċċetta talba għall-għajnuna legali mressqa bil-posta, kurrier jew faks, jew, wara ftehim f'każ individwali, b'kull mezz miftiehem.

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

L-applikazzjoni tista’ ssir bl-Iżvediż jew bl-Ingliż (ara t-Taqsimiet 11c-d tal-Ordinanza dwar l-Għajnuna Legali).

L-aħħar aġġornament: 17/03/2017