Għajnuna legali

Svezja

Il-kontenut ipprovdut minn
Svezja

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE tas-27 ta’ Jannar 2003 biex ittejjeb l-aċċess għal ġustizzja f’tilwimiet bejn il-konfini billi tistabbilixxi regoli komuni minimi konnessi ma’ għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn.

Dan jikkostitwixxi komunikazzjoni skont l-Artikoli 14(4) u 21(1) tal-att legali ta’ hawn fuq.

L-att ġie traspost permezz tad-dispożizzjonijiet nazzjonali PDF (1693 Kb) sv li ġejjin:

Ara t-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness 1 u t-test leġiżlattiv fl-Annessi 2 u 3. Id-dispożizzjonijiet daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2004.

Barra minn hekk, l-Iżvezja tissodisfa l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva permezz tad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Għajnuna Legali (rättshjälpslagen, 1996:1619, Anness 4) u l-Ordinanza dwar l-Għajnuna Legali (rättshjälpsförordningen, 1997:404, Anness 5); Il-Kapitolu 5 Taqsimiet 6 u 8, il-Kapitolu 33 Taqsima 9 u l-Kapitolu 36 Taqsima 24 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja (rättegångsbalken, Anness 6); it-Taqsimiet 26, 50 u 52 tal-Att dwar il-Proċedura Ġudizzjarja Amministrattiva (förvaltningsprocesslagen, 1971:291, Anness 7); it-Taqsima 8 tal-Att tal-Proċedura Amministrattiva (förvaltningslagen, 1986:223, Anness 8); u t-Taqsima 48 tal-Att dwar Kwistjonijiet tal-Qorti (lagen om domstolsärenden, 1996:242, Anness 9).


L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Isvediż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

- Il-Ministeru tal-Ġustizzja (Justitiedepartementet)

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

Il-Ministeru tal-Ġustizzja jista’ jaċċetta talba għall-għajnuna legali mressqa bil-posta, kurrier jew faks, jew, wara ftehim f'każ individwali, b'kull mezz miftiehem.

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

L-applikazzjoni tista’ ssir bl-Iżvediż jew bl-Ingliż (ara t-Taqsimiet 11c-d tal-Ordinanza dwar l-Għajnuna Legali).

L-aħħar aġġornament: 24/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.