Għajnuna legali

Informazzjoni nazzjonali u formoli online rigward id-Direttiva 2003/8/KE

Informazzjoni ġenerali

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE tas-27 ta' Jannar 2003 biex jittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja f'tilwimiet transnazzjonali billi jiġu stabbiliti regoli komuni minimi dwar l-għajnuna legali għal dawn it-tilwimiet għandha l-għan li tippromwovi l-għoti ta' għajnuna legali f'tilwimiet transkonfinali għal persuni li ma jkollhomx biżżejjed riżorsi f'każijiet fejn l-għajnuna tkun meħtieġa biex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja.

Id-Direttiva tapplika bejn l-Istati Membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni tad-Danimarka. Bejn id-Danimarka u ċerti Stati Membri japplika l-Ftehim Ewropew dwar kif Jintbagħtu r-Rikorsi għall-Għajnuna Legali ta' l-1977.

L-awtoritajiet li jibagħtu huma kompetenti biex jibagħtu l-applikazzjonijiet. L-awtoritajiet li jirċievu huma kompetenti biex jirċievu r-rikorsi.

Id-direttiva tipprovdi għal żewġ formoli standard, waħda għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna legali u l-oħra biex jintbagħtu r-rikorsi għall-għajnuna legali.

Il-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja jipprovdik b'informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Direttiva u b'għodda faċli li tintuża biex timla l-formoli.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

Links relatati

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta' Novembru 2004 li tistabbilixxi formola ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna legali taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE sabiex ittejjeb l-aċċess għall-ġustizja f'tilwim bejn fruntiera u oħra billi tistabbilixxi regoli komuni minimi li għandhom x'jaqsmu ma' l-għajnuna legali f'tilwim bħal dawn

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta’ Awwissu 2005 li tistabbilixxi formola għat-trażmissjoni ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna legali taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE

Is-sit web ARKIVJAT tal-ATLAS Ġudizzjarju Ewropew (magħluq fit-30 ta' Settembru 2017)


ТЪРСЕНЕ НА КОМПЕТЕНТНИ СЪДИЛИЩА/ОРГАНИ

Инструментът за търсене по-долу ще ви помогне да намерите съдилища или органи, компетентни за даден европейски правен инструмент. Моля, имайте предвид, че въпреки че са положени всички усилия да се провери точността на резултатите, може да има изключения при определянето на компетентност, които не са обхванати.

Правна помощ


*задължително поле
L-aħħar aġġornament: 24/03/2022

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.