Suċċessjonijiet

Spanja

Il-kontenut ipprovdut minn
Spanja

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Spanja

Il-Liġi tal-Familja - materji ta' suċċessjoni


*input mandatarju

L-Artikolu 78 (a) - l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti b'ġuriżdizzjoni biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 45(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 50(2)

Il-kompetenza biex tiġi ttrattata talba ta' dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà hija tal-Qorti tal-Ewwel Istanza (Juzgado de Primera Instancia) fil-post tad-domiċilju tal-parti suġġetta għat-talba għal rikonoxximent jew għal eżekuzzjoni jew fil-post tal-eżekuzzjoni fejn is-sentenza għandha tħalli l-effetti tagħha.

Ir-Regola 2 tas-Sitta u Għoxrin Dispożizzjoni Finali tal-Liġi 1/2000 dwar il-proċedura ċivili (Ley de Enjuiciamiento Civil), skont ir-redazzjoni mogħtija fit-Tieni Dispożizzjoni Finali tal-Liġi 29/2015 dwar il-kooperazzjoni ġuridika internazzjonali (Ley de Cooperación Jurídica Internacional) f'materji ċivili.

Id-Deċiżjonijiet jistgħu jiġu appellati. Il-kompetenza biex jiġu ttrattati l-appelli hija tal-Qorti Provinċjali (Audiencia Provincial).

Ir-Regola 5 tas-Sitta u Għoxrin Dispożizzjoni Finali tal-Liġi 1/2000 dwar il-proċedura ċivili, skont ir-redazzjoni mogħtija fit-Tieni Dispożizzjoni Finali tal-Liġi 29/2015 dwar il-kooperazzjoni ġuridika internazzjonali f'materji ċivili.

L-Artikolu 78 (b) - il-proċeduri ta’ biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 51

Il-proċeduri biex jiġu kkontestati deċiżjonijiet mogħtija fl-appell skont din il-Liġi huma: appell straordinarju minħabba ksur tal-proċedura (recurso extraordinario por infracción procesal) u appell fil-kassazzjoni (recurso de casación).

Ir-Regola 5 tas-Sitta u Għoxrin Dispożizzjoni Finali tal-Liġi 1/2000 dwar il-proċedura ċivili, skont ir-redazzjoni mogħtija fit-Tieni Dispożizzjoni Finali tal-Liġi 29/2015 dwar il-kooperazzjoni ġuridika internazzjonali f'materji ċivili.

L-Artikolu 78 (c) - informazzjoni rilevanti rigward l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 64

Iċ-ċertifikat jinħareġ mill-qorti kompetenti jew minn nutar f'kull każ.

a) Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni mibgħut minn qorti jiġi adottat minn b'mod separat permezz ta' digriet (mediante providencia) fil-forma prevista mill-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012, wara talba għal ċertifikat ippreżentata bl-użu tal-formola msemmija fl-Artikolu 65(2) ta’ dan ir-Regolament.

Il-qorti li tittratta jew li tkun qed tittratta s-suċċessjoni jkollha l-kompetenza tittratta l-ħruġ ta' Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni. Kopja taċ-ċertifikat maħruġ tingħata lil min ikun għamel it-talba.

b) Wara talba, in-nutar kompetenti li jiddikjara parti mis-suċċessjoni jew is-suċċessjoni kollha, jew ir-rappreżentant legali jew sostitut tiegħu, jekk applikabbli, ikun responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikat skont l-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012, bl-użu tal-formola msemmija fl-Artikolu 67 ta’ dan ir-Regolament.

Ir-Regoli 11 u 14 tas-Sitta u Għoxrin Dispożizzjoni Finali tal-Liġi 1/2000 dwar il-proċedura ċivili, skont ir-redazzjoni mogħtija fit-Tieni Dispożizzjoni Finali tal-Liġi 29/2015 dwar il-kooperazzjoni ġuridika internazzjonali f'materji ċivili.

L-Artikolu 78 (d) - il-proċeduri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 72

a) Il-proċedura għall-modifikazzjoni, l-annullament jew iċ-ċaħda ta' ħruġ ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni li jrid jinħareġ mill-qorti jkun fil-forma ta' deċiżjoni separata permezz ta' digriet (mediante auto), li jista' jiġi kkontestat permezz ta' rikors għal rieżami (recurso de reposición) mill-istess qorti (en única instancia).

b) Jekk nutar jirrifjuta li jirrettifika, jimmodifika, jannulla jew joħroġ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni, jista' jintalab rieżami mill-Qorti tal-Ewwel Istanza tal-post uffiċjali ta’ residenza tan-nutar, li jinstema' fi proċediment sommarju orali (trámites del juicio verbal).

Ir-Regoli 12, 13, 15 u 16 tas-Sitta u Għoxrin Dispożizzjoni Finali tal-Liġi 1/2000 dwar il-proċedura ċivili, skont ir-redazzjoni mogħtija fit-Tieni Dispożizzjoni Finali tal-Liġi 29/2015 dwar il-kooperazzjoni ġuridika internazzjonali f'materji ċivili.

L-Artikolu 79 - Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-list li fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)

In-nutara għad-dikjarazzjonijiet ta' werrieta ab intestato, kif ukoll il-preżentazzjoni lil imħallef, il-verifika, il-ftuħ u n-notarizzazzjoni ta' testmenti ssiġillati, olografiċi u orali, u t-tfassil ta' inventarju tal-beni tas-suċċessjoni.

L-Artikoli 55 u 56; 57 sa 65, 67 u 68 tal-Liġi dwar in-Nutara (Ley del Notariado), kif skont ir-redazzjoni mogħtija fil-Ħdax-il Dispożizzjoni Finali tal-Liġi 15/2015 tat-2 ta’ Lulju 2015 dwar il-ġuriżdizzjoni volontarja (Ley de la Jurisdicción Voluntaria).

L-aħħar aġġornament: 26/02/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.