Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-awtoritajiet b’ġuriżdizzjoni biex jisimgħu rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà skont l-Artikolu 45(1) huma l-Qrati Distrettwali (okresné súdy).
Skont l-Artikolu 50(2), l-awtoritajiet b’ġuriżdizzjoni biex jisimgħu appelli minn deċiżjonijiet dwar rikorsi għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà taħt l-Artikolu 45(1) huma l-Qrati Reġjonali (krajské súdy). L-appelli jridu jitressqu quddiem il-qorti distrettwali (okresný súd) li kienet ħarġet id-deċiżjoni appellata.
Id-deċiżjonijiet mogħtija fl-appell taħt l-Artikolu 51 jridu jiġu kontestati b’appell straordinarju (dovolanie). L-appelli straordinarji (dovolanie) jinstemgħu mill-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka (Najvyšší súd Slovenskej republiky) u jitressqu quddiem il-qorti distrettwali (okresný súd) li tat is-sentenza fil-prim’istanza. Appell straordinarju (dovolanie) mhux neċessarjament jikkonċerna biss difetti fid-dritt fid-deċiżjoni ta’ qorti tal-appell.
L-awtoritajiet b’kompetenza biex joħorġu ċertifikat taħt l-Artikolu 64 huma dawn li ġejjin:
Il-proċeduri ta’ rimedju skont l-Artikolu 72:
- awtoritajiet u professjonisti legali oħra skont l-Artikolu 3(2) ma jeżistux fir-Repubblika Slovakka
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.