Suċċessjonijiet

Slovakkja

Il-kontenut ipprovdut minn
Slovakkja

L-Artikolu 78 (a) - l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti b'ġuriżdizzjoni biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 45(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 50(2)

L-awtoritajiet b’ġuriżdizzjoni biex jisimgħu rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà skont l-Artikolu 45(1) huma l-Qrati Distrettwali (okresné súdy).

Skont l-Artikolu 50(2), l-awtoritajiet b’ġuriżdizzjoni biex jisimgħu appelli minn deċiżjonijiet dwar rikorsi għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà taħt l-Artikolu 45(1) huma l-Qrati Reġjonali (krajské súdy). L-appelli jridu jitressqu quddiem il-qorti distrettwali (okresný súd) li kienet ħarġet id-deċiżjoni appellata.

L-Artikolu 78 (b) - il-proċeduri ta’ biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 51

Id-deċiżjonijiet mogħtija fl-appell taħt l-Artikolu 51 jridu jiġu kontestati b’appell straordinarju (dovolanie). L-appelli straordinarji (dovolanie) jinstemgħu mill-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka (Najvyšší súd Slovenskej republiky) u jitressqu quddiem il-qorti distrettwali (okresný súd) li tat is-sentenza fil-prim’istanza. Appell straordinarju (dovolanie) mhux neċessarjament jikkonċerna biss difetti fid-dritt fid-deċiżjoni ta’ qorti tal-appell.

L-Artikolu 78 (c) - informazzjoni rilevanti rigward l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 64

L-awtoritajiet b’kompetenza biex joħorġu ċertifikat taħt l-Artikolu 64 huma dawn li ġejjin:

  • nutar maħtur mill-qorti (notár poverený súdom) - jekk il-proċedimenti ta’ suċċessjoni ma jkunux wasslu għal konklużjoni finali u anke wara l-konklużjoni finali ta’ proċedimenti ta’ suċċessjoni.

L-Artikolu 78 (d) - il-proċeduri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 72

Il-proċeduri ta’ rimedju skont l-Artikolu 72:

  • appelli jridu jitressqu mhux aktar tard minn 15-il jum wara d-data ta’ konsenja ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni quddiem il-qorti distrettwali li ħatret in-nutar bħala kummissarju għall-proċedimenti ta’ suċċessjoni. L-appelli għandhom effett sospensiv. L-appelli kontra ċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni jinstemgħu mill-qrati distrettwali (okresné súdy).

L-Artikolu 79 - Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-list li fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)

- awtoritajiet u professjonisti legali oħra skont l-Artikolu 3(2) ma jeżistux fir-Repubblika Slovakka

L-aħħar aġġornament: 05/06/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.