Suċċessjonijiet

Rumanija

Il-kontenut ipprovdut minn
Rumanija

L-Artikolu 78 (a) - l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti b'ġuriżdizzjoni biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 45(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 50(2)

Fir-Rumanija, ir-rikorsi għar-rikonoxximent u dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà (exequatur) jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati (l-Artikoli 95(1) u 1098 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili). L-appelli kontra d-deċiżjonijiet rigward ir-rikonoxximent u dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà (exequatur) jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-appell (curţi de apel) (l-Artikolu 96(2) tal-Liġi Nru 134/2010 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

L-Artikolu 78 (b) - il-proċeduri ta’ biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 51

It-tieni appell quddiem il-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja (Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie) (l-Artikolu 97(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

L-indirizz tal-Qorti Superjuri huwa: Strada Batiștei No 25, Sector 2, Bucharest (postal code: 020934).

L-Artikolu 78 (c) - informazzjoni rilevanti rigward l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 64

In-Nutar Pubbliku (Notarul public).

L-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċji tan-nutara jinsabu fuq is-sit elettroniku tal-Għaqda Nazzjonali Rumena tan-Nutara Pubbliċi (Uniúne Naționale a Notarilor Publici din România): http://www.uniuneanotarilor.ro/?p=2.2.3&lang=ro.

L-Artikolu 78 (d) - il-proċeduri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 72

Skont abbozz tal-liġi, iċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (certificatul european de moștenitor) jinħareġ, fuq talba, min-Nutar Pubbliku li kien ħareġ iċ-ċertifikat tas-suċċessjoni skont il-liġi Rumena. Jista’ jsir appell kontra l-hruġ taċ-Ċertifikat u kontra r-rifjut tal-ħruġ tiegħu. It-tilwima tiġi deċiża mill-qorti distrettwali (judecătorie) tal-ġuriżdizzjoni fejn huwa bbażat in-nutar li ħareġ iċ-ċertifikat oriġinali skont il-liġi Rumena. Id-deċiżjoni hija soġġetta għal appell wieħed biss. Matul l-appell il-qorti tista’ tordna s-sospensjoni tal-effetti taċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni.

Ir-rettifikazzjoni, il-modifika jew l-irtirar taċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tan-nutar li ħarġu. F’każ ta’ rettifikazzjoni, modifika jew irtirar, in-Nutar Pubbliku jrid jinforma lil kull min inħarġitlu kopja taċ-Ċertifikat. Jista’ jsir appell mir-rettifika, il-modifikazzjoni jew irtirar taċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni. It-tilwima tiġi deċiża mill-qorti distrettwali tal-ġuriżdizzjoni fejn huwa bbażat in-nutar li ħareġ iċ-ċertifikat rettifikat, modifikat jew irtirat. Id-deċiżjoni hija soġġetta għal appell wieħed biss.

L-Artikolu 79 - Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-list li fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)

Mhux applikabbli.

L-aħħar aġġornament: 07/06/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.