Suċċessjonijiet

Portugall

Il-kontenut ipprovdut minn
Portugall

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Portugall

Il-Liġi tal-Familja - materji ta' suċċessjoni


*input mandatarju

L-Artikolu 78 (a) - l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti b'ġuriżdizzjoni biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 45(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 50(2)

Skont l-Artikolu 45(1), il-qrati kompetenti sabiex jittrattaw rikorsi għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà huma l-awli ta’ kompetenza ġenerali jew, fejn xieraq, is-sezzjoni ċivili lokali tal-qorti distrettwali kompetenti (tal-prim’istanza).

Skont l-Artikolu 50(2), l-appelli kontra dawn id-deċiżjonijiet jinstemgħu mill-Qrati tal-Appell (Tribunais da Relação).

L-Artikolu 78 (b) - il-proċeduri ta’ biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 51

Għall-għanijiet tal-Artikolu 51, deċiżjoni mogħtija f’appell tista’ tiġi kontestata biss permezz ta’ appell fuq punt tal-liġi (Recurso de revista) quddiem il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja (Supremo Tribunal de Justiça).

L-Artikolu 78 (c) - informazzjoni rilevanti rigward l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 64

L-awtoritajiet li għandhom is-setgħa joħorġu ċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni huma r-Reġistraturi (conservadores), l-aktar dawk li għandhom kompetenza fil-qasam tal-proċeduri simplifikati għas-suċċessjoni tal-eredi, kif stipulat fl-Artikoli 210A sa 210R tal-Kodiċi dwar l-Istat Ċivili (Código do Registo Civil), kif l-aħħar emendat.

Il-lista ta’ uffiċċji tar-reġistru (conservatórias) li jistgħu joħorġu ċ-Ċertifikat Ewropew ta’ Suċċessjoni hija disponibbli fuq: http://www.irn.mj.pt/IRN/sections/irn/a_registral/servicos-externos-docs/contactos/balcao-das-herancas-e-locais

L-Artikolu 78 (d) - il-proċeduri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 72

Għall-finijiet tal-Artikolu 72, l-appelli mid-deċiżjonijiet tar-reġistraturi jinstemgħu mis-Sezzjonijiet ta’ Ġuriżdizzjoni Ġenerali jew, fejn jeżistu, is-Sezzjonijiet Ċivili Lokali tal-Qorti Distrettwali tal-Prim’Istanza fil-ġuriżdizzjoni li taħtha jaqa’ l-uffiċċju tar-reġistratur ikkonċernat.

Fi żmien 15-il jum min-notifika tad-deċiżjoni, ir-rikorrent irid jippreżenta quddiem l-uffiċju tar-reġistru rikors indirizzat lill-imħallef tal-qorti, flimkien mad-dokumenti li jixtieq jissottometti (l-Artikoli 286 u 288 tal-Kodiċi tar-Reġistru Ċivili (Código do Registo Civil), kid emendat l-aħħar.

L-Artikolu 79 - Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-list li fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)

Għall-għanijiet tal-Artikolu 3(2), minbarra l-qrati, in-nutara huma kompetenti wkoll fil-qasam tas-suċċessjoni u jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji.

In-nutara għandhom is-setgħa jfasslu d-dokumenti kollha u t-termini għall-proċedimenti bil-benefiċċju tal-inventarju kif ukoll joħorġu ċertifikati lill-benefiċjarji wara l-mewt ta’ xi ħadd, skont il-qafas legali l-ġdid applikabbli għall-proċedimenti bil-benefiċċju tal-inventarju, approvat mil-Liġi Nru 23/2013 tal-5 ta’ Marzu 2013, kif emendat l-aħħar, li ddaħħal fis-seħħ mill-Ordni ta’ Implimentazzjoni 278/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013, kif emendata l-aħħar, mingħajr preġudizzju għal każijiet fejn il-partijiet jiġu diretti lejn il-proċeduri ġudizzjarji użwali.

L-aħħar aġġornament: 13/03/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.