Suċċessjonijiet

L-Artikolu 78 (a) - l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti b'ġuriżdizzjoni biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 45(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 50(2)

Il-Qorti tal-Appell tal-Litwanja (Lietuvos apeliacinis teismas)

Indirizz: Gedimino pr. 40/1, LT-01503 Vilnius, il-Litwanja

Tel.: (+370 70) 663 685

Faks: (+370 70) 663 060

Posta elettronika: apeliacinis@apeliacinis.lt, apeliacinis@teismas.lt

L-Artikolu 78 (b) - il-proċeduri ta’ biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 51

Il-Qorti Suprema tal-Litwanja (Lietuvos Aukščiausiasis Teismas)

Indirizz: Gynėjų g. 6, LT-01109 Vilnius, il-Litwanja
Tel.: (+370 5) 2 616 466
Faks: (+370 5) 2 616 813
Posta elettronika: lat@teismas.lt

Il-proċedura hija appell ta’ kassazzjoni, ippreżentat skont ir-regoli nazzjonali li jirregolaw il-proċedimenti fil-qorti tal-kassazzjoni. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja (Lietuvos Respublikos civilinio proceso kodeksas), il-kassazzjoni hija possibbli biss jekk ir-raġunijiet li ġejjin ikunu preżenti: (1) ksur tar-regoli tad-dritt sostantiv jew proċedurali li jkollu sinifikat materjali għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tad-dritt, fejn dak il-ksur seta’ influwenza l-adozzjoni ta’ sentenza/deċiżjoni illegali; (2) qorti ddevjat mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti Suprema tal-Litwanja fis-sentenza/fid-deċiżjoni kontestata; (3) il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema tal-Litwanja rigward il-punt tad-dritt fit-tilwima mhijiex uniformi. Il-qorti tal-kassazzjoni, mingħajr ma teċċedi l-limitazzjonijiet tal-appell ta’ kassazzjoni, tivverifika s-sentenzi u/jew id-deċiżjonijiet kontestati biss f’termini tal-applikazzjoni tad-dritt.

L-Artikolu 78 (c) - informazzjoni rilevanti rigward l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 64

Nutar fil-post fejn tinfetaħ is-suċċessjoni. It-territorju kopert min-nutara f’każijiet ta’ suċċessjoni huwa ddeterminat mill-Ministru għall-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja.

Lista aġġornata tan-nutara, informazzjoni aġġornata dwar id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom u t-territorju fejn joperaw f’każijiet ta’ suċċessjoni tista’ tinstab online fuq https://notarurumai.lt/notarai/pagal-darbuotojus.

L-Artikolu 78 (d) - il-proċeduri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 72

Il-qorti distrettwali (apylinkės teismas) fil-post tan-negozju tan-nutar.

Skont il-Liġi Litwana dwar il-professjoni tan-nutara (Notariato įstatymas), kwalunkwe persuna interessata li temmen li l-eżekuzzjoni ta’ att notarili, jew ir-rifjut li jiġi eżegwit att notarili, kien illegali għandha d-dritt ta’ appell quddiem qorti fil-post fejn jinsab l-uffiċċju tan-nutar. Skont il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja (Lietuvos Respublikos civilinio proceso kodeksas), in-nuqqas li wieħed iressaq appell ma jaffettwax id-dritt ta’ rikors quddiem il-qorti għal kumpens għad-danni li jirriżultaw mill-atti illegali ta’ nutar. L-appelli kontra atti notarili jistgħu jiġu ppreżentati mhux aktar tard minn għoxrin jum mid-data li fiha l-appellant sar jaf, jew kellu jkun jaf bl-att kontestat jew bir-rifjut, iżda mhux aktar tard minn disgħin jum mill-eżekuzzjoni tal-att kontestat. Il-kawżi relatati ma’ atti notarili jiġu deċiżi b’deċiżjoni tal-qorti. Jekk l-appell jintlaqa’, il-qorti tannulla l-att notarili jew tordna lin-nutar jeżegwixxi l-att notarili inkwistjoni. Deċiżjoni tal-qorti relatata ma’ atti notarili tista’ tiġi appellata b’mod separat fil-qorti tal-appell.

Dettalji ta’ kuntatt tal-qrati distrettwali

L-aħħar aġġornament: 15/02/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna